KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

TRSTENJAK

ippreżentati fit-13 ta’ Settembru 2007 ( 1 )

Kawża C-319/06

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

vs

Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Werrej

 

I — Introduzzjoni

 

II — Il-kuntest ġuridiku

 

A — Dritt Komunitarju

 

B — Id-dritt nazzjonali

 

III — Il-proċedura prekontenzjuża

 

IV — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet

 

V — L-argumenti prinċipali tal-partijiet

 

A — Fuq l-ewwel ilment: traspożizzjoni mhux korretta tal-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71

 

— Regoli dwar il-kuntratt bil-miktub jew id-dokument magħmul skont id-Direttiva 91/533 (Artikolu 1(1)(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

 

— Aġġustament awtomatiku tar-remunerazzjoni skont l-għoli tal-ħajja (Artikolu 1(1)(2) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

 

— Osservanza tal-liġi tal-impjieg part time u għal żmien fiss (Artikolu 1(1)(8) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

 

— Osservanza tal-ftehim kollettivi ta’ xogħol (Artikolu 1(1)(11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

 

B — Fuq it-tieni lment: traspożizzjoni mhux kompluta tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71

 

C — Fuq it-tielet ilment: nuqqas ta’ kjarezza fir-rigward tal-metodi ta’ kontroll

 

D — Fuq ir-raba’ lment: rekwiżit ta’ mandatarju ad hoc

 

VI — Analiżi

 

A — Osservazzjonijiet preliminari

 

1. Ratio Legis tad-Direttiva 96/71

 

2. Il-kuntest tal-kunsiderazzjoni ġuridika

 

B — L-eżami tal-argumenti

 

Fuq l-ewwel Ilment

 

1. Il-kunċett ta’ ordni pubbliku tal-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71

 

2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1)(1), (2), (8) u (11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002

 

— Regola dwar il-kuntratt bil-miktub jew id-dokument magħmul skont id-Direttiva 91/533

 

— Aġġustament awtomatiku tar-remunerazzjoni skont l-għoli tal-ħajja

 

— Regola dwar il-leġiżlazzjoni tal-impjieg part time u dak għal żmien fiss

 

— Regola marbuta mal-ftehim kollettivi ta’ xogħol

 

Fuq it-tieni lment

 

Fuq it-tielet ilment

 

Fuq ir-raba’ lment

 

VII — Fuq l-ispejjeż

 

VIII — Konklużjoni

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Kollokament ta’ ħaddiema — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 96/71/KE — Dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku — Mistrieħ fil-ġimgħa — Obbligu ta’ preżentazzjoni tad-dokumenti dwar kollokament fuq sempliċi talba mill-awtoritajiet nazzjonali — Obbligu li jiġi appuntat mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu u li jikkonserva d-dokumenti neċessarji kollha għall-finijiet ta’ kontroll”

I — Introduzzjoni

1.

Il-kawża preżenti għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mressaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 226 KE li permezz tiegħu hija titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas [kuntest] ta’ prestazzjoni [provvista] ta’ servizzi ( 2 ) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 96/71”), kif ukoll l-Artikoli 49 KE u 50 KE billi ordna ċerti kundizzjonijiet fuq l-impriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor u li jikkollokaw ħaddiema fil-Lussemburgu fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi.

II — Il-kuntest ġuridiku

A — Dritt Komunitarju

2.

L-Artikolu 49(1) KE jipprovdi li r-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi fil-Komunità għandhom jiġu pprojbiti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-persuna li lilha jingħataw is-servizzi.

3.

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 50 KE jiddefinixxi dawn is-servizzi bħala servizzi normalment mogħtija bi ħlas, sa fejn ma jkunux irregolati minn dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-kapital u tal-persuni. Skont l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 50 KE, persuna li tagħti servizz tista’, sabiex tagħti dan is-servizz, teżerċita l-attivita` tagħha temporanjament fil-pajjiż fejn ikun qed jingħata s-servizz, bl-istess kundizzjonijiet li huma imposti minn dak il-pajjiż fuq ċittadini tiegħu.

4.

L-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71 taħt it-titolu “It-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg” jiddisponi:

“L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, tkun xi tkun il-liġi li tapplika għar-relazzjoni ta’ impjieg, l-impriżi msemmija fl-Artikolu 1(1) jiggarantixxu lill-ħaddiema mibgħuta fit-territorju tagħhom it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg li jkopru il-kwistjonijiet li ġejjin, fl-Istati Membri fejn ix-xogħol hu mwettaq, huma stabbiliti:

skont liġi, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi,

u/jew

bi ftehim kollettiv jew sentenza ta’ arbitraġġ li kienu ddikjarati universalment applikabbli fis-sens tal-paragrafu 8, sa fejn jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fl-Anness:

a)

il-perjodi massimi ta’ xogħol u l-perjodi minimi ta’ mistrieħ;

b)

it-tul minimu tal-vaganzi annwali mħallsa;

ċ)

ir-rati minimi ta’ ħlas, li jinkludu rati ta’ sahra; dan il-punt ma japplikax għal skemi komplimentari għall-irtirar mix-xogħol;

d)

il-kundizzjonijiet ta’ prestazzjoni ta’ ħaddiema, b’mod partikulari il-fornitura ta’ ħaddiema minn impriżi ta’ impjieg temporanju;

e)

is-saħħa, is-sigurtà u l-iġjene fuq ix-xogħol;

f)

miżuri protettivi dwar termini u kundizzjonijiet ta’ impjieg ta’ nisa tqal jew nisa li għadhom kif welldu reċentement, ta’ tfal u ta’ żgħażagħ;

g)

it-trattament ugwali bejn irġiel u nisa u dispożizzjonijiet oħra dwar non-diskriminazzjoni.

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, il-kunċett ta’ rati minimi ta’ ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 (ċ) huwa definit mil-liġi u/jew il-prattika nazzjonali ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu il-ħaddiem huwa mibgħut.

[…]

(10)   Din id-Direttiva ma tipprekludix l-applikazzjoni mill-Istati Membri, f’konformità mat-Trattat, għall-impriżi nazzjonali u għall-impriżi ta’ Stati oħra, fuq bażi ta’ ugwaljanza ta’ trattament ta’:

it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ l-impjieg dwar kwistjonijiet barra dawk msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 sa fejn għandhom x’jaqsmu dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku,

it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg imniżżla fil-ftehim kolletiv jew sentenzi ta’ arbitraġġ fis-sens tal-paragrafu 8 u dwar attivitajiet barra dawk imsemmija fl-Anness.”

5.

Matul l-adozzjoni tad-Direttiva, ġiet adottata dikjarazzjoni (dikjarazzjoni Nru 10) skont liema “l-kliem ‘dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku’ għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jkopru dawk tad-dispożizzjonijiet obbligatorji li wieħed ma jistax jidderoga minnhom u li, min-natura u l-għan tagħhom, jirrispondu għall-ħtiġiet imperattivi ta’ l-interess pubbliku. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jinkludu, b’mod partikulari, il-projbizzjoni tax-xogħol forzat jew l-involviment ta’ l-awtoritajiet pubbliċi fil-monitoraġġ ta’ l-osservanza tal-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-kundizzjonijiet ta’ impjieg” ( 3 ).

B — Id-dritt nazzjonali

6.

L-Artikolu (1) tal-liġi Lussemburgiża tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 96/71 u fuq il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt tax-xogħol (iktar ’il quddiem: il-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002) ( 4 ) jipprovdi:

“(1)   Huma dispożizzjonijiet imperattivi dwar l-ordni pubbliku nazzjonali, f’dak li jirrigwarda partikularment id-dispożizzjonijiet ta’ ordni konvenzjonali jew kuntrattwali skont il-liġi tas-27 ta’ Marzu 1986 dwar l-approvazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Ruma tad-19 ta’ Ġunju 1980 fuq il-liġi li tapplika għall-obbligi kuntrattwali, li bħala tali huma applikabbli għall-ħaddiema kollha li jeżerċitaw attività fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, inklużi dawk li huma kollokati b’mod temporanju, irrispettivament mid-dewmien jew in-natura tal-kollokament, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha, kif ukoll dawk li jirriżultaw mill-ftehim kollettivi ddikjarati ta’ applikazzjoni ġenerali jew b’deċiżjoni ta’ arbitraġġ li għandha kamp ta’ applikazzjoni simili għal dak ta’ ftehim kollettiv ta’ obbligu ġenerali, li jirrigwardaw:

1.

il-kuntratt ta’ impjieg bil-miktub jew id-dokument magħmul skont id-Direttiva 91/533/KEE tal-14 ta’ Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg;

2.

il-ħlas soċjali minimu u l-aġġustament awtomatiku tar-remunerazzjoni skont l-għoli tal-ħajja;

3.

iż-żmien tax-xogħol u l-mistrieħ ta’ kull ġimgħa;

4.

il-vaganzi mħallsa;

5.

il-vaganzi kollettivi;

6.

il-ġranet ta’ vaganzi legali;

7.

ir-regolamentazzjoni tax-xogħol temporanju u self ta’ ħaddiema;

8.

ir-regolamentazzjoni tal-impjieg part time u għal żmien fiss;

9.

il-miżuri ta’ protezzjoni applikabbli għall-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg tat-tfal u taż-żgħażagħ, nisa tqal u ta’ nisa li għadhom kif welldu;

10.

in-non-diskriminazzjoni;

11.

il-ftehim kollettivi ta’ xogħol;

12.

l-inattività obbligatorja skont il-leġiżlazzjoni fuq il-qgħad minħabba temp ħażin u minħabba tkeċċija;

13.

ix-xogħol klandestin jew illegali, inklużi d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-permessi ta’ xogħol għall-ħaddiema li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru taż-Żona Ekonomika Ewropea;

14.

is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol inġenerali u b’mod partikolari l-ħtiġiet minimi ta’ sigurtà u ta’ saħħa stabbiliti b’regolament tal-Gran Dukat fuq parir mandatorju tal-Kunsill tal-Istat u tal-kunsens tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kamra tad-Deputati abbażi tal-Artikolu 14 tal-liġi emendata tas-17 ta’ Ġunju 1994 dwar is-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol.

(2)   Id-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu japplikaw għall-ħaddiema, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, li jkunu impjegati minn kwalunkwe impriża, bla ħsara kemm għan-nazzjonalità tagħhom kif ukoll għall-post legali jew effettiv tal-uffiċċju rreġistrat tal-istess.”

7.

L-Artikolu 2 ta’ din l-istess liġi jipprovdi:

“(1)   Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu (1) ta’ din il-liġi japplikaw ukoll għall-impriżi li, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi tranżnazzjonali, jimpjegaw ħaddiema fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, salv għall-baħħara li jaħdmu fis-settur marittimu merkantili li, fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi tranżnazzjonali, jikkollokaw ħaddiema fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

(2)   Bit-terminu ‘jikkolloka’ skont il-paragrafu (1) hawn fuq, wieħed għandu jifhem l-operazzjonijiet segwenti magħmulin mill-impriżi kkonċernati, sakemm teżisti relazzjoni ta’ impjieg bejn l-impriża li tibgħat u l-ħaddiem matul il-perijodu tal-kollokament:

1.

il-kollokament ta’ ħaddiem, anke jekk għal żmien qasir jew speċifiku, għan-nom u taħt it-tmexxija tal-impriżi, bħal dawk ikkunsidrati fil-paragrafu (1) ta’ dan l-Artikolu, fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, fil-kuntest ta’ kuntratt konkluż bejn l-impriża li tibgħat u d-destinatarju tal-provvista tas-servizzi li jkun stabbilit jew li jeżerċita l-attività tiegħu fil-Lussemburgu;

2.

il-kollokament, anke jekk għal żmien qasir jew speċifiku, ta’ ħaddiem fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu fi stabbiliment li jappartjeni lill-impriża li tibgħat jew f’impriża li tappartjeni lill-grupp li minnu tifforma parti l-impriża li tibgħat;

3.

il-kollokament, bla ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi tad-19 ta’ Mejju 1994 dwar ir-regolamentazzjoni tax-xogħol temporanju u s-self temporanju ta’ ħaddiema, minn impriża ta’ xogħol temporanju, jew fil-kuntest ta’ self ta’ ħaddiema, ta’ ħaddiem ma’ impriża utenti stabbilita jew li teżerċita l-attività tagħha fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, u dan għal żmien qasir jew speċifiku.

(3)   B’ħaddiem kollokat wieħed għandu jifhem kull ħaddiem li normalment jaħdem barra mill-pajjiż u li, matul perijodu limitat, iwettaq ix-xogħol tiegħu fit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu.

(4)   Il-kunċett tar-relazzjoni ta’ impjieg għandu jiġi ddefinit skont id-dritt Lussemburgiż.”

8.

L-Artikolu 7 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jipprovdi:

“Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din il-liġi, l-impriża, inkluża dik li l-uffiċċju rreġistrat tagħha huwa stabbilit barra mit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu jew li normalment twettaq ix-xogħol tagħha barra mit-territorju tal-Lussemburgu, fejn ħaddiem wieħed jew iktar jeżerċitaw attività fil-Lussemburgu, inklużi dawk li jiġu kollokati temporanjament skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 u 2 ta’ din il-liġi, għandha, qabel ma tibda topera, tagħmel aċċessibbli għall-Ispettorat tax-xogħol u tal-mini, fuq sempliċi talba u fl-iqsar żmien possibbli, id-dettalji essenzjali li huma indispensabbli għal kontroll, u b’mod partikolari:

il-kunjomi, l-isem, id-data u post tat-twelid, l-istat ċivili, in-nazzjonalità u professjoni tal-ħaddiema;

il-kwalifiki preċiżi tal-ħaddiema;

il-kariga li fiha ġew impjegati fl-impriżi u x-xogħol li jkun qed jingħatalhom b’mod regolari hemmhekk;

id-domiċilju, u jekk ikun il-każ, ir-residenza abitwali tal-ħaddiema;

jekk ikun il-każ, il-permess ta’ residenza u l-permess tax-xogħol;

il-post jew postijiet tax-xogħol fil-Lussemburgu u l-perijodu tax-xogħol;

kopja tal-formola E 101, jew, jekk ikun il-każ, id-dettalji preċiżi tal-korpi tas-sigurtà soċjali li magħhom il-ħaddiema jkunu affiljati matul ir-residenza tagħhom fit-territorju Lussemburgiż;

kopja tal-kuntratt ta’ impjieg jew tad-dokument skont id-Direttiva 91/533/KEE tal-14 ta’ Ottubru 1991, dwar l-obbligu ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg.

(2)   L-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu tista’ tiġi ppreċiżata b’regolament tal-Gran Dukat.”

9.

L-Artikolu 8 ta’ din l-istess liġi jipprovdi:

“Kull impriża b’mod ġenerali, li hija stabbilita u li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha barra mill-pajjiż, jew li m’għandhiex uffiċċju stabbli fil-Lussemburgu fis-sens tal-liġi fiskali, fejn ħaddiem wieħed jew iktar, bi kwalunkwe mod, jeżerċitaw attivitajiet fil-Lussemburgu, għandha l-l-obbligu li tikkonserva f’idejn mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu, id-dokumenti meħtieġa għall-verifika tal-obbligi li hija għandha skont din il-liġi, u partikolarment tal-Artikolu 7 hawn fuq. L-imsemmija dokumenti għandhom jiġu ppreżentati fl-iqsar żmien possibbli lill-Ispettorat tax-xogħol u tal-mini, fuq sempliċi talba tiegħu. Huwa obbligu tal-impriża li tinforma lill-Ispettorat tax-xogħol u tal-mini minn qabel dwar il-post preċiż fejn jinsabu d-dokumenti, permezz ta’ ittra bil-posta reġistrata b’talba għall-konferma li din ġiet irċevuta, taħt ir-responabbiltà tal-impriża jew tal-mandatarju tagħha msemmi fis-subparagrafu preċedenti, mhux iktar tard mill-eżerċizzju tal-impjieg inkwistjoni.”

