30.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 230/194


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għal Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2023/C 230/15)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“Jumilla”

PDO-ES-A0109-AM06

Data tal-komunikazzjoni: l-4 ta’ April 2023

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Ġew introdotti żewġ varjetajiet ġodda

Deskrizzjoni:

Jiżdiedu l-varjetajiet Merseguera u Viognier.

Il-punt 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 7 tad-Dokument Uniku huma emendati.

Din hija emenda standard minħabba li ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-OKS Unika.

Raġuni:

Varjetà bajda Viognier.

Din il-varjetà hija awtorizzata mill-amministrazzjoni tar-reġjun ta’ Murcia kif ukoll tal-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja-La Mancha. Sabiex tiġi vvalutata bħala varjetà adattata għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Jumilla, tqiesu r-rapporti tekniċi mfassla abbażi ta’ studji mwettqa minn żewġ fabbriki tal-inbid irreġistrati u ċċertifikati tad-DOP Jumilla, li juru l-ħiliet agronomiċi u enoloġiċi tagħhom li huma favorevoli għall-inklużjoni fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ din id-DOP. Din il-varjetà twessa’ l-firxa ta’ possibbiltajiet għall-operaturi biex ikabbru, jipproduċu u sussegwentement jikkummerċjalizzaw l-inbid, filwaqt li toffri lill-konsumaturi prodott distint, li jiġbor flimkien il-karatteristiċi tipiċi tal-klima u tal-ħamrija ta’ din id-DOP, mingħajr, madankollu, ma jitlef il-karattru distintiv tiegħu.

L-istabbiliment mill-ġdid tal-varjetà bajda Merseguera.

Din il-varjetà hija awtorizzata mill-amministrazzjoni tar-reġjun ta’ Murcia kif ukoll tal-Komunità Awtonoma ta’ Kastilja-La Mancha. Din il-varjetà li ġiet inkluża bħala addattata għall-produzzjoni tal-inbejjed tad-DOP Jumilla, għandha l-għan li tirrestawra varjetà ta’ għeneb nattiva fiż-żona, li diġà kienet awtorizzata fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ din id-DOP. Maż-żmien, din il-varjetà wriet li kienet adattata għall-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ din iż-żona, li tiġġustifika b’mod wiesa’ l-ħiliet agronomiċi u enoloġiċi tagħha biex tipproduċi l-inbid tad-DOP Jumilla. Għal għadd ta’ snin, l-għeneb abjad tqies inferjuri għall-għeneb aħmar, li wassal għat-tneħħija tiegħu mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, iżda l-esperjenza wriet li l-varjetajiet bojod huma perfettament adattati għal din id-DOP, u l-inbejjed prodotti minnhom għandhom kwalitajiet enoloġiċi ta’ kwalità suffiċjenti biex jiġu kkummerċjalizzati bħala nbid tad-DOP Jumilla u mitluba mis-suq. Il-Merseguera huwa wieħed minnhom.

2.   Bidliet fir-regoli tat-tikkettar

Deskrizzjoni:

It-tul massimu permess tal-ittri tal-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (“Jumilla”) żdied minn 10 mm għal 20 mm, dment li dan it-tul massimu jkun inqas mid-daqs tal-marka kummerċjali.

Il-punt 8(b)(v) tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-punt 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

Din hija emenda standard minħabba li ma tissodisfa l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 105(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 dwar l-OKS Unika.

Raġuni:

Iż-żieda tat-tul massimu tal-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta fuq it-tikketti tal-inbid ta’ din id-Denominazzjoni ta’ Oriġini, għandha l-għan li tippermetti lill-operaturi li jżidu l-viżibbiltà tal-kelma “JUMILLA” fuq l-imballaġġ, u b’hekk jiġi promoss il-valur tiegħu għall-konsumatur.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Jumilla

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

1.   Inbejjed bojod (Jumilla u Jumilla Dulce).

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

Dehra: tvarja minn lewn l-azzar għal lewn it-topazju. Ċari u jleqqu.

