Brussell, 14.3.2024

COM(2024) 128 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar id-delega tas-setgħa biex jiġu adottati atti delegati mogħtija lill-Kummissjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi)


1.Sfond Legali

L-Artikolu 51a tal-Kodiċi dwar il-Viżi 1 jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti delegati biex tirrevedi l-ammont tat-tariffi tal-viża għal perjodu ta’ ħames snin mill-1 ta’ Awwissu 2019. Disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin, il-Kummissjoni hija meħtieġa tħejji rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa.

Valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu riveduti t-tariffi tal-viża

F’konformità mal-Artikolu 16(9) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, il-Kummissjoni hija meħtieġa li twettaq valutazzjoni tal-ħtieġa li jiġu riveduti t-tariffi tal-viża abbażi ta’ kriterji oġġettivi bħall-inflazzjoni fl-Unjoni kollha u s-salarji tal-impjegati taċ-ċivil tal-Istati Membri. Ir-rapport jinkludi wkoll din il-valutazzjoni. Fejn xieraq, il-valutazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn att delegat li jaġġusta t-tariffi tal-viża, f’konformità mal-Artikolu 51a tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

Peress li l-Kummissjoni għandha l-kompitu li twettaq din il-valutazzjoni kull tliet snin u d-dispożizzjoni saret applikabbli għall-ewwel darba fit-2 ta’ Frar 2020, il-valutazzjoni twettqet għall-ewwel darba abbażi tad-data tal-2023.

Tariffi attwali u Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viża

Attwalment, it-tariffa għal applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir hija ta’ EUR 80 2 għall-adulti (li għandhom aktar minn 12-il sena), u ta’ EUR 40 għall-applikanti bejn l-età ta’ 6 snin u 12-il sena. It-tariffi tal-viża għall-applikanti iżgħar huma rinunzjati. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-viżi tista’ tiġi esternalizzata lil fornituri esterni tas-servizzi, li jistgħu jitolbu tariffa għas-servizz ta’ mhux aktar minn nofs it-tariffa standard tal-viża (attwalment, EUR 40).

F’każ li l-Kunsill jadotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni skont l-Artikolu 25a(5), il-punt (b), minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti ta’ pajjiż terz dwar ir-riammissjoni, tiġi imposta tariffa tal-viża ta’ EUR 120 jew EUR 160 lill-applikanti li għandhom 12-il sena jew aktar.

Barra minn hekk, l-UE ffirmat ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viża ma’ diversi pajjiżi terzi, li erbgħa minnhom bħalissa għadhom fis-seħħ:

L-Armenja 3 : it-tariffa tal-viża tnaqqset għal EUR 35 għall-applikanti adulti u hija rrinunzjata għall-applikanti taħt l-età ta’ 12-il sena.

L-Ażerbajġan 4 : it-tariffa tal-viża tnaqqset għal EUR 35 għall-applikanti adulti u hija rrinunzjata għall-applikanti taħt l-età ta’ 12-il sena.

Il-Belarussja 5 : it-tariffa tal-viża tnaqqset għal EUR 35 għall-applikanti adulti u hija rrinunzjata għall-applikanti taħt l-età ta’ 12-il sena. (Hija parzjalment sospiża għall-membri tal-Gvern Belarussu jew ta’ delegazzjonijiet uffiċjali.) 6

Cabo Verde 7 : it-tariffa tal-viża tnaqqset għal 75 % tat-tariffa standard għal ċittadini ta’ pajjiżi li ma għandhomx ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża (jiġifieri, bħalissa hija EUR 60), u hija rrinunzjata għall-applikanti taħt l-età ta’ 12-il sena.

Kwalunkwe żieda fit-tariffa tal-viża permezz ta’ att delegat mhux se tapplika għall-applikanti mill-Armenja, l-Ażerbajġan jew il-Belarussja, peress li l-ftehimiet rispettivi għall-faċilitazzjoni tal-viża jispeċifikaw it-tariffi tal-viża, u mhumiex affettwati minn att delegat. Madankollu, peress li l-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża ma’ Cabo Verde jipprevedi perċentwal tat-tariffa standard tal-viża minflok ammont fiss, din se tinbidel għaċ-ċittadini ta’ Cabo Verde.