III — Il-proċedura prekontenzjuża

10.

B’ittra ta’ intimazzjoni tal-1 ta’ April 2004, il-Kummissjoni ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern Lussemburgiż dwar l-eżistenza ta’ ċerti inkoerenzi fil-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 li tittrasponi d-Direttiva 96/71. Il-Kummissjoni qajmet l-ilmenti segwenti fil-kuntest ta’ eventwali ksur tad-Direttiva 96/71 kif ukoll tal-Artikoli 49 KE u 50 KE:

il-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 tobbliga lill-impriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor u li jikkollokaw ħaddiema fil-Lussemburgu sabiex jipprovdu s-servizzi tagħhom, biex jirrispettaw il-kundizzjonijiet tal-impjieg li jmorru lil hinn minn dak li hu previst mill-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71;

il-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 tittrasponi d-Direttiva 96/71 b’mod mhux komplut fis-sens li d-dritt nazzjonali jillimita l-kunċett ta’ “perijodi minimi ta’ mistrieħ” għall-mistrieħ ta’ kull ġimgħa biss, bl-esklużjoni ta’ perijodi oħra ta’ mistrieħ bħall-mistrieħ ta’ kuljum jew matul il-ħin tal-brejk;

l-Artikolu 7 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jimponi obbligu fuq l-impriżi li jkollhom ħaddiem li jwettaq xogħol permanenti jew temporanju fil-Lussemburgu li d-dettalji essenzjali indispensabbli għall-ispezzjoni jagħmluhom aċċessabbli għall-Ispettorat tax-xogħol u tal-mini “qabel il-bidu tax-xogħlijiet”, “fuq sempliċi talba” u “fl-iqsar żmien possibbli”, m’għandux il-kjarezza meħtieġa li tippermetti li tiġi żgurata ċ-ċertezza legali;

l-Artikolu 8 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jillimita l-libertà tal-provvista tas-servizzi inkwantu jimponi fuq kull impriża l-obbligu li jappuntaw mandatarju “ad hoc”, li jkun jirrisjedi fil-Lussemburgu, li jkun responsabbli biex iżomm fil-kustodja tiegħu d-dokumenti meħtieġa għall-verifika tal-obbligi li l-imsemmija impriżi għandhom.

11.

Fir-risposta tiegħu tat-30 ta’ Awissu 2004, il-Gvern Lussemburgiż iddikjara li d-dispożizzjonijiet legali kkontestati mill-Kummissjoni li jikkonċernaw l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjieg kienu jikkostitwixxu dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku skont l-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71.

12.

Fir-rigward tat-tieni lment, il-Gvern Lussemburgiż irrikonoxxa n-natura mhux kompluta tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 96/71.

13.

Fir-rigward tat-tielet u r-raba’ lmenti ssollevati mill-Kummissjoni, il-Gvern Lussemburgiż ikklassifika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 bħala li huma konformi mad-dritt Komunitarju, peress li l-obbligu li jiġi appuntat mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu, li jkun responsabbli mill-konservazzjoni tad-dokumenti meħtieġa għall-verifika tal-obbligi li għandhom dawn l-impriżi la huwa rekwiżit suġġett għall-obbligu ta’ dikjarazzjoni minn qabel, u lanqas obbligu diskriminatorju. Anzi min-naħa l-oħra, dawn huma miżuri li mingħajrhom l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jkunux jistgħu jwettqu l-funzjoni ta’ kontroll tagħhom.

14.

Il-Kummissjoni kkunsidrat li din ir-risposta ma kinitx sodisfaċenti u għaldaqstant, fit-18 ta’ Ottubru 2005, iddeċidiet li tibgħat opinjoni motivata lill-Gvern tal-Lussemburgu li permezz tagħha akkużatu li naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71 kif ukoll tal-Artikolu 49 KE u 50 KE:

billi ddikjara li d-dispożizzzjonijiet tal-punti 1, 2, 8 u 11 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji li jaqgħu taħt l-“ordni pubbliku nazzjonali”;

billi ttraspona b’mod mhux komplut id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71 fl-Artikolu 1(1)(3) ta’ din il-liġi;

billi, fl-Artikolu 7(1) ta’ din il-liġi, stabbilixxa kundizzjonijiet li huma miktubin b’mod mhux ċar, kif huwa meħtieġ biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali;

billi fl-Artikolu 8 ta’ din il-liġi ordna li fil-Lussemburgu għandhom jiġu kkonservati d-dokumenti meħtieġa għall-kontroll f’idejn il-mandatarju ad hoc li jkun residenti hemmhekk.

15.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ intimazzjoni lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu biex f’xahrejn jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jikkonforma ruħu mal-opinjoni motivata.

16.

B’ittra tat-22 ta’ Diċembru 2005, il-Gvern tal-Lussemburgu talab li dan it-terminu jiġi estiż sabiex ikun jista’ jesponi l-opinjoni tiegħu. Madankollu, l-opinjoni motivata tal-Kummissjoni baqgħet bla risposta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ressqet ir-rikors tagħha.

IV — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u t-talbiet tal-partijiet

17.

Fl-att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-20 ta’ Lulju 2006, il-Kummissjoni talbet li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li:

1.

billi ddikjara li d-dispożizzzjonijiet tal-punti 1, 2, 8 u 11 tal-Artikolu 1(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jikkostitwixxu dispożizzjonjiet obbligatorji li jaqgħu taħt l-“ordni pubbliku nazzjonali”,

2.

billi ttraspona b’mod mhux komplut id-disposiżżjonijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71 fl-Artikolu 1(1)(3) ta’ din il-liġi,

3.

billi, fl-Artikolu 7(1) ta’ din il-liġi, stabbilixxa kundizzjonijiet miktubin b’mod mhux ċar, kif huwa meħtieġ biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali,

4.

billi fl-Artikolu 8 ta’ din il-liġi ordna li fil-Lussemburgu għandhom jiġu kkonservati d-dokumenti meħtieġa għall-kontroll f’idejn il-mandatarju ad hoc li jkun residenti hemmhekk,

il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71, kif ukoll l-Artikoli 49 KE u 50 KE;

tordna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu sabiex ibati l-ispejjeż.

18.

Fir-risposta tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2006, il-Gvern tal-Lussemburgu talab li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħobha tiċħad ir-rikors bħala infondat u li tordna lill-Kummissjoni sabiex tbati l-ispejjeż.

19.

Wara li ġew ippreżentati r-replika tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Novembru 2006 u l-kontroreplika tal-Gvern Lussemburgiż tat-12 ta’ Jannar 2007, il-proċedura bil-miktub ingħalqet. Ma kien hemm ebda seduta.

V — L-argumenti prinċipali tal-partijiet

20.

Il-Kummissjoni tibbaża r-rikors tagħha fuq erba’ lmenti magħmula kontra l-leġiżlazzjoni Lussemburgiża ta’ traspożizzjoni.

A — Fuq l-ewwel ilment: traspożizzjoni mhux korretta tal-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71

21.

Il-Kummissjoni takkuża lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu li dan għamel traspożizzjoni mhux korretta tad-Direttiva 96/71 u dan l-ewwel ilment jirrigwarda b’mod partikolari erba’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002. Skont il-Kummissjoni, il-Lussemburgu, meta ddikjara b’mod żbaljat li d-dispożizzjonijiet nazzjonali kollha jikkostitwixxu dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-ordni pubbliku, impona obbligi fuq l-impriżi li jikkollokaw ħaddiema fil-Gran Dukat li jmorru lil hinn minn dak li huwa stabbilit fid-Direttiva 96/71. Fil-fehma tagħha, it-traspożizzjoni hija bbażata fuq interpretazzjoni estensiva wisq tal-kunċett ta’ “dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku” fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu evalwati fid-dawl tad-dikjarazzjoni Nru 10 tad-Direttiva 96/71, li tippreċiża dan il-kunċett.

— Regoli dwar il-kuntratt bil-miktub jew id-dokument magħmul skont id-Direttiva 91/533 (Artikolu 1(1)(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

22.

Din il-kritika tikkonċerna l-ewwel nett l-obbligu legali skont liema wieħed ma jistax jikkolloka ħaddiema li huma marbutin mal-impriża permezz ta’ kuntratt bil-miktub jew dokument magħmul skont id-Direttiva 91/533. Il-Kummissjoni tikkunsidra li f’każ ta’ kollokament, il-verifika fuq l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/533 hija l-obbligu biss tal-awtoritajiet tal-Istat tal-istabbiliment li jkunu ttrasponew id-Direttiva u mhux ta’ dawk tal-Istat ospitanti.

— Aġġustament awtomatiku tar-remunerazzjoni skont l-għoli tal-ħajja (Artikolu 1(1)(2) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

23.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni Lussemburgiża, bil-fatt li teżiġi l-aġġustament awtomatiku tar-remunerazzjoni skont l-għoli tal-ħajja, tmur kontra d-Direttiva 96/71 li tipprovdi biss regolazzjoni dwar il-ħlas minimu mill-Istat ta’ kollokament.

— Osservanza tal-liġi tal-impjieg part time u għal żmien fiss (Artikolu 1(1)(8) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

24.

Skont il-Kummissjoni, l-Istat ospitanti m’għandux dritt, skont id-Direttiva 96/71, li jimponi l-leġiżlazzjoni tiegħu fil-qasam tal-impjieg part time għal żmien speċifiku għall-impriżi li jikkollokaw ħaddiema.

— Osservanza tal-ftehim kollettivi ta’ xogħol (Artikolu 1(1)(11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002)

25.

Il-Kummissjoni ssostni li l-ftehim kollettivi ta’ xogħol ma jistgħux jikkostitwixxu regoli amministrattivi li jaqgħu taħt l-“ordni pubbliku nazzjonali” irrispettivament mill-kontenut materjali tagħhom.

26.

Il-Gvern tal-Lussemburgu jirreferi b’mod estensiv għal dak li huwa espost fir-risposta tiegħu tat-30 ta’ Awissu 2004 għall-opinjoni motivata skont liema d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jikkostitwixxu regoli ta’ ordni pubbliku peress li huma intiżi sabiex jipproteġu lill-ħaddiema. Anke jekk il-Gvern tal-Lussemburgu jikkunsidra li bħala prinċipju, ir-referenza li tagħmel il-Kummissjoni għad-dikjarazzjoni Nru 10 tad-Direttiva 96/71 hija korretta, huwa jfakkar li l-imsemmija dikjarazzjoni ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali u li konsegwentement, hija ma tistax isservi bħala element ta’ interpretazzjoni. Fi kwalunkwe każ, il-Gvern Lussemburgiż jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 1 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 huma ġġustifikati minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali. Fl-aħħar nett, biex isostni t-teżi tiegħu, huwa jagħmel referenza għall-proċedura leġiżlattiva li wasslet għall-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva fuq is-servizzi fis-suq intern ( 5 ).

B — Fuq it-tieni lment: traspożizzjoni mhux kompluta tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71

27.

Il-Gvern Lussemburgiż rrikonoxxa li kien hemm traspożizzjoni mhux kompluta tad-Direttiva 96/71 u jirreferi għall-emenda tal-liġi tad-19 ta’ Mejju 2006.

28.

Il-Kummissjoni ssostni li hija ma rċeviet ebda informazzjoni fuq dan is-suġġett.

C — Fuq it-tielet ilment: nuqqas ta’ kjarezza fir-rigward tal-metodi ta’ kontroll

29.

Skont il-Kummimssjoni, l-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 mhuwiex miktub b’mod li huwa ċar biżżejjed sabiex jassigura lill-impriżi li jixtiequ jikkollokaw xi ħaddiema fil-Lussemburgu ċ-ċertezza legali indispensabbli. F’każ fejn din id-dispożizzjoni żżid ir-riskju tal-impriżi li jiksru l-liġi, l-istess dispożizzjoni tikkostitwixxi limitazzjoni inġustifikata għall-provvista libera tas-servizzi. Fi kwalunkwe każ, l-obbligu li l-informazzjoni essenzjali indispensabbli għall-kontroll tkun għad-dispożizzjoni tal-Ispettorat tax-xogħol qabel il-bidu ta’ dawn ix-xogħlijiet, fuq sempliċi talba u fl-iqsar żmien possibbli jikkostitwixxi obbligu ta’ dikjarazzjoni minn qabel li mhuwiex kumpatibbli mal-Artikolu 49 KE.

30.

Min-naħa l-oħra, il-Gvern Lussemburgiż jikkunsidra li t-test leġiżlattiv huwa biżżejjed ċar. Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 ma jikkostitwixxix obbligu li ssir dikjarazzjoni minn qabel.

D — Fuq ir-raba’ lment: rekwiżit ta’ mandatarju ad hoc

31.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-appuntar previst fl-Artikolu 8 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 ta’ mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu, li jkun responsabbli li jikkonserva d-dokumenti meħtieġa għall-verifika tal-obbligi li dawn l-impriżi għandhom għal ċertu perijodu li jmur lil hinn mill-provvista tas-servizzi jikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Dan l-obbligu mhuwiex biss superfluwu fid-dawl tas-sistema organizzata ta’ kooperazzjoni jew ta’ bdil ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71, iżda wkoll minħabba l-ispejjeż esposti mill-impriżi inkwistjoni.

32.

Min-naħa tiegħu, il-Gvern Lussemburgiż isostni li s-sistema organizzata ta’ kooperazzjoni jew ta’ bdil ta’ informazzjoni li għaliha tagħmel referenza l-Kummissjoni ma tippermettix lill-awtoritajiet kompetenti li jwettqu l-kontrolli bl-effikaċja meħtieġa. Barra minn hekk, il-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 ma timponi ebda forma ġuridika partikolari għall-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ mandatarju ad hoc. Fl-aħħar nett, it-tqegħid tad-dokumenti meħtieġa għand il-mandatarju ad hoc huwa meħtieġ biss fil-ġurnata stess tal-bidu tax-xogħlijiet mingħajr kunsiderazzjoni tal-mument tal-kollokament.

VI — Analiżi

A — Osservazzjonijiet preliminari

1. Ratio Legis tad-Direttiva 96/71

33.

Id-Direttiva 96/71 timponi fuq il-ħaddiema kollokati l-applikazzjoni ta’ ċerti kundizzjonijiet ta’ impjieg imperattivi tal-Istat ospitanti. L-adozzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet minimi ta’ impjieg hija maħsuba sabiex tilħaq tliet obbjettivi distinti: l-evitar tad-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, li jiġu ggarantiti id-drittijiet tal-ħaddiema kollokati u li jiġu aboliti l-ostakoli u l-ambigwitajiet li jaffettwaw il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi.

34.

Fuq dan is-suġġett, il-punt ta’ tluq tar-riflessjonijiet tal-Kummissjoni u tal-Kunsill kien il-liberta` li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikolu 49 KE li jistieden lill-impriżi li jikkollokaw ħaddiema sabiex iwettqu xogħol temporanju fit-territorju ta’ Stat Membru li mhuwiex l-Istat li fit-territorju tiegħu huma jkunu jwettqu abitwalment ix-xogħol tagħhom. Skont il-ħsibijiet tal-leġiżlatur, il-promozzjoni tal-provvista tas-servizzi teħtieġ kompetizzjoni ġusta u miżuri li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema ( 6 ). B’kunsiderazzjoni tad-differenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-kontenut tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol kif ukoll dawk li jistgħu jiġu applikati fl-Istat ospitanti, jista’ jirriżulta li l-ħaddiema kollokati jirċievu remunerazzjonijiet iktar baxxi u jiġu suġġetti għal kundizzjonijiet ta’ xogħol differenti minn dawk li jiġu applikati fl-Istat ospitanti. Dan ikollu effetti fuq il-kompetizzjoni ġusta bejn l-impriżi u fuq il-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-impriżi nazzjonali u dawk barranin, ħaġa li hija meqjusa bħala mhux aċċettabbli mill-aspett soċjali. Il-fatt li jiġi applikat in-“nukleu essenzjali” tad-dritt tax-xogħol tal-Istat ospitanti fuq l-impriżi barranin jippermetti li jiġu evitati dawn id-distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni.

