26.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 22/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 — Wandschneider vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-65/05) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport dwar l-iżvilupp ta' karriera - Proċedura ta' evalwazzjoni għall-2003 - Rikors għal annullament - Motivazzjoni - Żball manifest ta' evalwazzjoni)

(2008/C 22/97)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paolo Sequeira Wandschneider (Brussell, il-Belġju) [rappreżentanti: inizjalment G. Vandersanden u C. Ronzi, avukati, u wara G. Vandersanden, C. Ronzi u L. Levi, avukati]

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: G. Berscheid u H. Tserepa-Lacombe, aġenti]

Suġġett tal-kawża

Min-naħa, l-annullament tar-rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera tar-rikorrent għall- proċedura ta' evalwazzjoni 2003 u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 229, 17.9.2005, p.32 (kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropew taħt in-numru T-282/05 u trasferita għat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ta' l-Unjoni Ewropea permezz tad-Digriet tal-15/12/2005).