SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)

25 ta' Jannar 2007 (*)

Werrej

I - Id-deċiżjoni kkontestata

A - L-akkordju

B - It-tul ta’ żmien ta' l-akkordju

C – Il-multi

D - Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata

II - Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u s-sentenza kkontestata

III - Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

IV - Fuq l-appell

A - Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalitŕ tad-domandi magħmula mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

B. Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-inamissibbiltŕ ta' ċerti elementi ta' prova

1. Id-dokument "skala ta’ diviżjoni”

a) L-argumenti tal-partijiet

b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

2. Il-proċessi verbali ta' l-interrogatorji tad-diriġenti antiki ta' Dalmine

a) L-argumenti tal-partijiet

b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

C - Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-inklużjoni fid-deċiżjoni kkontestata tal-motivi mingħajr relazzjoni ma’ l-ilmenti kkomunikati lir-rikorrenti

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

D - Fuq ir-raba' motiv, ibbażat fuq distorsjoni tal-fatti u ta' nuqqas ta' motivazzjoni għal dak li jikkonċerna l-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

E - Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji ta' dritt, ta’ distorsjoni ta' l-elementi ta' prova u ta' nuqqas ta' motivazzjoni għal dak li jikkonċerna l-effetti tal-ksur fuq il-kummerċ bejn Stati Membri

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

F - Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq abbuż ta' poter, fuq żball ta' dritt u distorsjoni tal-fatti għal dak li jikkonċerna l-ksur imsemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

G - Fuq is-seba' motiv, ibbażat fuq abbuż ta' poter, żbalji ta' dritt u ta' distorsjoni tal-fatti għal dak li jikkonċerna l-effetti tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

H - Fuq it-tmien motiv, ibbażat fuq żbalji ta' dritt u ta' distorsjoni tal-fatti għal dak li jikkonċerna l-kuntest ekonomiku tal-kuntratt ta’ forniment konkluż bejn Dalmine u Corus

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

I - Fuq id-disa' motiv, ibbażat fuq żbalji ta' dritt u ta' nuqqas ta' motivazzjoni tal-gravitŕ tal-ksur

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

J - Fuq l-għaxar motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u ta' nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-perijodu tal-ksur u ċ-ċirkustanzi attenwanti

1. L-argumenti tal-partijiet

2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

V - Fuq l-ispejjeż

“Appell – Kompetizzjoni – Akkordju – Suq ta' tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura – Protezzjoni tas-swieq nazzjonali – Kuntratt ta’ forniment – Drittijiet tad-difiża – Awto-inkriminazzjoni – Elementi ta' prova ta' oriġini anonima – Multa – Motivazzjoni – Trattament ugwali – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Daqs tas-suq rilevanti u ta' l-impriża kkonċernata – Ċirkustanzi attenwanti”

Fil-kawża C-407/04 P,

li għandha bħala suġġett appell skond l-Artikolu 56 ta' l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, imressaq fit-24 ta' Settembru 2004,

Dalmine SpA, stabbilita f'Dalmine (L-Italja), irrappreżentata minn A. Sinagra, M. Siragusa u F. Moretti, avvocati,

rikorrenti

il-parti l-oħra fil-kawża li hija:

Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, irrappreżentata minn A. Whelan u F. Amato, bħala aġenti, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,

konvenuta fl-ewwel istanza

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),

komposta minn P. Jann, President ta' Awla, K. Lenaerts, E. Juhász, K. Schiemann u M. Ilešič (Relatur), Imħallfin,

Avukat Ġenerali: L. A. Geelhoed,

Reġistratur: L. Hewlett, Amministratur Prinċipali,

wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-8 ta' Diċembru 2005,

wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-12 ta' Settembru 2006,

tagħti l-preżenti

Sentenza

1       Permezz ta’ l-appell tagħha, il-kumpannija Dalmine SpA (iktar 'il quddiem "Dalmine" jew ir-"rikorrenti") titlob l-annulament tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' Lulju 2004, Dalmine vs Il-Kummissjoni (T-50/00, Ġabra p. II-2395, iktar 'il quddiem is-"sentenza kkontestata"), safejn din ċaħdet ir-rikors tagħha imressaq kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/382/KE, tat-8 ta' Diċembru 1999, rigward proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ IV/E-1/35.860-B – Tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura) (ĠU L 140, 2003,, p. 1, iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni kkontestata").

 I - Id-deċiżjoni kkontestata

 A - L-akkordju

2       Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej indirizzat id-deċiżjoni kkontestata kontra tmien impriżi produtturi ta' tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura. Fost dawn l-impriżi hemm erba' kumpanniji Ewropej (iktar 'il quddiem il-"produtturi Komunitarji"): Mannesmannröhren-Werke AG (iktar 'il quddiem "Mannesmann"), Vallourec SA (iktar 'il quddiem "Vallourec"), Corus UK Ltd (li qabel kienet British Steel Ltd, iktar 'il quddiem "Corus") u Dalmine. L-erba' destinatarji l-oħra ta' l-imsemmija deċiżjoni huma kumpanniji Ġappuniżi (iktar 'il quddiem il-"produtturi Ġappuniżi"): NKK Corp., Nippon Steel Corp., Kawasaki Steel Corp. u Sumitomo Metal Industries Ltd (iktar 'il quddiem "Sumitomo").

3       It-tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura huma użati mill-industrija taż-żejt u tal-gass, u jinkludu żewġ kategoriji kbar ta' prodotti.

4       L-ewwel fost dawn il-kategoriji hija dik tat-tubi ta' tiftix taż-żejt, komunement imsejħa "Oil Country Tubular Goods" jew "OCTG". Dawn it-tubi jistgħu jinbiegħu mingħajr kamin ("tubi lixxi") jew bil-kamin. Is-sistema tal-kamini hija operazzjoni intiża sabiex tippermetti l-għaqda tat-tubi OCTG. Din tista’ ssir skond l-istandards stabbiliti mill-American Petroleum Institute (API), it-tubi bil-kamin skond dan il-metodu huma msejħa "tubi OCTG standard", jew magħmula skond tekniċi partikolari, li s-soltu jkunu taħt privattiv. F'dan l-aħħar każ, tissemma sistema tal-kamini jew, jekk ikun il-każ, "joints" "ta' l-aqwa kwalità" jew "premium", it-tubi bil-kamin skond dan il-metodu huma msejħa "tubi OCTG premium".

5       It-tieni kategorija ta' prodotti hija kkostitwita minn pajpijiet ta' trasport taż-żejt u tal-gass ("line pipe"), li fosthom hemm, minn naħa, dawk magħmula skond normi standard u, min-naħa l-oħra, dawk magħmula fuq ordni fil-kuntest ta' proġetti speċifiċi (iktar 'il quddiem it-"il-pajpijiet ta’ trasport ‘proġett’").

6       F'Novembru 1994, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej iddeċidiet li tipproċedi għal investigazzjoni fuq l-eżistenza ta' prattiċi antikompetittivi fir-rigward ta' dawn il-prodotti. F'Diċembru ta' l-istess sena, hija għamlet verifiki għand diversi impriżi. Bejn Settembru 1996 u Diċembru 1997, Il-Kummissjoni għamlet verifiki addizzjonali għand Vallourec, Dalmine u Mannesmann. Matul verifka magħmula għand Vallourec fis-17 ta' Settembru 1996, il-President ta' Vallourec Oil & Gas, is-Sur Verluca, għamel ċerti dikjarazzjonijiet (iktar 'il quddiem id-"dikjarazzjonijiet tas-Sur Verluca"). Matul verifika għand Mannesmann f'April 1997, id-diriġent ta' din l-impriża, is-Sur Becher, ukoll għamel dikjarazzjonijiet (iktar 'il quddiem id-"dikjarazzjonijiet tas-Sur Becher").

7       Il-Kummissjoni indirizzat ukoll talbiet għal informazzjoni, skond l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta' Frar 1962, l-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli [81] u [82] tat-Trattat (ĠU 13, 1962, p. 204), lil diversi impriżi. Peress li Dalmine rrifjutat li tibgħat ċerta informazzjoni mitluba, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(97) 3036 tas-6 ta' Ottubru 1997, dwar proċedura ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 11(5) tar-Regolament Nru 17 ġiet indirizzata lilha (iktar 'il quddiem id-"deċiżjoni tas-6 ta' Ottubru 1997). Dalmine ressqet rikors intiż għall-annullament ta' din id-deċiżjoni, li ġie ddikjarat manifestament inammissibbli permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-24 ta' Ġunju 1998, Dalmine vs Il-Kummissjoni (T-596/97, Ġabra p. II-2383).

8       Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tas-Sur Verluca u tas-Sur Becher kif ukoll fid-dawl ta' elementi ta' prova oħra, il-Kummissjoni kkonstatat, fid-deċiżjoni kkontestata, li t-tmien impriżi destinatarji ta' din id-deċiżjoni kienu kkonkludew ftehim li kellu, b'mod partikolari, bħala suġġett il-ħarsien reċiproku tas-swieq nazzjonali tagħhom. Skond it-termini ta' dan il-ftehim, kull impriża ntrabtet li ma tbigħhx tubi OCTG standard u pajpjiet ta’ trasport "proġett" fuq is-suq nazzjonali ta' parti oħra fl-imsemmi ftehim.

9       Il-ftehim ġie konkluż fil-kuntest ta' laqgħat bejn produtturi Komunitarji u Ġappuniżi magħrufa taħt l-isem "klabb Ewropa-Ġappun".

10     Il-prinċipju tal-ħarsien tas-swieq nazzjonali kien indikat bl-espressjoni "regoli fundamentali" ("fundamentali"). Il-Kummissjoni rrilevat li r-regoli fundamentali kienu ġew effettivament imħarsa u li, għaldaqstant, il-ftehim in kwistjoni kellu effetti antikompetittivi fuq is-suq komuni.

11     Il-ftehim kellu, b'kollox, tliet taqsimiet, l-ewwel waħda rrappreżentata mir-regoli fundamentali rigward il-ħarsien tas-swieq nazzjonali, evokati iktar 'il fuq, li jikkostitwixxu l-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, it-tieni waħda kkostitwita mill-iffissar ta' prezzijiet għas-sejħiet ta' offerti u ta' prezzijiet minimi għas-"swieq speċjali" ("special markets") u t-tielet waħda tikkonsisti fi tqassim tas-swieq dinjija l-oħra, bl-esklużjoni tal-Kanada u ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika, permezz ta' kriterji ta' tqassim ("sharing keys").

12     Rigward l-eżistenza tar-regoli fundamentali, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq sensiela ta' indizji dokumentati elenkati fil-punti 62 sa 67 tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata kif ukoll fit-tabella li tinsab fil-punt 68 ta' dawn il-motivi. Jirriżulta minn din it-tabella li l-parti tal-produttur nazzjonali fil-kunsinni magħmula mid-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata fil-Ġappun u fuq is-suq domestiku ta' kull wieħed mill-produtturi Komunitarji hija għolja ħafna. Minn dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li, b'mod ġenerali, li s-swieq nazzjonali ġew effettivament irrispettati mill-partijiet fil-ftehim.

13     Il-membri tal-klabb Ewropa-Ġappun iltaqgħu f'Tokyo fil-5 ta' Novembru 1993, sabiex jippruvaw jaslu għal ftehim ġdid ta' tqassim tas-swieq mal-produtturi ta' l-Amerika t’Isfel. Il-kontenut ta' dan il-ftehim deċiż f'din l-okkażjoni jidher f'dokument mogħti lill-Kummissjoni fit-12 ta' Novembru 1997 minn informatur terz fil-proċedura, li kien jinkludi, b'mod partikolari, "kriterju ta' tqassim" (iktar 'il quddiem id-"dokument ‘kriterju ta' tqassim’").

 B - It-tul ta’ żmien ta' l-akkordju

14     Il-klabb Ewropa-Ġappun beda jiltaqa' mill-1977, madwar darbtejn fis-sena, u għamel dan sa l-1994.

15     Madankollu, il-Kummissjoni kkunsidrat li hija s-sena 1990 li għandha titqies bħala l-punt ta' tluq ta’ l-akkordju għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multi, fir-rigward ta' l-eżistenza, bejn l-1977 u l-1990, ta' ftehim ta' awtolimitazzjoni ta' l-esportazzjonijiet konklużi bejn il-Komunità Ewropea u l-Ġappun. Skond il-Kummissjoni, il-ksur intemm fl-1995.

 C – Il-multi

16     Għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multi, il-Kummissjoni kkwalifikat il-ksur bħala gravi ħafna għar-raġuni li l-ftehim kien intiż għall-ħarsien tas-swieq nazzjonali u għalhekk kien ippreġudika l-funzjonament xieraq tas-suq intern. Madankollu hija osservat li l-bejgħ tat-tubi ta' l-azzar mingħajr saldatura mill-impriżi destintarji tad-deċiżjoni kkontestata fl-erba' Stati Membri kkonċernati kien jammonta biss għal madwar EUR 73 miljun fis-sena.

17     Fid-dawl ta' dawn l-elementi, il-Kummissjoni ffissat l-ammont tal-multa skond il-gravità tal-ksur għal EUR 10 miljun għal kull waħda mit-tmien impriżi. Peress li huma kollha ta' daqs kbir, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma kienx hemm lok, għal din ir-raġuni, li tagħmel differenza bejn l-ammonti adottati.

18     Peress li kkunsidrat li l-ksur kien ta' tul medju, il-Kummissjoni applikat żieda ta' 10 % għal kull sena ta' parteċipazzjoni għall-ksur għall-ammont stabbilit skond il-gravità sabiex tiffissa l-ammont bażi tal-multa imposta fuq kull impriża in kwistjoni. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li s-settur tat-tubi ta' l-azzar għadda minn sitwazzjoni ta' kriżi li damet għal żmien twil u fid-dawl tal-fatt li s-sitwazzjoni ta' dan is-settur ddeterjorat ruħha lura mill-1991, il-Kummissjoni naqqset l-imsemmija ammonti ta’ bażi b'10 % minħabba ċ-ċirkustanzi attenwanti.