35.

Barra minn hekk, għandhom jiġu solvuti l-problemi li ġġib magħha l-internazzjonalizzazzjoni tar-relazzjoni tal-impjieg fir-rigward tad-drittijiet applikabbli għal din ir-relazzjoni ta’ impjieg ( 7 ). Safejn id-Direttiva tiddefinixxi liema huma d-dispożizzjonijiet nazzjonali li għandhom jiġu applikati fil-qasam tal-kollokament tal-ħaddiema bħala dispożizzjonijiet imperattivi skont l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma fuq il-liġi li tapplika għall-obbligi kuntrattwali (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni ta’ Ruma”), l-istess Direttiva hija maħsuba sabiex tipprovdi l-kundizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli u għaldaqstant sabiex iżżid iċ-ċertezza legali ( 8 ).

2. Il-kuntest tal-kunsiderazzjoni ġuridika

36.

Fir-rigward tal-kuntesti ġuridiċi u fattwali, li fid-dawl tagħhom il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tad-dispożizzjonijiet tal- Lussemburgu ikkontestati mad-dritt Komunitarju, nosservaw li d-Direttiva 96/71 twettaq biss armonizzazzjoni parzjali fil-qasam tal-kollokament tal-ħaddiema ( 9 ). Id-Direttiva 96/71 għandha tiġi kkunsidrata l-ewwel nett bħala leġiżlazzjoni li fiha regoli ta’ kunflitt mad-dritt Komunitarju tax-xogħol li jikkonċerna d-dettalji u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-impjegati kollokati ( 10 ). Min-naħa l-oħra, l-għan leġiżlattiv tad-Direttiva 96/71 ma jikkunsidrax il-kwistjoni tad-dħul u ta’ residenza fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti ( 11 ), b’mod li, bħala prinċipju, ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fil-qasam tal-kollokament transfruntieri tal-ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat KE u prinċipalment tal-Artikolu 49 KE.

37.

Fir-rigward tal-istħarriġ ġuridiku tal-legalità fid-dritt Komunitarju ta’ miżura nazzjonali fil-kuntest ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu skont l-Artikolu 226 KE, isegwi li hemm lok li jiġi eżaminat jekk in-nuqqas allegat jikkonċernax biss id-Direttiva 96/71 jew ukoll direttament l-Artikolu 49 KE. Jekk il-liġijiet tal-Istat dwar il-provvista ta’ xogħol transnazzjonali jmorru kontra d-Direttiva, l-applikazzjoni tat-Trattat tiġi mwarrba, minkejja li dan huwa l-bażi ġuridika tagħha, u kull ksur tad-Direttiva jimplika, wara kollox, ksur tat-Trattat. Madankollu, jekk dawn jiksru direttament it-Trattat, u b’hekk jevitaw id-Direttiva li timplementah, l-unika referenza possibbli hija it-Trattat stess ( 12 ).

38.

Fir-rigward tat-tqassim tal-oneru tal-prova, għandu jiġi nnutat li fil-kuntest ta’ proċedura ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, huwa d-dmir tal-Kummissjoni li turi l-eżistenza ta’ allegat nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu. Barra minn hekk, hija għandha wkoll l-obbligu li tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja l-elementi neċessarji għall-kontroll minnha tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu, mingħajr ma l-Kummissjoni tkun tista’ tibbaża ruħha fuq preżunzjoni kwalunkwe ( 13 ). F’dan ir-rigward, huwa l-Istat Membru inkwistjoni li għandu jikkontesta b’mod sostanzjali u ddettaljat l-informazzjoni ppreżentata u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnha ( 14 ).

B — L-eżami tal-argumenti

Fuq l-ewwel Ilment

39.

F’każ fejn il-Kummissjoni tikkontesta traspożizzjoni mhux korretta tal-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71, is-suġġett prinċipali ta’ dan l-ilment huwa l-ksur ta’ regola tad-dritt sekondarju.

1. Il-kunċett ta’ ordni pubbliku tal-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71

40.

Il-Gvern tal-Lussemburgu jsostni li bil-fatt li huwa ddikjara d-dispożizzjonijiet kollha li jirregolaw l-oqsma li jinsabu fl-Artikolu 1(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 bħala dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali, huwa ta bidu għall-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71. Din id-dispożizzjoni tippermetti lill-Istati Membri li jestendu l-kundizzjonijiet tal-impjieg għal oqsma oħra jekk dawn il-kundizzjonijiet supplimentari jikkostitwixxu regoli ta’ ordni pubbliku ( 15 ). Hija tippermetti wkoll li jiġu estiżi l-kundizzjonijiet tal-impjieg previsti fil-ftehim kollettivi ġenerali u fid-deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ għal attivitajiet oħra li huma differenti mix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni msemmija fl-Anness.

41.

Madankollu, l-Istati Membri ma jistgħux jużaw din l-awtorizzazzjoni b’mod illimitat, peress li għandhom b’mod partikolari jieħdu inkunsiderazzjoni f’dan rigward il-libertajiet fundamentali kif ukoll l-għan tad-Direttiva ( 16 ). Dan isib spjegazzjoni kemm fis-supremazija tal-libertà li jiġu provduti servizzi li t-twettiq tagħha tifforma parti mill-għanijiet li għalihom tikkontribwixxi d-Direttiva 96/71, skont il-mitt premessa tagħha, u mill-prinċipju tal-interpretazzjoni restrittiva tad-dispożizzjonijiet li jidderogaw mil-libertajiet fundamentali ( 17 ). Dan l-aħħar punt ġie enfasizzat diversi drabi u b’mod espliċitu mill-Qorti tal-Ġustizzja b’rabta mal-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku ( 18 ).

42.

Il-kunċett tal-ordni pubbliku jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt Komunitarju li jifrex fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-libertajiet fundamentali u li, konsegwentement, għandu jiġi ddefinit b’mod awtonomu u ma jieħu ebda referenza mill-ordni ġuridiku nazzjonali jew mid-diversi ordnijiet fosthom ( 19 ). Bħala tali, dan huwa skont l-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja b’mod li l-Istati Membri huma pprojbiti milli jiddefinixxu unilateralment il-portata tiegħu mingħajr verifika sussegwenti mill-korpi Komunitarji ( 20 ). Madankollu, dan ma jeskludix li ċ-ċirkustanzi speċifiċi jippermettu ġustifikazzjoni ta’ rikors għall-kunċett tal-ordni pubbliku b’mod li f’ċerti każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiġu rrikonoxxuti marġni ta’ diskrezzjoni fil-limiti imposti mit-Trattat ( 21 ).

43.

Minkejja dawn il-prinċipji ġenerali, il-kunċett tal-ordni pubbliku madankollu jista’ jkollu diversi tifsiriet skont il-portata tal-ordni ġuridiku Komunitarju u l-funzjoni tan-norma inkwistjoni ( 22 ). Fil-każ preżenti, il-kunċett tal-ordni pubbliku fil-karatteristiċi tiegħu tal-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 japplika l-effetti tiegħu inkwantu eċċezzjoni, peress li ma jipprovdix estenjoni tan-nukleu essenzjali tar-regoli ta’ protezzjoni minimi previsti mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 ħlief taħt ċerti kundizzjonijiet.

44.

Fir-rigward tal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu ta’ din l-awtorizzazzjoni, il-kunċett tal-ordni pubbliku ġie ppreċiżat matul l-adozzjoni tad-Direttiva 96/71 permezz tad-dikjarazzjoni Nru 10 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni fis-sens li t-termini “dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku kellhom jiġu kkunsidrati bħal li jkopru dawk id-dispożizzjonijiet obbligatorji li fir-rigward tagħhom wieħed ma jistax jidderoga u li, min-natura u l-għan tagħhom, jirrispondu għall-eżiġenzi imperattivi tal-interess pubbliku”.

45.

Jiena nikkunsidra li xejn ma jipprekludi li tingħata interpretazzjoni tal-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 fid-dawl ta’ din id-dikjarazzjoni. Fir-rigward tal-possibbiltà li tirreferi għad-dikjarazzjonijiet li jinsabu fil-proċess verbali tal-laqgħat dwar l-interpretazzjoni tad-dritt sekondarju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-kwistjoni tqum biss jekk il-kontenut tad-dikjarazzjoni ma jinsabx fit-testi tad-dispożizzjoni inkwistjoni u b’hekk m’għandux portata ġuridika ( 23 ). Fuq dan is-suġġett, għandu jiġi osservat li d-dikjarazzjoni Nru 10 ma tipprekludix il-kunċett ta’ ordni pubbliku u min-naħa l-oħra tikkontribwixxi għad-determinazzjoni tal-kontenut tal-eċċezzjoni. Inkwantu “hija tagħmel riferenza għall-eżiġenzi imperattivi ta’ interess pubbliku”, hija wkoll konformi mal-ġurisprudenza dwar ir-restrizzjonijiet intrinsiċi fuq il-libertajiet fundamentali li l-Qorti tal-Ġustizzja żviluppat ukoll fil-każ ta’ kollokament transfruntieri. B’kuntrast mal-affermazzjonijiet tal-Gvern Lussemburgiż, il-fatt li ma ġietx ippubblikata d-dikjarazzjoni Nru 10 fil-Ġurnal Uffiċjali ma jaffettwax ir-rilevanza ġuridika tagħha iktar u iktar meta l-Gvern Lussemburgiż għandu jirrikonoxxi li bħala rappreżentant Kostituzzjonali ta’ Stat Membru rrappreżentat fil-Kunsill, huwa kien jaf bid-dikjarazzjoni interpretattiva li ngħatat minn din l-istess istituzzjoni fil-kuntest tal-proċedura leġiżlattiva ( 24 ). Konsegwentement, wieħed jista’ jibbaża fuq id-dikjarazzjoni Nru 10 bħal għajnuna għall-interpretazzjoni.

46.

Tenut kont tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jiena tal-fehma li l-Istati Membri mhumiex liberi li jeżiġu li l-prestaturi tas-servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor jirrispettaw id-dispożizzjonijiet vinkolanti kollha tad-dritt tal-impjieg tagħhom ( 25 ). Fl-interess tal-implementazzjoni l-iktar wiesgħa possibbli tal-moviment liberu tas-servizzi, jeħtieġ li naqblu mal-Kummissjoni fis-sens li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-kundizzjonijiet ta’ impjieg stabbiliti mil-liġi li huma indispensabbli għall-ordni ġuridiku tal-Istati Membri ( 26 ). Għandu jiġi eżaminat iktar fid-dettall jekk id-dispożizzjonijiet ikkontestati jirrispettawx dan ir-rekwiżit.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1)(1), (2), (8) u (11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002.

— Regola dwar il-kuntratt bil-miktub jew id-dokument magħmul skont id-Direttiva 91/533

47.

Fir-rigward tar-rekwiżit dwar il-kuntratt bil-miktub jew dokument magħmul skont id-Direttiva 91/533 previst fl-Artikolu 1(1)(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002, il-Kummissjoni għandha tiġi risposta li bħala prinċipju, l-Istat ospitanti m’għandux l-obbligu li jassigura l-verifika tal-osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/533.

48.

Id-Direttiva 91/533 għandha bħala għan l-armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-forma tal-kuntratti ta’ impjieg li ċerti Stati Membri adottaw fid-dawl tal-moltiplikazzjoni tat-tipi ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg sabiex tipproteġi l-ħaddiema impjegati kontra xi ksur eventwali tad-drittijiet tagħhom u biex tassigura organizzazzjoni trasparenti tar-relazzjonijiet ta’ impjieg ( 27 ). Din tikkunsidra wkoll il-prova li ġiet invokata mill-partijiet fir-rigward tal-osservanza tal-obbligu ta’ min iħaddem skont id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/533, li jinforma bil-miktub lill-ħaddiem l-elementi essenzjali tal-kuntratt jew tar-relazzjoni tal-impjieg kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-kollokament tiegħu barra mill-pajjiż skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/533. Min iħaddem jirrispetta l-obbligu ta’ prova tiegħu meta jikteb id-dokumenti li jkollhom l-informazzjoni meħtieġa u jagħtihom lill-ħaddiem qabel it-tluq tiegħu ( 28 ).

49.

Skont l-aħħar premessa tagħha “billi l-Istati Membri għandhom jadottaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet leġislattivi neċessarji biex jaqblu ma’ din id-Direttiva jew għandhom jaċċertaw li ż-żewġ naħat tal-industrija li jwaqqfu d-dispożizzjonijiet neċessarji mill-ftehim, filwaqt li l-Istati Membri huma obbligati li jieħdu l-passi neċessarji li jgħinuhom f’kull ħin biex jiggarantixxu r-riżultati imposti minn din id-Direttiva”. Kif jirriżulta mit-termini ta’ din il-premessa, l-obbligu ta’ traspożizzjoni tal-Istati jħares lejn is-sempliċi intervent leġiżlattiv biex jimplementa dawn id-dispożizzjonijiet, u dan jinkludi l-verifika tal-osservanza tagħhom. Dan l-obbligu jaqa’ fuq l-Istati Membri f’każ ta’ kollokament tal-ħaddiema u f’dan ir-rigward, skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 91/533, għandu jiġi żgurat li l-ħaddiem jirċievi minn qabel l-informazzjoni supplementari dwar il-kundizzjonijiet tal-kollokament tiegħu. Jekk l-Istat ta’ kollokament diġà jagħmel użu mis-setgħat ta’ verifika tiegħu, allura ma jistax ikun hemm kwistjoni dwar l-eventwali kompetenza tal-Istat ospitanti fid-dawl tal-armonizzazzjoni prevista mid-Direttiva 91/533.

50.

Din il-kompetenza lanqas ma tista’ tirriżulta mid-Direttiva 91/533. Lanqas ma tista’ tiġi ġġustifikata mill-fatt li l-Lussemburgu kklassifika l-osservanza tal-obbligi ta’ informazzjoni ċċitati iktar ’il fuq bħala li huma regoli ta’ protezzjoni tal-ordni pubbliku. Dan ir-rekwiżit, kif jipprovdi wkoll l-Artikolu 1(1)(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002, ma jaqax fin-nukleu essenzjali tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg previsti mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71. Id-deċiżjoni tal-leġiżlatur li ma jirriproduċix f’din l-aħħar dispożizzjoni l-obbligi ta’ informazzjoni skont id-Direttiva 91/533 għandha tiġi rrispetata ( 29 ).

51.

Fl-aħħar nett, l-argumenti tal-Gvern Lussemburgiż li jikkonċernaw il-proċedura leġiżlattiva li kienet wasslet għall-adozzjoni tad-Direttiva 2006/123 għandhom jiġu mwarrba bħala li huma irrilevanti fil-kuntest tal-eżami ta’ dan l-ilment. Fil-fatt, il-liġi Lussemburgiża kkontestata m’għandha l-ebda rabta materjali jew kronoloġika mad-Direttiva 2006/123. Fil-fatt, hija tittrasponi d-Direttiva 96/71 biss.

— Aġġustament awtomatiku tar-remunerazzjoni skont l-għoli tal-ħajja

52.

Fir-rigward tal-aġġustament awtomatiku tar-“remunerazzjoni” skont l-għoli tal-ħajja previst fl-Artikolu 1(1)(2) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002, il-Gvern Lussemburgiż isostni li dan huwa maħsub biex jipproteġi lill-ħaddiem u jikkontribbwixxi biex tinżamm il-paċi soċjali fil-Lussemburgu. Huwa jżid li dan l-aġġustament awtomatiku huwa impliċitament previst fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71.

53.