Ġew iffirmati ftehimiet oħra għall-faċilitazzjoni tal-viża mal-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Georgia, il-Moldova, il-Montenegro, il-Maċedonja ta’ Fuq, is-Serbja u l-Ukrajna. Madankollu, peress li dawn il-pajjiżi tmexxew għall-Anness II tar-Regolament 2018/1806 8 dwar il-Viżi, iċ-ċittadini tagħhom ma għadhomx meħtieġa li japplikaw għall-viżi, u għalhekk il-ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viża fil-biċċa l-kbira tagħhom ma għadhomx aktar rilevanti fil-prattika 9 .

Il-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża ffirmat mal-Federazzjoni Russa ġie sospiż wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. 10

2.Kalkolu tat-tariffa tal-viża riveduta

F’konformità mal-Artikolu 16(9) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta t-tariffi tal-viża kull tliet snin, filwaqt li tqis kriterji oġġettivi bħall-inflazzjoni fl-Unjoni kollha u s-salarji tal-impjegati taċ-ċivil tal-Istati Membri tal-UE.

Il-mekkaniżmu ta’ reviżjoni tat-tariffi huwa maħsub biex ikopri ż-żidiet fl-ispejjeż tal-Istati Membri fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-viża madwar id-dinja. Minbarra l-ispejjeż tal-persunal, il-proprjetà immobbli, it-tagħmir u s-servizzi, speċjalment fil-qasam tal-IT, huma l-komponenti ewlenin tal-kostijiet. Iż-żidiet fil-kostijiet tal-persunal huma koperti mis-salarji tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali, filwaqt li l-inflazzjoni madwar l-Unjoni kollha hija maħsuba biex tirrifletti ż-żidiet fil-kostijiet fil-komponenti l-oħra.

Filwaqt li huwa possibbli għall-Kummissjoni li tuża indikaturi addizzjonali meta tikkalkula r-reviżjoni tat-tariffi, din l-għażla twarrbet fi stadju bikri. Pereżempju, ġie kkunsidrat jekk komponent tal-inflazzjoni speċifiku għall-post għandux jiżdied mal-kalkolu, peress li l-biċċa l-kbira tal-ipproċessar tal-viżi jseħħ barra mill-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-kostijiet għall-Istati Membri mhumiex biss affettwati mill-inflazzjoni fl-UE, iżda b’mod differenzjat mill-inflazzjoni f’kull post konsulari tal-Istati Membri. Madankollu, iż-żieda ta’ komponent ta’ inflazzjoni speċifiku għall-post kienet tkun teħtieġ data għal mijiet ta’ bliet madwar id-dinja, u kienet se tqajjem il-kwistjoni tad-determinazzjoni ta’ ponderazzjonijiet xierqa speċifiċi għall-post. Peress li l-Istati Membri għandhom networks konsulari ta’ daqsijiet u firxa ġeografika differenti ħafna, kieku dan kien jintroduċi wkoll żbilanċi potenzjali fit-trattament tal-Istati Membri.

B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-kalkolu għaż-żewġ indikaturi speċifikament imsemmija fil-Kodiċi dwar il-Viżi, jiġifieri l-inflazzjoni fl-Unjoni kollha u l-medja ponderata tas-salarji tal-impjegati taċ-ċivil tal-Istati Membri.