19     Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni naqqset b'40 % l-ammont tal-multa imposta fuq Vallourec, kif ukoll tnaqqis ta’ 20 % ta’ l-ammont impost fuq Dalmine, skond il-punt D 2 tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar in-non impożizzjoni tal-multi, jew it-tnaqqis ta' l-ammont tagħhom fil-kawżi li jirrigwardaw akkordji (ĠU C 207, 1996, p. 4, iktar 'il quddiem il-"komunikazzjoni fuq il-kooperazzjoni"), sabiex tikunnsidra l-fatt li dawn iż-żewġ impriżi kienu kkooperaw mal-Kummissjoni fl-istadju tal-proċedura amministrattiva.

20     Il-Kummissjoni kkunsidrat, fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, li l-konklużjoni ta’ kuntratti bejn il-produtturi Komunitarji u li jikkonċernaw il-bejgħ tat-tubi lixxi fuq is-suq tar-Renju Unit kienu jikkostitwixxu mġiba ta' ksur. Madankollu, hija ma imponietx multa addizzjonali skond dan il-ksur għar-raġuni li l-imsemmija kuntratti kienu jikkostitwixxu biss mezz ta' implementazzjoni tal-prinċipju ta' l-osservanza tas-swieq nazzjonali deċiż fil-kuntest tal-klabb Ewropa-Ġappun.

 D - Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata

21     Skond l-Artikolu 1(1) tad-deċiżjoni kkontestata, it-tmien impriżi destinatarji ta' din id-deċiżjoni "kisru d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, billi ħadu sehem [...] fi ftehim li jipprovdi, fost oħrajn, il-ħarsien tas-suq nazzjonali rispettiv tagħhom għat-tubi OCTG [...] standard u l-[pajpijiet ta' trasport ‘proġett’] mingħajr saldatura".

22     L-Artikolu 1(2) ta' din id-deċiżjoni jipprovdi li l-ksur seħħ bejn l-1990 u l-1995 fil-każ ta' Mannesmann, Vallourec, Dalmine, Sumitomo, Nippon Steel Corp., Kawasaki Steel Corp. u NKK Corp. Fir-rigward ta' Corus, huwa indikat li l-ksur kien dam mill-1990 sa Frar 1994.

23     Id-dispożizzjonijiet l-oħra rilevanti tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata huma miktuba kif ġej:

"Artikolu 2      

1.       [Mannesmann], Vallourec [...], [Corus] u Dalmine [...] kisru d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, billi kkonkludew, fil-kuntest tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 1, kuntratti li rriżultaw fi tqassim tal-provvista ta' tubi OCTG lixxi lil [Corus] (Vallourec [...] mill-1994).

2.       Fir-rigward ta' [Corus], il-ksur seħħ mit-24 ta' Lulju 1991 sa Frar 1994. Fil-każ ta' Vallourec [...], il-ksur seħħ bejn l-24 ta' Lulju 1991 u t-30 ta' Marzu 1999. Fil-każ ta' Dalmine [...], il-ksur seħħ bejn l-4 ta' Diċembru 1991 u t-30 ta' Marzu 1999. Fil-każ ta' [Mannesmann], il-ksur seħħ bejn id-9 ta' Awwissu 1993 u l-24 ta' April 1997.

[...]

Artikolu 4

Il-multi li ġejjin huma imposti fuq l-impriżi elenkati fl-Artikolu 1, minħabba l-ksur ikkonstatat fl-imsemmi Artikolu:

1.      [Mannesmann] EUR 13 500 000

2.      Vallourec [...] EUR 8 100 000

3.      [Corus] EUR 12 600 000

4.      Dalmine [...] EUR 10 800 000

5.      Sumitomo [...] EUR 13 500 000

6.      Nippon Steel [...] EUR 13 500 000

7.      Kawasaki Steel [...] EUR 13 500 000

8.      NKK [...] EUR 13 500 000".

 II - Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u s-sentenza kkontestata

24     B'atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti tal-Prim'Istanza, sebgħa mit-tmien impriżi ppenalizzati mid-deċiżjoni kkontestata, fosthom Dalmine, ressqu rikorsi, fejn kollha talbu l-annullament, totali jew parzjali, ta' din id-deċiżjoni u, sussidjarjament, għall-annullament tal-multa li ġiet imposta fuqhom jew it-tnaqqis ta' l-ammont tagħha.

25     Permezz tas-sentenza kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza:

–       annullat l-Artikolu 1(2) tad-deċiżjoni kkontestata fejn dan ikkunsidra li kien hemm l-eżistenza tal-ksur akkużat minn dan l-Artikolu lil Dalmine qabel l-1 ta' Jannar 1991;

–       iffissat l-ammont ta’ l-ammenda imposta fuq Dalmine għal EUR 10 080 000;

–       ċaħdet ir-rikors għall-bqija;

–       ordnat li kull waħda mill-partijiet tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

 III - Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

26     Fl-appell tagħha, Dalmine titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jogħġobha:

–       tannulla s-sentenza kkontestata;

–       tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

–       sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-multa ffissata fl-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata;

–       kif ukoll, sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, bl-għan li din ta' l-aħħar tagħti deċiżjoni ġdida fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja;

–       tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż esposti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u l-Qorti tal-Ġustizzja.

27     Il-Kummissjoni titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiċħad l-appell bħala parzjalment inammissibbli u fi kwalunkwe każ bħala infondat, kif ukoll li tordna lir-rikorrenti tbati l-ispejjeż.

 IV - Fuq l-appell

28     Dalmine essenzjalment tqajjem tmien motivi bl-għan li tikseb l-annullament tas-sentenza kkontestata u tad-deċiżjoni kkontestata li tlieta minnhom jikkonċerna l-vizzji tal-proċedura, tnejn jittrattaw vizzji li jikkonċernaw il-konstatazzjoni tal-ksur previst fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, u fl-aħħar nett, tlieta jitrattaw vizzji li jikkonċernaw il-konstatazzjoni tal-ksur previst fl-Artikolu 2 ta' din id-deċiżjoni.

29     Minbarra dan, Dalmine tinvoka żewġ motivi relatati ma' l-ammont tal-multa.

 A - Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tad-domandi magħmula mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni

 1. L-argumenti tal-partijiet

30     Skond Dalmine, il-Qorti tal-Prim'Istanza wettqet żball ta' dritt u ksur tad-drittijiet tad-difiża meta kkunsidrat leġittimi d-domandi magħmula mill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni. Jirriżulta li ma ġiex irrispettat id-dritt li ma tikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni tagħha stess.

31     Dalmine tibbaża dan il-motiv fuq l-ewwel talba taħt (d), li tidher fl-Anness 1 tad-deċiżjoni tas-6 ta' Ottubru 1997, li hija miktuba kif ġej: "Għal laqgħat li għalihom intom ma rnexxilkomx issibu d-dokumenti relatati magħhom, jekk jogħġbok iddeskrivi s-suġġett tal-laqgħat, id-deċiżjonijiet adottati, it-tip ta' dokumenti rċevuti qabel u wara l-imsemmija laqgħat, il-kwoti (‘sharing keys’) diskussi u/jew deċiżi għal kull settur ġeografiku u l-perijodu ta' validità tagħhom, u l-prezzijiet diskussi u/jew deċiżi għal kull settur ġeografiku u l-perijodu ta' validità tagħhom, billi tispeċifka t-tip tagħhom (‘Target Price’, ‘Winning Price’ – ‘WP’, ‘Proposal Price’ – ‘PP’, ‘Rock Bottom Prices’ – ‘RBP’)".

32     Il-Kummissjoni tfakkar li d-dritt li ma tikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni tagħha stess japplika biss fir-rigward tat-talbiet għal informazzjoni li jobbligaw lid-destinatarju li jirrispondi taħt piena ta’ sanzjoni finanzjarja. Madankollu, l-imsemmija domanda 1(d), ma tidhirx fost id-domandi li għalihom id-deċiżjoni tas-6 ta' Ottubru 1997 kienet teżiġi risposta taħt piena ta’ sanzjoni finanzjarja.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

33     Sabiex jiġi stabbilit jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlitx l-iżbalji akkużati, jeħtieġ li ssir referenza għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-medda tal-poteri tal-Kummissjoni fil-qasam tal-proċeduri ta' inkjesti preliminari u tal-proċeduri amministrattivi, fid-dawl tad-drittijiet tad-difiża.

34     Skond din il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni għandha d-dritt li tobbliga, skond il-każ u permezz ta' deċiżjoni, li impriża tipprovdilha l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-fatti li tista' tkun taf dwarhom, iżda ma tistax iġġiegħel lil din l-impriża li tagħti tweġibiet li jistgħu jwasslu sabiex tammetti l-eżistenza tal-ksur, li għandu jiġi ppruvat mill-Kummissjoni (sentenzi tat-18 ta' Ottubru 1989, Orkem vs Il-Kummissjoni, 374/87, Ġabra p. 3283, punti 34 u 35; tas-7 ta' Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, C-204/00 P, C-205/00 P, C-211/00 P, C-213/00 P, C-217/00 P u C-219/00 P, Ġabra p. I-123, punti 61 u 65, u ta' l-14 ta' Lulju 2005, ThyssenKrupp vs Il-Kummissjoni, C-65/02 P u C-73/02 P, Ġabra p. I-6773, punt 49).

35     Madankollu, f'dan il-każ partikolari, kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punt 29 tal-konklużjonijiet tiegħu, jirriżulta mid-dispożittiv tad-deċiżjoni tas-6 ta' Ottubru 1997 li Dalmine ma kinitx obbligata li tirrispondi għad-domanda 1(d), iċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza. F'dawn iċ-ċirkustanzi, hekk kif il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat fil-punti 45 u 46 tas-sentenza kkontestata, Dalmine ma setgħetx effettivament tagħmel użu mid-dritt tagħha li ma tkunx imġiegħla mill-Kummissjoni li tammetti l-parteċipazzjoni tagħha fi ksur.

36     Minn dan isegwi li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.

 B. Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq l-inamissibbiltà ta' ċerti elementi ta' prova

 1. Id-dokument "skala ta’ diviżjoni”

 a) L-argumenti tal-partijiet

37     Skond Dalmine, il-Qorti tal-Prim'Istanza żbaljat meta kkunsidrat li d-dokument "skala ta’ diviżjoni", kien ammissibbli inkwantu element ta' prova kontriha u, meta għamlet dan, kisret id-dritt Komunitarju, b'mod partikolari d-drittijiet tad-difiża. Peress li dan id-dokument intbagħat lill-Kummissjoni minn terz mhux magħruf, l-awtentiċità tiegħu ma setgħetx tiġi vverifikata. Barra minn hekk, il-Kummissjoni lanqas ma kienet taf l-identità tal-persuna li minnha oriġina dan id-dokument.

38     Dalmine tosserva li, sabiex dokument anonimu jkun ammissibbli bħala mezz ta' prova, jeħtieġ li r-rilevanza u l-affidabbiltà tiegħu jintwerew lill-akkużat ikkonċernat. Hija tqis li dokumenti anonimi jistgħu, skond il-każ, jiġġustifikaw il-ftuħ ta' inkjesta, iżda ma jistgħux jikkostitwixxu l-bażi ta’ l-akkuża.

39     Sussegwentement, Dalmine ssostni li s-sentenza kkontestata hija kontradittorja, safejn il-Qorti tal-Prim'Istanza affermat, minn naħa, li l-argumenti ta' Dalmine setgħu jkunu rilevanti sabiex tiġi evalwata l-kredibbiltà tad-dokument in kwistjoni, iżda min-naħa l-oħra naqset milli teżamina fil-fond dik il-kredibbiltà.

40     Fl-aħħar nett, Dalmine tqis li l-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tivverifika jekk kinux jeżistu raġunijiet restrittivi għall-Kummissjoni li ma tiżvelax l-identità ta' l-informatur tagħha.

41     L-ewwel nett, il-Kummissjoni tfakkar li l-prinċipju li jipprevali huwa dak tal-amministrazzjoni libera tal-provi. Skond din, l-ammissibbiltà u l-użu ta’ dokument ma jistgħux jiġu kkontestati. Hija biss il-kredibbiltà tad-dokument li tista’ tiġi kkontestata. Madankollu, Dalmine ma kinitx ikkontestat speċifikament il-kredibbiltà tad-dokument "skala ta’ diviżjoni" quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza. Hija limitat ruħha li ssostni li dan id-dokument kien inammissibbli u mingħajr utilità u kienet ukoll ammettiet li ċerti partijiet tiegħu kienu kkorroborati minn elementi oħra ta' prova.

42     Il-Kummissjoni barra minn hekk issostni li, meta persuna titlob lill-Kummissjoni li ma tiżvelax l-identità tagħha, il-Kummissjoni hija marbuta bis-sigriet fuq dan il-punt.

43     Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ssostni li, anki jekk kien ġie ammess li d-dokument "skala ta’ diviżjoni” ma setax jiġi użat, il-validità tad-deċiżjoni kkontestata ma setgħetx titqiegħed in kwistjoni minħabba din ir-raġuni, peress li l-imsemmi dokument huwa ta' ftit importanza fil-kuntest ġenerali ta' din.

 b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

44     Ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża jeżiġi li l-impriża kkonċernata tkun tqiegħdet fil-pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li effettivament tgħarraf l-opinjoni tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi allegati kif ukoll fuq id-dokumenti kkunsidrati mill-Kummissjoni in sostenn ta’ l-allegazzjoni tagħha dwar eżistenza ta' ksur (sentenzi tas-7 ta' Ġunju 1983, Musique Diffusion française et vs Il-Kummissjoni, 100/80 sa 103/80, Ġabra p. 1825, punt 10; tas-6 ta' April 1995, BPB Industries u British Gypsum vs Il-Kummissjoni, C-310/93 P, Ġabra p. I-865, punt 21, u Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 66).

45     L-ewwel nett għandu jiġi kkonstatat li Dalmine setgħet tieħu pożizzjoni fuq id-dokument "skala ta’ diviżjoni" u li sostniet l-argumenti tagħha fuq il-valur ta' prova ta' dan id-dokument, fir-rigward ta' l-oriġini anonima tiegħu.

46     Fil-każ fejn ir-rikorrenti fis-sustanza ssostni li d-drittijiet tad-difiża ma ġewx irrispettati minħabba l-fatt stess li l-oriġini ta' dan id-dokument ma kienx magħruf u li l-kredibbiltà tiegħu ma kienx intwera mill-Kummissjoni, għandu jiġi kkonstatat li tali interpretazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tista' tikkomprometti l-amministrazzjoni tal-prova meta jeħtieġ li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur għad-dritt Komunitarju tal-kompetizzjoni.