Madankollu, l-ilment tal-Kummissjoni ma jirrigwardax il-karatteristika awtomatika ta’ dan il-mekkaniżmu iżda huwa kontra l-fatt inkontestabbli li fid-dritt tal-Lussemburgu, hemm previst aġġustament ġenerali tar-“remunerazzjoni” li jolqot kemm il-pagi reali kif ukoll il-pagi minimi. B’ittra tat-30 ta’ Awissu 2004, il-Gvern Lussemburgiż espona li fid-dritt Lussemburgiż, il-ħlas minimu kien suġġett ukoll għall-mekkaniżmu ġenerali ta’ aġġustament. Madankollu, skont il-Kummissjoni, dan mhuwiex konformi għal dak li hemm previst fl-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 96/71 li jsemmi esklużivament ir-“rati minimi ta’ ħlas”.

54.

Il-Kummissjoni tikkunsidra ġustament li l-kliem tad-dispożizzjoni Lussemburgiża ta’ traspożizzjoni jitbiegħdu mid-Direttiva 96/71. Filwaqt li l-eżami dwar kompatibbiltà ta’ dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali jmur kontra d-dritt Komunitarju, jeħtieġ li wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-interpretazzjoni li jagħtu l-qrati nazzjonali lil din id-dispożizzjoni ( 30 ). Madankollu, il-kliem tal-Artikolu 1(1)(2) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 mhumiex ambigwi u ma jippermettux interpretazzjoni li tmur kontra id-dritt Komunitarju. Fil-fatt, f’każ fejn il-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 għandha tiġi interpretata skont kriterji oġġettivi fis-sens li jeżisti aġġustament ġenerali tar-remunerazzjoni skont l-għoli tal-ħajja li jestendi wkoll għall-ħlas minimu, l-Artikolu 1(1)(2) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 kien jissodisfa l-obbligi Komunitarji previsti fl-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 96/71. F’każ bħal dan, l-argument tal-Kummissjoni għandu jiġi miċħud bħala infondat.

— Regola dwar il-leġiżlazzjoni tal-impjieg part time u dak għal żmien fiss

55.

Ir-rekwiżit dwar il-leġiżlazzjoni tal-impjieg part time u għal żmien fiss previst fl-Artikolu 1(1)(8) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 ma jaqa’ taħt l-ebda kategorija msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, iżda min-naħa l-oħra, dan ir-rekwiżit imur lil hinn min-nukleu essenzjali tal-kundizzjonijiet Komunitarji ta’ impjieg. Safejn dan huwa bbażat fuq l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71, dan għandu jiġi eżaminat fid-dawl tal-kunċett tal-ordni pubbliku skont id-dikjarazzjoni Nru 10 li l-kontenut tagħha jirriproduċi fis-sustanza l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 49 KE ( 31 ).

56.

Hija ġurisprudenza kostanti li l-Artikolu 49 KE jeżiġi mhux biss it-tneħħija ta’ kull diskriminazzjoni fil-konfront ta’ dak li jipprovdi servizzi u li huwa stabbilit fi Stat Membru ieħor minħabba n-nazzjonalità tiegħu, iżda wkoll l-abolizzjoni ta’ kull restrizzjoni, ukoll jekk tapplika indistintament għal dawk li jipprestaw servizzi nazzjonali u għal dawk ta’ Stati Membri oħrajn, meta hija ta’ natura li tipprojbixxi, li tfixkel, jew li tirrendi inqas attrajenti l-attivitajiet ta’ min jippresta servizz fi Stat membru ieħor, fejn hu legalment jagħti servizzi simili ( 32 ). Skont din id-definizzjoni, biex tiġi kklassifikata bħala restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 49 KE, huwa suffiċjenti li l-liġijiet Lussemburgiżi fuq l-impjieg part time u għal żmien fiss ikunu iktar severi minn dawk li jkunu fis-seħħ fl-Istat ta’ kollokament u għaldaqstant, il-provvista tas-servizzi fil-Lussemburgu issir inqas attraenti għall-impriżi barranin.

57.

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, inkwantu prinċipju fundamentali tat-Trattat ma tistax tiġi limitata ħlief permezz ta’ regoli iġġustifikati minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u li japplikaw għal kull pesuna jew għal kull impriża li jeżerċitaw attività fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, f’każ fejn dan l-interess mhuwiex issalvagwardjat mir-regoli li għalihom min jipprovdi s-servizzi ikun suġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit ( 33 ).

58.

Skont il-Gvern Lussemburgiż, l-Artikolu 1(1)(8) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jirrifletti x-xewqa li tiġi mħarsa l-ugwaljanza fit-trattament u fir-remunerazzjonijiet bejn il-ħaddiema kollha u li, għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tirrifletti l-għan leġittimu fid-dritt Komunitarju ta’ protezzjoni soċjali tal-ħaddiema. Kif iddikjara l-Gvern Lussemburgiż, din il-leġiżlazzjoni għandha bħala għan li tipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema li huma diġà ggarantiti fis-sistema ġuridika Komunitarja mid-Direttivi 97/81/KE ( 34 ) u 1999/70/KE ( 35 ). Barra minn hekk, kull ma tagħmel din id-dispożizzjoni huwa li tittrasponi prinċipji li għandhom l-oriġni tagħhom fl-ordni pubbliku Komunitarju.

59.

Aħna ma naqblux ma’ dawn l-argumenti. Il-fatt li l-leġiżlatur Komunitarju, fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71 ma rriproduċiex il-għan leġiżlattiv tad-Direttivi ċċitati iktar ’il fuq, jiġifieri l-leġiżlazzjoni tal-impjieg part time u tal-impieg għal żmien fiss, jaħdem favur l-argument li din il-parti tad-dritt Komunitarju tax-xogħol ma taqax preċiżament taħt l-ordni pubbliku Komunitarju. Barra minn hekk, dawn huma liġijiet li, bħal ma jammetti l-Gvern Lussemburgiż stess, huma diġà l-għan fuq pjan Komunitarju tad-Direttivi 97/81 u 1999/70 u li, konsegwentement, għandhom jiġu trasposti mill-Istati Membri kollha ( 36 ). Konsegwentement, ċerti regoli japplikaw għall-persuni li jipprovdu servizzi fl-Istat Membru fejn huma jirrisjedu li diġà jipproteġi l-interessi tagħhom. Minn dan isegwi li l-Gvern Lussemburgiż ma jistax jibbaża fuq raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali biex jikklassifika l-liġijiet nazzjonali kkontestati bħala dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku.

— Regola marbuta mal-ftehim kollettivi ta’ xogħol

60.

Fir-rigward tar-riferenza magħmula fl-Artikolu 1(1)(11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 għad-“dispożizzjonijiet imperattivi tad-dritt nazzjonali fil-qasam tal-ftehim kollettivi ta’ xogħol”, tqum il-kwistjoni dwar jekk din il-leġiżlazzjoni hijiex kompatibbli mal-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71. Il-Kummissjoni għandha d-dubji tagħha fuq il-legalità tat-traspożizzjoni u fis-sustanza takkuża lil-Lussemburgu li għolla kategorija ta’ atti fil-livell ta’ dispożizzjonijiet obbligatorji ta’ dritt intern irrispettivament min-natura ġuridika tagħhom u mill-kontenut materjali tagħhom, bi ksur tal-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71.

61.

Il-Kummissjoni tikkontesta għaldaqstant żewġ aspetti ta’ din il-leġiżlazzjoni li għandhom jiġu eżaminati separatament. Jeħtieġ l-ewwel nett li wieħed jaqbel mal-Kummissjoni inkwantu l-kunċett ta’ “ftehim kollettivi ta’ xogħol”, minn naħa, għandu tifsira differenti mill-ewwel frażi tal-Artikolu 1(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002, u min-naħa l-oħra, mill-punt 11 ta’ din id-dispożizzjoni. Għalkemm, l-ewwel każ, jinvolvi “ftehim kollettivi iddikjarati bħala ta’ applikazzjoni universali”, il-punt 11 jagħmel riferenza b’mod ġenerali għall-“ftehim kollettivi ta’ xogħol”. F’dan l-aħħar każ, dan jirrigwarda biss ftehim kollettivi li ma kinux ġew iddikjarati bħala ta’ applikazzjoni universali. Madankollu, minħabba l-kliem ċar tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71, li jagħmlu referenza biss għal-“ftehim kollettivi […] li kienu ddikjarati universalment applikabbli” huma ma jistgħux, bħala tali, jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva msemmija, ħaġa li twassal għall-konsegwenza li dawn il-ftehim kollettivi ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala n-nukleu essenzjali tal-kundizzjonijiet tal-impjieg ( 37 ).

62.

Aspett ieħor tal-kwistjoni jirrigwarda l-fatt li ċerta kategorija ta’ atti taqa’ taħt il-livell ta’ dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku irrispettivament min-natura ġuridika tagħhom u mill-kontenut materjali tagħhom. Sabiex wieħed ikun jista’ jevalwa jekk leġiżlazzjoni kollettiva partikolari tistax tiġi kkunsidrata bħala imperattiva skont id-Dikjarazzjoni Nru 10, aħna nikkunsidraw li l-Istat Membru kkonċernat jindika bi preċiżjoni l-leġiżlazzjonijiet kollettivi kkonċernati ( 38 ). Min-naħa l-oħra, ir-referenza ġenerali għal-“ftehim kollettivi ta’ xogħol” skont l-Artikolu 1(1)(11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002, tippreżenta l-karatteristiċi ta’ att li mhuwiex komplut li huwa nieqes minn kull kjarezza u ċertezza. Din il-kjarezza hija assolutament indispensabbli peress li wieħed ma jistax jeskludi li jista’ jkun hemm ċirkustanzi li fihom l-applikazzjoni tal-ftehim kollettivi għall-ħaddiema kollokati tkun inkompatibbli mal-libertà li jiġu provduti s-servizzi ( 39 ). Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat f’kull każ jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni, meta kkunsidrata oġġettivament, tassigurax il-protezzjoni tal-ħaddiema kollokati u jekk din tinkludix, għall-ħaddiema kkonċernati, vantaġġ reali li jikkontribwixxi, b’mod sinjifikattiv, għall-protezzjoni soċjali tagħhom. Madankollu, il-fatt li hemm referenza ġenerali għal-“ftehim kollettivi ta’ xogħol” jimpedixxi preċiżament lill-Qorti tal-Ġustizzja li tipproċedi għal eżami fil-fond.

63.

Fir-rigward tal-pjan ta’ proċedura, il-Gvern Lussemburgiż ma ssodisfax l-obbligu tiegħu li jiddefendi ruħu b’mod sostantiv u komplut kontra l-ilmenti ssollevati mill-fatt li fir-risposta tiegħu huwa rrefera għall-ftehim kollettiv ta’ xogħol li huwa hemeż fir-risposta tiegħu fl-ittra tat-30 ta’ Awissu 2004 ( 40 ). Kif ġustament enfasizzat il-Kummissjoni, f’dan ir-rigward kien hemm ftehim kollettivi li huma ddikjarati bħala ta’ applikazzjoni ġenerali mir-regolament tal-Gran Dukat skont l-ewwel frażi tal-Artikolu 1(1) u mhux minn “ftehim kollettivi ta’ xogħol” inkwistjoni li għalihom jagħmel referenza l-Artikolu 1(1)(11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002.

64.

Konsegwentement, l-Artikolu 1(1)(11) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 mhuwiex konformi mal-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71.

Fuq it-tieni lment

65.

Fl-ittra ta’ intimazzjoni tagħha, il-Kummissjoni kienet enfasizzat li l-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71 kien jobbliga lill-Istati Membri biex iħarsu li l-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor jiggarantixxu lill-ħaddiema kollokati fit-territorju tagħhom ir-rispett tal-perijodi minimi ta’ xogħol u tal-perijodi minimi ta’ mistrieħ. Hija kienet irrilevat li l-Artikolu 1(1)(3) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 kien jillimita l-applikazzjoni tar-regoli tal-Lussemburgu fuq il-perijodi minimi ta’ mistrieħ u ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa. Madankollu, il-kunċett ta’ “perijodi minimi ta’ mistrieħ” jinkludi mhux biss il-perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa, iżda wkoll jipprovdu fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2003/88/KE ( 41 ), perijodi oħra ta’ mistrieħ, bħall-mistrieħ ta’ kull ġurnata jew il-ħin tal-brejk.

66.

Fir-risposta tiegħu, il-Gvern tal-Lussemburgu kien diġà rrikonoxxa t-traspożizzjoni mhux kompluta tad-Direttiva 96/71 ( 42 ).

67.

B’hekk, kien biss wara li għadda it-terminu ta’ xahrejn iffissat fl-opinjoni motivata tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2005 li l-Gvern Lussemburgiż issodisfa l-obbligi tiegħu. Hija ġurisprudenza kostanti li l-eżistenza ta’ nuqqas tat-twettiq ta’ obbligu għandha tiġi analizzata skont is-sitwazzjoni tal-Istat Membru hekk kif kienet fi tmiem it-terminu ffissat fl-opinjoni motivata u t-tibdil li seħħ sussegwentement ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja ( 43 ). F’każ fejn il-Gvern Lussemburgiż ma jikkontestax it-traspożizzjoni tardiva, l-ilment huwa għaldaqstant fondat fuq dan il-motiv.

Fuq it-tielet ilment

68.

L-ilment tal-Kummissjoni dwar ir-restrizzjoni mhux iġġustifikata fuq il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi ibbażata fuq l-interpretazzjoni tal-obbligu impost fuq l-impriżi stabbiliti barra mill-pajjiż skont l-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002“li jingħata aċċess għall-awtorità ta’ kontroll qabel il-bidu tax-xogħljiet, fuq sempliċi talba u fl-iqsar żmien possibbli, id-dettalji essenzjali li huma indispensabbli għal kontroll”, ma jikkonċernax it-traspożizzjoni tad-Direttiva 96/71 iżda l-Artikolu 49 KE direttament.

69.

Kif diġà spjegajna iktar ’l fuq, l-Artikolu 49 KE ma jirrikjedix biss l-abolizzjoni tad-diskriminazzjonijiet li jolqtu lill-persuni li jipprovdu s-servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor minħabba n-nazzjonalità tagħhom, iżda wkoll l-abolizzjoni tar-restrizzjonijiet kollha ( 44 ). Hija ġurisprudenza kostanti li l-applikazzjoni tal-liġijiet nazzjonali tal-Istat ospitanti għal persuni li jipprovdu s-servizzi hija ta’ natura li tipprojbixxi, tfixkel jew tal-inqas tirrendi inqas attraenti l-attivitajiet tal-persuna li tipprovdi s-servizzi u konsegwentement għandha tiġi kkunsdrata bħala restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu provduti s-servizzi f’każ fejn jirriżulta li hemm spejjeż u taxxi amministrattivi u ekonomiċi addizzjonali ( 45 ).

70.

Il-leġiżlazzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 hija intiża sabiex tippermetti lill-Ispettorat tax-xogħol Lussemburgiż li jivverifika l-identità u r-regolarità tar-residenza tal-ħaddiem fil-kuntest tal-kollokament. Hija tissuġġetta l-impriżi li għandhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom barra mit-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu għal proċedura amministrattiva preliminari obbligatorja li tobbligahom jippreżentaw id-dokumenti dwar l-istatus tal-ħaddiem kollokat fid-dritt soċjali, fid-dritt tax-xogħol u fid-dritt tar-residenza, qabel il-bidu tax-xogħljijiet, b’mod li fi kwalunkwe każ, din il-leġiżlazzjoni timplika għall-impriżi kkonċernati formalitajiet amministrattivi li jistgħu jagħmlu l-kollokament tal-ħaddiema fil-Lussemburgu inqas attraenti mix-xogħol fit-territorju nazzjonali. Skont id-definizzjoni wiesgħa tal-ġurisprudenza, din iċ-ċirkustanza hija diġà biżżejjed biex tirrikonoxxi natura restrittiva lil din il-leġiżlazzjoni ( 46 ).