2.1.L-inflazzjoni

Kif previst fil-Kodiċi dwar il-Viżi, tintuża r-rata tal-inflazzjoni madwar l-Unjoni kollha ppubblikata mill-Eurostat, jiġifieri l-indiċi armonizzat tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP) 11 . Ir-rata annwali tal-inflazzjoni hija kkalkulata kif ġej:

Abbażi tal-kalkolu ta’ hawn fuq, tista’ tiġi kkalkulata d-data li ġejja:

2020-2021

2021-2022

2022-2023

Ġunju Sena N

106,31

108,65

119,03

Ġunju Sena N+1

108,65

119,03

126,69

Rata ta’ inflazzjoni annwali

2,2 %

9,6 %

6,4 %

2.2.Indikatur tal-kapaċità tal-akkwist tal-impjegati taċ-ċivil tal-Istati Membri

Il-medja ponderata tal-kapaċità tal-akkwist tas-salarji tal-impjegati taċ-ċivil tal-Istati Membri ġiet ikkalkulata permezz ta’ (kalkolu dettaljat fl-Anness):

a)Il-multiplikazzjoni tal-evoluzzjoni tar-rimunerazzjoni netta reali f’kull Stat Membru bejn is-sena N u N+1 (=l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-akkwist) bil-piż ta’ kull Stat Membru fil-PDG totali tal-UE. Il-PDG, espress f’paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist, peress li s-sehem tat-total tal-PDG tal-UE jintuża bħala l-fattur ta’ ponderazzjoni. L-indikatur tar-remunerazzjoni netta reali għal kull Stat Membru kif ukoll il-piżijiet tal-PDG korrispondenti huma ppubblikati mill-Eurostat kull sena f’Ottubru u jkopru s-sena preċedenti sa Lulju 12 .

b)L-indikatur tas-salarji totali għall-UE kollha huwa kkalkulat bħala s-somma tal-indikatur ponderat għall-PDG ta’ kull Stat Membru.

2.3.Indikatur tal-Aġġustament tat-Tariffi tal-Viża

Indikatur ġenerali li jirrappreżenta l-evoluzzjoni taż-żewġ fatturi ġie kkalkulat għal kull perjodu annwali. Dan l-indikatur huwa kkalkulat bl-istess mod bħall-aġġornament annwali tas-salarji tal-impjegati taċ-ċivil tal-UE, li jgħaqqad indikatur tal-inflazzjoni ma’ indikatur għall-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-akkwist tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali 13 :

Abbażi ta’ dan, l-aġġustament tat-tariffa tal-viża li ġej jista’ jiġi kkalkulat:

Rata tal- inflazzjoni

Indikatur tal-kapaċità tal-akkwist tas-salarji

Indikatur tal-aġġustament tat-tariffa tal-viża

Tariffa tal-viża aġġustata (EUR)

Bidu

80,00

2020-2021

2,2 %

0,2 %

2,4 %

81,92

2021-2022

9,6 %

-4,6 %

4,6 %

85,69

2022-2023

6,4 %

-1,7 %

4,6 %

89,63

(Tariffi f’EUR)

Tariffa tal-viża mnaqqsa għat-tfal

Tariffa tal-viża skont il-ftehim għall-faċilitazzjoni tal-viża għaċ-ċittadini ta’ Cabo Verde

Żieda fit-tariffa tal-viża minħabba d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (1)

Żieda fit-tariffa tal-viża minħabba d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (2)

Bidu

40,00

60,00

120,00

160,00

2020-2021

40,96

61,44

122,88

163,84

2021-2022

42,84

64,26

128,53

171,38

2022-2023

44,81

67,22

134,44

179,26

Is-sena tal-“bidu” hija stabbilita bħala l-2020, peress li din hija s-sena li fiha l-mekkaniżmu attwali għar-reviżjoni tat-tariffa tal-viża beda japplika.

3.Valutazzjoni u Impatt

Il-kalkolu tar-reviżjoni tat-tariffi jirriżulta f’żieda fit-tariffa minn EUR 80 għal EUR 90 għall-adulti, EUR 40 għal EUR 45 għat-tfal, u EUR 120 għal EUR 135 jew EUR 160 għal EUR 180 fejn il-Kunsill adotta Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni skont l-Artikolu 25a(5), il-punt (b) għal kooperazzjoni insuffiċjenti dwar ir-riammissjoni. It-tariffa għaċ-ċittadini ta’ Cabo Verde skont il-ftehim korrispondenti għall-faċilitazzjoni tal-viża kieku tiżdied minn EUR 60 għal EUR 67,50. It-tariffa massima għas-servizz mitluba mill-fornituri esterni tas-servizzi tiżdied minn EUR 40 għal EUR 45. Dan huwa ekwivalenti għal żieda fit-tariffa ta’ 12,5 % b’mod ġenerali fi tliet snin.

