23.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 288/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ Settembru 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Köln — il-Ġermanja) — Winner Wetten GmbH vs Burgermeisterin der Stadt Bergheim

(Kawża C-409/06) (1)

(Artikoli 43 KE u 49 KE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Organizzazzjoni ta’ mħatri fuq il-kompetizzjonijiet sportivi li fil-livell ta’ Land huma suġġetti għal monopolju tal-Istat - Deċiżjoni tal-Bundesverfassungsgericht li tikkonstata l-inkompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni dwar tali monopolju mal-Kostituzzjoni Ġermaniża, iżda li żżommha fis-seħħ matul perijodu tranżitorju intiż sabiex tinġieb konformi mal-Kostituzzjoni - Prinċipju tas-supremazija tad-dritt tal-Unjoni - Ammissibbiltà u kundizzjonijiet eventwali għal perijodu tranżitorju ta’ dan it-tip meta l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata tikser ukoll l-Artikoli 43 KE u 49 KE)

(2010/C 288/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Winner Wetten GmbH

Konvenuta: Burgermeisterin der Stadt Bergheim

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Köln — Interpretazzjoni tal-Artikoli 43 u 49 KE — Liġijiet nazzjonali, li jissuġġettaw l-eżerċizzju tal-attività ta’ ġbir, ta’ aċċettazzjoni, ta’ reġistrazzjoni u ta’ trażmissjoni ta’ mħatri sabiex tinkiseb konċessjoni, iddikjarati inkostituzzjonali mill-Bundesverfassungsgericht — Effett dirett u supremazija tad-dritt Komunitarju — Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza fiż-żmien

Dispożittiv

Minħabba fis-supremazija tad-dritt tal-Unjoni li huwa direttament applikabbli, leġiżlazzjoni nazzjonali dwar monopolju tal-Istat fuq l-imħatri fuq il-kompetizzjonijiet sportivi li, skont il-konstatazzjonijiet imwettqa minn qorti nazzjonali, tinkludi restrizzjonijiet inkompatibbli mal-libertà ta’ stabbiliment u mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, billi dawn ir-restrizzjonijiet jikkontribwixxu sabiex jiġu llimitati l-attivitajiet ta’ mħatri b’mod koerenti u sistematiku, ma tistax tkompli tapplika matul perijodu tranżitorju.


(1)  ĠU C 326, 30.12.2006.