47     Fil-fatt, l-amministrazzjoni tal-prova fil-kawżi li jaqgħu taħt id-dritt Komunitarju fuq il-kompetizzjoni hija kkaratterizzata mill-fatt li d-dokumenti eżaminati ta’ spiss ikun fihom sigrieti kummerċjali jew informazzjoni oħra li ma jistgħux jiġu żvelati jew li jistgħu jiġu żvelati biss taħt restrizzjonijiet importanti.

48     F'dawn il-kundizzjonijiet, id-dritt tad-difiża ma jistax jiġi kkunsidrat fis-sens li dokumenti li jinkludu elementi ta' prova mressqa, għandhom awtomatikament jiġu esklużi bħala mezz ta' prova meta ċerta informazzjoni għandha tibqa' kunfidenzjali. Din il-kunfidenzjalità tista' tapplika wkoll għall-identità ta' l-awturi tad-dokumenti kif ukoll fuq persuni li jkunu bagħtu dawn id-dokumenti lill-Kummissjoni.

49     Għalhekk il-Qorti tal-Prim'Istanża kienet iġġustifikata li tiddeċiedi :

"72      [i]l-prinċipju li jipprevali fid-dritt Komunitarju huwa dak ta' l-amministrazzjoni libera tal-provi u li l-uniku kriterju rilevanti għall-evalwazzjoni tal-provi prodotti huwa l-kredibbiltà tagħhom […]. […]

73      Konsegwentement, jekk l-argumenti ta' Dalmine jistgħu jkunu rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kredibbiltà u, għaldaqstant tal-valur probatorju tad-dokument "skala ta’ diviżjoni", mhemmx lok li jiġi kkunsidrat li din hija prova inammissibbli li għandha titneħħa mill-proċess." [Traduzzjoni mhux uffiċjali]

50     Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza indikat fil-punt 73, iċċitat iktar 'il fuq, tas-sentenza kkontestata li jista' jkun neċessarju li jittieħed in kunsiderazzjoni, fl-evalwazzjoni tal-kredibbiltà tad-dokument "skala ta’ diviżjoni", l-oriġini anonima tiegħu.

51     Għandu jiġi konkluż li ma twettaq l-ebda żball ta' dritt fl-evalwazzjoni ta' l-ammissibbiltà u ta' l-utilità ta' dan id-dokument inkwantu element ta' prova.

52     Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ma tistax takkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza li ma esponietx sewwa l-eżami tagħha dwar il-kredibbiltà tad-dokument in kwistjoni u li ma vverifikatx jekk kinux jeżistu raġunijiet restrittivi għall-Kummissjoni li ma tiżvelax l-identità ta' l-informatur tagħha. Peress illi l-argumenti ta' Dalmine jikkunsidraw l-inammissibbiltà ta' l-imsemmi dokument bħala element ta' prova, il-Qorti tal-Prim'Istanza setgħet tillimita ruħha sabiex tirrispondi għal dan l-argument.

53     Fid-dawl ta' kull ma ntqal iktar 'il fuq, l-ewwel parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda.

 2. Il-proċessi verbali ta' l-interrogatorji tad-diriġenti antiki ta' Dalmine

 a) L-argumenti tal-partijiet

54     Dalmine ssostni li, meta aċċettat bħala ammissibbli l-proċessi verbali ta' l-interrogatorji ta' ċerti wħud mid-diriġenti antiki tagħha fil-kuntest ta' l-inkjesti magħmula mill-prokuratur ta' Bergamo (l-Italja), il-Qorti tal-Prim'Istanza kisret id-drittijiet ta’ difiża kif ukoll id-dritt għal proċess ġust irrikonoxxut mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem relatat ma' l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tal-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f'Ruma fl-4 ta' Novembru 1950 iktar 'il quddiem il-"KEDB").

55     Minn naħa, il-Kummissjoni kellha tinforma lil Dalmine aktar kmieni, u fi kwalunkwe każ, qabel ma intbagħtet id-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet, mill-fatt li hija kellha fil-pussess tagħha l-imsemmija proċessi verbali.

56     Min-naħa l-oħra, din l-istituzzjoni setgħet tuża’ dawn id-dokumenti biss sabiex tiddeċiedi jekk huwiex xieraq jew le li tinfetaħ proċedura. F'dan ir-rigward, Dalmine ssostni li d-dokumenti in kwistjoni jammontaw għal atti provviżorji fil-kuntest ta’ proċedura kriminali, u li b'hekk il-kredibbiltà tagħhom ma kinitx għadha stabbilita.

57     Il-Kummissjoni tfakkar li hija tista’, skond l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 17, "takkwista l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Gvernijiet u l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri” u għalhekk li hija għandha, loġikament, tkun tista' tuża’ din l-informazzjoni. Hija tirrileva li l-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet b’mod ġust li ma kinitx kompetenza tagħha u lanqas dik tal-Kummissjoni li tiddeċiedi fuq il-provenjenza leġittima ta' l-imsemmija informazzjoni fid-dawl tar-regoli tad-dritt nazzjonali li jirregolaw it-tmexxija ta' l-inkjesti mwettqa mill-awtoritajiet Taljani.

 b) Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

58     Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni kellha tinforma Dalmine aktar qabel, jiġifieri anki qabel ma ntbagħtet id-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet, minħabba l-fatt li hija kienet fil-pussess tal-proċessi verbali in kwistjoni, għandu jiġi mfakkar li huma preċiżament it-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet, minn naħa, u l-aċċess għall-fajl li jippermettu lid-destinatarju ta' l-imsemmi dikjarazzjoni li jsir jaf bl-elementi tal-prova li jinsabu fil-fajl tal-Kummissjoni, min-naħa l-oħra, li jassiguraw id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal proċess ġust, invokati mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan il-motiv.

59     Huwa fil-fatt permezz tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet li l-impriża kkonċernata hija infurmata bl-elementi kollha essenzjali li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha f'dan l-istadju tal-proċedura (sentenzi tal-15 ta' Ottubru 2002, Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, C-238/99 P, C-244/99 P, C-245/99 P, C-247/99 P, C-250/99 P sa C-252/99 P u C-254/99 P, Ġabra p. I-8375, punti 315 u 316, kif ukoll Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punti 66 u 67). Konsegwentement, hija biss wara t-trażmissjoni ta' l-imsemmija dikjarazzjoni li l-impriża kkonċernata tista' teżerċità għal kollox id-drittijiet tad-difiża (sentenza tal-21 ta' Settembru 2006, Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied vs Il-Kummissjoni, C-105/04 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punti 47 u 50).

60     Kif ġie ġustament ikkonstatat mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-punt 83 tas-sentenza kkontestata, jekk id-drittijiet imsemmija iktar ’il fuq kienu, fis-sens propost mir-rikorrenti, estiżi għall-perijodu qabel it-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet, l-effikaċità ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni tkun kompromessa, peress li l-impriża tkun, diġà matul l-ewwel fażi ta' l-investigazzjoni tal-Kummissjoni, f'pożizzjoni li tidentifika l-informazzjoni li hija magħrufa lill-Kummissjoni u, b'hekk, dik li tista' xorta tiġi moħbija minnha.

61     Barra minn hekk ma teżisti l-ebda indikazzjoni li skond din, il-fatt li l-Kummissjoni ma nformatx lill-Dalmine, matul il-fażi istruttorja, li hija kienet fil-pussess ta’ l-imsemmija proċessi verbali seta’ kellu effett fuq il-possibbiltajiet ulterjuri tad-difiża ta' din l-aħħar imsemmija, matul il-fażi tal-proċedura amministrattiva mibdija permezz tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet (ara, b'analoġija, is-sentenza Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punti 48 sa 50 u 56).

62     Barra minn hekk, fir-rigward ta' l-ammissibbiltà ta' l-imsemmija proċessi verbali inkwantu elementi ta' prova, għandu jiġi kkonstatat, kif għamlet il-Qorti tal-Prim'Istanza fil-punt 86 tas-sentenza kkontestata, li l-legalità tat-trażmissjoni lill-Kummissjoni, minn prokuratur nazzjonali jew mill-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni, ta’ informazzjoni miġbura skond id-dritt kriminali nazzjonali, hija kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt nazzjonali. Minbarra dan, kif fakkret il-Qorti tal-Prim'Istanza fuq dan l-istess punt, il-qorti Komunitarja mhijiex kompetenti sabiex tistabbilixxi l-legalità, fir-rigward tad-dritt nazzjonali, ta’ att magħmul minn awtorità nazzjonali (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta' Diċembru 1992, Oleificio Borelli vs Il-Kummissjoni, C-97/91, Ġabra p. I-6313, punt 9).

63     Fir-rigward ta' l-użu ta’ l-imsemmija informazzjoni mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'istanza kkonstatat b’mod korrett fil-punt 90 tas-sentenza kkontestata li l-argumenti ta' Dalmine setgħu jaffettwaw biss il-"kredibbiltà u, b'hekk, il-forza probatorja tax-xhieda tad-diriġenti tagħha u mhux l-ammissibiltà ta' dawn l-elementi fil-proċedura". Fil-fatt, kif ġie rrilevat fil-kuntest ta' l-evalwazzjoni ta' l-ewwel parti ta’ dan il-motiv, il-prinċipju li jipprevali fid-dritt Komunitarju huwa dak ta' l-amministrazzjoni libera tal-provi u l-uniku kriterju rilevanti sabiex jiġu evalwati l-provi mressqa jinsab fil-kredibbiltà tagħhom. Għaldaqstant, peress illi t-trażmissjoni tal-proċessi verbali in kwistjoni ma kinitx ġiet iddikjarati illegali minn qorti Taljana, mhemmx lok li jiġi kkunsidrat li dawn id-dokumenti kienu elementi ta' prova inammissibbli li jridu jitħallew barra mill-fajl.

64     Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tieni motiv għandha tiġi miċħuda.

65     Minn dan isegwi li t-tieni motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.

 C - Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq l-inklużjoni fid-deċiżjoni kkontestata tal-motivi mingħajr relazzjoni ma’ l-ilmenti kkomunikati lir-rikorrenti

 1. L-argumenti tal-partijiet

66     Dalmine tfakkar li hija kienet akkużat lill-Kummissjoni li għamlet referenza, fid-deċiżjoni kkontestata, għal fatti irrilevanti għall-ksur u li jistgħu jkunu ta' tip li jikkawżawlha dannu minħabba l-fatt li l-informazzjoni hekk esposta pubblikament setgħet tiġi wżata minn terzi. Hija ssemmi b'mod partikolari l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-akkordji li jirrigwardaw is-swieq li jinstabu barra mill-Komunità kif ukoll l-iffissar tal-prezzijiet.

67     Billi ċaħdet l-argument tagħha fuq dan il-punt, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet injorat l-Artikolu 21 tar-Regolament Nu 17, li skond dan il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-interessi leġittimi ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negozju tagħhom.

68     Skond il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet ġustament li d-destinatarju ta’ deċiżjoni ma jistax jikkontesta, fil-kuntest ta’ rikors għal annullament, uħud mill-motivi tagħha, sakemm dawn il-motivi ma jipproduċux effetti ġuridiċi obbligatorji ta' natura li jaffettwaw l-interessi tiegħu. F'dan il-każ partikolari Dalmine ma kinitx uriet kif il-motivi kkontestati huma ta' natura li jipproduċu tali effetti.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

69     Dalmine kienet talbet lill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tannulla l-motivi sussidjarji tad-deċiżjoni kkontestata, din ġustament iddeċidiet fil-punt 134 tas-sentenza kkontestata, li "huwa suffiċjenti li jiġi kkonstatat li ma teżisti l-ebda regola ta’ dritt li tippermetti lid-destinatarju ta’ deċiżjoni li jikkontesta, fil-kuntest ta' rikors għal annullament abbażi ta' l-Artikolu 230 KE, ċerti motivi tagħha, sakemm dawn il-motivi ma jipproduċux effetti ġuridiċi obbligatorji ta' natura li jaffettwaw l-interessi tagħha (ara, f'dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Marzu 2000, Coca‑Cola vs Il-Kummissjoni, T‑125/97 u T‑127/97, Ġabra p. II‑1733, punti 77 u 80 sa 85). Bħala prinċipju, il-motivi ta’ deċiżjoni mhumiex ta' tip li jipproduċu tali effetti. F'dan il-każ, ir-rikorrenti ma wrietx kif il-motivi kkontestati huma ta' natura li jipproduċu effetti ta’ natura li jimmodifikaw is-sitwazzjoni ġuridika tagħha".

70     Jekk hu veru li l-Qorti tal-Prim'Istanza b'hekk astjeniet milli teżamina jekk il-Kummissjoni kellhiex id-dritt li tiżvela, fid-deċiżjoni kkontestata, informazzjoni dwar l-akkordji li jirrigwardaw is-swieq li jinsabu barra ’l Komunità kif ukoll dwar l-iffissar tal-prezzijiet, għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk preżuppost li l-iżvelar, mill-Kummissjoni, ta' l-imsemmija informazzjoni kien kuntrarju għall-obbligu ta' din ta’ l-aħħar li tirrispetta s-sigrieti kummerċjali ta' Dalmine, xorta jibqa' l-fatt li tali irregolarità ma setgħetx twassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata ħlief jekk kien ġie stabbilit li, fin-nuqqas ta' din l-irregolarità, l-imsemmija deċiżjoni kien ikollha kontenut differenti (sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta' Diċembru 1975, Suiker Unie et vs Il-Kummissjoni, 40/73 sa 48/73, 50/73, 54/73 sa 56/73, 111/73, 113/73 u 114/73, Ġabra p. 1663, punt 91, u tat-18 ta' Settembru 2003, Volkswagen vs Il-Kummissjoni, C-338/00 P, Ġabra p. I-9189, punti 163 u 164). Madankollu, peress illi l-konstazzjonijiet li jidhru fid-deċiżjoni kkontestata dwar l-akkordji rigward is-swieq li jinsabu barra mill-Komunità kif ukoll l-iffissar tal-prezzijiet ġew ikkwalifikati mir-rikorrenti b'motivi sussidjarji, din ta’ l-aħħar ma tistax fi kwalunkwe ssostni li, fin-nuqqas ta' l-imsemmija kostatazzjonijiet, id-deċiżjoni kkontestata kien ikollha kontenut essenzjalment differenti.