Abbażi tal-kalkoli interni, żieda fit-tariffa tal-viża ta’ 12,5 % twassal għal introjtu addizzjonali previst ta’ madwar EUR 71 miljun għall-Istati Membri kollha. 14  

Il-Kummissjoni qieset jekk huwiex xieraq li tadotta att delegat li jemenda t-tariffi tal-viża billi teżamina t-tariffi imposti minn ġuriżdizzjonijiet mhux tal-UE għas-servizzi tal-viża. Meta mqabbel ma’ dak ta’ ħafna pajjiżi kbar oħra ta’ destinazzjoni, il-prezz ta’ viża ta’ Schengen għadu relattivament baxx. Pereżempju, l-Istati Uniti reċentement għollew it-tariffi tal-viża tagħhom minn USD 160 għal USD 185, jiġifieri żieda ta’ 15 % fit-tariffa għall-viżi. 15

Pajjiż

Tariffa fil-munita nazzjonali

Tariffi approssimattivi f’EUR

USA

185 (USD)

172

UK

115 – 771, skont it-tul tal-validità (GBP)

135 – 900

Il-Kanada

100 + 85 tariffa tal-bijometrija (CAD)

130

L-Awstralja

190 (AUD)

117

New Zealand

211, eskluża l-imposta tat-turiżmu (NZD)

120

Il-Ġappun

3000 għal dħul wieħed
6000 għal dħul multiplu (JPY)

19
38

Minħabba l-ambjent inflazzjonarju ta’ dawn l-aħħar snin u ż-żidiet fl-ispejjeż li l-Istati Membri kellhom jassorbu, il-Kummissjoni tqis li ż-żidiet ikkalkulati fit-tariffi għandhom jiġu mgħoddija lill-applikanti għal viża. Għalhekk adottat att delegat b’mod parallel ma’ dan ir-rapport biex tagħti effett lit-tariffi l-ġodda tal-viża.

Żieda tat-tariffa tal-viża bi 12,5 % se twassal għal żieda prevista ta’ kważi 12,5 % fid-dħul mill-viża għall-Istati Membri.

Dan l-introjtu addizzjonali għandu jintuża, skont il-Premessa 7 tar-Regolament 2019/1155 16 , biex isiru disponibbli biżżejjed riżorsi, inkluż persunal, biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet għall-viża filwaqt li tiġi rrispettata l-iskadenza ta’ 15-il jum stabbilita mill-Artikolu 23 tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-proċedura aċċellerata prevista skont id-Direttiva 2004/38/KE għall-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE 17 . Jenħtieġ li jintuża wkoll biex jgħin jiżgura li l-appuntamenti għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal viża jkunu jistgħu jingħataw fi żmien ġimagħtejn, kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

Il-prenotazzjoni ta’ appuntament biex tapplika għal viża ta’ Schengen hija diffiċli f’ħafna pajjiżi terzi peress li l-applikanti spiss jistgħu jibbukkjaw appuntamenti biss f’data li taqbeż l-iskadenza ta’ ġimagħtejn preskritta mill-Kodiċi dwar il-Viżi 18 . Dan jista’ jipprevjeni wkoll lill-membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE milli jibbenefikaw mill-proċedura aċċellerata preskritta skont id-Direttiva 2004/38/KE. Is-sitwazzjoni attwali għandha impatt negattiv fuq l-immaġni tal-UE f’pajjiżi barranin u fuq ir-relazzjonijiet tagħha ma’ xi wħud mis-sħab tagħha, u għalhekk jeħtieġ li tiġi indirizzata.

