26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/54


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Basili vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/06) (1)

(Servizz Pubbliku - Uffiċċjali - Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera - Eżerċizzju ta' evalwazzjoni għas-sena 2004 - Rikors għal annullament - Rappreżentanti tal-persunal - Opinjoni tal-grupp ad hoc)

(2008/C 22/103)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Tamara Diomede Basili (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: l-ewwel T. Bontinck u J. Feld, avukati, u mbagħad T. Bontinck, avukat]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Martin u H. Kraemer, aġenti)

Suġġett tal-kawża

L-annullament tar-Rapport ta' l-iżvilupp tal-karriera nnotifikat lir-rikorrenti fl-10 ta' Novembru 2005, safejn ma jiħux in kunsiderazzjoni l-opinjoni tal-“grupp ad hoc ta' evalwazzjoni u ta' proposti għal promozzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 261, 28.10.2006, p. 37.