30.8.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 223/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-17 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-389/05) (1)

(Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Artikoli 43 KE u 49 KE - Libertà ta' stabbiliment u libertà li jiġu pprovduti servizzi - Regoli tas-saħħa ta' l-annimali - Ċentru ta' inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lil ċentri awtorizzati d-dritt esklużiv li jipprovdu s-servizz ta' inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat f'territorju partikolari u tissuġġetta l-għoti tal-liċenzji ta' inseminatur għall-konklużjoni ta' ftehim ma' wieħed minn dawn iċ-ċentri)

(2008/C 223/04)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej [rappreżentanti: A. Bordes u E. Traversa, aġenti]

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża [rappreżentanti: G. de Bergues, A. Colomb u G. Le Bras, aġenti]

Suġġett

Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu — Ksur ta' l-Artikoli 43 u 49 KE — Eżerċizzju ta' l-attivitajiet marbuta ma' l-inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat irriżervat biss għaċ-“ċentri ta' inseminazzjoni” awtorizzati fi Franza

Dispożittiv

1)

Billi rriżervat id-dritt li jiġi pprovdut is-servizz ta' inseminazzjoni artifiċjali ta' l-annimali ta' l-ifrat għal ċentri ta' inseminazzjoni artifiċjali approvati, li għandhom esklużività ġeografika, kif ukoll lill-persuni li għandhom liċenzja ta' inseminatur li l-għoti tagħha hija soġġetta għall-konklużjoni ta' ftehim ma' wieħed minn dawn iċ-ċentri, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 43 KE u 49 KE.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 10, 14.1.2006.