L-impatt ekonomiku minħabba bidla fit-tariffa tal-viża ġie kkunsidrat, peress li ċ-ċittadini li jingħataw viża u jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen għal kwalunkwe skop iġibu kapital ekonomiku magħhom u jikkontribwixxu għall-ekonomiji lokali. Żieda minima ta’ 12,5 % jew EUR 10 mhijiex meqjusa bħala deterrent probabbli għall-applikanti għal viża, meta jitqies il-kost komparattivament ogħla tat-trasport għall-ivvjaġġar lejn iż-żona Schengen jew l-akkomodazzjoni matul il-vjaġġ. L-istess konklużjoni ntlaħqet fl-2018, qabel l-aħħar żieda fit-tariffa tal-viża. 19 Għalhekk, mhux mistenni ebda impatt ekonomiku negattiv, u l-Kummissjoni ma tistenna l-ebda impatt sostanzjali fuq l-għadd ta’ applikanti għal viża, b’mod partikolari għat-turiżmu jew in-negozju.

4.Rapport dwar id-delega tas-setgħat

Peress li d-delega tas-setgħa ngħatat lill-Kummissjoni fl-2019, din hija l-ewwel darba li l-Kummissjoni qed tagħmel użu minnha u tadotta att delegat li jirrevedi t-tariffi tal-viża. Il-Kummissjoni setgħet teżerċita d-delega tas-setgħat kif maħsuba mill-koleġiżlaturi mingħajr problemi, u llimitat lilha nnifisha għall-indikaturi oġġettivi elenkati b’mod espliċitu fil-Kodiċi dwar il-Viżi (inflazzjoni fl-Unjoni kollha u medja ponderata tas-salarji tal-impjegati taċ-ċivil tal-Istati Membri). Id-data meħtieġa kienet disponibbli mill-Eurostat fil-ħin u ppermettiet lill-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza tar-reviżjoni tat-tariffa tal-viża. Il-Kummissjoni għamlet użu mis-setgħa delegata biex tistabbilixxi t-tariffi l-ġodda tal-viża f’konformità mar-riżultati tal-kalkoli.

Il-Kummissjoni ma tara l-ebda ostaklu għall-estensjoni taċita tad-delega tas-setgħat, kif previst fl-Artikolu 51a(2) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, li jista’ jfisser li l-Kummissjoni se terġa’ tivvaluta l-ħtieġa li jiġi rivedut l-ammont tat-tariffi tal-viża bejn l-2026-27.

5.Konklużjoni

Abbażi tal-metodoloġija u l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni flimkien ma’ dan ir-rapport tadotta att delegat li jżid it-tariffi tal-viża b’ 12,5 %, li jfisser li l-adulti minn issa ’l quddiem iħallsu tariffa ta’ EUR 90.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tieħu din l-opportunità biex tfakkar lill-Istati Membri fil-Premessa 7 tar-Regolament 2019/1155 kif ukoll fl-Artikolu 9 tal-Kodiċi dwar il-Viżi kif emendat u tistieden lill-Istati Membri biex jużaw l-introjtu l-ġdid iġġenerat biex jgħin ħalli jiżdiedu r-riżorsi – inkluż il-persunal – biex jiżdiedu l-kapaċitajiet tal-ipproċessar tal-viżi fil-konsulati u jitnaqqsu l-perjodi ta’ stennija għall-applikanti, filwaqt li jiġu eliminati sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-iskadenzi speċifikati fil-Kodiċi dwar il-Viżi u mal-proċedura aċċellerata preskritta għall-membri tal-familja taċ-ċittadini tal-UE skont id-Direttiva 2004/38/KE.

Dan ir-rapport jissodisfa wkoll ir-rekwiżit ta’ rapportar skont l-Artikolu 51a(2) tal-Kodiċi dwar il-Viżi. Il-Kummissjoni tistieden lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu nota ta’ dan ir-rapport.