71     B’hekk it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.

 D - Fuq ir-raba' motiv, ibbażat fuq distorsjoni tal-fatti u ta' nuqqas ta' motivazzjoni għal dak li jikkonċerna l-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata

 1. L-argumenti tal-partijiet

72     Dalmine tikkritika lill-Qorti tal-Prim'istanza li dawret il-fatti u li naqset milli tagħti motivazzjoni għal dak li jikkonċerna l-istabbiliment tas-suġġett tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-konstatazzjoni ta' l-effetti tagħha u l-assimilazzjoni ta’ ksur eventwali mhux eżegwita jew li m'għandha l-ebda effett ta' dannu kunsiderevoli fuq il-kompetizzjoni għal ksur implementat kollha kemm hu.

73     Dalmine tfakkar li hija kienet sostniet, quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, li l-akkordju in kwistjoni ma kienx jirrigwarda t-tqassim tas-swieq nazzjonali. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet qieset b'mod żbaljat li Dalmine riedet biss tiżvela n-nuqqas ta' effett kunsiderevoli fuq il-kompetizzjoni. Is-sentenza b'hekk kienet ivvizzjata minħabba nuqqas ta' motivazzjoni.

74     Minbarra dan, il-Qorti tal-Prim'Istanza għawġet il-fatti, peress li hija ma vverifikatx l-elementi mressqa mill-Kummissjoni dwar is-suġġett ta' l-akkordju, b'mod partikolari fid-dawl tal-motivi mqajma minn Dalmine. B'mod partikolari, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet għawġet id-dikjarazzjonijiet magħmula minn Vallourec, Mannesmann, Dalmine u Corus fl-istadju ta’ l-inkjesta kif ukoll it-tabella tal-kunsinni tal-membri tal-klabb Ewropa-Ġappun li tidher fil-punt 68 tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata.

75     Il-Kummissjoni ssostni li l-argumenti ppreżentati minn Dalmine quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza jitrattaw mhux biss il-kwistjoni dwar jekk hija wrietx l-eżistenza ta’ ftehim li għandu bħala oġġett li jirrestrinġi l-kompetizzjoni iżda pjuttost fuq dik dwar jekk hija kienet uriet l-implementazzjoni ta' l-imsemmi ftehim u l-effetti ta' din fuq il-kompetizzjoni u fuq is-suq.

76     Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li, quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza, Dalmine kkontestat biss il-forza probatorja tad-dokument "skala ta’ diviżjoni" u tad-dikjarazzjonijiet ta' wieħed mid-diriġenti antiki tagħha, is-Sur Biasizzo, u mhux il-forza probatorja ta' l-elementi l-oħra użati mill-Kummissjoni. B'hekk Dalmine ma tistax issostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza għawġet dawn l-elementi ta' prova, peress li din l-aħħar imsemmija ma ġietx mistiedna tagħti deċiżjoni dwar dawn. L-ilmenti bbażati fuq l-allegat tgħawwiġ tal-fatti, konsegwentement iridu jiġu ddikjarati inammissibbli.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

77     Ir-rikorrenti ma tistax tallega li l-Qorti tal-Prim'Istanza naqqset milli tirrispondi għall-argument tagħha li skond dan, il-ftehim ma jittrattax it-tqassim tas-swieq nazzjonali.

78     F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi kkonstatat mill-bidu li l-Qorti tal-Prim'Istanza semmiet fil-punt 136 tas-sentenza kkontestata li, skond Dalmine, il-ftehim bejn id-destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata "ma jikkonċernax is-swieq domestiċi Komunitarji". Fil-punti segwenti ta' din is-sentenza, hija tat bosta preċiżazzjonijiet fuq dan l-argument tar-rikorrenti. B'hekk, fil-punti 138 u 139 ta' l-imsemmija sentenza, ġiet inkluża l-konklużjoni tal-Kummissjoni li skond din "il-produtturi nazzjonali tat-tubi ta' l-azzar kellhom fis-suq nazzjonali rispettiv tagħhom pożizzjoni predominanti" u tispjega li "Dalmine tallega li l-Kummissjoni kienet tasal għal konklużjoni għal kollox differenti kieku hija kienet limitata għall-eżami tas-sitwazzjoni eżistenti fuq is-suq tal-prodotti rilevanti".

79     Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza indikat b'mod ċar li, skond l-evalwazzjonijiet tagħha, il-ftehim għandu l-għan li jaqsam is-swieq nazzjonali tal-produtturi Komunitarji. B'hekk, fil-punt 152 tas-sentenza kkontestata, hija fakkret li "l-Kummissjoni kienet ibbażat ruħha fid-deċiżjoni [kontenzjuża] fuq medda ta' provi relattivi għas-suġġett tal-ftehim akkużat li Dalmine ma tikkontestax ir-rilevanza tagħhom, b'mod partikolari fuq id-dikjarazzjonijiet qosra iżda espliċiti tas-Sur Verluca". Għal dak li jikkonċerna, b'mod partikolari, l-istqarrija tas-Sur Biasizzo, li l-valur probatorju tiegħu huwa kkontestat minn Dalmine (ara l-punt 76 tas-sentenza preżenti), il-Qorti tal-Prim'Istanza, wara li ċċitat element ieħor ta' prova fil-punt 153 tas-sentenza kkontestata, jiġifieri d-depożizzjoni tas-Sur Jachia, li kien jeżisti ftehim "għal osservanza taż-żoni li jappartjenu lil operaturi differenti", ikkonstatat, fil-punt 155 ta' l-istess sentenza, li d-depożizzjoni tas-Sur Biasizzo tikkorrabora d-"dikjarazzjonijiet tas-Sur Verluca fir-rigward ta' l-eżistenza tal-ftehim ta' diviżjoni tas-swieq domestiċi deskritta minn dan l-aħħar imsemmi (ara, f'dan ir-rigward, is-sentenza [tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-8 ta' Lulju 2004,] JFE Engineering et vs Il-Kummissjoni, [T-67/00, T-68/00, T-71/00 u T-78/00, Ġabra p. II-2501], punti 309 u segwenti)".

80     Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu tas-17 ta' Settembru 1996, analizzati mill-Qorti tal-Prim'Istanza fis-sentenza JFE Engineering et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, is-Sur Verluca afferma li s-swieq nazzjonali tal-parteċipanti għall-ftehim "ibbenefikaw minn protezzjoni" fir-rigward tat-tubi OCTG standard kif ukoll għat-tubi ta' ġarr ‘proġett’ (bl-eċċezzjoni tas-suq offshore tar-Renju Unit, li kien "semi-protett"). Mistoqsi fit-18 ta' Diċembru 1997 matul verifika ġdida, is-Sur Verluca ddikjara li "kienu kkunsidrati bħala domestiċi, is-swieq Franċiżi, Ġermaniżi u Taljani. Ir-[Renju Unit] kellu statut partikolari (cf. id-dikjarazzjoni tiegħi tas-17.09.96)".

81     Jirriżulta minn dak li ntqal iktar 'il fuq li s-sentenza kkontestata mhix ivvizzjata minħabba nuqqas ta' motivazzjoni invokata mir-rikorrenti.

82     Fir-rigward ta' l-elementi tal-prova in kwistjoni, imsemmija mill-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex issostni l-kostatazzjoni tagħha li l-akkordju kellu bħala għan tqassim tas-swieq nazzjonali, l-argument tar-rikorrenti bbażat fuq distorsjoni tal-fatti wkoll ma jistax jiġi milqugħ aktar. B'mod partikolari, ir-rikorrenti naqset milli tispjega kif il-qari magħmul mill-Qorti tal-Prim'Istanza tad-dikjarazzjonijiet tas-Sur Verluca u tas-Sur Jachia, li affermaw espressament li l-ftehim kellu bħala għan it-tqassim ta' bosta swieq nazzjonali fil-Komunità, huwa żbaljat.

83     Fl-aħħar nett, l-argument tar-rikorrenti li l-Artikolu 81 KE ma jistax jiġi interpretat fis-sens li ksur mhux eżegwit jew li m'għandu l-ebda effett dannuż kunsiderevoli fuq il-kompetizzjoni jista' jiġi assimilat ma' ksur li ġie implementat kollu kemm hu, ukoll ma jistax jiġi milqugħ.

84     Fil-fatt, skond ġurisprudenza stabbilità, għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE, it-teħid in kunsiderazzjoni ta' l-effetti konkreti ta' ftehim huwa superfluwu meta jidher li għandu bħala għan il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenzi tat-8 ta' Lulju 1999, Il-Kummissjoni vs Anic Partecipazioni, C-49/92 P, Ġabra p. I-4125, punti 122 u 123, kif ukoll Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 491). Fir-rigward, b'mod partikolari, tal-ftehim ta' tip anti-kompetittiv li jimmanifestaw ruħhom, bħal f'dan il-każ partikolari, matul il-laqgħat ta' l-impriżi li jikkompetu, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà kkunsidrat li ksur għall-Artikolu 81(1) KE jseħħ meta dawn il-laqgħat għandhom bħala oġġett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u b'hekk bil-għan li jorganizzaw artifiċjalment il-funzjonament tas-suq (sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punti 508 u 509). Għar-raġunijiet imsemmija mill-Avukat Ġenerali fil-punti 134 sa 137 tal-konklużjonijiet tiegħu, ma jkunx xieraq li din il-ġurisprudenza tiġi influwenzata fis-sens propost mir-rikorrenti.

85     Jirriżulta minn dak kollu li ntqal iktar 'il fuq li r-raba' motiv għandu jiġi miċħud.

 E - Fuq il-ħames motiv, ibbażat fuq żbalji ta' dritt, ta’ distorsjoni ta' l-elementi ta' prova u ta' nuqqas ta' motivazzjoni għal dak li jikkonċerna l-effetti tal-ksur fuq il-kummerċ bejn Stati Membri

 1. L-argumenti tal-partijiet

86     Skond Dalmine, l-eżistenza ta' l-effett dannuż ta' l-akkordju ppenalizzat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata fuq il-kummerċ intrakomunitarju, ma ntwerietx. F'dan ir-rigward, hija tosserva li l-Kummissjoni ma setgħetx turi permezz tal-provi, u li l-Qorti tal-Prim'Istanza ma setgħetx tivverifika, li s-suġġett ta’ l-akkordju jirrigwarda t-tqassim tas-swieq nazzjonali, u li, anki jekk hija wriet li l-akkordju jikkonċerna tqassim bħal dan, il-livell ta' l-interpenetrazzjoni tas-swieq kien tant għoli li dawn ma setgħux tkun maqsuma. L-evalwazzjoni diverġenti tal-Qorti tal-Prim'Istanza hija insuffiċjentement motivata u barra minn hekk ma fiha ebda evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq Komunitarju.

87     Skond il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament ibbażat ruħha fuq il-ġurisprudenza li skond din mhux neċessarju li tiġi ppruvata l-eżistenza effettiva ta' dannu magħmul fuq il-kummerċ intra-Komunitarju għall-finijiet ta' l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81 KE, peress li huwa suffiċjenti li jiġi ppruvat li ftehim jista' potenzjalment jipproduċi effett bħal dan.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

88     L-argumenti ta' Dalmine jikkorrispondu fil-parti l-kbira tagħhom ma' dawk miċħuda fil-kuntest tar-raba' motiv, li permezz tagħhom il-Qorti tal-Prim'Istanza hija kkritikata li ma eżaminatx il-kwistjoni dwar jekk il-ftehim kien jitratta t-tqassim tas-suq nazzjonali u li assimilat ksur mhux eżegwit jew li m’għandu l-ebda effett kunsiderevoli ta' dannu fuq il-kompetizzjoni għal ksur implementat kollu kemm hu.

89     Fi kwalunkwe każ, jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita sew li l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-kundizzjoni dwar l-effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, li jidhru fl-Artikolu 81 KE u 82 KE, għandhom jieħdu bħala punt tat-tluq l-għan ta' din il-kundizzjoni li huwa li jiġi ddeterminat, f’dak li jirrigwarda l-leġiżlazzjoni tal-kompetizzjoni, il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt Komunitarju b’relazzjoni għal dak ta' l-Istati Membri. Huwa għalhekk li jaqa' taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt Komunitarju kull akkordju jew prattika miftiehma li jistgħu jqiegħdu in kwistjoni l-libertà tal-kummerċ bejn l-Istati Membri b’mod li jista’ jkun ta’ dannu għat-twettiq ta’ l-għanijiet ta’ suq wieħed bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari billi jiġu iżolati s-swieq nazzjonali jew billi tiġi modifikata l-istruttura tal-kompetizzjoni fis-suq komuni (sentenzi tal-31 ta' Mejju 1979, Hugin vs Il-Kummissjoni, 22/78, Ġabra p. 1869, punt 17, u tal-25 ta' Ottubru 2001, Ambulanz Glöckner, C-475/99, Ġabra p. I-8089, punt 47).

90     Sabiex ikunu jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri, deċiżjoni, akkordju jew prattika miftiehma għandhom, abbażi ta’ numru ta’ elementi oġġettivi ta’ dritt jew ta’ fatt, jippermettu li wieħed jipprevedi bi grad ta’ probabbiltà suffiċjenti li huma jeżerċitaw influwenza diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq it-tendenzi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, u dan b’mod li jagħti x’jifhmu li jistgħu jostakolaw it-twaqqif ta’ suq wieħed bejn l-Istati Membri. Minbarra dan, din l-influwenza m’għandhiex tkun insinjifikanti (sentenzi tat-28 ta' April 1998, Javico, C-306/96, Ġabra p. I-1983, punt 16; tal-21 ta' Jannar 1999, Bagnasco et, C-215/96 u C-216/96, Ġabra p. I-135, punt 47, u Ambulanz Glöckner, iċċitata iktar 'il fuq, punt 48).

91     Għaldaqstant, wara li kkonstatat li l-ftehim kellu bħala suġġett it-tqassim tas-swieq nazzjonali fil-Komunità, il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament ikkonkludiet fil-punt 157 tas-sentenza kkontestata, li l-ftehim kellu bħala effett potenzjali li jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li tqassim tas-suq nazzjonali fil-Komunità jista' jaffettwa b'mod sinjifikanti l-influssi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara s-sentenza Ambulanz Glöckner, iċċitata iktar 'il fuq, punti 48 u 49).

