11.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 260/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-3 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda

(Kawża C-215/06) (1)

(“Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas ta' stima ta' l-effetti fuq l-ambjent ta' proġetti li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 85/337/KE - Regolarizzazzjoni a posteriori’)

(2008/C 260/03)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: D. Lawunmi u D. Recchia, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: D. O'Hagan, aġent, J. Connolly SC u G. Simons BL)

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Artikoli 2, 4 u 5 sa 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40) — Nuqqas li jadotta miżuri sabiex jiżgura li l-proġetti li jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jiġu suġġetti għal stima ta' l-impatt fuq l-ambjent

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri kollha neċessarji sabiex tiżgura li:

qabel l-eżekuzzjoni totali jew parzjali tagħhom, il-proġetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, fil-verżjoni tagħha ta' qabel jew ta' wara l-emendi introdotti bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE tat-3 ta' Marzu 1997, ikunu suġġetti għal eżami intiż sabiex jiġi ddeterminat jekk għandhiex issir stima ta' l-effetti fuq l-ambjent, u sussegwentement, jekk x'aktarx ikun sejjer ikollhom impatt sinjifikattiv fuq l-ambjent minħabba n-natura, id-daqs jew il-lokalizzazzjoni tagħhom, ikunu suġġetti għal stima fir-rigward ta' l-effetti tagħhom, skond l-Artikoli 5 sa 10 tad-Direttiva 85/337, u

l-għoti ta' l-awtorizzazzjonijiet relattivi għall-kostruzzjoni ta' qasam ta' mtieħen tar-riħ u għall-attivitajiet konnessi f'Derrybrien, fil-kontea ta' Galway, kif ukoll it-twettiq tax-xogħlijiet ikunu ppreċeduti minn stima ta' l-effetti tal-proġett fuq l-ambjent, skond l-Artikoli 5 sa 10 tad-Direttiva 85/337, fil-verżjoni tagħha ta' qabel jew ta' wara l-emendi introdotti bid-Direttiva 97/11, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2, 4 u 5 sa 10 ta' l-imsemmija direttiva.

2)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 29.7.2006.