Anness - Kalkolu tal-indikatur tas-salarju (kapaċità tal-akkwist)

2020-21

Stat Membru

Indikatur tar-remunerazzjoni netta reali

Piż tal-PDG skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (EU27=100)

Effett fuq it-total

BE

-2,3 %

3,0 %

-0,1 %

BG

10,4 %

0,8 %

0,1 %

CZ

6,2 %

2,2 %

0,1 %

DK

-0,4 %

1,8 %

0,0 %

DE

0,1 %

22,6 %

0,0 %

EE

12,5 %

0,3 %

0,0 %

IE

0,3 %

2,4 %

0,0 %

EL

-0,6 %

1,5 %

0,0 %

ES

-0,5 %

9,1 %

0,0 %

FR

-0,8 %

15,7 %

-0,1 %

HR

2,3 %

0,6 %

0,0 %

IT

-1,3 %

12,5 %

-0,2 %

CY

-0,7 %

0,2 %

0,0 %

LV

0,8 %

0,3 %

0,0 %

LT

0,7 %

0,5 %

0,0 %

LU

-3,3 %

0,4 %

0,0 %

HU

1,7 %

1,6 %

0,0 %

MT

5,0 %

0,1 %

0,0 %

NL

0,2 %

5,2 %

0,0 %

AT

-0,9 %

2,5 %

0,0 %

PL

3,8 %

6,5 %

0,2 %

PT

1,2 %

1,8 %

0,0 %

RO

-1,9 %

3,1 %

-0,1 %

SI

-1,1 %

0,4 %

0,0 %

SK

6,2 %

0,9 %

0,1 %

FI

0,6 %

1,4 %

0,0 %

SE

0,0 %

2,8 %

0,0 %

   Indikatur totali għall-2020-21: 0,2 %



2021-22

Stat Membru

Indikatur tar-remunerazzjoni netta reali

Piż tal-PDG skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (EU27=100)

Effett fuq it-total

BE

-3,3 %

3,2 %

-0,1 %

BG

-9,6 %

0,8 %

-0,1 %

CZ

-11,3 %

2,2 %

-0,2 %

DK

-6,6 %

1,7 %

-0,1 %

DE

-5,5 %

22,2 %

-1,2 %

EE

-18,4 %

0,3 %

-0,1 %

IE

-0,9 %

2,5 %

0,0 %

EL

-10,4 %

1,5 %

-0,2 %

ES

-8,1 %

8,9 %

-0,7 %

FR

0,2 %

15,8 %

0,0 %

HR

-8,1 %

0,6 %

0,0 %

IT

1,0 %

12,6 %

0,1 %

CY

-5,9 %

0,2 %

0,0 %

LV

-9,8 %

0,3 %

0,0 %

LT

-10,7 %

0,6 %

-0,1 %

LU

-5,3 %

0,4 %

0,0 %

HU

-9,5 %

1,6 %

-0,2 %

MT

-3,3 %

0,1 %

0,0 %

NL

-4,3 %

5,2 %

-0,2 %

AT

-5,9 %

2,4 %

-0,1 %

PL

-10,9 %

6,6 %

-0,7 %

PT

-6,1 %

1,7 %

-0,1 %

RO

-8,1 %

3,1 %

-0,3 %

SI

-7,4 %

0,4 %

0,0 %

SK

-6,5 %

0,8 %

-0,1 %

FI

-5,5 %

1,4 %

-0,1 %

SE

-4,3 %

2,9 %

-0,1 %

   Indikatur totali għall-2021-22: -4,6 %



2022-23

Stat Membru

Indikatur tar-remunerazzjoni netta reali

Piż tal-PDG skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (EU27=100)

