30.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/23


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11008 — CDC GROUP / EDF / ENGIE / IN GROUPE / ARCHIPELS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2023/C 115/07)

1.   

Fil-21 ta’ Marzu 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Caisse des Dépôts et Consignations (“CDC”, Franza),

Électricité de France S.A. (“EDF”, Franza),

ENGIE S.A. (“Engie”, Franza),

Imprimerie Nationale S.A. (“IN”, Franza),

Archipels S.A.S. (“Archipels”, Franza).

CDC, EDF, Engie u IN jakkwistaw il-kontroll konġunt ta’ Archipels fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CDC: istituzzjoni pubblika Franċiża bi status legali speċjali li twettaq attivitajiet ta’ interess ġenerali u attivitajiet miftuħa għall-kompetizzjoni fis-setturi ambjentali, tal-proprjetà immobbli, tal-investiment u tal-kapital, u tas-servizzi,

EDF: Impriża li topera fi Franza u barra minnha, li tipproduċi u tbigħ l-elettriku fis-suq bl-ingrossa, titrażmetti, tiddistribwixxi u tforni l-elettriku, tipprovdi servizzi oħra relatati mal-elettriku u, sa ċertu punt, tipproduċi u tbigħ il-gass fis-swieq bl-ingrossa u bl-imnut,

Engie: impriża li topera madwar id-dinja fin-negozju tal-gass naturali, tal-elettriku u tas-servizzi tal-enerġija,

IN: impriża li topera fi Franza u barra minnha, fis-settur tas-servizzi relatati mal-identità fiżika u s-servizzi diġitali siguri,

Archipels: impriża li topera fi Franza li tipprovdi sigurtà u ċertifikazzjoni, permezz ta’ blockchain, ta’ dokumenti u informazzjoni relatati ma’ individwi u kumpaniji, u ġġestixxi portafolji b’informazzjoni dwar kumpaniji u l-individwi.

3.   

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11008 — CDC GROUP / EDF / ENGIE / IN GROUPE / ARCHIPELS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.