Aroma: Frott frisk. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: bilanċ ta’ aċidità u ħlewwa. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi li mhumiex inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

2.   Inbejjed rożè (Jumilla u Jumilla Dulce)

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

Dehra: tvarja minn roża lewn il-lampun għal lewn is-salamun ċar. Ċari u jleqqu.

Aroma: Frott frisk. Frott aħmar. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: aċidità bbilanċjata. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi li mhumiex inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

3.   Inbejjed rożè (Jumilla Monastrell)

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

Dehra: tvarja minn roża lewn il-lampun għal lewn is-salamun ċar. Ċari u jleqqu.

Aroma: Frott frisk. Frott aħmar. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded

Togħma: aċidità bbilanċjata. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi li mhumiex inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

4.   Inbejjed ħomor (Jumilla Monastrell)

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

Dehra: Tvarja minn aħmar vjola għal lewn il-briks. L-inbejjed ħelwin jistgħu jiżviluppaw sfumatura tal-okra. Ċari u jleqqu.

Aroma: Frott aħmar. Frott iswed. L-inbejjed ħelwin għandhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: aċidità bbilanċjata. Tannika. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi li mhumiex inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Inbejjed ħomor (Jumilla u Jumilla Dulce)

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

Dehra: Tvarja minn vjola aħmar għal lewn il-briks. L-inbejjed ħelwin jistgħu jiżviluppaw sfumatura tal-okra. Ċari u jleqqu.

Aroma: Frott aħmar. Frott iswed. L-inbejjed ħelwin għandhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: aċidità bbilanċjata. Tannika. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi li mhumiex inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru, espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

6.   Inbejjed likuri (Tinto Monastrell)

DESKRIZZJONI FIL-QOSOR

Dehra: tvarja minn aħmar lewn iċ-ċirasa għal okra. Ċari u jleqqu.

Aroma: Frott iswed. Frott imqadded.

Togħma: il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità. Tannika.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi li mhumiex inklużi fit-tabella huma f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi ġenerali

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

f’milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu tad-diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   PRATTIKI TAL-PRODUZZJONI TAL-INBID

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

1.   

 

Prattika ta’ kultivazzjoni

Il-kultivazzjoni tad-dwieli koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Jumilla” tista’ tkun soġġetta għal metodi ta’ kultivazzjoni estensiva jew ta’ kultivazzjoni intensiva.

—

Kultivazzjoni estensiva: għad-dwieli li fihom, għal raġunijiet ta’ art, għoli, xita u fatturi ambjentali oħra, id-densità tat-tħawwil tikkonforma, fir-rigward tal-karatteristiċi agronomiċi, mal-parametri agrikoli li ġejjin: massimu ta’ 1 900 pjanta għal kull ettaru u minimu ta’ 1 100 pjanta għal kull ettaru.

—

Kultivazzjoni intensiva: għad-dwieli li, għal darba oħra skont il-kundizzjonijiet ambjentali, jikkonformaw, fir-rigward tal-karatteristiċi agronomiċi, mal-parametri agrikoli li ġejjin: id-densità tat-tħawwil għandha tkun bejn it-3 350 u l-1 500 pjanta għal kull ettaru.

2.   

 

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb jinħasad b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-kwalità tiegħu. Għall-inbejjed koperti mid-DOP, jintuża biss għeneb b’saħħtu li jkun misjur biżżejjed u b’minimu ta’ 10,70° Baumé għall-għeneb abjad, u ta’ 11° Baumé għall-għeneb aħmar.

L-għeneb tal-varjetà Monastrell maħsub għall-produzzjoni tal-inbid likur, għandu jkolli mill-inqas 13o Baumé meta jinħasad.