92     Għalhekk, il-ħames motiv għandu wkoll jiġi miċħud.

 F - Fuq is-sitt motiv, ibbażat fuq abbuż ta' poter, fuq żball ta' dritt u distorsjoni tal-fatti għal dak li jikkonċerna l-ksur imsemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata

 1. L-argumenti tal-partijiet

93     Dalmine takkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza li ma ddeskrivitx korrettement l-att illegali msemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet qalet l-imsemmija deċiżjoni b’mod divers, fejn ippruvat tagħtiha leġittimità ġuridika fuq il-bażi ta’ element dgħajjef, jiġifieri l-allegata illegalità tal-kuntratti ta’ forniment bejn Corus u, Dalmine, Vallourec u Mannesmann rispettivament.

94     Il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet, b'mod partikolari, ippruvat tippreżenta l-att illegali msemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata bħala li jikkostitwixxi ksur awtonomu ta' l-Artikolu 81 KE, filwaqt li dan kellu sempliċement bħala għan l-implementazzjoni tar-regoli fundamentali. Tali interpretazzjoni tat-test tad-deċiżjoni kkontestata tammonta għal abbuż ta' poter jew użu eċċessiv ta' poter, kif ukoll distorsjoni ta' dik id-deċiżjoni. Minbarra dan, hija tibbaża fuq preżentazzjoni żbaljata tas-swieq tal-prodotti kkonċernati.

95     Barra minn hekk, Dalmine ssostni li l-Qorti tal-Prim'Istanza indikat espressament li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni li tinsab fil-punt 164 tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata kienet żbaljata. Madankollu, minflok ma annullat id-deċiżjoni kkontestata fuq dan il-punt, il-Qorti tal-Prim'Istanza reġgħet ifformulata, li wkoll jikkostitwixxi abbuż ta' poter.

96     Fl-aħħar nett, Dalmine ssostni li l-interpretazzjoni tal-konnessjoni bejn l-Artikoli 1 u 2 tad-deċiżjoni kkontestata li wettqet il-Qorti tal-Prim'Istanza kellha konsegwenzi vantaġġużi għall-produtturi Ġappuniżi, li peress li ma kinux ikkunsidrati ħatja ta' l-allegat ksur distint previst fl-Artikolu 2 ta' l-imsemmija deċiżjoni, ibbenefikaw minn tnaqqis tal-multa.

97     Il-Kummissjoni ssostni li l-kuntratti ta' forniment konklużi bejn Corus u, Dalmine, Vallourec u Mannesmann rispettivament, huma kkunsidrati, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, bħala li jikkostitwixxu ksur distint ta’ l-Artikolu 81 KE u li b'hekk huma s-suġġett ta’ Artikolu speċifiku fid-dispożittiv ta' din id-deċiżjoni. Minbarra dan, billi jordna lill-impriżi destinatarji sabiex itemmu l-"ksur stabbilit", l-Artikolu 3 ta' l-imsemmija deċiżjoni jindika b'mod ċar li dan huwa każ ta’ ksur distint.

98     Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Qorti tal-Prim'Istanza la eċċediet il-poteri tagħha, u lanqas għawġet id-deċiżjoni kkontestata. L-anqas ma kienet ifformulat mill-ġdid id-definizzjoni tas-suq tal-prodotti kkonċernati. Hija tosserva wkoll li, anki jekk il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet, b'xi mod, annulat il-punt 164 tal-motivi ta' din id-deċiżjoni, ma kienet tirriżulta l-ebda konsegwenza fuq il-validità ta' l-Artikolu 2 ta' l-imsemmija deċiżjoni.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

99     Fejn ir-rikorrenti takkuża lill-Qorti tal-Prim'Istanza b'abbuż ta' poter, jeħtieġ li jiġi mfakkar li tali aġir jeżisti meta istituzzjoni teżerċita l-kompetenzi tagħha bl-għan esklużiv jew almenu determinati, li tilħaq għanijiet differenti minn dawk iddikjarati jew sabiex tiġi evitata xi proċedura speċjali prevista mit-Trattat sabiex tipprevjeni ċ-ċirkustanzi tal-każ (sentenzi ta' l-14 ta' Mejju 1998, Windpark Groothusen vs Il-Kummissjoni, C-48/96 P, Ġabra p. I-2873, punt 52, u ta' l-10 ta' Marzu 2005, Spanja vs Il-Kunsill, C-342/03, Ġabra p. I-1975, punt 64).

100   Madankollu, ir-rikorrenti ma ressqet l-ebda element li jista’ jsostni l-allegazzjoni li l-Qorti tal-Prim'Istanza kienet eżerċitat il-kompetenzi tagħha b'għan ieħor minn dak, imsemmi fl-Artikolu 220 KE, li tassigura l-osservanza tad-dritt fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tat-Trattat.

101   Min-naħa l-oħra, il-motiv preżenti jibbaża ruħu fuq il-premessa li l-Qorti tal-Prim'Istanza kienet għawġet id-deċiżjoni kkontestata billi kkwalifikat il-ksur imsemmi fl-Artikolu 2 tagħha bħala ksur awtonomu u mhux bħala sempliċi implementazzjoni tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 ta' l-imsemmija deċiżjoni.

102   Madankollu, il-Qorti tal-Prim'Istanza m’għamlitx tali tgħawwiġ tad-deċiżjoni kkontestata. Kif osservat il-Kummissjoni, il-fatt stess li l-ksur, li jikkonsisti fil-konklużjoni ta' kuntratti ta’ forniment in kwistjoni, huwa l-oġġett ta’ Artikolu speċifiku fid-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata juri li dak il-ksur ġie kkwalifikat, permezz ta' l-imsemmija deċiżjoni, ta' ksur distint ta’ l-Artikolu 81 KE. Minbarra dan, fl-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata, huwa ordnat lill-impriżi speċifikati fl-Artikoli 1 u 2 sabiex iġibu fi tmiem il-"ksur imsemmi f’dawn l-Artikoli", din il-formulazzjoni tindika b'mod ċar li dan huwa ksur distint.

103   Fl-aħħar nett, kuntrarjament għal dak li tafferma r-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma kellhiex tasal għal konklużjonijiet oħra mill-konstatazzjonijiet tagħha fir-rigward tal-punt 164 tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata.

104   Għal dak li jikkonċerna dan il-punt ta' l-imsemmija motivi, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet, fil-punti 244 u 245 tas-sentenza kkontestata:

"244      […] [j]eħieġ li jiġi kkonstatat, għal kull fini prattiċi, li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni, li tidher fl-ewwel frażi tal-[punt]164 [tal-motivi] tad-deċiżjoni [kontenzjuża], li skond din il-kuntratti ta' forniment, li jikkostitwixxu l-ksur ikkunsidrat fl-Artikolu 2 tagħha, kienu biss motiv ta' implementazzjoni ta' dik ikkunsidrata fl-Artikolu 1 tagħha huwa eċċessiv, peress illi dik l-implementazzjoni kienet l-għan tat-tieni ksur fost bosta għanijiet u effetti antikompetittivi marbuta iżda distinti. Fil-fatt, il-Qorti tal-Prim'Istanza iddeċidiet fis-sentenza tagħha JFE Engineering et vs Il-Kummissjoni, [iċċitata iktar 'il fuq], (punti 569 u segwenti), li l-Kummissjoni injorat il-prinċipju ta’ trattament ugwali peress illi ma ħaditx in kunsiderazzjoni l-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni [kkontestata] għall-finijiet ta’ l-iffissar ta' l-ammont tal-multi imposti fuq il-produtturi Ewropej minkejja l-fatt li l-għan u l-effetti ta' l-imsemmi ksur imorru lil hinn mill-kontribut tagħhom tal-permanenza tal-ftehim Ewropa-Ġappun (ara, b'mod partikolari, il-punt 571 ta' l-imsemmija sentenza).

245      Jekk it-trattament mhux ugwali msemmi fil-punt preċedenti finalment iġġustifika t-tnaqqis ta' l-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti Ġappuniżi, l-iżball ta’ l-analiżi dwaru ma jiġġustifikax l-annullament ta’ l-Artikolu 2 tad-deċiżjoni [kkontestata] u lanqas dak ta' l-Artikolu 1 tiegħu, fil-kuntest ta’ dan ir-rikors."

105   Kif sostna l-Avukat Ġenerali fil-punti 213 sa 216 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-punt 244 tas-sentenza kkontestata tfisser biss li l-Kummissjoni qieset b'mod żbaljat li m’għandhiex tiġi imposta multa addizzjonali għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata għar-raġuni li l-imsemmija kuntratti jikkostitwixxu biss motiv ta' implementazzjoni tal-prinċipju ta' l-osservanza tas-swieq nazzjonali deċiżi fil-kuntest tal-klabb Ewropa-Ġappun (ara l-punt 20 tas-sentenza preżenti). Din l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza b'hekk ma taffettwax il-konstatazzjoni stess ta' l-imsemmi ksur fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata, u ma tiġġustifika l-ebda annullament ta' l-imsemmi Artikolu.

106   Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet kollha msemmija iktar 'il fuq, is-sitt motiv għandu jiġi miċħud.

 G - Fuq is-seba' motiv, ibbażat fuq abbuż ta' poter, żbalji ta' dritt u ta' distorsjoni tal-fatti għal dak li jikkonċerna l-effetti tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata

 1. L-argumenti tal-partijiet

107   Skond Dalmine, il-Qorti tal-Prim'Istanza għawġet il-fatti meta kkunsidrat li l-kuntratt ta' forniment konkluż bejn Dalmine u Corus kien jillimita l-kompetizzjoni fuq is-suq tat-tubi lixxi u bil-kamin fir-Renju Unit. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kkunsidrat b'mod żbaljat li, wara l-konklużjoni ta' dan il-kuntratt, Dalmine kienet prattikament maqtugħa mis-suq tar-Renju Unit tat-tubi lixxi u bil-kamin. F'dan ir-rigward, Dalmine ssostni li hija bl-ebda mod ma setgħet taċċedi għas-suq tar-Renju Unit tat-tubi OCTG premium, peress li hija ma kellhiex il-liċenzja meħtieġa.

108   Dalmine ssostni li l-kuntratt ta’ forniment tagħha konkluż ma' Corus jikkonċerna t-tubi lixxi, jiġifieri prodott barrani għas-suq rilevanti. Konsegwentement, dan il-kuntratt ma jistax jiġi kkunsidrat bħala sistema ta' eżekuzzjoni ta' l-allegat ftehim ta' tqassim tas-swieq nazzjonali previst fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata. Għall-kuntrarju, l-imsemmi kuntratt huwa bbażat fuq loġika kummerċjali legali.

109   Skond il-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament ikkunsidrat li Dalmine setgħet tikseb liċenzja li tippermettilha li tikkummerċjalizza t-tubi OCTG premium fuq is-suq tar-Renju Unit, kieku hija sabet interess, iżda li l-konklużjoni tal-kuntratt ta' provvista in kwistjoni teskludi interess bħal dan u b'hekk telimina lil Dalmine bħala kompetitriċi potenzjali.

110   Il-Kummissjoni żżid li, fin-nuqqas ta' l-imsemmi kuntratt ta' forniment, Dalmine xorta setgħet ikollha interess li tbigħ aktar tubi OCTG standard fis-suq. Barra minn hekk, hija tippreċiża li Dalmine kienet tbigħ diġà lir-Renju Unit tubi OCTG standard li għalihom l-ebda liċenzja ma kienet neċessarja u li l-argument tagħha li ma kellhiex aċċess għas-suq tar-Renju Unit għalhekk mhuwiex fondat.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

111   Fil-punt 179 tas-sentenza kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza għamlet il-qari segwenti, fih innifsu mhux ikkontestat mir-rikorrenti, tal-kuntratti ta' forniment previsti fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata:

"[…] Meħuda flimkien, dawn il-kuntratti jqassmu, sa mid-9 ta' Awwissu 1993, il-bżonnijiet ta’ Corus f'tubi lixxi bejn it-tliet produtturi Ewropej l-oħra (40 % għal Vallourec, 30 % għal Dalmine u 30 % għal Mannesmann). Minbarra dan, kull wieħed minnhom jipprovdi l-iffissar tal-prezz imħallas minn Corus għat-tubi lixxi abbażi ta’ formola matematika li tieħu in kunsiderazzjoni l-prezz li hija tikseb għat-tubi bil-kamin tagħha."

112   Fir-rigward tal-klawżoli tagħha tal-kuntratti ta' forniment, l-argument tar-rikorrenti, li huwa intiż essenzjalment sabiex juri n-nuqqas ta’ kwalunkwe konnessjoni, għal dak li jikkonċerna l-effetti ta' l-imsemmija kuntratti fuq il-kompetizzjoni, bejn it-tubi lixxi, minn naħa, u t-tubi bil-kamin, min-naħa l-oħra, ma jkunx jiġi milqugħ. F'dan ir-rigward, mhux talli m’għawġitx il-fatti, il-Qorti tal-Prim'Istanza esponiet b'mod konvinċenti, fil-punt 181 tas-sentenza kkontestata, l-effetti anti-kompetittivi tal-kuntratti ta' forniment mhux biss fuq is-suq tat-tubi lixxi iżda wkoll fuq dak tat-tubi bil-kamin, hekk kif ġej:

"Għal kull kuntratt ta' forniment, Corus rabat it-tliet kompetituri Komunitarji tiegħu b'mod li kull kompetizzjoni effettiva jew potenzjali minn naħa tagħhom fuq is-suq domestiku tiegħu sparixxa, bi ħsara għall-libertà tagħha ta' forniment. Fil-fatt, dawn l-aħħar imsemmija kienu jitilfu bejgħ tat-tubi lixxi jekk il-bejgħ tat-tubi bil-kamin imwettaq minn Corus kellu jitbaxxa. Barra minn hekk, il-marġini ta' benefiċċju mwettaq fuq il-bejgħ tat-tubi lixxi li t-tliet fornituri intrabtu li jagħmlu kien jitnaqqas ukoll abbażi tal-prezz miksub minn Corus għat-tubi bil-kamin tagħha u anki seta' jinbidel f'telf. F'dawn iċ-ċirkustanzi, kien prattikament inkonċepibbli li dawn it-tliet produtturi fittxew li jagħmlu kompetizzjoni effettiva lil Corus fis-suq Britanniku tat-tubi bil-kamin, b'mod partikolari fuq il-prezzijiet […]".

