26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta' Diċembru 2007 — Luigi Marcuccio vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

(Kawża C-59/06 P) (1)

(Appell - Uffiċjal - Impjieg f'pajjiż terz - Assenjazzjoni mill-ġdid ta' l-impjieg u tan-nomina tiegħu - Prinċipju ta' osservanza tad-drittijiet tad-difiża - Portata - Oneru tal-prova)

(2008/C 22/12)

Lingwa tal-proċedura: It-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio [rappreżentant: L. Garofalo, avvocato]

Parti oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew [rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, A. Dal Ferro, avvocato]

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Il-Ħames Awla) ta' l-24 ta' Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02) li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li assenjat mill-ġdid lir-rikorrent mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni f'Luanda (l-Angola) għas-sede fi Brussell, kif ukoll talba għal danni.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew ta' l-24 ta' Novembru 2005, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (T-236/02) hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew.

3)

L-ispejjeż huma riżervati.


(1)  ĠU C 96, 22.4.2006.