Effett fuq it-total

BE

6,1 %

3,1 %

0,0 %

BG

0,1 %

0,9 %

0,0 %

CZ

-8,5 %

2,2 %

-0,2 %

DK

-0,1 %

1,8 %

0,0 %

DE

-3,0 %

21,9 %

-0,7 %

EE

-2,6 %

0,3 %

0,0 %

IE

2,8 %

2,7 %

0,1 %

EL

-1,3 %

1,6 %

0,0 %

ES

2,2 %

9,1 %

0,2 %

FR

-2,0 %

15,5 %

-0,3 %

HR

4,2 %

0,6 %

0,0 %

IT

-5,3 %

12,8 %

-0,7 %

CY

4,1 %

0,2 %

0,0 %

LV

11,5 %

0,3 %

0,0 %

LT

-4,6 %

0,6 %

0,0 %

LU

2,9 %

0,4 %

0,0 %

HU

-8,7 %

1,7 %

-0,1 %

MT

-2,4 %

0,1 %

0,0 %

NL

0,2 %

5,2 %

0,0 %

AT

0,5 %

2,5 %

0,0 %

PL

-1,4 %

6,7 %

-0,1 %

PT

2,2 %

1,8 %

0,0 %

RO

-0,6 %

3,3 %

0,0 %

SI

3,4 %

0,4 %

0,0 %

SK

0,0 %

0,8 %

0,0 %

FI

-0,9 %

1,4 %

0,0 %

SE

-4,6 %

2,8 %

-0,1 %

   Indikatur totali għall-2022-23: -1,7 %

(1)    Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi, ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1,
ELI:
http://data.europa.eu/eli/reg/2009/810/2020-02-02 .
(2)    Żdiedet minn EUR 60 fl-aħħar reviżjoni tal-Kodiċi dwar il-Viżi fl-2020.
(3)    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2013/628/oj .
(4)    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2014/242/oj .
(5)    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2020/752/oj .
(6)    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1940/oj .
(7)    ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/2013/521/2021-10-19 .
(8)    Ir-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa, ĠU L 303, 28.11.2018, p. 39–58, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1806/2023-05-15 .
(9)    Madankollu, fejn iċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi jeħtieġ li japplikaw għal viża għal soġġorn qasir, pereżempju minħabba li jkollhom passaporti mhux bijometriċi li ma jikkwalifikawx għall-ivjaġġar mingħajr viża, il-ftehimiet għall-faċilitazzjoni tal-viża għadhom japplikaw. Il-ftehimiet jipprevedu tariffa tal-viża ta’ EUR 35 għall-applikanti adulti, li ma tkunx affettwata minn żieda fit-tariffa tal-viża.
(10)    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1500/oj .
(11)     https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser//product/view/PRC_HICP_MIDX .
(12)    Ir-rapporti tal-Eurostat dwar l-aġġornamenti annwali tal-2021, l-2022 u l-2023 tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-UE, disponibbli fuq https://ec.europa.eu/eurostat/web/civil-servants-remuneration/publications. Il-bażi tad-data hija disponibbli fuq il-Eurobase fuq https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/view/prc_rem_cs/default/table .
(13)    Ara l-Manwal tal-Metodoloġija tal-Eurostat, id-dokument Doc A6465/14/26 rev4, b’mod partikolari l-eżempju ta’ kalkolu annotat fl-Appendiċi Tnejn, https://ec.europa.eu/eurostat/cache/metadata/Annexes/prc_rem_esms_an3.7z .
(14)    Dan jirrappreżenta żieda ta’ madwar 12,3 %. Dan minħabba l-fatt li t-tariffa tal-viża għall-applikanti koperti mill-Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Viża mal-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Belarussja mhux se tiġi affettwata miż-żieda fit-tariffa tal-viża. Barra minn hekk, xi applikanti se jibqgħu eżentati milli jħallsu tariffa tal-viża.
(15)    Mis-17 ta’ Ġunju 2023. https://travel.state.gov/content/travel/en/News/visas-news/niv-fee-increases-to-take-effect-june-17-2023.html .
(16)    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1155/oj .
(17)    L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2004/38/2011-06-16 ): “L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw lil dawn il-persuni kull faċilità biex jiksbu l-visas neċessarji. Dawn il-visas għandhom jinħarġu b’xejn kemm jista’ jkun malajr u skont il-proċedura aċċelerata”.
(18)    L-Artikolu 9.2 tal-Kodiċi dwar il-Viżi: “L-applikanti jistgħu jkunu meħtieġa jiksbu appuntament għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni. Il-ħatra għandha, bħala regola, isseħħ fi żmien ġimagħtejn mid-data meta ntalbet il-ħatra.”
(19)    Ara l-punt 8.1 tal-Valutazzjoni tal-Impatt:
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=celex%3A52018SC0077 .