Tul l-estrazzjoni tal-most jew tal-inbid, il-pressjonijiet jagħtu rendiment massimu, li ma jaqbiżx l-74 litru inbid lest għal kull 100 kilo għeneb, wara l-proċess ta’ trasformazzjoni.

L-ewwel ġurnata ta’ Ottubru ta’ kull sena titqies bħala l-bidu tal-proċess tal-maturazzjoni.

5.2.   Rendimenti massimi

1.   Varjetajiet ħomor għall-kultivazzjoni estensiva

5 000 kilogramma għeneb għal kull ettaru

2.   

 

37 ettolitru għal kull ettaru

3.   Varjetajiet bojod għall-kultivazzjoni estensiva

5 625 kilogramma għeneb għal kull ettaru

4.   

 

41,62 ettolitru għal kull ettaru

5.   Għall-kultivazzjoni intensiva

8 750 kilogramma għeneb għal kull ettaru

6.   

 

64,75 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona ġeografika demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni għall-inbejjed koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Jumilla” tinkludi art li tinsab fil-muniċipalitajiet ta’ Jumilla (fil-provinċja ta’ Murcia), u ta’ Fuentealamo, ta’ Albatana, ta’ Ontur, ta’ Hellín, ta’ Tobarra u ta’ Montealegre del Castillo li jinsabu fil-provinċja ta’ Albacete.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

AIRÉN

CABERNET SAUVIGNON

CHARDONNAY

GARNACHA TINTA

GARNACHA TINTORERA

MACABEO — VIURA

MALVASIA AROMATIKA — SITGES MALVASY

MERLOT

MERSEGUERA

MONASTRELL

MOSCATEL DE GRANO MENUDO

PEDRO XIMÉNEZ

PETIT VERDOT

SAUVIGNON BLANC

SYRAH

TEMPRANILLO - CENCIBEL

VERDEJO

VIOGNIER

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbejjed

L-aktar għenba importanti hija l-Monastrell, varjetà robusta ħafna adattata perfettament għall-kundizzjonijiet ħarxa taż-żona, bin-nixfa, is-sjuf sħan ħafna u l-ġlatiet tar-rebbiegħa tagħha. Tipproduċi nbejjed b’palat qawwi, rikki, u b’kontenut għoli ta’ alkoħol u aċidità b’aromi karatteristiċi għoljin ta’ frott misjur u b’astrinġenza integrata sew.

Il-varjetajiet awtorizzati l-oħra jikkumplimentaw b’mod perfett lill-Monastrell, billi jistabbilizzaw il-kulur u jżidu l-aċidità u l-kapaċità tal-maturazzjoni, kif ukoll jarmonizzaw l-aromi perfettament.

8.2.   Inbejjed likur

Dawn l-inbejjed huma magħmulin mill-Monastrell, varjetà li tagħtihom intensità tal-kulur li tvarja minn medja sa qawwija ħafna, potenzjalment kważi opaka minħabba t-temperaturi għoljin li huma karatteristiċi taż-żona.

9.   Rekwiżiti addizzjonali essenzjali (imballaġġ, tikkettar, rekwiżiti oħra)

Tikkettar

Qafas legali:

 

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

 

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

 

L-isem tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta jrid jidher b’mod prominenti fuq it-tikketti, f’tipa li trid tkun ta’ mill-inqas 3 millimetri u b’tul massimu ta’ 20 millimetri. Dan it-tul massimu għandu dejjem ikun inqas mid-daqs tal-marka tal-fabbrika.

 

L-isem irid jidher fejn il-frażi “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” jew “Denominazzjoni ta’ Oriġini” u t-tipa tal-isem trid tkun ta’ mill-inqas 2 mm u mhux inqas jew aktar mit-tul tal-isem tad-Denominazzjoni ta’ oriġini li jinsab fejnu.

