30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) ta' l-10 ta' Lulju 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — L-Olanda) — Fiscale eenheid Koninklijke Ahold NV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-484/06) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - L-Ewwel u s-Sitt Direttiva tal-VAT - Prinċipji ta' newtralità fiskali u ta' proporzjonalità - Regoli dwar l-arrotondament ta' l-ammonti tal-VAT - Arrotondament 'l isfel għal kull artiklu)

(2008/C 223/12)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fiscale eenheid Koninklijke Ahold NV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Intepretazzjoni ta' l-Artikolu 11(A)(1)(a), l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 22(3)(b) u l-Artikolu 22(5) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta' Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' stima (ĠU L 145, p. 1) u ta' l-ewwel u t-tieni paragrafi ta' l-Artikolu 2 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 67/227/KEE, tal-11 ta' April 1967, fuq l-armonizazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-bejgħ (ĠU 71, p. 1301) — Regoli dwar l-arrotondament ta' l-ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud

Dispożittiv

1)

Fin-nuqqas ta' leġiżlazzjoni Komunitarja speċifika, huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw ir-regoli u l-metodi ta' arrotondament ta' l-ammonti tat-taxxa fuq il-valur miżjud, fejn dawn l-Istati huma marbuta, meta jieħdu tali deċiżjoni, li josservaw il-prinċipji li fuqhom tistrieħ is-sistema komuni ta' din it-taxxa, b'mod partikolari dawk ta' newtralità fiskali u ta' proporzjonalità.

2)

Il-liġi Komunitarja, fl-istat attwali tagħha, ma tinkludi fiha l-ebda obbligu speċifiku li jgħid li l-Istati Membri huma marbuta li jawtorizzaw lill-persuni taxxabbli jarrotondaw l-ammont tal-VAT 'l isfel għal kull artikolu.


(1)  ĠU C 20, 27.1.2007.