71.

Barra minn hekk, għandu jiġi mfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet lill-Istati Membri l-fakultà li jivverifikaw l-osservanza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali u Komunitarji fil-qasam ta’ provvista ta’ servizzi. Bl-istess mod, hija ammettiet il-fondatezza ta’ miżuri neċessarji sabiex tiġi vverifikata l-osservanza tar-rekwiżiti stess iġġustifikati minn raġunijiet ta’ interess pubbliku ( 47 ). Il-Gvern Lussemburgiż jiġġustifika d-dispożizzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 billi jibbaża kemm fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema kif ukoll fuq il-ħtieġa li jsiru kontrolli sabiex jiġu miġġielda l-abbużi u l-attivitajiet transnazzjonali illegali. Skont il-ġurisprudenza, kemm il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kif ukoll il-ġlieda kontra l-abbużi huma kkunsidrati bħala għanijiet leġittimi ( 48 ).

72.

Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Ġustizzja wkoll iddeċidiet li dawn il-kontrolli tal-awtoritajiet ta’ kontroll għandhom jirrispettaw il-limiti imposti mid-dritt Komunitarju u m’għandhomx jagħmlu illużorja l-libertà ta’ provvista ta’ servizzi ( 49 ). B’mod partikolari huma għandhom ikunu adattati sabiex jiggarantixxu it-twettiq tal-għan li jsegwu u ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq ( 50 ).

73.

Dak li l-ewwel nett jikkaratterizza l-leġiżlazzjoni Lussemburgiża huwa l-obbligu legali tal-imprendituri li jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Ispettorat tax-xogħol id-dokumenti meħtieġa “qabel il-bidu tax-xogħlijiet”, ħaġa din li tħalli lil wieħed jippreżumi li jeżisti kontroll preliminari fuq l-abbużi, li fil-prinċipju jmur kontra d-dritt Komunitarju. Il-Gvern tal-Lussemburgu jiddefendi ruħu dwar dan billi jirreferi għaċ-ċirkustanza skont liema l-fatt li l-imprenditur m’għandux għalfejn jirrispetta l-obbligu ta’ notifika tiegħu “ħlief meta ssirlu l-ewwel talba” itaffi dan l-obbligu legali. Għaldaqstant, m’hemm l-ebda obbligu tal-imprenditur li jkollu jagħmel huwa stess dikjarazzjoni lill-awtoritajiet.

74.

Madankollu, fil-fehma tiegħi jeżistu elementi li jippermettu li jiġi kkunsidrat li l-leġiżlazzjoni Lussemburgiża hija mfassla bħala miżura ta’ kontroll preliminari maħsuba biex tikxef l-abbużi. Fil-fatt, l-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 għandu jinqara flimkien mal-Artikoli 13 sa 17 tal-liġi tal-4 t’April 1974 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-Ispettorat tax-xogħol u tal-mini ( 51 )(iktar ’l isfel imsejħa l-“liġi tal-4 ta’ April 1974”), fejn din il-liġi, f’każ ta’ ksur tal-obbligu ta’ min jimpjega li jipprovdi informazzjoni, tippermetti li jiġi ordnat it-twaqqif tal-attivitajiet tal-ħaddiem ikkollokat fit-territorju tal-Gran Dukat b’effett immedjat. It-tkomplija tax-xogħol ma tistax tiġi awtorizzata mill-ġdid mill-Ispettorat tax-xogħol ħlief wara li d-dokumenti meħtieġa kollha jkunu ġew ipprovduti ( 52 ) u f’dan ir-rigward, l-Artikolu 28 tal-liġi tal-4 ta’ April 1974 jipprovdi pieni ta’ priġunerija u multi għall-ksur ta’ din l-inġunzjoni. Madankollu, jekk fl-ewwel lok, hija meħtieġa “awtorizzazzjoni” sabiex jitkompla x-xogħol u li fit-tieni lok, in-non osservanza tal-obbligu ta’ infurmar huwa ppenalizzat mid-dritt penali, b’hekk il-leġiżlazzjoni prevista fl-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 tista’ tiġi interpretata biss fis-sens li teżisti projbizzjoni, salv li jkun hemm awtorizzazzjoni minn qabel tal-provvista tas-servizzi fil-Lussemburgu permezz tal-kollokament tal-ħaddiema ( 53 ).

75.

Il-kwistjoni taggrava bil-fatt li l-kliem ta’ din id-dispożizzjoni ma ssodisfawx l-eżiġenzi taċ-ċertezza legali u tal-kjarezza. Hija ġurisprudenza kostanti li l-Istati Membri, sabiex jiggarantixxu l-applikazzjoni sħiħa tad-dritt Komunitarju, għandhom mhux biss jikkonformaw id-dritt nazzjonali tagħhom mad-dritt Komunitarju, iżda jimplementaw ukoll sitwazzjoni ċerta, ċara u trasparenti b’mod li l-individwi jkun jista` jkollhom għarfien tad-drittijiet kollha tagħhom u jinvokawhom quddiem il-qrati nazzjonali ( 54 ). Dan il-prinċipju għandu japplika a fortiori fl-ipoteżi fejn id-dritt tal-Istat Membru inkwistjoni jimponi obbligi fuq individwi u jipprovdi sanzjonijiet f’każ ta’ ksur.

76.

Għandu jiġi kkonstatat li l-kliem ambigwu tal-leġiżlazzjoni jipprovdi li l-għoti ta’ awtorizzazzjoni jaqa’, fil-parti l-kbira tiegħu, taħt is-setgħa ta’ diskrezzjoni tal-amministrazzjoni u li, barra minn hekk, ir-riskju tal-impriżi li jiġu imposti sanzjonijiet amministrattivi u/jew penali jikber b’mod mhux ġustifikat. B’hekk, skont id-dokumenti ta’ prova li l-Kummissjoni ppreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, l-Ispettorat tax-xogħol jinterpreta b’mod manifest l-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 fis-sens li dan jeżiġi li t-trasmissjoni tad-dokumenti kollha ssir qabel il-provvista tas-servizzi ( 55 ), b’mod li, kuntrarjament għall-affermazzjonijiet tal-Gvern Lussemburgiż, mhuwiex biżżejjed li d-dokumenti jiġu ddepożitati fl-istess ġurnata, eżattament qabel il-bidu tax-xogħlijiet. Barra minn hekk, diffikultajiet matul it-traspożizzjoni effettiva tal-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jistgħu jirriżultaw minħabba l-fatt li l-obbligu ta’ notifika u allura l-proċedura amministrattiva stess, fil-prinċipju, jirriżultaw bħala prinċpju biss wara li tiġi ppreżentata it-“talba” tal-Ispettorat tax-xogħol u f’dan ir-rigward, mhuwiex ċar dwar x’kien ir-rwol mogħti lill-impriża minn din il-proċedura u lanqas jekk l-impriża għandhiex tibda din it-“talba” hija stess. F’każ fejn ma jkunx hemm din it-“talba”, impriża ma tistax fl-aħħar mill-aħħar tagħmel użu mill-moviment liberu tas-servizzi mingħajr ma tesponi lilha nnifisha għal sanzjonijiet amministrattivi jew penali, peress li din ir-restrizzjoni għandha l-effett ta’ projbizzjoni assoluta, tenut kont tal-possibbiltà li wieħed jirrikorri għal mezzi inqas restrittivi, ma tistax tiġi kkunsidrata bħala neċessarja sabiex tiggarantixxi l-protezzjoni tal-ħaddiem.

77.

Fl-aħħar nett, huwa indispensabbli fil-fehma tagħna li jiġi mfakkar f’dan il-kuntest li l-Qorti tal-Ġustizzja f’sentenza riċenti Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu ( 56 ) dwar in-natura sproporzjonata ta’ awtorizzazzjoni bħala kundizzjoni għall-bidu tal-impjieg u li tirrigwarda l-applikazzjoni ta’ mezzi inqas restrittivi: “L-obbligu impost fuq impriża li tipprovdi servizzi li tavża’ minn qabel lill-awtoritajiet lokali bil-preżenza ta’ wieħed jew aktar ħaddiema impjegati ssekondati, bit-tul ta’ żmien li matulu jkunu preżenti fil-pajjiż u bil-provvista ta’ servizzi li tiġġustifika is-sekondar tagħhom jikkostitwixxi miżura li hija wkoll effettiva u li hija anqas restrittiva mir-rekwiżit inkwistjoni. Din il-miżura hija ta’ natura li tippermetti lil dawn l-awtoritajiet jikkontrollaw il-ħarsien tal-leġiżlazzjoni soċjali Lussemburgiża matul it-tul ta’ żmien tas-sekondar filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-obbligi li l-impriża tkun diġà suġġetta għalihom taħt ir-regoli tad-dritt soċjali applikabbli fl-Istat Membru ta’ oriġini”. F’dawn iċ-ċirkustanzi, huwa iktar ċar li l-Istat Membru ospitanti jillimita l-intervent tiegħu għall-eżami tal-informazzjoni meħtieġa provduta mill-persuna li tipprovdi s-servizz fil-mument li tibda l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru ospitanti u ma japplikax sanzjonijiet ħlief meta jidher li dan ikun meħtieġ ( 57 ). Konsegwentement, billi jipprovdi de facto fl-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 riżerva ta’ awtorizzazzjoni, il-Gvern Lussemburgiż imur lil hinn minn dak li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra bħal li huwa proporzjonat.

78.

Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li din il-leġiżlazzjoni tikkostitwixxi kontroll preliminari tal-abbużi li mhuwiex kompatibbli mal-Artikolu 49 KE. Konsegwentement, dan l-ilment huwa fondat ukoll.

Fuq ir-raba’ lment

79.

Fost il-ħtiġiet amministrattivi addizzjonali li għandhom bħala effett li jagħmlu iktar diffiċli l-kollokament ta’ ħaddiema minn impriżi li għandhom is-l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fi Stat Membru ieħor, hemm l-appuntar ta’ mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu kif previst fl-Artikolu 8 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi skont l-Artikolu 49 KE ( 58 ). Konsegwentement, għandu jiġi eżaminat jekk ir-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali humiex iġġustifikati mill-għan ta’ interess pubbliku u, fil-każ li huma, jekk humiex meħtieġa sabiex jintlaħaq dan l-għan u dan permezz ta’ mezzi xierqa

80.

Il-Gvern Lussemburgiż jibbaża ruħu fuq il-protezzjoni tal-ħaddiema, il-ġlieda kontra l-abbużi kif ukoll il-ħtieġa ta’ kontroll effettiv. Kif diġà spjegajna, kemm il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema kif ukoll il-ġlieda kontra l-abbużi huma kkunsidrati bħala li huma għanijiet leġittimi ( 59 ), filwaqt li t-twettiq tal-kontrolli bil-għan li jiġu implementati d-dispożizzjonijiet protettriċi tad-dritt nazzjonali huma kkunsidrati bħala li huma kompatibbli mad-dritt Komunitarju f’każ fejn dan il-kontroll iseħħ fil-kuntest tal-limiti ffissati mid-dritt Komunitarju ( 60 ).

81.

Għandu l-ewwel nett jiġi osservat li Stat Membru ma jistax jissoġġetta t-twettiq ta’ provvista ta’ servizzi mogħtija fit-territorju tiegħu taħt l-osservanza tal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-istabbiliment, taħt piena li jċaħħad id-dispożizzjonijiet tat-Trattat iddestinati preċiżament sabiex jiżġuraw il-libertà li jiġu provduti servizzi minn kull effett utli ( 61 ).

82.

F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja ( 62 ) li r-rekwiżit li permezz tiegħu l-impriżi li jipprovdu xogħol temporanju li jixtiequ jipprovdu ħaddiema għad-dispożizzjoni ta’ utenti stabbiliti fl-Italja jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom jew fergħa fit-territorju nazzjonali mhuwiex ikkunsidrat bħala kompatibbli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’każ fejn dan jagħmel impossibbli l-provvista ta’ servizzi, fl-imsemmi Stat Membru, minn impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn.

83.

Il-Gvern Lussemburgiż isostni fis-sustanza li m’hemm xejn fl-Artikolu 8 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 li jagħmel riferenza għall-karatteristiċi preċiżi tal-mandatarju ad hoc inkwistjoni. La huwa rikjest li dan ikun persuna legali jew fiżika u lanqas li huwa għandu jaġixxi bħala entità li tiġi rremunerata. L-unika ħaġa importanti hija li l-Ispettorat tax-xogħol ikun jaf l-isem tad-depożitarju tal-informazzjoni meħtieġa. Fis-settur tal-kostruzzjoni, il-mandatarju ad hoc skont din id-dispożizzjoni jista’ jkun kemm l-imprenditur prinċipali, kemm min iħaddem, kif ukoll amministrazzjoni li tordna xogħlijiet.

84.

Fuq dan is-suġġett għandha tingħata risposta li din l-interpretazzjoni mhijiex riflessa fl-Artikolu 8 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002. Anzi hija tmur kontra d-dispożizzjonijiet legali. Min-naħa l-oħra, jirriżulta b’mod ċar mill-kliem ta’ dawn id-dispożizzjonijiet li l-mandatarju ad hoc għandu jkun “residenti” fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, jiġifieri li jrid ikollu ċ-ċentru tal-attivitajiet tiegħu hemmhekk, u għandu jkun stabbilit b’mod abitwali. Hekk kif il-Kummissjoni tosserva ġustament, din il-karatteristika timplika “domiċilju permanenti” jew tal-inqas residenza li taqbeż id-dewmien tax-xogħlijiet. Minn dan jirriżulta li l-ħtiġiet tal-Artikolu 8 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 ma jkunux issodisfati meta, per eżempju, id-dokumenti meħtieġa jiġu kkonservati minn wieħed mill-ħaddiema kollokati.

85.

Aħna nikkunsidraw li din il-konklużjoni mhijiex konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-sentenza Arblade et ( 63 ), il-Qorti tal-Ġustizzja fil-fatt iddeċidiet li l-obbligu li jinżammu għad-dispożizzjoni u li jiġu kkonservati ċerti dokumenti fid-domiċilju ta’ persuna fiżika ddomiċiljata fl-Istat Membru ospitanti, li tikkonservhom bħala mandatarja jew li taġixxi għal min iħaddem li jkun appuntaha, anke wara li min iħaddem ikun waqaf milli jimpjega ħaddiema f’dan l-Istat, dan ma jistax jiġi kkunsidrat bħala legali ħlief jekk l-awtoritajiet ta’ dan l-Istat ma jkunux jistgħu jeżerċitaw il-kompitu tagħhom ta’ kontroll b’mod effettiv fin-nuqqas ta’ dan l-obbligu.

86.

Ċertament, aħna naqblu mal-arugment tal-Gvern Lussemburgiż fis-sens li t-twettiq tal-kontrolli fuq il-post huwa indispensabbli biex tiġi żgurata l-osservanza tad-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ protezzjoni. Madankollu, aħna nikkontesaw il-fatt li ma stabbilixxiex u lanqas ma ressaq provi b’mod suffiċjenti li l-awtoritajiet tal-Lussemburgu ma setgħux jissodisfaw l-obbligi ta’ kontroll tagħhom mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu. Fil-fatt, biex wieħed jiġġustifika restrizzjoni daqshekk serja fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, mhuwiex biżżejjed li wieħed jesprimi ruħu mingħajr ġustifikazzjonijiet ta’ dubji jew ta’ sempliċi riservi fir-rigward tal-effettività tas-sistema ta’ kooperazzjoni jew ta’ bdil ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri previsti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71 ( 64 ). Bħall-Istati Membri kollha l-oħra, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu huwa marbut li jipparteċipa fl-imsemmija sistema ta’ kooperazzjoni sabiex jikkontrolla l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg inkwistjoni. F’dan il-każ, il-Gvern tal-Lussemburgu ma rrispettax l-obbligu proċedurali tal-produzzjoni tal-provi.

87.

