IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 23.10.2023
COM(2023) 683 final
RAPPORT TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL
dwar strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u obbligazzjonijiet kontinġenti
Sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2022
Werrej
1.Introduzzjoni
2.Analiżi tas-sorsi differenti tal-obbligazzjonijiet kontinġenti
2.1 Garanziji baġitarji
2.2 Selfiet proviżjonati għal assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi
2,3 Self garantit b’marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri tal-UE
2.4 Ħarsa ġenerali lejn l-obbligazzjonijiet kontinġenti fi tmiem l-2022
3.Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE
3.1 Parametru referenzjarju
3.2Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati
3.3 Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra
4.Konklużjonijiet
Anness:
Is-sostenibbiltà u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji
Is-sostenibbiltà u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu temporanju tar-riżorsi proprji
1.Introduzzjoni
Dan ir-rapport jinħareġ skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 250 tar-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ jinqara flimkien ma’:
-id-dokumenti ta’ ħidma X u XI, li jakkumpanjaw l-abbozz tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2024 u li jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar l-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji tal-UE; kif ukoll
-ir-rapport ta’ previżjoni fit-tul dwar l-influssi u l-ħruġ futuri tal-baġit tal-UE, li jagħti projezzjonijiet għall-kapaċità finanzjarja disponibbli tal-UE fl-2024-2028 b’mod li jieħu f’kunsiderazzjoni l-kostijiet ippjanati tal-baġit.
L-objettiv ta’ dan ir-rapport huwa li jipprovdi ħarsa ġenerali lejn l-ammont u l-kompożizzjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti – kemm obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati kif ukoll garantiti b’marġni ta' manuvra - imġarrba mill-baġit tal-UE mill-31 ta’ Diċembru 2022. L-obbligazzjonijiet kontinġenti huma obbligazzjonijiet finanzjarji potenzjali, li jirriżultaw minn impenji vinkolanti eżistenti jew minn avvenimenti tal-passat
. Jekk dawn l-obbligazzjonijiet kontinġenti jirriżultawx f’sejħiet reali, u d-daqs ta’ kwalunkwe sejħa bħal din, se jiddependu fuq avvenimenti futuri li ma jistgħux jiġu mbassra ex ante.
Dan ir-rapport jippreżenta wkoll valutazzjoni tas-sostenibbiltà fit-tul tal-obbligazzjonijiet kontinġenti bbażata fuq fatturi kwalitattivi u kwantitattivi, inkluż simulazzjoni ta’ kriżi. Din il-valutazzjoni ta’ sostenibbiltà twettqet bi tqabbil ma’:
-il-valur tas-suq tal-proviżjonijiet eżistenti miżmuma fil-kompartimenti rispettivi tal-Fond ta’ Proviżjonament Komuni (Common Provisioning Fund, CPF) stabbilit mill-Kummissjoni għal obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati, jiġifieri dawk li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi;
-il-limiti massimi tar-riżorsi proprji u l-marġni ta’ manuvra disponibbli għall-obbligazzjonijiet kontinġenti li huma garantiti b’marġni ta’ manuvra, jiġifieri dawk li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja lill-Istati Membri.
Il-konklużjoni ewlenija tal-analiżi tas-sostenibbiltà ta’ tmiem l-2022 hija li l-baġit tal-UE għandu riżorsi adegwati biex ilaħħaq mal-materjalizzazzjoni potenzjali tal-obbligazzjonijiet kontinġenti. F’aktar dettall:
-Fi tmiem l-2022, il-baġit tal-UE kien espost għal obbligazzjonijiet kontinġenti li jammontaw għal aktar minn EUR 206 biljun (EUR 163 biljun fi tmiem l-2021) relatati ma’ self mogħti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi, u madwar EUR 106 biljun (EUR 60 biljun fi tmiem l-2021) relatati mal-garanziji baġitarji pprovduti fil-kuntest ta’ InvestEU, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Fund for Sustainable Development, EFSD), l-EFSD+ u l-Mandat ta’ Self Estern (External Lending Mandate, ELM). L-ammont totali ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti żdied b’madwar 40 % meta mqabbel mal-2021. Il-biċċa l-kbira ta’ din iż-żieda ġejja minn żborżi ta’ self addizzjonali lill-Istati Membri taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (Recovery and Resilience Facility, RRF) u mill-ewwel ammonti ta’ garanzija ffirmati mas-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni taħt InvestEU u EFSD+.
-Għal obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi, il-proviżjonament disponibbli fi tmiem l-2022 huwa adegwat meta jitqiesu r-rekwiżiti tal-oqfsa legali rispettivi.