113   Fejn ir-rikorrenti tippreżenta l-konklużjoni tal-kuntratt ta' forniment tagħha ma' Corus bħala attività kummerċjali loġiku u legali, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li dan l-argument ġie debitament irrifjutat mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-punt 181, iċċitat iktar 'il fuq, tas-sentenza kkontestata, kif ukoll fil-punt 185 ta' l-istess sentenza, li skond din, "jekk il-kuntratti ta' forniment ma kinux eżistew, il-produtturi Ewropej ikkonċernati barra minn Corus normalment kien ikollhom, mingħajr kunsiderazzjoni tar-regoli fundamentali, interess kummerċjali reali jew għall-inqas potenzjali sabiex jikkompetu magħha fuq is-suq Brittaniku tat-tubi bil-kamin kif ukoll sabiex jikkompetu bejniethom għall-forniment ta' Corus ta’ tubi lixxi".

114   Fl-aħħar nett, l-argument tar-rikorrenti li skond din hija ma kellhiex aċċess għas-suq tar-Renju Unit, b'mod partikolari peress illi hija ma kellhiex liċenzja għall-bejgħ tat-tubi OCTG premium, huwa suffiċjenti li ssir referenza għall-analiżi, kompletament korretta, imwettqa mill-Qorti tal-Prim'Istanza għall-punt 186 tas-sentenza kkontestata:

"Fir-rigward ta' l-argumenti ta' Dalmine dwar l-ostakli prattiċi li jipprekludu li hija tbigħ direttament tubi OCTG premium u standard fuq is-suq Britanniku, dawn l-ostakli mhumiex biżżejjed sabiex juru li hija ma setgħetx taffettwa l-bejgħ ta' dan il-prodott fuq l-imsemmi suq fin-nuqqas ta' kuntratt ta' forniment li hija kkonkludiet ma' Corus u, wara, ma’ Vallourec. Fil-fatt, jekk wieħed jissuponi li l-kundizzjonijiet kienu evolvew b'mod pożittiv fis-suq Brittanniku tat-tubi OCTG, ma jistax jiġi eskluż li Dalmine setgħet tikseb liċenzja li tippermettilha li tikkummerċjalizza t-tubi bil-kamin ‘premium’ fuq dan is-suq jew li hija setgħet iżżid il-produzzjoni tagħha tat-tubi OCTG standard sabiex tbigħhom. Jirriżulta li, bl-iffirmar tal-kuntratt ta' forniment in kwistjoni, hija effettivament aċċettat limiti għall-politika kummerċjali tagħha […]."

115   Fir-rigward ta' dak kollu li ntqal iktar 'il fuq, is-seba' motiv għandu jiġi miċħud.

 H - Fuq it-tmien motiv, ibbażat fuq żbalji ta' dritt u ta' distorsjoni tal-fatti għal dak li jikkonċerna l-kuntest ekonomiku tal-kuntratt ta’ forniment konkluż bejn Dalmine u Corus

 1. L-argumenti tal-partijiet

116   Dalmine tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li skond din il-klawżoli tal-kuntratt ta' forniment konkluż ma' Corus huma minn natura tagħhom illegali.

117   F'dan ir-rigward, Dalmine filwaqt li tispjega, b'mod partikolari, il-loġika kummerċjali tal-kuntratt in kwistjoni, tfakkar l-importanza tas-saħħa ta' nnegozjar ta' Corus meta mqabbla ma' dik tal-fornituri potenzjali, u tirrepeti l-affermazzjoni tagħha li hija kienet tbigħ, fis-suq tar-Renju Unit, tubi OCTG standard b'mod assolutament marġinali u ma biegħetx tubi OCTG premium.

118   Il-Kummissjoni ssostni li dan il-motiv jikkonsisti li jitressqu mill-ġdid l-agumenti ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza sabiex tiġi kkontestata n-natura anti-kompetittiva ta' ċerti klawżoli tal-kuntratt ta' forniment konkluż bejn Dalmine u Corus, u li għalhekk huwa inammissibbli.

119   Fi kwalunkwe każ, l-argument tar-rikorrenti huwa għal kollox infondat. Il-Kummissjoni ssostni, b'mod partikolari, li l-interessi kummerċjali u s-saħħa ta' nnegozjar ta’ wieħed mill-partijiet ma jistgħux ikollhom influwenza fuq in-natura illegali ta’ kuntratt kuntrarju għall-Artikolu 81 KE.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

120   Hekk kif jirriżulta mill-punti 111 sa 113 tas-sentenza preżenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat b'mod debitament motivat, ġustament u mingħajr ma tgħawweġ il-fatti, li l-kuntratti ta' forniment imsemmija fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata setgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri u kellhom bħala effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq komuni. Għaldaqsant, ir-rikorrenti ma tistax tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza li l-klawżoli ta' l-imsemmija kuntratti kienu illegali min-natura tagħhom.

121   Fejn ir-rikorrenti tinvoka ċerti interessi kummerċjali kif ukoll is-saħħa tan-negozjar ta’ waħda mill-partijiet għall-imsemmija kuntratti, jeħtieġ li jingħad li, kif l-Avukat Ġenerali għamel fil-punti 229 u 230 tal-konklużjonijiet tiegħu, li dawn l-ilmenti ma ġewx imqajma espressament quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza u b'hekk għandhom jiġu ddikjarati inammissibbli fil-kuntest ta' l-appell preżenti (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ta' l-1 ta' Ġunju 1994, Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et, C-136/92 P, Ġabra p. I-1981, punt 59, u tat-8 ta' Lulju 1999, Hercules Chemicals vs Il-Kummissjoni, C-51/92 P, Ġabra p. I-4235, punt 58). Barra minn hekk, l-imsemmija lmenti ma jistgħux f’kull każ jintlaqgħu. Ċertament, l-evalwazzjoni tal-konformità ta’ mġiba fl-Artikolu 81(1) KE trid issir fil-kuntest ekonomiku tiegħu (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tas-6 ta' April 2006, General Motors vs Il-Kummissjoni, C-551/03 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 66, u tat-13 ta' Lulju 2006, Il-Kummissjoni vs Volkswagen, C-74/04 P, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, punt 45). Madankollu, l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti, anki jekk wieħed jissuponi li huma fondati, mhumiex ta' natura li jagħtu prova li l-kuntest ekonomiku jeskludi kull possibbiltà ta' kompetizzjoni effettiva (ara, b'analoġija, s-sentenza tat-8 ta' Lulju 1999, Montecatini vs Il-Kummissjoni, C-235/92 P, Ġabra p. I-4539, punt 127).

122   Għaldaqstant, it-tmien motiv għandu jiġi miċħud.

 I - Fuq id-disa' motiv, ibbażat fuq żbalji ta' dritt u ta' nuqqas ta' motivazzjoni tal-gravità tal-ksur

 1. L-argumenti tal-partijiet

123   Dalmine ssostni li l-gravità tal-ksur akkużata għandha tiġi evalwata abbażi tad-daqs tas-suq rilevanti, peress li dan huwa l-uniku parametru strettament oġġettiv. Evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur li ma tikkunsidrax dan il-kriterju oġġettiv hija illoġika u fondata fuq elementi li mhumiex preżenti fil-ġurisprudenza, ir-Regolament Nru 17 u l-linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u ta' l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU C 9, 1998, p. 3; iktar 'il quddiem il-"linji gwida għall-kalkolu tal-multi"). Konsegwentement, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet ikkostatat b'mod żbaljat li d-daqs tas-suq ikkonċernat kien biss element rilevanti fost oħrajn għall-finijiet tal-kalkolu tal-multa.

124   Sussegwentement Dalmine tippreżenta argumenti sabiex turi li l-kriterji stabbiliti mil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, jiġifieri n-natura tal-ksur, l-impatt konkret fuq is-suq u l-kobor tas-suq ġeografiku kkonċernat, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Qorti tal-Prim'Istanza, ma ġewx irrispettati mill-Kummissjoni. Hija tikkonkludi li l-allegat ksur ma jkunx ikklassifikat bħala "gravi ħafna". Barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim'Istanza naqset milli debitament tagħti motivazzjoni għal din il-kwalifika. Hija limitat ruħha li tieħu att ta’ l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni, mingħajr ma tagħti deċiżjoni fuq ir-rilevanza u l-mertu tagħhom.

125   Fl-aħħar nett, Dalmine tikkritika lill-Qorti tal-Prim'Istanza li ma ħaditx in kunsiderazzjoni d-daqs individwali ta' l-impriżi destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata. Hija tqis li huwa kuntrarju għall-kriterji kollha, fid-dritt u fl-ekwità, li jiġi impost fuqha penali ugwali għal dik imposta, per eżempju, għal dak li jikkonċerna Nippon Steel, li għandha fatturat annwali ħafna aktar għoli minn tagħha. Barra minn hekk, in-natura sproporzjonata tal-multa li ġiet imposta fuqha, tidher minħabba l-fatt li l-ammont bażiku tal-multa huwa ekwivalenti għal 16 % tal-bejgħ tal-prodotti kkonċernati, fl-1998, fis-suq dinji, għal 38 % ta' dak imwettaq fuq is-suq Komunitarju u għal 95 % ta' dak imwettaq, fil-perijodu ta’ ksur ikkunsidrat fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja u fir-Renju Unit.

126   Fl-ewwel lok il-Kummissjoni tfakkar li, skond il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, id-daqs tas-suq ikkonċernat jikkostitwixxi biss wieħed mill-elementi li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni għall-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur.

127   Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-kriterji stabbiliti mill-imsemmija linji gwida ġew applikati korrettament. Hija tispjega li b'mod partikolari li kartell jista', minħabba n-natura tal-ksur jew minħabba li jaffettwa parti importanti tas-suq komuni, jiġi kkwalifikat bħala "ksur serju ħafna", anki jekk jikkonċerna prodott li l-bejgħ tiegħu ma jirrappreżentax fatturat partikolarment sinjifikanti fuq l-imsemmi suq.

128   Il-Kummissjoni fl-aħħar nett issostni li jirriżulta mil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi li d-divrenzjar tal-multi abbażi tal-fatturat ta' l-impriżi involuti ma jikkostitwixxix obbligu iżda possibbiltà.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

129   Skond ġurisprudenza stabbilita, il-gravità tal-ksur għad-dritt Komunitarju dwar il-kompetizzjoni għandha tiġi stabbilita abbażi ta’ numru kbir ta' elementi, bħaċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, il-kuntest tagħha u l-portata dissważiva tal-multi, u dan mingħajr ma ġiet stabbilita lista restrittiva jew eżawrjenti tal-kriterji għandhom bil-fors jittieħdu in kunsiderazzjoni (sentenzi Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 465, u tat-28 ta' Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, C‑189/02 P, C-202/02 P, C‑205/02 P sa C-208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425, punt 241).

130   Fost l-elementi ta' natura li jidħu fl-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur hemm l-imġiba ta' kull impriża, ir-rwol li kull waħda minnhom għandha fl-istabbiliment ta' l-akkordju, il-profitt li huma setgħu jieħdu minnu, id-daqs tagħhom u l-valur tal-merkanzija kkonċernata kif ukoll ir-riskju li ksur ta' dan it-tip jirrappreżenta għall-għanijiet tal-Komunità (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Musique Diffusion française et vs Il-Kummissjoni, punt 129, u Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, punt 242).

131   Il-punt 1 A tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi jippreċiża li "[l]-evalwazzjoni tan-natura tal-gravità tal-ksur għandha tieħu in kunsiderazzjoni n-natura stess tal-ksur, l-impatt konkret tiegħu fuq is-suq meta jista' jiġi kkalkolat u l-firxa tas-suq ġeografiku kkonċernat".

132   Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament irrilevat fil-punt 259 tas-sentenza kkontestata, li d-daqs tas-suq ikkonċernat kien biss element rilevanti fost oħrajn għall-evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur u sabiex jiġi ffissat l-ammont tal-multa.

133   Sussegwentement, fir-rigward ta' l-argument ta' Dalmine li l-Qorti tal-Prim'Istanza b'mod żbaljat u mingħajr motivazzjoni suffiċjenti kkonfermat l-applikazzjoni mill-Kummissjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi u l-kwalifikazzjoni tal-ksur bħala "gravi ħafna", jeħtieġ li jiġi mfakkar li l-Kummissjoni tibbenefika minn diskrezzjoni wiesgħa ta’ evalwazzjoni u li l-metodu tal-kalkolu definit fil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi jinkludi elementi differenti ta’ flessibbiltà (sentenza tad-29 ta' Ġunju 2006, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, C-308/04 P, li għadha ma ġietx ippublikata fil-Ġabra, punti 46 u 47).

134   Madankollu, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza evalwatx korrettament l-eżerċizzju, mill-Kummissjoni, ta’ din id-diskrezzjoni (sentenza SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 48).

135   F'dan ir-rigward, jeħtieġ li jingħad mall-ewwel li l-Qorti tal-Prim'Istanza korrettement ġabbret fil-qosor fil-punti 263 sa 265 tas-sentenza kkontestata, l-applikazzjoni magħmula mill-Kummissjoni tal-kriterji stabbiliti mil-linji gwida għall-kalkolu tal-multi:

"263  […] [i]l-Kummissjoni bbażat ruħha fil-[punt]161 [tal-motivi] tad-deċiżjoni [kkontestata], essenzjalment fuq in-natura ta' l-aġir ta' ksur ta' l-impriżi kollha sabiex tibbaża l-konklużjoni li skond din, il-ksur ikkunsidrat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni [kkontestata] huwa ‘gravi ħafna’. F'dan ir-rigward, hija invokat in-natura gravement antikompetittiva u ta’ ħsara għal funzjonament xieraq tas-suq intern tal-ftehim ta' qsim tas-swieq sanzjonati, il-karattru deliberat ta’ l-illegalità u n-natura sigrieta u istituzzjonalizzata tas-sistema implementata sabiex tirrestrinġi l-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni ħadet in kunsiderazzjoni wkoll f'dan l-istess [punt] 161 il-fatt li ‘l-erba' Stati Membri in kwistjoni jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-konsum tat-[tubi] OCTG u tat-[pajpijiet ta' trasport] mingħajr saldatura fil-Komunità u, konsegwentement, suq ġeografiku mifrux’.