Minkejja dak kollu li ntqal, il-kontroll tar-rispett tal-leġiżlazzjonijiet marbutin mal-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema jista’ jiġi żgurat sew ħafna permezz ta’ miżuri inqas restrittivi. Fil-fatt, għandu jiġi kkunsidrat li biex jiġi ssodisfat dan l-obbligu ta’ kontroll, huwa suffiċjenti li jiġi appuntat wieħed mill-ħaddiema kollokati, per eżempju assistent li jassigura r-rabta bejn l-impriża barranija u l-Ispettorat tax-xogħol u li, skont il-każ, jagħmel aċċessibbli d-dokumenti meħtieġa jew fil-post ta’ kostruzzjoni jew f’post definit b’mod ċar u li jkun aċċessibbli fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti ( 65 ). Din il-miżura ta’ protezzjoni soċjali tal-ħaddiema li toħloq inqas restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

88.

Din hija r-raġuni għaliex aħna nikkonkludu li l-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 8 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 huma sproporzjonati u jiksru l-Artikolu 49 KE. B’konsegwenza, ir-raba’ ilment huwa fondat ukoll.

VII — Fuq l-ispejjeż

89.

Skont l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż. Peress li l-Gran Dukat tal-Lussemburgu tilef l-argumenti essenzjali tiegħu, hemm lok li jiġi ordnat ibati l-ispejjeż.

VIII — Konklużjoni

90.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha magħmulin iktar ’il fuq, aħna nipproponu lill-Qorti tal-Ġustizzja:

tikkonstata li:

1.

billi ddikjara li d-dispożizzzjonijiet tal-punti 1, 8 u 11 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar traspożizzjoni tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiena fil-qafas [kuntest] ta’ prestazzjoni [provista] ta’ servizzi u fuq il-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt tax-xogħol, jikkostitwixxu dispożizzjonijiet obbligatorji li jaqgħu taħt l-“ordni pubbliku nazzjonali”,

2.

billi ttraspona b’mod mhux komplut id-disposiżżjonijiet tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva 96/71 fl-Artikolu 1(1)(3) ta’ din il-liġi,

3.

billi, fl-Artikolu 7(1) ta’ din il-liġi, stabbilixxa kundizzjonijiet li huma neqsin mill-kjarezza meħtieġa biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali,

4.

billi fl-Artikolu 8 ta’ din il-liġi ordna li fil-Lussemburgu għandhom jiġu kkonservati d-dokumenti meħtieġa għall-kontroll f’idejn mandatarju ad hoc li jkun residenti hemmhekk,

il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 3(1) u (10) tad-Direttiva 96/71 kif ukoll l-Artikoli 49KE u 50 KE;

tiċħad il-bqija tar-rikors bħala infondat;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.


( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.

( 2 ) ĠU 1997, L 18, p. 1.

( 3 ) Id-dikjarazzjoni Nru 10 ma ġietx ippubblikata fil-ĠU. Madankollu, il-kontenut tagħha ġie rriprodott fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta’ Lulju 2003, COM(2003) 458 finali, p. 13.

( 4 ) Liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-kuntest ta’ provvista ta’ servizzi u regolamentazzjoni tal-kontroll tal-applikazzjoni tad-dritt tal-impjieg (Memo A — Nru 154 tal-31 ta’ Diċembru 2002, p. 3722).

( 5 ) Proposta emendata tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi fis-suq intern tal-4 ta’ April 2006, COM(2006) 160 finali.

( 6 ) Ara l-ħames premessa.

( 7 ) Ara s-sitt premessa.

( 8 ) Il-premessi 7 sa 11 tad-Direttiva 96/71 jeżaminaw ir-rabta eżistenti mal-Konvenzjoni ta’ Ruma fejn l-Artikolu 6 jirrigwarda l-kuntratti ta’ impjieg u r-relazzjonijiet ta’ impjieg individwali. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, il-kriterju determinanti għall-għażla tad-dritt applikabbli bħala liġi tal-kuntratt, “huwa il-liġi tal-pajjiż li fih l-impjegat, f’eżekuzzjoni tal-kuntratt, iwettaq abitwalment ix-xogħol tiegħu, anki jekk ikun temporanjament ikkollokat f’pajjiż ieħor” [Artikolu 6(2)(a)] tal-Konvenzjoni ta’ Ruma). Din id-dispożizzjoni ġiet emendata bid-Direttiva 96/71 fis-sens li d-dritt tal-post tal-impjieg japplika għal kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg imsemmijin fid-Direttiva meta l-liġi tal-kuntratt ta’ impjieg imsemmi fl-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma ma jipprovdix kundizzjonijiet li huma iktar favorevoli. Skont E. Jayme u C. Kohler, “Europäiches Kollisionsrecht 1997 — Vergemeinschaftung durch ‘Säulenwechsel’”, Praxis des internationalen Privat- und Verfahrensrechts, Sena 17, Nru 6, 1997, p. 400, wieħed jista’ jikkunsidra li d-Direttiva fuq il-kollokament tikkostitwixxi konkretizzazzjoni tar-“regoli imperattivi” skont l-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni ta’ Ruma peress li l-għaxar premessa tagħmel riferiment espress għalih.

( 9 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger tat-23 ta’ Frar 2006 fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (sentenza tal-21 ta’ Settembru 2006, C-168/04, Ġabra p. I-9041, punt 28). Il-qasam tal-kollokament tal-ħaddiema għadu ma ġiex armonizzat. Skont il-premessa sitta u tmenin tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36), dan il-qasam huwa espressament eskluż. Proposta tal-Kummissjoni dwar l-eliminazzjoni tal-ostakoli burokratiċi u dwar l-obbligu tal-Istati Membri li jikkooperaw fil-kuntest tal-kollokament tal-ħaddiema u/jew kollokazzjoni ta’ ċittadini ta’ Stati terzi, ġiet miċħuda mill-abbozz tad-Direttiva qabel l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fuq dan is-suġġett ara l-proposta emendata ta’ Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2006, COM(2006) 160 finali, p. 15 u 16.

( 10 ) M. Schmidt, Das Arbeitsrecht der Europäischen Gemeinschaft, Baden-Baden 2001, p. 254 u 259, jikkunsidra li d-direttiva fuq il-kollokament ma tarmonizzax il-kundizzjonijiet ta’ impjieg iżda tillimita il-libertà ta’ għażla li tikkonċerna r-regoli ta’ kunflitt. W. Däubler, “Die Entsende-Richtlinie und ihre Umsetzung in das deutsche Recht”, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftrecht 1997, p. 614, jenfasizza li d-Direttiva 96/71 hija bbażata b’mod partikolari fuq l-Artikolu 57(2) tat-Trattat KE (li wara l-emendi sar l-Artikolu 47(2) KE) u fuq l-Artikolu 66 tat-Trattat KE (li wara l-emendi sar l-Artikolu 55 KE). L-Artikolu 66 tat-Trattat KE jagħmel riferiment għall-possibbiltajiet ta’ ppjanar u għar-restrizzjonijiet fil-qasam tal-libertà ta’ istabbiliment u jordna l-applikazzjoni tagħha fil-qasam tal-provvista tas-servizzi. Skont l-Artikolu 57(2) KE, il-Kunsill ħareġ direttivi għall-koordinazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi tal-Istati Membri sabiex jissemplifika l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali (dritt ta’ istabbiliment u/jew il-provvista ta’ servizzi). Jekk nikkunsidraw is-suġġett ta’ din id-dispożizzjoni, dan kien sar. Id-Direttiva tikkoordina l-kundizzjonijiet tad-dritt tal-impijeg li min jipprovdi s-servizzi għandu jirrispetta. K. Forgó, “Aktuelles zur Entsenderichtlinie”, ecolex 1996, p. 818 jispjega li d-differenzi li jirriżultaw mir-regoli ta’ kunflitt diverġenti kienu ġew aboliti bid-Direttiva 96/71. Min-naħa l-oħra, id-differenzi li jirriżultaw mid-drittijiet nazzjonali tax-xogħol inżammu anke wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 96/71 peress li din ma tipprovdi l-ebda armonizzazzjoni tal-kontenut. B. Borgmann, “Kollisionsrechtliche Aspekte des Arbeitnehmer-Entsendegesetzes”, Praxis des internationalen Privat- und Verfahrensrechts 1996, p. 319, jikkunsidra li d-Direttiva 96/71 hija koordinazzjoni tar-regoli imperattivi internazzjonali fil-qasam tad-dritt tax-xogħol. Fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 fil-kawża pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja Laval un Partneri (C-341/05), l-Avukat Ġenerali Mengozzi jippreċiża li d-Direttiva 96/71 għandha bħala għan li tikkoordina r-regoli ta’ kunflitt tal-liġijiet tal-Istati Membri sabiex tiddetermina d-dritt nazzjonali applikabbli għall-provvista ta’ servizzi transfruntalieri f’sitwazzjoni ta’ kollokament temporanju ta’ ħaddiema ġewwa l-Komunità, mingħajr ma tarmonizza la r-regoli materjali tal-Istati Membri li jirrigwardaw id-dritt tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg li jirrigwardaw, b’mod partikolari, ir-rata tal-ħlas, u lanqas id-dritt li jsir użu minn azzjoni kollettiva.

( 11 ) Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed tal-15 ta’ Settembru 2005 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (sentenza tat-19 ta’ Jannar 2006, C-244/04, Ġabra p. I-885, punt 6).

( 12 ) F’dan is-sens ara wkoll il-punt 28 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer tal-14 ta’ Diċembru 2006 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (sentenza tat-18 ta’ Lulju 2007, C-490/04, Ġabra p. I-6095), kif ukoll il-punti 144 sa 163 tal-konklużjonijiet mogħtija fil-kawża Laval un Partneri (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10).

( 13 ) Sentenzi tat-12 ta’ Mejju 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-287/03, Ġabra p. I-3761, punt 27); tal-14 ta’ April 2005, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-341/02, Ġabra p. I-2733, punt 35); tad-29 ta’ Mejju 2001, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-263/99, Ġabra p. I-4195, punt 27); tat-8 ta’ Marzu 2001, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-68/99, Ġabra p. I-1865, punt 38); tat-23 ta’ Ottubru 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C-159/94, Ġabra p. I-5815, punt 102) u tal-25 ta’ Mejju 1982, Il-Kummissjoni vs L-Olanda (96/81, Ġabra p. 1791, punt 6).

( 14 ) Sentenza tat-22 ta’ Settembru 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (272/86, Ġabra p. 4875, punt 21).

( 15 ) Matul in-negozjati fil-Kunsill, ir-Renju Unit, l-Irlanda u l-Portugall esprimew ruħhom kontra l-eżistenza ta’ lista miftuħa peress li lista bħal din tmur kontra l-għan tad-Direttiva li hija intimata sabiex tikkjarifika u tagħti ċertezza legali (Aġenzija Ewropa, Sena 43, Nru 6449 tas-27 u 28 ta’ Marzu 1995).

( 16 ) Ara wkoll M. Fuchs u Marhold Europäisches Arbeitsrecht, It-Tieni Edizzjoni, Vjenna 2006, p. 322. B. Borgman, “Kollisionsrechtliche Aspekte des Arbeitnehmer-Entsendegesetzes” (imsemmi fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, p. 316) jikkunsidra li għalkemm huwa eżatt li l-Istati Membri jistgħu jdgħajfu l-kompetizzjoni mhux mixtieqa tal-impriżi li jinsabu fi Stati li għandhom pagi baxxi permezz ta’ “tisħiħ” tad-dispożizzjonijiet internazzjonali imperattivi tagħhom, jeħtieġ madankollu li r-regoli tad-dritt Komunitarju jiġu rrispettati. S. Görres, Grenzüberschreitende Arbeitnehmerentsendung in der EU, Vjenna/Graz 2003, p. 122 jikkunsidra li r-riferiment għall-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 jimplika li l-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impijeg ikkontestati tal-Istati Membri jikkonsistu f’regolamenti ta’ ordni pubbliku li ma jiksrux ir-regoli tat-Trattat KE. L-awturi jirrikonoxxu wkoll li fil-każ ta’ riferiment għall-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71, ċerti kundizzjonijiet għandhom jiġu rrispettati u fosthom bilfors li jidhru t-twettiq tal-moviment liberu tas-servizzi u l-għanijiet preċiżi tal-leġiżlatur Ewropew. L-Avukat Ġenerali Mengozzi, fil-punt 212 tal-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Mejju 2007 mogħtija fil-kawża Laval un Partneri (iċċtata iktar ’il fuq), jikkunsidra li kif jirriżulta mill-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 u mill-ġurisprudenza dwar l-Artikolu 49 KE, l-appartenenza ta’ regoli nazzjonali għall-kategorija ta’ dispożizzjonijiet ta’ ordni pubbliku jew għal dawk tal-liġijiet tal-pulizija ma tnaqqsilhom xejn mill-osservanza tagħhom lejn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat.

( 17 ) Fir-rigward tar-restrizzjonijiet għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u għad-dritt ta’ stabbiliment, are l-punt 53 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer tas-16 ta’ Mejju 2006 fil-kawżi magħqudin Placanica, Palazzese u Sorrichio (sentenza tas-6 ta’ Marzu 2007, C-338/04, C-359/04 u C-360/04, Ġabra p. I-1891). N. Georgiadis, Derogation clauses: the protection of national interests in EC law, Brussell 2006, p. 72, jenfasizza li l-klawżoli derogatorji kollha u b’mod partikolari l-eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku huma suġġetti għall-prinċipji tal-interpretazzjoni restrittiva. Skont J. Wichmann, Dienstleistungsfreiheit und grenzüberschreitende Entsendung von Arbeitnehmen, Frankfurt/Main 1998, p. 104 u 105, il-kunsiderazzjonijiet sistematiċi huma kontra interpretazzjoni estensiva. Fil-fatt, anke bħala dispożizzjonijiet kuntrattwali ta’ eċċezzjoni, jirriżulta li l-klawżola ta’ ordni pubbliku għandha tiġi interpretata strettament. Għaldaqstant, ir-riferiment għall-ordni pubbliku jimplika li l-interessi supremi essenzjali tal-Istat Membru jiġu milquta.

( 18 ) Il-Qorti tal-Ġustizzja dejjem enfasizzat li l-eċċezzjoni ta’ ordni pubbliku tikkostitwixxi deroga għall-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-persuni, li għandha tinftiehem b’mod restrittiv u li l-portata tagħha ma tistax tiġi ddeterminata unilateralment mill-Istati Membri. Ara s-sentenzi tas-26 ta’ Frar 1975, Bonsignore (67/74, Ġabra p. 297, punt 6); tat-28 ta’ Ottubru 1975, Rutili, 36/75, Ġabra p. 1219, punt 27); tas-27 ta’ Ottubru 1977, Bouchereau (30/57, Ġabra p. 1999, punt 33); tad-19 ta’ Jannar 1999, Calfa (C-348/96, Ġabra p. I-11, punt 23); tad-29 ta’ April 2004, Orfanopoulos u Oliveri, C-482/01 u C-493/01, Ġabra. p. I-5257, punti 64 u 65); tal-31 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-503/03, Ġabra p. I-1097, punt 45); tas-27 ta’ April 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-441/02, Ġabra p. I-3449, punt 34), u tas-7 ta’ Ġunju 2007, Il-Kummissjoni vs L-Olanda (C-50/06, Ġabra p. I-4383, punt 42).

( 19 ) Sentenzi tat-2 ta’ April 1998, EMU Tabac et (C-296/95, Ġabra 1998, p. I-1605, punt 30), u tat-23 ta’ Marzu 1982 Levin (53/81, Ġabra p. 1035, punti 10 sa 12).

