26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Novembru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil — Spanja) — Alfredo Nieto Nuño vs Leonci Monlleó Franquet

(Kawża C-328/06) (1)

(Trade marks - Direttiva 89/104/KEE - Artikolu 4(2)(d) - Trade marks “magħrufa sew’ fi Stat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 6 bis tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Konoxxenza tat-trade mark - Estensjoni ġeografika)

(2008/C 22/17)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfredo Nieto Nuño

Konvenut: Leonci Monlleó Franquet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Juzgado de lo Mercantil — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 40, p. 1) — Kunċett ta' “magħrufa sew” — Possibbiltà ta' konoxxenza u ta' użu ristretti għal territorju limitat bħal komunità autonoma, reġjun, “żona” jew belt skond il-prodott jew is-servizz ikkonċernat u skond il-pubbliku destinatarju tat-trade mark

Dispożittiv

L-Artikolu 4(2)(d) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trade mark preċedenti għandha tkun magħrufa sew fit-territorju kollu ta' l-Istat Membru ta' reġistrazzjoni jew f'parti sostanzjali minnu.


(1)  ĠU C 237, 30.9.2006.