264       Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni kkostatat, fil-[punt] 160 [tal-motvi] tad-deċiżjoni [kkontestata], li ‘l-impatt konkret tal-ksur fis-suq ġie limitat’, peress illi ż-żewġ prodotti speċifiċi koperti minn din, jiġifieri t-tubi OCTG standard u l-pajpijiet ta' trasport ‘proġett’, jirrappreżentaw biss 19 % tal-konsum Komunitarju tat-tubi OCTG u tal-pajpjiet ta' trasport mingħajr saldatura u li t-tubi ssaldjati setgħu jkopru parti mid-domanda għat-tubi mingħajr saldatura minħabba l-fatt tal-progress teknoloġiku.

265       B'hekk, fil-[punt] 162 [tal-motivi] tad-deċiżjoni [kkontestata], il-Kummissjoni, wara li kklassifikat dan il-ksur fil-kategorija tal-ksur ‘gravi ħafna’, fuq il-bażi tal-fatturi elenkati fil-[punt] 161, żvelat il-kwantità relattivament imnaqqsa tal-bejgħ tal-prodotti in kwistjoni mid-destinatarji tad-deċiżjoni [kkontestata] fl-erba' Stati Membri kkonċernati (EUR 73 miljun kull sena). Din ir-referenza għad-daqs tas-suq affettwat tikkorrispondi għall-evalwazzjoni ta' l-impatt limitat tal-ksur fuq is-suq fil-[punt 160 tal-motivi] tad-deċiżjoni [kkontestata]. B'hekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li timponi ammont abbażi tal-gravità ta' EUR għaxar miljun biss. Madankollu, il-linji gwida għall-kalkolu tal-multi jipprovdu, bħala prinċipju, ammont ‘akbar minn 20 miljun [Euro]’ għal ksur li jaqa’ taħt din il-kategorija."

136   Jirriżulta mill-analiżi magħmula mill-Kummissjoni, kif miġbura fil-qosor iktar ’il fuq, li t-tliet kriterji msemmija fil-punt 1 A tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi ttieħdu in kunsiderazzjoni sabiex tiġi stabbilita l-gravità tal-ksur. Il-Qorti tal-Prim'Istanza b'hekk ġustament irrilevat, fil-punt 260 tas-sentenza kkontestata, "li, jekk il-Kummissjoni ma invokatx espressament il-linji gwida fid-deċiżjoni [kkontestata], madankollu hija stabbilixxiet l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti billi applikat il-metodu ta’ kalkolu li hija imponiet fuqha nfisha".

137   Fil-punti 266 sa 271 tas-sentenza kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza eżaminat "jekk il-metodu tal-Kummissjoni esposta [fil-punti 263 sa 265 ta' l-istess sentenza] huwa illegali fid-dawl ta' l-argumenti mressqa minn Dalmine", fit-termini segwenti:

"267      Għal dak li jikkonċerna l-argumenti ta' Dalmine relatati mas-swieq rilevanti, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-[punti] 35 u 36 [tal-motivi] tad-deċiżjoni [kkontestata] jittraduċu d-definizzjoni tas-swieq ġeografiċi in kwistjoni kif għandhom normalment jeżistu, mingħajr referenza għall-ftehim illegali li għandhom bħala suġġett jew bħala effett li jaqsmuhom artifiċjalment. Sussegwentement, jirriżulta mid-deċiżjoni [kkontestata], li tinqara kollha kemm hi, b'mod partikolari [mill-punti] 53 sa 77 [tal-motivi tagħha], li l-imġiba tal-produtturi Ġappuniżi u Ewropej f'kull suq nazzjonali jew, f'ċerti każijiet, fuq is-suq ta’ ċertu reġjun tad-dinja kienet iddeterminata mnn regoli speċifiċi li jvarjaw minn suq għall-ieħor u li jirriżultaw minn negozjati kummerċjali magħmula fi ħdan il-klabb Ewropa-Ġappun.

268       B'hekk, hemm lok li jiġu rrifjutati bħala mhux rilevanti l-argumenti ta' Dalmine dwar il-perċentwali mnaqqsa tas-swieq mondjali u Ewropej tat-tubi OCTG standard u tal-pajpijiet ta’ trasport ‘proġett’ irrappreżentati mill-bejgħ ta' dawn il-prodotti magħmul mit-tmien destinatarji tad-deċiżjoni [kkontestata]. Fil-fatt, huwa l-fatt li l-ksur ikkunsidrat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni [kkontestata] kellu bħala għan, kif ukoll, għall-inqas sa ċertu punt bħala effett, li jeskludi kull wieħed mill-imsemmija destinatarji tas-swieq nazzjonali minn dawk ta' l-impriżi l-oħra, fosthom is-suq ta' l-erba' Stati Membri kbar tal-Komunità Ewropea, skond il-konsum tat-tubi fl-azzar, li jammonta għal ksur ‘gravi ħafna’ skond l-evalwazzjoni li tinsab fid-deċiżjoni [kkontestata].

269       F'dan ir-rigward, l-argument ta' Dalmine fir-rigward tal-kwantità mnaqqsa tal-bejgħ tat-tubi OCTG standard u għall-importanza tat-tubi saldati sabiex tikkompeti mal-pajpjiet ta' trasport ‘proġett’ fuq is-suq domestiku proprju tagħha huwa irrilevanti, peress li l-parteċipazzjoni tagħha għall-ksur tat-tqassim tas-swieq tirriżulta mill-impenn li hija tat li ma tbigħx il-prodotti msemmija fid-deċiżjoni [kkontestata] fi swieq oħra. B'hekk, anki jekk wieħed jippreżupponi li ċ-ċirkustanzi li hija tinvoka huma stabbiliti b'mod suffiċjenti skond id-dritt, dawn ma jħassrux il-konklużjoni li l-Kummissjoni waslet għaliha fir-rigward tal-gravità tal-ksur magħmula minn Dalmine.

270       Hemm lok li jiġi rrilevat li, minbarra dan, li l-fatt, invokat minn Dalmine, li l-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni [kkontesta] jikkonċerna biss żewġ prodotti speċifiċi, jiġifieri t-tubi OTCG standard u l-pajpijiet ta' trasport ‘proġett’ u mhux it-tubi OCTG u l-pajpijiet ta' ġarr kollha, kien ġie msemmi espliċitatament mill-Kummissjoni fil-[punt] 160 [tal-motivi] tad-deċiżjoni [kkontestata] bħala fattur li llimita l-impatt konkret tal-ksur fuq is-suq (ara punt 264 iktar ’il fuq). Bl-istess mod, il-Kummissjoni tagħmel referenza, f’dan l-istess [punt] 160, għall-kompetizzjoni li dejjem tiżdied mit-tubi ssaldjati (ara wkoll il-punt 264 iktar 'il fuq). Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni diġà ħadet dawn l-elementi in kunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha dwar il-gravità tal-ksur fid-deċiżjoni [kkontestata].

271       Fid-dawl ta' dak li ntqal iktar ’il fuq, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat li t-tnaqqis, imsemmi fil-punt 265 iktar ’il fuq, ta' l-ammont stabbilit abbażi tal-gravità għal 50 % tas-somma minima kkunsidrata normalment f’każ ta' ksur ‘gravi ħafna’ jieħu in kunsiderazzjoni tal-mod adegwat ta’ l-impatt limitat tal-ksur fuq is-suq f'dan il-każ."

138   Jeħtieġ li jiġi kkonstatat li, permezz ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeċidiet b'mod raġonevoli u koerenti fuq il-fatturi essenzjali kkunsidrati sabiex tiġi evalwata l-gravità tal-ksur u li rrispondiet suffiċjentement skond id-dritt għall-argumenti invokati minn Dalmine. Kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-Qorti tal-Prim'Istanza ma limitatx ruħha li tieħu atti ta' l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni, iżda eżaminat b'mod iddettaljat il-kwistjoni, imqajma minn Dalmine, dwar jekk il-Kummissjoni kkunsidrat korrettament, għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tal-gravità tal-ksur, l-effetti tagħha fuq is-suq rilevanti. Minbarra dan, permezz ta' l-evalwazzjoni tagħha li l-ksur ikkunsidrat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata tkun fi kwalunke każ ‘gravi ħafna’, minħabba li hija kellha bħala għan u, għall-inqas sa ċertu mod, bħala effett, li teskludi kull wieħed mit-tmien destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata mis-swieq nazzjonali ta' dawk ta’ l-impriżi l-oħra, il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament sostniet il-gravità kunsiderevoli intrinsika tal-ksur li tikkonsisti fit-tqassim tas-swieq nazzjonali fil-Komunità.

139   Barra minn hekk, kif ġustament irrilevat il-Qorti tal-Prim'Istanza , l-impatt limitat tal-ksur fuq is-suq, f'dan il-każ, kien diġà ttieħed in kunsiderazzjoni b'mod adegwat, peress li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet l-ammont tal-multa skond il-gravità tal-ksur għal EUR għaxar miljun biss.

140   Permezz tat-tieni lment tagħha mqajjem fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tikkritika lill-Qorti tal-Prim'Istanza li ma ħaditx in kunsiderazzjoni d-daqs individwali ta' l-impriżi destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata.

141   Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, il-Kummissjoni mhijiex obbligata, matul id-determinazzjoni ta' l-ammont tal-multi skond il-gravità u d-dewmien tal-ksur in kwistjoni, li tikkalkula l-multa skond ammonti bbażati fuq il-fatturat ta' l-impriżi kkonċernati. Huwa ċertament possibbli għall-Kummissjoni li tieħu in kunsiderazzjoni l-fatturati ta’ l-impriża in kwistjoni, iżda m’għandhiex tingħata importanza sproporzjonata lil dan il-fatturat fir-rigward ta’ elementi ta’ evalwazzjoni oħra (sentenza Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punti 255 u 257).

142   Fis-sitt subparagrafu tal-punt 1 A tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi li jikkorrispondi għal din il-ġurisprudenza. Dan jipprovdi li "jista’ jkun aħjar li f'ċerti każijiet jiġu kkalkolati l-ammont stabbiliti […] sabiex jittieħed in kunsiderazzjoni l-piż speċifiku, u b'hekk l-impatt reali, ta' l-imġiba ta' ksur ta' kull impriża fuq il-kompetizzjoni, b'mod partikolari meta teżisti differenza kunsiderevoli fid-daqs ta' l-impriżi responsabbli għal ksur ta' l-istess natura".

143   Il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament indikat fil-punt 282 tas-sentenza kkontestata li jirriżulta mill-użu ta' l-espressjoni "f'ċerti każijiet" u mit-terminu "partikolarment" fl-imsemmi subparagrafu tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi kalkolu abbażi tad-daqs individwali ta' l-impriżi mhuwiex livell ta' kalkolu sistematiku li l-Kummissjoni imponiet fuqha nfisha, iżda fakultà ta' flessibbiltà li hija tat lilha nfisha fil-kawżi li jeħtieġu dan, abbażi b'mod partikolari taċ-ċirkustanzi tal-każ. Din id-diskrezzjoni ta’ evalwazzjoni hija, min-naħa l-oħra, ukoll tradotta fl-espressjoni "jista’ jkun aħjar" li tidher fl-istess subparagrafu.

144   Il-Qorti tal-Prim'Istanza ddeduċiet korrettement mill-kunsiderazzjonijiet tagħha, fil-punt 283 tas-sentenza kkontestata, li "l-Kummissjoni żammet ċertu marġni ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ l-opportunità li twettaq kalkolu tal-multi abbażi tad-daqs ta' kull impriża. B'hekk, il-Kummissjoni mhijiex obbligata, fid-determinazzjoni ta' l-ammont tal-multi, li tassigura, fil-każ fejn il-multi huma imposti fuq bosta impriżi implikati fl-istess ksur, li l-ammonti finali tal-multi joħolqu divrenzjar bejn l-impriżi kkonċernati fir-rigward tal-fatturat globali tagħhom […]."

145   Din l-evalwazzjoni tkun aktar xierqa peress li l-impriżi destinatarji tad-deċiżjoni kkontestata kienu ta' daqs kbir, ċirkustanza li wasslet lill-Kummissjoni sabiex ma tipproċedix għal divrenzjar ta' l-ammonti kkunsidrati għall-multi (ara l-punt 165 tal-motivi tad-deċiżjoni kkontestata). F'dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat b'mod rilevanti dan li ġej:

"284 […] Dalmine tikkontesta din l-analiżi u tgħid li hija waħda mill-iżgħar fost l-impriżi destinatarji tad-deċiżjoni [kontenżjuza], li l-fatturat tagħha fl-1998 kien biss ta' EUR 667 miljun. Għandu jiġi kkonstatat, fil-fatt, li d-differenza f’termini ta’ fatturat globali, tal-prodotti kollha, bejn Dalmine u l-akbar fost l-impriżi in kwistjoni, jiġifieri Nippon [Steel Corp.], li l-fatturat tagħha li fl-1998 kien ta' 13 489 miljun euro, hija sinjifikanti.

285      Madankollu, il-Kummissjoni ssostni fir-risposta tagħha, mingħajr ma hija kontradita minn Dalmine, li din l-aħħar imsemmija la hija impriża żgħira u lanqas waħda medja. Fil-fatt, ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 96/280/KE, tat-3 ta' April 1996, dwar id-definizzjoni ta' l-impriżi żgħar u medji (ĠU L 107, p. 4), applikabbli fil-mument ta’ l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, tippreċiża, b'mod partikolari, li tali impriżi għandhom jimpjegaw inqas minn 250 persena u jkollhom kemm fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 40 miljun, kif ukoll bilanċ annwali li ma jaqbiżx EUR 27 miljun. Fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, tas-6 ta' Mejju 2003, dwar id-definizzjoni ta' l-impriżi mikro, żgħar u medji (ĠU L 124, p. 36), dawn iż-żewġ limiti ġew riveduti sabiex ġew stabbiliti għal ammont għola ta’ EUR 50 miljun u 43 miljun rispettivament.

286      Il-Qorti tal-Prim'Istanza m'għandhiex ċifri dwar in-numru ta' l-impjegati ta' Dalmine u lanqas dawk li jikkonċernaw il-bilanċ annwali tagħha, iżda hemm lok li jiġi kkonstatat li l-fatturat ta' Dalmine fl-1998 kien aktar minn għaxar darbiet ogħla mil-limitu previst fir-rakkomandazzjonijiet suċċessivi tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan il-kriterju. B'hekk, jeħtieġ li jiġi kkunsidrat, fuq il-bażi ta' l-informazzjoni ppreżentata lill-Qorti tal-Prim'Istanza, li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda żball meta kkostatat, fil-[punt] 165 [tal-motivi] tad-deċiżjoni [kkontestata], li l-impriżi kollha li għalihom kienet indirizzata d-deċiżjoni [kkontestata] kienet indirizzata kienu ta' daqs kbir."