( 20 ) Skont ġurisprudenza kostanti, sabiex awtorità nazzjonali tkun tista’ tirrikorri għall-kunċett ta’ politika pubblika, għandha teżisti, f’kull każ, minbarra l-inkwiet soċjali li jinvolvi kull ksur tal-liġi, theddida [periklu] reali u suffiċjentement gravi, li taffettwa interess fundamentali tas-soċjetà (is-sentenzi Rutili, iċċitati iktar ’il fuq, fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, punt 28; Bouchereau, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, punt 35; Orfanopoulos u Oliveri, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, punt 66; Il-Kummissjoni vs Spanja, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, punt 46; Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, punt 35, u Il-Kummissjoni vs L-Olanda, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 18, punt 43).

( 21 ) Ara s-sentenza tal-14 ta’ Diċembru 1974, Van Duyn (41/74, Ġabra p. 1337, punti 18 u 19).

( 22 ) Jeżistu diversi dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju — b’mod partikolari fid-dritt primarju, l-Artikoli 30 KE, 39(3) KE, 46 KE, 55 KE u 58(1)(b) KE li saru sinjifikattivi bħala “limiti għal-libertajiet fundamentali” — li taħt ċerti kundizzjonijiet, jippermettu restrizzjonijiet fuq il-libertajiet mogħtija mid-dritt primarju fil-qasam tal-moviment tal-persuni, tal-merkanzija, tas-servizzi u tal-kapital. Barra minn hekk, il-kunċett ta’ ordni pubbliku japplika fid-dritt sekondarju kemm bħala eċċezzjoni, kif ukoll bħala dritt sekondarju ta’ interpretazzjoni u ta’ preċiżjoni (ara fuq dan is-suġġett H. Schneider, Die öffentliche Ordnung als Schranke der Grundfreiheiten im EG-Vertrag, Baden-Baden 1998, p. 53).

( 23 ) Sentenzi tat-23 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs L-Italja (429/85, Ġabra p. 843, punt 9); tas-26 ta’ April 1991, Antonissen (C-292/89, Ġabra p. I-745, punt 18); tad-29 ta’ Mejju 1997, VAG Sverige (C-329/95, Ġabra p. I-2675, punt 23), u tat-3 ta’ Diċembru 1998, Generics (UK) et (C-368/96, Ġabra p. I-7967, punti 25 sa 28).

( 24 ) Kwalunkwe riżerva fil-konfront tal-kontenut tad-dikjarazzjoni Nru 10, kemm jekk ġejja mingħand il-Kunsill bħala istituzzjoni u għalhekk b,mod partikolari mill-Gvern Lussemburgiż, tikkontradixxi l-prinċipju tad-dritt “venire contra factum proprium nemini licet”, fejn ħadd ma jista’ jopponi l-aġir tiegħu stess.

( 25 ) Ara b’mod partikolari s-sentenzi tal-24 ta’ Jannar 2002, Portugaia Construções (C-164/99, Ġabra p. I-787, punt 17), u tal-15 ta’ Marzu 2001, Mazzoleni u ISA (C-165/98, Ġabra p. I-2189, punt 23) li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, b’mod partikolari, Stat Membru ma jistax jissuġġetta t-twettiq ta’ provvista ta’ servizzi fit-territorju tiegħu għall-osservanza tal-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għal stabbiliment, taħt piena li jċaħħad id-dispożizzjonijiet tat-Trattat minn kull effett utli, fejn dawn huma destinati preċiżament sabiex jiżġuraw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

( 26 ) C. Wolfsgruber, Die grenzüberschreitende Entsendung von Arbeitnehmern, Wien 2001, p. 42, ma jsemmix id-dikjarazzjoni Nru 10. Madankollu, dan l-awtur jikkunsidra li l-kunċett ta’ ordni pubbliku msemmi fl-Artikolu 3(10) tad-Direttiva 96/71 għandu jiġi interpretat b’mod strett b’rabta mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 46(1) KE. B’hekk, estensjoni tal-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg tal-Istat ospitanti hija possibbli biss meta jkun hemm “theddida reali u suffiċjentement gravi, li taffettwa l-interessi fundamentali tas-soċjetà”. W. Däubler, “Die Entsende-Richtlinie und ihre Umsetzung in das deutsche Recht”, iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, p. 615 jenfasizza li f’kull każ, il-ftehim kollettivi kollha li japplikaw għall-impriżi domestiċi ma jestendux għall-persuni li jipprovdu servizzi ta’ provenjenza minn Stati Membri oħra. Min-naħa l-oħra dan jinvolvi l-ħlas minimu u l-vaganzi minimi, b’mod li l-pagi ogħla ta’ ħaddiem ikkwalifikat, is-supplimenti normali, kif ukoll l-iskemi ta’ pensjoni professjonali, eċċ. ma jkollhom l-ebda rwol. Minn dan wieħed jista’ jikkonkludi li għalkemm huwa minnu li d-Direttiva 96/71 hija intiża biex tistabbilixxi nukleu ta’ dispożizzjonijiet ta’ protezzjoni minima, fl-istess ħin hija maħsuba sabiex tevita li jkun hemm restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi bbażati fuq kunsiderazzjonijiet marbutin mal-ordni pubbliku.

( 27 ) Fl-istess ħin, id-Direttiva 91/533 hija intiża sabiex tittrasponi l-punt 9 tal-Karta Komunitarja dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-ħaddiema li jgħid li l-kundizzjonijiet tal-impjieg ta’ kull ħaddiem/a tal-Komunità Ewropea għandhom ikunu stipulati fil-liġi, ftehim kollettiv jew kuntratt ta’ impjieġ, skont l-arranġamenti f’kull pajjiż.

( 28 ) Skont id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 2(1) u tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 91/533, min iħaddem għandu l-obbligu li jgħarraf lill-ħaddiem bl-aspetti essenzjali tal-kuntratt jew tar-relazzjoni tal-impjieg mhux aktar tard minn xahrejn wara l-bidu tal-impjieg. L-Artikolu 2(2) ta’ din l-istess Direttiva jipprovdi l-kontenut minimu għal dan l-obbligu ta’ informazzjoni. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4(1) tal-istess Direttiva, fejn ħaddiem huwa meħtieġ li jaħdem f’pajjiż jew pajjiżi barra l-Istat Membru li l-liġijiet tagħhom u/jew il-prattika jiggvernaw il-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg, l-obbligu tal-informazzjoni bil-miktub għandu jinkludi l-informazzjoni dwar i) id-dewmien tal-impjieg barra mill-pajjiż, (ii) il-valuta li għandha tintuża għall-ħlas tar-remunerazzjoni; (iii) fejn xieraq, il-benefiċċju fi flus jew in natura li jiġu ma’ impjieg barra mill-pajjiż, u fejn hu xieraq, il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-rimpatrijazzjoni tal-ħaddiem, u, anke f’dawn il-każijiet, l-informazzjoni dwar il-valuta li għandha tintuża għall-ħlas tar-remunerazzjoni kif ukoll il-benefiċċji marbutin mar-residenza barra mill-pajjiż jistgħu jirriżultaw minn riferiment għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari, u amministrattivi jew statutorji, jew għall-ftehim kollettiv li jirregola l-oqsma kontemplati hemmhekk. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu fil-pussess tal-ħaddiem qabel it-tluq tiegħu. Fuq dan is-suġġett ara M. Fuchs/F. Marhold, Europäisches Arbeitsrecht, iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, p. 79 et seq.

( 29 ) Fir-rigward tar-rabta ġuridika li teżisti bejn id-Direttiva 96/71 u d-Direttiva 2006/23, ara l-kunsiderazzjonijiet magħmulin fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9.

( 30 ) K. Lenaerts/D. Arts/I. Maselis, Procedural Law of the European Union, It-Tieni Edizzjoni, Londra 2006, punt 5-056, p. 162 jippreċiżaw li l-portata tal-liġijiet, regolamenti jew atti amministrattivi nazzjonali għandhom jiġu evalwati fid-dawl tal-interpretazzjoni li jagħtuhom il-qrati nazzjonali. Jekk dispożizzjoni nazzjonali tkun miftuħa għal interpretazzjonijiet diversi — fejn waħda tkun konformi mad-dritt Komunitarju u l-oħra le — huwa l-obbligu tal-Kummissjoni mbagħad li tistabbilixxi li l-qrati nazzjonali ma jkunux qegħdin jinterpretaw dik id-dispożizzjoni skont id-dritt Komunitarju. Madankollu, fil-kawża preżenti, l-Artikolu 1(1)(2) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 mhuwiex ambigwu u ma jippermettix li tingħata interpretazzjoni differenti ħlief dik li tqis li hemm ksur tal-Artikolu 3(1)(ċ) tad-Direttiva 91/533.

( 31 ) Ara l-punt 45.

( 32 ) Sentenzi tal-25 ta’ Lulju 1991, Säger (C-76/90, Ġabra p. I-4221, punt 12); tad-9 ta’ Awwissu 1994, Vander Elst (C-43/93, Ġabra p. I-3803, punt 14); tat-28 ta’ Marzu 1996, Guiot (C-272/94, Ġabra p. I-1905, punt 10); tat-12 ta’ Diċembru 1996, ReiseBuro Broede (C-3/95, Ġabra p. I-6511, punt 25); tad-9 ta’ Lulju 1997, Parodi (C-222/95, Ġabra p. I-3899); Portugaia Construções (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 16), u tad-19 ta’ Jannar 2006, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-244/04, Ġabra p. I-885, punt 30).

( 33 ) Sentenzi tal-25 ta’ Ottubru 2001, Finalarte (C-49/98, C-50/98, C-52/98 sa C-54/98 u C-68/98 sa C-71/98, Ġabra p. I-7831, punt 31), u tat-23 ta’ Novembru 1999, Arblade (C-369/96 u C-376/96, Ġabra p. I-8453, punt 34).

( 34 ) Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU L 14, p. 9). Din id-direttiva tiggarantixxi lill-ħaddiema milquta minn forom ġodda ta’ flessibbilltà ta’ xogħol l-istess trattament bħall-ħaddiema li jaħdmu full time jew ħaddiema b’kuntratt għall-żmien indefinit. L-aċċess għax-xogħol part time huwa ssemplifikat; ingħataw xi rakkomandazzjonijiet lil min iħaddem fuq il-mod kif huma jistgħu jieħdu kunsiderazzjoni tax-xewqat tal-ħaddiema f’dak li jikkonċerna l-metodi ta’ xogħol iktar flessibbli.

( 35 ) Direttiva tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, p. 43). Din id-Direttiva fiha ħtiġiet minimi relatati mal-kuntratt għal żmien fiss sabiex tiggarantixxi l-ugwaljanza fit-trattament tal-ħaddiema u sabiex tevita l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta’ relazzjonijiet ta’ impjieg jew ta’ kuntratti suċċessivi. Hija tistieden lill-Istati Membri biex jadottaw is-sanzjonijiet fil-każ ta’ ksur tal-ħtiġiet minimi tagħha. Minbarra dan, hija tipprovdi klawżoli derogatorji sabiex tillimita l-piż amministrattiv li jista’ jirriżulta għall-impriżi żgħar u medji minħabba l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet ġodda.

( 36 ) L-organizzazzjonijiet interprofessjonali ġenerali, jiġifieri l-Unjoni tal-Konfederazzjonijiet Industrijali u ta’ min Iħaddem Ewropea (UNICE), Iċ-Ċentru Ewropew tal-Intrapriżi Pubbliċi (CEEP) u l-Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions (CES), fis-6 ta’ Ġunju 1997, ikkonkludew ftemim qafas fuq l-impjieg part-time u fit-18 ta’ Marzu 1999, ikkonkludew ftehim qafas fuq ix-xogħol għal żmien fiss li kellhom jiġu implementati rispettivament mid-Direttiva 97/81 u mid-Direttiva 1999/70. Kif jidher rispettivament fl-erbatax il-premessa tad-Direttiva 97/81 u fis-sittax-il premessa tad-Direttiva 1999/70 rispettivament, l-att l-iktar xieraq għall-implementazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas huwa direttiva skont l-Artikolu 249 KE peress li din torbot lill-Istati Membri fir-rigward tar-riżultat li għandu jintlaħaq, filwaqt li tħallilhom l-għażla tal-forma u tal-mezzi.

( 37 ) Mingħajr ma għamlu analiżi ġuridika preċiża fid-dawl tad-Direttiva 96/71, W. Däubler, fl-artiklu tiegħu “Die Entsende-Richtlinie und ihre Umsetzung in das deutsche Recht”, iċċitat iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, p. 615, u B. Borgmann, fl-artiklu tiegħu “Entsendung drittstaatsangehöriger Arbeitnehmer durch EU-Unternehmen nach Deutschland”, Zeitschrift für Ausländerrecht und Ausländerpolitik 1993, p. 122, jikkunsidraw li l-ftehim kollettivi ta’ xogħol kollha applikabbli għall-impriżi domestiċi ma jistgħux jiġu estiżi għal persuni li jipprovdu servizzi ta’ Stati Membri oħra. B. Borgmann isostni wkoll li l-applikazzjoni obbligatorja tal-ftehim kollettivi li mhumiex iddikjarati bħala applikabbli ġeneralment għall-kuntratti ta’ impjieg barranin tikkostitwixxi diskriminazzjoni miftuha fil-konfront tal-impriżi barranin.

( 38 ) Dan jirriżulta barra minn hekk mill-obbligu ġenerali tal-Istati Membri li jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ Direttiva b’mod li jagħtuha eżekuzzjoni li tikkorrispondi għal kollox mar-rekwiżiti ta’ kjarezza u ċertezza tas-sitwazzjonijiet ġuridiċi mixtieqa mid-Direttiva (ara s-sentenzi tal-1 ta’ Marzu 1983, Il-Kummissjoni vs L-Italja, 300/81, Ġabra p. 449, punt 10, u tat-2 ta’ Diċembru 1986, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, 239/85, Ġabra p. 3645, punt 7).

( 39 ) Dan hu dak li ddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Portugaia Construções (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna, punti 28 u 29) f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-paga minima ta’ persuni li jipprovdu servizzi. Konsegwentement, huma l-awtoritajiet nazzjonali u/jew il-qrati nazzjonali li għandhom jivverifikaw jekk, meta meħuda b’mod oġġettiv, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tassigurax il-protezzjoni tal-ħaddiema kollokati u jekk din tinkludix, għall-ħaddiema kkonċernati, vantaġġ reali li jikkontribwixxi, b’mod sinjifikattiv, għall-protezzjoni soċjali tagħhom. B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat b’mod ċar li liġijiet nazzjonali fil-qasam ta’ kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg, bħalma hija l-paga minima, li jidhru manifestament vantaġġużi, jistgħu ma jkunux dejjem vantaġġużi għall-ħaddiema kollokati. Aħna naħsbu li l-istess japplika għad-dispożizzjonijiet kollettivi. F’dan is-sens, ara wkoll l-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-punt 237 tal-konklużjonijiet tiegħu fil-kawża Laval un Partneri (iċċitati iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10) li jagħmel riferenza għas-sentenza Portugaia Construções.

( 40 ) Din hija l-“Convention collective de travail pour le métier de plafonneur-façadier” (regolament tal-Gran Dukat tal-31 ta’ Jannar 1996 — Mémorial A — Nru 14) tal-“Convention collective de travail pour les métiers d’installateur sanitaire et d’installateur de chauffage et de climatisation” (regolament tal-Gran Dukat tat-23 ta’ Settembru 1996, Mémorial A — Nru 72), u tal-“Contrat collectif pour le bâtiment” (regolament tal-Gran Dukat tat-18 ta’ Frar 1997, Mémorial A — Nru 14).