-Għal obbligazzjonijiet kontinġenti li huma garantiti b’marġni ta’ manuvra, il-kapaċità finanzjarja tal-UE taħt il-qafas legali eżistenti (jiġifieri d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji (DRP) u r-Regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027) hija bil-bosta biżżejjed biex tkopri l-obbligi eżistenti tal-UE fir-rigward kemm tal-programmi ta’ nfiq kif ukoll tas-swieq finanzjarji (għal dejn maħruġ taħt programmi ta’ assistenza finanzjarja lill-Istati Membri), anki f’ċirkostanzi avversi estremi li jaffettwaw simultanjament it-tkabbir ekonomiku, in-nefqa u l-ħlas lura tas-self.
Dan ir-rapport ikopri l-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba qabel tmiem l-2022, u janalizza kif dawn huma koperti taħt il-QFP tas-snin 2021 sa 2027.
Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskju li jirriżulta minn obbligazzjonijiet kontinġenti jitwettqu permezz ta’ qafas orizzontali trażversali tal-Kummissjoni li jinkludi miżuri u salvagwardji estensivi li l-Kummissjoni tista’ tuża biex tipproteġi l-baġit tal-UE minn telf potenzjali li jirriżulta minn obbligazzjonijiet kontinġenti.
Il-Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-Obbligazzjonijiet Kontinġenti (Steering Committee on Contingent Liabilities, SCCL) għandu rwol ċentrali f’dak il-qafas għall-iskoperturi proviżjonati. Fl-2022, l-SCCL iltaqa’ erba’ darbiet biex ikompli jiżviluppa metodoloġiji komuni għat-tfassil, in-negozjar u l-implimentazzjoni ta’ garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja. Ingħatat rilevanza partikolari għall-monitoraġġ mill-qrib tal-evoluzzjoni fil-volum u fil-profil tar-riskju tal-iskoperturi għall-Ukrajna u għat-tfassil ta’ salvagwardji baġitarji adegwati biex ilaħħqu mat-telf potenzjali li joriġina minn dawk l-iskoperturi.
Għal raġunijiet ta’ kompletezza, jenħtieġ li jissemma li l-istrumenti finanzjarji fil-forma ta’ garanziji huma stricto sensu sors wkoll ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti. Madankollu, il-baġit dejjem jinkludi proviżjonament sħiħ għal tali strumenti finanzjarji, jiġifieri l-baġit warrab l-obbligazzjoni finanzjarja massima li tista’ tirriżulta minn kull strument finanzjarju. Għalhekk, l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn strumenti finanzjarji mhumiex soġġetti għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti mġarrba mill-baġit tal-UE.
Informazzjoni aktar dettaljata dwar l-istrumenti finanzjarji tista’ tinstab fid-dokument ta’ ħidma X li jakkumpanja l-abbozz tal-baġit tal-2024 li jipprovdi deskrizzjoni dettaljata ta’ 79 strument finanzjarju mill-31 ta’ Diċembru 2022.
Dan ir-rapport jidentifika t-tliet kategoriji differenti ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti (garanziji baġitarji, self proviżjonat lil pajjiżi terzi, u self appoġġat mill-marġni ta’ manuvra) qabel ma jipprovdi valutazzjoni tas-sostenibbiltà tagħhom kontra s-sorsi rilevanti ta’ kopertura baġitarja.
2.Analiżi tas-sorsi differenti tal-obbligazzjonijiet kontinġenti
2.1
Garanziji baġitarji
Dawn huma garanziji pprovduti lil sħab differenti inkarigati mill-implimentazzjoni skont il-mandati tal-InvestEU, FEIS, EFSD, EFSD+ u tal-ELM. Taħt dawn l-istrumenti kollha, l-UE tipprovdi garanziji lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni biex ikopru sehem mit-telf u kostijiet potenzjali
li jirriżulta mill-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment tagħhom (jiġifieri operazzjonijiet ta’ dejn jew ekwità).
Fl-2022, l-UE pprovdiet appoġġ baġitarju fil-forma ta’ garanziji lill-Grupp tal-BEI u lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra (inklużi l-BERŻ u l-Banek Promozzjonali Nazzjonali) taħt il-programmi ta’ garanzija eżistenti differenti.
L-eqdem garanzija baġitarja hija dik ipprovduta taħt l-ELM. L-għan bażiku tiegħu huwa li jsaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jwettaq operazzjonijiet ta’ finanzjament f’ambjenti aktar riskjużi barra mill-UE f’oqsma bħall-iżvilupp tas-settur privat lokali u l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjoekonomika. Fl-2015, tnieda l-FEIS biex jirrimedja għall-problema ta’ investimenti privati mrażżna fit-tul fl-UE wara l-kriżi finanzjarja. Dan jieħu l-forma ta’ garanzija baġitarja ta’ EUR 26 biljun mill-baġit tal-UE lill-Grupp tal-BEI, li hija ssupplimentata minn allokazzjoni tar-riżorsi proprji tal-BEI ta’ EUR 7,5 biljun. Fl-2020, ġiet stabbilita l-garanzija tal-EFSD biex tappoġġa l-investimenti u ttejjeb l-aċċess għall-finanzjament primarjament fl-Afrika u fil-pajjiżi tal-viċinat u biex tgħin lil dawk il-pajjiżi jilħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.
