Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) ta’ l-20 ta' Settembru 2007 – Nestlé vs L-UASI

(Kawża C‑193/06 P)

“Appell – Trade mark Komunitarja – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 8(1)(b) – Trade mark figurattiva li fiha l-element verbali ‘QUICKY’ – Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks verbali nazzjonali preċedenti QUICKIES – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Evalwazzjoni globali”

Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u akkwist tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trademark preċedenti identika jew simili rreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew simili (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 34-35, 46-47, 76)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Frar 2006, Nestle vs L-UASI, intervenjent: Quick restaurants SA (kawża T-74/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tas-17 ta’ Diċembru 2003 (Każ R 922/2001-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Société des produits Nestlé SA u Quick restaurants SA.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-22 ta’ Frar 2006, Nestlé vs L-UASI – Quick (QUICKY) (T-74/04), hija annullata safejn il-Qorti tal-Prim’Istanza, bi ksur ta’ l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta’ l-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, ma evalwatx ix-xebh viżiv tas-sinjali in kwistjoni billi bbażat ruħha fuq l-impressjoni globali prodotta minn dawn ta’ l-aħħar.

2)

Il-kumplament ta’ l-appell huwa miċħud.

3)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza tal-Komunitajiet Ewropej.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.