146   Fil-każ fejn ir-rikorrenti tinvoka wkoll, għall-finijiet li turi n-natura disproporzjonata tal-multa, il-fatt li l-ammont bażiku tagħha kien ekwivalenti għal 16 % tal-bejgħ tagħha tal-prodotti kkonċernati fl-1998 fis-suq dinji, għal 38 % ta' dawk magħmula fuq is-suq Komunitarju u għal 95 % ta' dawk magħmula matul il-perijodu tal-ksur ikkunsidrat fil-Ġermanja, fi Franza, fl-Italja u fir-Renju Unit, jeħtieġ li jiġi mfakkar li l-limitu massimu ta' 10 % previst fl-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 huwa relatat mal-fatturat globali ta' l-impriża kkonċernata, u li l-ammont finali tal-multa biss għandha tirrispetta dan il-limitu (sentenzi Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 278, u SGL Carbon vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 82). Peress li Dalmine ma kkontestatx il-konstatazzjoni, fil-punt 287 tas-sentenza kkontestata, li l-ammont tal-multa imposta fid-deċiżjoni kkontestata, jiġifieri EUR 10.8 miljun, jirrappreżenta biss madwar 1.62 % tal-fatturat dinji tagħha li fl-1998 kien ta' EUR 667 miljun, hija ma setgħetx issostni li kien hemm sproporzjon ċar bejn l-imsemmija multa u d-daqs ta' l-impriża tagħha.

147   Peress ebda wieħed mill-ilmenti mqajma mir-rikorrenti ma seta' jintlaqa', id-disa' motiv għandu jiġi miċħud.

 J - Fuq l-għaxar motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ dritt u ta' nuqqas ta’ motivazzjoni dwar il-perijodu tal-ksur u ċ-ċirkustanzi attenwanti

 1. L-argumenti tal-partijiet

148   Dalmine ssostni li ċerti ċirkustanzi attenwanti, bħar-rwol minuri u passiv tagħha fit-twettiq tal-ksur ikkunsidrat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata u l-fatt li l-ksur waqaf sa mill-ewwel interventi tal-Kummissjoni, kellhom jittieħdu in kunsiderazzjoni. Anki jekk dawn iċ-ċirkustanzi ma kellhomx jittieħdu awtomatikament in kunsiderazzjoni, il-Kummissjoni kellha tindika r-raġunijiet għaliex ma naqqsitx l-ammont tal-multa fuq dan il-bażi. Il-Qorti tal-Prim'Istanza kellha tirrileva u tippenalizza dan in-nuqqas ta' motivazzjoni.

149   Barra minn hekk jirriżulta mit-tieni ċirkustanza attenwanti invokata, li d-dewmien tal-ksur imwettaq minn Dalmine kien inqas u li s-sentenza kkontestata tinkludi kontradizzjonijiet f'dan ir-rigward.

150   Fl-aħħar nett, Dalmine tinvoka ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali, minħabba li l-kooperazzjoni tagħha matul il-proċedura amministrattiva ma ġietx evalwata bl-istess mod bħal dik ta' Vallourec.

151   Il-Kummissjoni tfakkar li, fil-qasam tal-multi, il-Qorti tal-Prim'Istanza teżerċita kompetenza ta' ġurisdizzjoni sħiħa, u li f'dan il-każ partikolari, għamlet użu korrett ta' din il-kompetenza fejn spjegat fid-dettall fis-sentenza kkontestata r-raġunijiet li għalihom iċ-ċirkustanzi attenwanti invokati minn Dalmine ma setgħux jiġu kkunsidrati. Fil-punti kkonċernati ta' l-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Prim'Istanza kienet, partikolarment, ikkonstatat korrettament li Dalmine ma kinitx ġabet fit-tmiem il-ksur wara l-intervent tal-Kummissjoni u li l-livelli ta' kooperazzjoni ta' Dalmine u ta' Vallourec ma kinux ekwivalenti.

 2. Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja

152   L-ewwel nett, fir-rigward ta' l-allegata diskriminazzjoni mwettqa bejn Dalmine u Vallourec fl-iffissar tal-multa, jeħtieġ li jiġi mfakkar li, fil-kuntest ta' appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tissostitwixxi, minħabba raġunijiet ta’ ekwità, l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Qorti tal-Prim'Istanza li tiddeċiedi, fl-eżerċizzju tal-kompetenza sħiħa tagħha, fuq l-ammont tal-multi imposti fuq impriżi minħabba l-ksur, minn dawn, tad-dritt Komunitarju, min-naħa l-oħra, l-eżerċizzju ta’ tali kompetenza ma jistax iwassal, matul l-istabbiliment ta' l-ammont ta' l-imsemmija multi, għal diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fi ftehim jew fi prattika miftiehma li jmorru kontra l-Artikolu 81(1) KE (sentenzi tas-16 ta' Novembru 2000, Sarrió vs Il-Kummissjoni, C-291/98 P, Ġabra p. I-9991, punti 96 u 97, u Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 617).

153   Madankollu, l-appell għandu jindika argumenti ġuridiċi li jsostnu b'mod speċifiku l-motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta' trattament ugwali, u fin-nuqqas ta’ dan l-imsemmi motiv ikun inammissibbli (is-sentenza Limburgse Vinyl Maatschappij et vs Il-Kummissjoni, iċċitata iktar 'il fuq, punt 618).

154   F'dan il-każ partikolari, kif ġie mfakkar fil-punt 19 tas-sentenza preżenti, il-Kummissjoni applikat tnaqqis ta' 40 % ta' l-ammont tal-multa impost fuq Vallourec u tnaqqis ta' 20 % ta' l-ammont impost fuq Dalmine sabiex tieħu in kunsiderazzjoni l-fatt li dawn iż-żewġ impriżi kienu kkooperaw mal-Kummissjoni fl-istadju tal-proċedura amministrattiva.

155   Għandu jiġi kkonstatat li, f’każ fejn ir-rikorrenti tikkontesta l-evalwazzjoni tal-Qorti tal-Prim'Istanza, ifformulata fil-punt 344 tas-sentenza kkontestata, li skond din "[…], jekk ir-risposti għad-domandi magħmula minn Dalmine kienu ta' ċertu utilità għall-Kummissjoni, hija tikkonferma biss, u dan b'mod inqas preċiż u espliċitu, ċerta informazzjoni diġà mogħtija minn Vallourec permezz tad-dikjarazzjonijiet tas-Sur Verluca", l-argument tagħha huwa ta' tip fattwali u b’hekk għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. Għalhekk mhijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest ta' l-appell preżenti, li għandha tikkontrolla l-konstatazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim'Istanza fil-punt 345 tas-sentenza kkontestata, li skond din "l-informazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni minn Dalmine qabel it-trażmissjoni tad-[dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet] mhumiex komparabbli ma' dawk mogħtija minn Vallourec u mhumiex suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw tnaqqis tal-multa imposta lil Dalmine li huwa aktar minn dak ta' 20 % li ġiet mogħtija lilha minħabba n-nuqqas ta' kontestazzjoni tal-fatti. Fil-fatt, jekk dan in-nuqqas ta' kontestazzjoni tal-fatti seta’ ffaċilita x-xogħol tal-Kummissjoni b'mod sinjifikanti, dan mhuwiex il-każ għal dak li jikkonċerna l-informazzjoni mogħtija minn Dalmine qabel it-trażmissjoni tad-[dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet]".

156   Sussegwentement, għal dak li jikkonċerna, l-argument tar-rikorrenti dwar ir-rwol minuri u passiv tagħha fit-twettiq tal-ksur kkunsidrat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza rreferiet, fil-punt 327 tas-sentenza kkontestata, għall-analiżi magħmula fil-punti 280 sa 297 ta' l-istess sentenza, li skond din, b'mod partikolari

"288  […] għandu jiġi mfakkar […] li l-argument ta' Dalmine fir-rigward tal-ftit importanza tal-bejgħ tat-tubi OCTG standard u fir-rigward ta' l-importanza tat-tubi ssaldjati sabiex jikkompetu mal-pajpijiet ta’ trasport ‘proġett’ fuq is-suq domestiku proprju tagħha huwa mingħajr rilevanza, peress li l-parteċipazzjoni tagħha għall-ksur jikkonsisti fi ftehim ta' tqassim tas-swieq tirriżulta mill-impenn li hija tat ma tbigħx il-prodotti in kwistjoni fuq swieq oħra […]. B'hekk, anki jekk wieħed jippreżupponi li ċ-ċirkustanzi li hija tinvoka jiġu stabbiliti suffiċjentement skond id-dritt, huma ma jistgħux iħassru l-konklużjoni li waslet għaliha l-Kummissjoni fir-rigward tal-gravità tal-ksur imwettaq minn Dalmine.

[…]

290      Fejn Dalmine hija l-uniku membru Taljan tal-klabb Ewropa-Ġappun, għandu jiġi kkonstatat li l-parteċipazzjoni tagħha f'dan ir-rigward kien suffiċjenti sabiex tifrex il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tagħha fuq territorju ta' Stat Membru tal-Komunità. Għaldaqstant, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-parteċipazzjoni tagħha għall-ksur kellu impatt mhux żgħir fuq is-suq Komunitarju. Fil-fatt, din iċ-ċirkustanza hija ferm aktar rilevanti, għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni ta’ l-impatt konkret tal-parteċipazzjoni ta' Dalmine għall-ksur ikkunsidrat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni [kkontestata] fuq is-swieq tal-prodotti msemmija fl-imsemmi Artikolu, milli sempliċi tqabbil tal-fatturat globali ta' kull waħda mill-impriżi.

[…]

294      Bl-istess mod, għal dak li jikkonċerna l-argument li Dalmine kellha rwol passiv fl-akkordju, imġiba li tikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti skond l-ewwel subinċiż tal-punt 3 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, hemm lok li jiġi rrilevat li din il-kumpannija ma tiċħadx li pparteċipat għal-laqgħat tal-klabb Ewropa-Ġappun. […]

295      F'dan il-każ partikolari, Dalmine lanqas ma tallega li l-parteċipazzjoni tagħha għal-laqgħat tal-klabb Ewropa-Ġappun kienet aktar sporadika minn dak ta' membri oħra ta' l-imsemmi klabb, li setgħet eventwalment tiġġustifika l-applikazzjoni ta’ tnaqqis favur tagħha […]. Barra minn hekk, hija ma tressaq la ċirkustanza speċifika u lanqas element ta' prova li tista' turi li l-attitudni tagħha matul il-laqgħat in kwistjoni kienet purament passiva jew li tagħmel bħal ma jagħmlu l-oħrajn. Bil-kontra, bħal ma ġie rrilevat fil-punt 290 iktar 'il fuq, is-suq Taljan ma kienx inkluż fil-ftehim ta’ tqassim tas-swieq ħlief minħabba l-fatt tal-preżenza tagħha fil-klabb Ewropa-Ġappun. […]"

157   Peress li din l-analiżi ma kinitx ivvizzjata minn żball ta' dritt, il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament ikkunsidrat li r-rwol ta' Dalmine fit-twettiq tal-ksur ikkunsidrat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata ma kienx la minuri u lanqas esklużivament passiv jew li għamlet bħal ma għamlu l-oħran, u li l-ebda ċirkustanza attenwanti għalhekk ma kellha tiġi kkunsidrata f'dan ir-rigward.

158   Fl-aħħar nett, fir-rigward, ta' l-allegata sospensjoni tal-ksur sa mill-ewwel interventi tal-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim'Istanza ġustament irrilevat fil-punti 328 u 329 tas-sentenza kkontestata "li s-‘sospensjoni tal-ksur sa mill-ewwel interventi tal-Kummissjoni’ msemmija fil-punt 3 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, ma tistax loġikament tkun ċirkustanza attenwanti ħlief jekk jeżistu raġunijiet sabiex wieħed jippreżupponi li l-impriżi in kwistjoni ġew imħeġġa sabiex iwaqqfu l-imġiba antikompetittiva tagħhom permezz ta' l-interventi in kwistjoni" u "li tnaqqis ta' l-ammont tal-multa fuq dan il-bażi ma jistax jiġi applikat fil-każ fejn il-ksur diġà ntemm qabel id-data ta' l-ewwel interventi tal-Kummissjoni jew fil-każ fejn deċiżjoni soda li ġġib il-ksur fit-tmien tkun diġà ttieħdet minn dawn l-impriżi qabel dik id-data".

159   F'dan il-każ, kif ġie spjegat fil-punt 6 tas-sentenza preżenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ inkjesta f'Novembru 1994 u pproċediet bl-ewwel verifiki f'Diċembru 1994.

160   Fil-punti 331 u 332 tas-sentenza kkontestata, il-Qorti tal-Prim'Istanza kkonstatat li l-ksur li ta lok għall-multa imposta fuq Dalmine, jiġifieri l-ksur imsemmi fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata, kien waqaf jew għall-anqas kien fil-proċess li jieqaf fil-mument meta l-Kummissjoni pproċediet għal verifiki fl-1 u 2 ta' Diċembru 1994. Għaldaqstant hija ġustament ikkonkludiet li l-imsemmija sospensjoni ma setgħetx tikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti għall-finijiet ta' l-iffissar ta' l-ammont tal-multa.

161   Jirriżulta minn dak kollu li ntqal iktar 'il fuq li t-tieni motiv irid jiġi miċħud.

162   Peress illi ebda wieħed mill-motivi mqajma minn Dalmine ma seta’ jintlaqa’, l-appell għandu jiġi miċħud.

 V - Fuq l-ispejjeż

163   Skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura, meta l-appell mhuwiex fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. Skond l-Artikolu 69 (2) ta' l-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta' appell taħt l-Artikolu 118 ta' l-istess Regolament, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li Dalmine tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitluba mill-Kummissjoni.

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta' u tiddeċiedi:

1)      L-appell huwa miċħud.

2)      Dalmine SpA għandha tbati l-ispejjeż.

Firem


* Lingwa tal-kawża: it-Taljan.