( 41 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU L 299, p. 9)

( 42 ) Il-Gvern tal-Lussemburgu ħabbar il-preparazzjoni ta’ abbozz ta’ liġi li permezz tiegħu l-Artikolu 1(1)(3) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 jagħmel riferiment għall-mistrieħ ta’ kuljum u għall-waqfa tal-pawża. Skont ir-risposta, dan sar permezz tal-Artikolu 4 tal-liġi tad-19 ta’ Mejju 2006 fuq it-traspożizzjoni tad-Direttivi 2003/88 u 96/71 (Loi du 19 mai 2006 1] transposant la directive 2003/88/CE du Parlement européen et du Conseil du 4 novembre 2003 concernant certains aspects de l’aménagement du temps de travail; 2] modifiant la loi modifiée du 7 juin 1937 ayant pour objet la réforme de la loi du 31 octobre 1919 portant règlement légal du louage de services des employés privés; 3] modifiant la loi modifiée du 9 décembre 1970 portant réduction et réglementation de la durée de travail des ouvriers occupés dans les secteurs public et privé de l’économie; 4] modifiant la loi modifiée du 17 juin 1994 concernant les services de santé au travail 5] modifiant la loi du 20 décembre 2002 portant 1. transposition de la directive 96/71/CE du Parlement européen et du Conseil du 16 décembre 1996 concernant le détachement de travailleurs effectué dans le cadre d’une prestation de service; 2. réglementation du contrôle de l’application du droit du travail (Mémorial A — Nru 97 tal-31 ta’ Mejju 2006, p. 1806]).

( 43 ) Sentenzi tat-18 ta’ Lulju 2006, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-119/04, Ġabra p. I-6885, punti 27 u 28); tas-7 ta’ Marzu 2002, Il-Kummissjoni vs Spanja (C-29/01, Ġabra p. I-2503, punt 11); tal-15 ta’ Marzu 2001, Il-Kummissjoni vs Franza (C-147/00, Ġabra p. I-2387, punt 26); tal-21 ta’ Ġunju 2001, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-119/00, Ġabra p. I-4795, punt 14); tat-30 ta’ Novembru 2000, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju (C-384/99, Ġabra p. I-10633, punt 16); tat-3 ta’ Lulju 1997, Il-Kummissjoni vs Franza (C-60/96, Ġabra p. I-3827, punt 15); tas-17 ta’ Settembru 1996, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-289/94, Ġabra p. I-4405, punt 20), u tat-12 ta’ Diċembru 1996, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-302/95, Ġabra p. I-6765, punt 13).

( 44 ) Sentenzi Säger (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 12), Vander Elst (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 14), Guiot (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 10), Reisebüro Broede (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 25), Parodi (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 18), Portugaia Construções (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 39, punt 16), u Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 30).

( 45 ) Fis-sentenza Arblade et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 50), il-Qorti tal-Ġustizzja kellha tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt Komunitarju li kien jobbliga lil min iħaddem jaġixxi bħala persuna li tipprovdi servizzi skont it-Trattat, li jħallas kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem lill-fondi tal-Istat Membru ospitanti, barra kontribuzzjonijiet li huwa kien diġà ħallas lill-korpi tal-Istat Membru fejn kellu l-istabbiliment tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li din kienet restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu provduti s-servizzi peress li dan l-obbligu jwassal għal spejjeż u taxxi amministrattivi u ekonomiċi addizzjonali għall-impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, b’mod li dawn l-impriżi, mill-aspett ta’ kompetizzjoni, ma jkunux f’livell ta’ ugwaljanza ma’ persuni li jħaddmu li jkunu stabbiliti fl-Istat Membru ospitanti u li għalhekk huma setgħu jiġu dissważi milli jipprovdu servizzi fl-Istat Membru ospitanti. Ara wkoll is-sentenza Fnalarte (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 30), li min-naħa tagħha tagħmel riferenza għas-sentenza Mazzoleni (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 24). F’din l-aħħar sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali dwar il-pagi minimi għall-persuni li jipprovdu servizzi li huma stabbiliti f’reġjun ta’ Stat Membru li jmiss mal-fruntiera ta’ Stat Membru ospitanti tista’ twassal għal taxxi amministrattivi addizjonali li huma sproporzjonati meta r-remunerazzjoni tal-ħaddiema li jkunu sempliċiment kollokati fl-Istat ospitanti hija kkalkolata b’mod separat.

( 46 ) Ara s-sentenzi Finalarte (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 36), u tal-21 ta’ Ottubru 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-445/03, Ġabra p. I-10191, punt 41), li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-obbligu li wieħed jirrispetta l-formalitajiet amministrattivi kien biżżejjed biex tiġi rrikonoxxuta l-eżistenza tar-restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-persuni. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Lulju 2004, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-455/03, Ġabra. p. I-10191, punt 17), l-Avukat Ġenerali Ruiz-Jarabo Colomer jenfasizza li l-persuni li jipprovdu servizzi li jeżerċitaw id-dritt li jipprovdu s-servizzi tagħhom fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor permezz ta’ kollokament tal-persunal disponibbli, iħabbtu wiċċhom ma’ diversi inkonvenjenzi. Inkonvenjent minnhom jirriżulta mill-obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni li l-għoti tagħha mhuwiex biss diskrezzjonarju, imma wkoll huwa inqas faċli li jinkiseb u jeħtieġ li jitwettqu formalitajiet amministrattivi bejn wieħed u ieħor itwal, kumplessi u għoljin. Inkonvenjent ieħor huwa l-obbligu li wieħed ikun suġġett għal kontrolli li jiżdiedu mal-kontrolli l-oħra li jagħmel l-Istat tal-istabbiliment, filwaqt li m’għandux isir kontroll doppju. Dawn il-formalitajiet kollha spiss jinvolvu li wieħed ikollu jirrinunzja milli jipprovdi s-servizz jew li wieħed ikollu ċertu dewmien li jkun ta’ ħsara. Tenut kont ta’ dawn l-elementi, jeħtieġ li din il-ġurisprudenza tiġi applikata.

( 47 ) Sentenzi tal-21 ta’ Settembru 2006, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (C-168/04, Ġabra p. I-9041, punt 43), Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 36), u Arblade et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 38).

( 48 ) Fir-rigward tal-ġurisprudenza dwar il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema, ara s-sentenzi tas-17 ta’ Diċembru 1981, Webb (279/80, Ġabra p. 3305, punt 19); tat-3 ta’ Frar 1982, Seco (62/81 u 63/81, Ġabra p. 223, punt 10); tas-27 ta’ Marzu 1990, Rush Portuguesa (C-113/89, Ġabra p. I-1417, punt 18); Vander Elst (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 25); Guiot (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 16); Arblade et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 36); Finalarte (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punti 40 u 45); tat-12 ta’ Ottubru 2004, Wolff & Müller (C-60/03, Ġabra p. I-9553, punt 35), u Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 47), kif ukoll il-punt 249 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi fil-kawża Laval un Partneri (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10). Fir-rigward tal-ġurisprudenza dwar il-ġlieda kontra l-abbużi, ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 56). Ir-rifjut min-naħa tad-dritt Komunitarju ma jipproteġix l-abbużi u l-frodi jirriżulta barra minn hekk mis-sentenza tat-2 ta’ Mejju 1996, Paletta II (C-206/94, Ġabra p. I-23057, punt 28) li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li min iħaddem mhuwiex ipprojbit milli jressaq provi li, jekk ikun il-każ, jippermettu lill-qorti nazzjonali tikkonstata dwar l-eżistenza ta’ aġir abbużiv jew frawdolenti li jirriżulta mill-fatt li l-ħaddiem, għalkemm ikun inkapaċi għax-xogħol skont l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurta soċjali għal presuni impejegati u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu fi ħdan il-Komunita, ma kienx marid.

( 49 ) Sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 47, punt 43), u Rush Portuguesa (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 48, punt 17).

( 50 ) Sentenzi Arblade et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 35), Mazzoleni u ISA (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 26), u tat-12 ta’ Ottubru 2004, Wolff & Müller (C-60/03, Ġabra p. I-9553, punt 34). B. Teyssié, Droit européen du travail, it-Tieni Edizzjoni, Pariġi 2003, p. 158 u 159, isostni li l-obbligu li tinżamm formalità amministrattiva ma jistax jiġi ġġustifikat ħlief jekk iservi l-interessi tal-ħaddiema inkwistjoni. Il-kawża ta’ ġustifikazzjoni leġittima li hija l-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema ma tistax isservi bħala pretest għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali li huma ta’ ostaklu għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi.

( 51 ) Skont l-Artikolu 11 tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002, “l-Ispettorat tax-xogħol u tal-mini u l-amministrazzjoni tad-dwana u s-sisa, kull wieħed f’dak li jirrigwardah, huma responsabbli li jiżguraw il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi preżenti”. Il-liġi tal-4 ta’ April 1974 dwar l-organizzazzjoni mill-ġdid tal-Ispettorat tax-xogħol u tal-mini (Mémorial A — Nru 27, p. 485) hija rilevanti biex jiġu stabbiliti l-kompetenzi tal-Ispettorat tax-xogħol.

( 52 ) Ara d-digriet eżekuttiv tal-Ispettorat tax-xogħol tad-29 ta’ April 2004 indirizzat lil impriża u li jordna l-waqfien tal-prestazzjonijiet ta’ xogħol kollokati li mhuwiex iddikjarati, anness b’kopja mal-Anness A5 tar-rikors.

( 53 ) Madankollu, il-leġiżlatur ma jipprojbixxix ċerti atti (jew ċerti abbozzi) minħabba li huma għandhom jiġu pprojbiti b’mod ġenerali iżda biss minħabba li huma għandhom jiġu eżaminati minn qabel mill-amministrazzjoni biex jiġi stabbilit jekk, fil-każ ineżami, jiksrux ċerti dispożizzjonijiet legali ta’ bażi. Jekk l-analiżi jkollha eżitu pożittiv u l-att ikun konformi mad-dritt materjali, l-awtorizzazzjoni għandha tingħata. Għaldaqstant, il-projbizzjoni tapplika bil-kundizzjoni li l-awtorizzazzjoni tingħata meta l-proċedura għall-awtorizzazzjoni ma turi ebda motiv ta’ rifjut legali B’konsegwenza, fil-każ ta’ “l-awtorizzazzjoni”, wieħed jista’ jitkellem ukoll dwar “projbizzjoni bil-kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni” (ara f’dan ir-rigward H. Maurer, Allgemeines Verwaltungsrecht, Edizzjoni Nru 15, Munich 2004, punt 51, p. 218). In-natura restrittiva tal-leġiżlazzjoni Lussemburgiża prevista fl-Artikolu 7(1) tal-liġi tal-20 ta’ Diċembru 2002 hija kjarament marbuta mal-eżistenza ta’ din il-projbizzjoni bil-kundizzjoni ta’ awtorizzazzjoni. Fir-rigward tal-kollokament tal-ħaddiema fi Stat terz minn impriża li tipprovdi servizzi fil-Komunità, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-eżerċizzju ta’ ċerti provvisti ta’ servizzi fit-territorju nazzjonali, minn impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni amministrattiva tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-sens tal-Artikolu 49 KE. Ara s-sentenzi Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 9, punt 40), u Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46, punt 24) u vander Elst (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 15).

( 54 ) F’dan is-sens, fir-rigward tad-Direttivi, is-sentenzi tat-28 ta’ Frar 1991, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-360/87, Ġabra p. I-791, punt 12), u tal-15 ta’ Ġunju 1995, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-220/94, Ġabra p. I-1589, punt 10). Barra minn hekk, ara s-sentenzi tat-18 ta’ Jannar 2001, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-162/99, Ġabra p. I-541, punti 22 sa 25), u tas-6 ta’ Marzu 2003, Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu (C-478/01, Ġabra p. I-2351, punt 20).

( 55 ) Fid-digriet eżekuttiv tal-Ispettorat tax-xogħol tad-29 ta’ April 2004 li bih l-Ispettorat jipprojbixxi l-provvista ta’ servizzi minn ħaddiema mhux iddikjarati, anness b’kopja mal-Anness A5 tar-rikors, l-Ispettorat tax-xogħol jippreċiża li d-dokumenti tal-ħaddiema relatati mal-istatus tad-dritt soċjali u mad-dritt tax-xogħol tal-ħaddiema kollokati għandhom jiġu ddepożitati qabel il-provvista ta’ prestazzjonijiet transfruntieri, u f’dan ir-rigward, it-terminu “preċedenti” huwa manisfestament miktub b’ittri kapitali sabiex jikkjarifika l-impriżi li jaġixxu b’mod manifestament illegali.

( 56 ) Sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2004, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 46, punt 31.

( 57 ) F’dan is-sens, ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Geelhoed tal-15 ta’ Settembru 2005 fil-kawża Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (C-244/04, Ġabra p. I-885, punt 28), dwar leġiżlazzjoni Ġermaniża li tissuġġetta l-kollokament taċ-ċittadini ta’ Stati terzi impjegati ma’ prestatarju ta’ servizzi stabbilit fi Stat Membru ieħor għal sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel. Skont l-Avukat Ġenerali, il-miżura ta’ kontroll minn qabel hija sproporzjonata peress li l-impriżi li ma jirrispettawx dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-protezzjoni tal-ħaddiem ikollhom iġorru r-responsabbiltà ta’ kollokament imwettaq taħt kundizzjonijiet illegali u jistgħu dejjem jiġu mfittxija. Konsegwentement, miżura ta’ kontroll minn qabel ma tistax tiġi ġġustifikata mill-ħtieġa li jiġi assigurat li dan il-kollokament iseħħ b’mod legali.

( 58 ) Dan huwa rrikonoxxut impliċitament mill-Gvern Lussemburgiż fil-paġna 5 tal-ittra tiegħu b’risposta għall-ittra ta’ intimazzjoni tal-Kummissjoni. F’din l-ittra kienu rrikonoxxuti r-restrizzjonijiet partikolari kkawżati mill-obbligu impost fuq l-impriżi barranin biex jinnominaw mandatarju ad hoc residenti fil-Lussemburgu.

( 59 ) Ara l-punt 71.

( 60 ) Ara l-punt 72.

( 61 ) Ara s-sentenzi Säger (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32, punt 13), u Mazzoleni u ISA (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 23).

( 62 ) Sentenza tas-7 ta’ Frar 2002 (C-279/00, Ġabra p. I-1425, punti 17 u 18).

( 63 ) Sentenza ċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 76, u s-sentenza tal-4 ta’ Diċembru 1986, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (205/84, Ġabra p. 3755, punt 54).

( 64 ) Fis-sentenza Arblade et (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punt 79), Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “Jeħtieġ li jiġi enfasizzat li s-sistema organizzata ta’ kooperazzjoni jew ta’ bdil ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri prevista fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71 dalwaqt ser tagħmel superfluwa l-konservazzjoni tad-dokumenti fl-Istat Membru ospitanti wara li min iħaddem ikun waqaf jimpjega l-ħaddiema hemmhekk”. Skont din id-dispożizzjoni, l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jintroduċu korpi li jippermettu li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib tal-Istati Membri fil-qasam tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg. B’hekk, b’mod partikolari huwa previst li l-qrati tal-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà li jsiru jafu bil-kundizzjonijiet ta’ impjieg fil-post tax-xogħol fi Stati Membri oħra. Fost dawn il-korpi, wieħed jikkontempla b’mod partikolari l-uffiċċji ta’ liaison jew uffiċji oħra ta’ kooperazzjoni. Il-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti għall-kontroll tal-kundizzjonijiet tal-impjieg inkwistjoni previsti fid-Direttiva hija ta’ importanza partikolari. Din il-kooperazzjoni tikkonsisti fil-fatt li jingħataw risposti għall-mistoqsijiet tal-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra li i) jirrigwardaw id-disponibbiltà trasnfrontiera tal-ħaddiema, ii) il-ksur manifest u iii) il-każijiet li fihom ikun hemm suspett ta’ attività transfruntiera illegali. Il-kooperazzjoni reċiproka għandha ssir mingħajr remunerazzjoni (ara f’dan ir-rigward Forgó, K., “Aktuelles zur Entsenderichtlinie”, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, p. 817).

( 65 ) Ara s-sentenza Arblade (iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 33, punti 65 u 74) dwar il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema fis-settur tal-kostruzzjoni.