 

Ir-referenzi l-oħra se jkunu dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ġenerali applikabbli għat-tikketti tal-inbid, u fir-regoli u r-regolamenti speċifiċi dwar it-tikkettar fis-seħħ bħalissa u li huma stabbiliti mill-Bord Regolatorju.

 

L-imballaġġ irid jinkludi siġilli ta’ kwalità, tikketti sekondarji jew tikketti nnumerati maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn iridu jitwaħħlu mill-fabbrika tal-inbid u jkunu viżibbli fuq l-imballaġġ b’mod li jipprevjeni l-użu mill-ġdid tagħhom

Trasport tal-inbid

Qafas legali:

 

Għall-organizzazzjoni li timmaniġġa d-DOP/IĠP, meta previst mill-Istati Membri

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

 

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

 

L-inbid protett irid jitqiegħed f’imballaġġ fil-faċilitajiet li jinsabu fiż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP Jumilla biss.

 

Sabiex jiġi żgurat l-użu xieraq tad-DOP, l-inbejjed protetti kollha jridu jintbagħtu fl-imballaġġ.

 

Il-produzzjoni tal-inbejjed bid-Denominazzjoni ta’ Oriġini ma tispiċċax bil-proċess ta’ trasformazzjoni tal-most fi nbid permezz tal-fermentazzjoni alkoħolika u proċessi supplimentari oħra. L-imballaġġ għandu jitqies bħala l-istadju finali tal-produzzjoni ta’ dawn l-inbejjed peress li dan il-proċess jinvolvi prattiki enoloġiċi oħra bħall-iffiltrar, l-istabbilizzazzjoni u diversi tipi ta’ miżuri korrettivi li jistgħu jaffettwaw il-karatteristiċi u l-ispeċifiċitajiet tiegħu. Barra minn hekk, f’ħafna każijiet, perjodu ta’ maturazzjoni fil-flixkun huwa meħtieġ sabiex l-inbid lest jikseb palat mimli. Barra minn hekk, huwa ċar li t-trasport fuq distanzi twal jew għal perjodi twal iżid ir-riskju ta’ tibdiliet fil-prodott, bħall-ossidazzjoni jew bidliet fit-temperatura, li jaffettwaw il-kwalità b’mod ħażin. Għalhekk, sabiex tiġi ppreservata l-kwalità tal-inbid, huwa meħtieġ li dan jiġi bbottiljat fiż-żona demarkata tad-DOP.

 

Il-korp ta’ kontroll huwa maħtur mill-awtorità kompetenti Spanjola u akkreditat mill-Korp Nazzjonali ta’ Akkreditazzjoni skont l-ISO 17065 dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-prodotti. Fil-każ ta’ konsenji bl-ingrossa lejn operaturi barra miż-żona demarkata, il-korp ta’ kontroll jista’ jiggarantixxi biss l-oriġini u l-konformità mad-DOP “Jumilla” sal-punt tad-dispaċċ. Madankollu, minħabba l-loġistika u l-kostijiet, il-korp ta’ kontroll ma jistax jopera f’pajjiżi ta’ destinazzjoni fejn, fil-prattika, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma jwettqux kontrolli (75 % tal-konsenji bl-ingrossa jmorru f’pajjiżi terzi). Għaldaqstant, minkejja li l-korp ta’ kontroll ma jafx kif dawn l-inbejjed jiġu introdotti fis-suq, jaf li kif meħtieġ il-fliexken ma jurux it-tikketta sekondarja jew is-siġill innumerat peress li l-fabbriki tal-inbid li jibbottiljaw ma ressqu l-ebda talba għal dawn. Dan ifisser li ma għandux ikun hemm ibbottiljar tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta Jumilla barra miż-żona demarkata. Għalhekk, sabiex tiġi ggarantita l-oriġini u sabiex jiġi ssalvagwardjat il-kontroll, jeħtieġ li l-inbid kollu jiġi bbottiljat fiż-żona demarkata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/dop-igp/htm/DOP_Jumilla.aspx


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.