30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Athinaïki Techniki AE vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, Athens Resort Casino AE Symmetochon

(Kawża C-521/06 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju Hyatt Regency - Ilment - Deċiżjoni li ma titteħidx azzjoni ulterjuri fir-rigward ta' l-ilment - Regolament Nru 659/1999 - Artikoli 4, 13 u 20 - Kunċett ta' “att kontestabbli’ fis-sens ta' l-Artikolu 230 KE)

(2008/C 223/15)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Athinaïki Techniki AE [rappreżentanti: S. A. Pappas, dikigoros]

Appellata: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: D. Triantafyllou, aġent], Athens Resort Casino AE Symmetochon [rappreżentanti: F. Carlin, Barrister, N. Korogiannakis, dikigoros)

Suġġett

Appell mid-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tieni Awla) tas-26 ta' Settembru 2006, Athinaïki Techniki AE vs Il-Kummissjoni (T-94/05), li permezz tiegħu l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet bħala inammissibbli r-rikors għall-annullament ta' l-ittra tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Diċembru 2004, li tinforma lill-appellanti li ebda azzjoni ma kienet ser tittieħed fir-rigward ta' l-ilment tagħha dwar għajnuna allegatament mogħtija mir-Repubblika Ellenika fil-kuntest ta' proċedura għall-għoti ta' kuntratt pubbliku — Kunċett ta' att kontestabbli fis-sens ta' l-Artikolu 230 KE

Dispożittiv

1)

Id-digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tas-26 ta' Settembru 2006, Athinaïki Techniki vs Il-Kummissjoni (T-94/05) huwa annullat.

2)

L-eċċezzjoni ta' inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej hija miċħuda.

3)

Il-kawża hija rrinvijata lill-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej sabiex tagħti deċiżjoni fuq it-talbiet ta' Athinaïki Techniki AE għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-2 ta' Ġunju 2004 li ma titteħidx azzjoni ulterjuri fir-rigward ta' l-ilment dwar l-allegata għajnuna mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Ellenika lill-konsorzju Hyatt Regency fil-kuntest ta' kuntratt pubbliku li jirrigwarda t-trasferiment ta' 49 % tal-kapital tal-kasinò Mont Parnès.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 42, 24.2.2007.