Taħt il-QFP 2021-2027, il-programm InvestEU jikkombina l-attivitajiet li qabel twettqu taħt il-FEIS u diversi strumenti finanzjarji oħra. Dan ipprovda wkoll lis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni apparti mill-Grupp tal-BEI b’aċċess għal porzjon ta’ 25 % tal-garanzija totali tal-UE. Il-programm InvestEU għandu l-għan li jiżgura spinta addizzjonali għall-investimenti li jrawmu l-irkupru, ir-reżiljenza, it-tkabbir ekoloġiku u l-impjiegi fl-UE matul il-perjodu 2021-2027. Dan l-għan għandu jintlaħaq billi jiġu mobilizzati sorsi ta’ finanzjament pubbliċi u privati, sabiex jiġu pprovduti finanzjament u appoġġ fit-tul lill-kumpaniji u proġetti f’konformità mal-prijoritajiet tal-UE fil-kuntest ekonomiku u soċjali attwali diffiċli. Filwaqt li jibni fuq l-implimentazzjoni b’suċċess tal-ELM u tal-EFSD, l-EFSD+ ġie stabbilit għall-perjodu tal-QFP 2021-2027 bħala pakkett finanzjarju integrat li jipprovdi kapaċità ta’ finanzjament lill-Afrika sub-Saħarjana, lill-Asja u lill-Paċifiku, lill-Amerka Latina u lill-Karibew u lill-pajjiżi tal-viċinat u tat-tkabbir f’oqsma bħat-tnaqqis tal-inugwaljanzi soċjoekonomiċi; it-tkabbir sostenibbli u inklużiv; adattament u mitigazzjoni tal-bidla fil-klima; il-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent; u l-ħolqien tal-impjiegi.
Tabella 1: Is-sitwazzjoni attwali tal-garanziji baġitarji (fil-31 ta’ Diċembru 2022) (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Garanzija disponibbli ffirmata mal-kontropartijiet
|
Garanzija disponibbli relatata ma’ operazzjonijiet iffirmati mill-kontropartijiet
|
Garanzija disponibbli relatata ma’ operazzjonijiet iffirmati mill-kontropartijiet u żborżati
|
|
|
|
|
|
|
FEIS
|
25 793,34
|
24 615,20
|
21 083,72
|
|
EFSD
|
1 176,02
|
534,00
|
446,13
|
|
ELM
|
30 598,89
|
30 598,89
|
20 908,78
|
|
InvestEU
|
21 280,36
|
2 107,69
|
324,25
|
|
EFSD+
|
27 020,00
|
4 515,09
|
156,20
|
|
Totali
|
105 868,61
|
62 370,87
|
42 919,08
|
(*) Il-garanzija ffirmata mal-kontropartijiet tirrappreżenta l-ammont tal-garanzija mogħtija lis-sieħeb inkarigat mill-implimentazzjoni permezz tal-iffirmar tal-ftehim ta’ garanzija. Il-garanzija relatata ma’ operazzjonijiet iffirmati mill-kontropartijiet tinkludi ammonti tal-garanzija fl-operazzjonijiet kollha ffirmati mill-kontropartijiet mar-riċevituri finali / l-intermedjarji finanzjarji. Il-garanzija relatata mal-operazzjonijiet iffirmati u żborżati tinkludi l-ammonti ta’ operazzjonijiet żborżati mill-kontroparti lir-riċevitur finali / lill-intermedjarji finanzjarji.
Il-ħames programmi ta’ garanzija baġitarja jvarjaw fir-rigward ta’ diversi karatteristiċi, inkluż l-istadju differenti ta’ implimentazzjoni. Filwaqt li l-ELM (li daħal fis-seħħ fl-1977) għandu rekord twil u l-perjodu ta’ kostituzzjoni tal-FEIS intemm fl-2022, il-fażi ta’ investiment ta’ InvestEU u tal-EFSD+ bdiet biss reċentement.
2.2
Selfiet proviżjonati għal assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi
L-obbligazzjonijiet kontinġenti taħt din l-intestatura jirriżultaw minn assistenza finanzjarja pprovduta fil-forma ta’ self tal-programm ta’ assistenza makrofinanzjarja (macro-financial assistance, MFA) u selfiet tal-Euratom lil pajjiżi terzi.
L-appoġġ finanzjarju lil pajjiżi terzi fl-għamla ta’ self bilaterali mill-UE (u ffinanzjat spalla ma’ spalla mis-swieq kapitali, sal-programm tal-AMF+ għall-Ukrajna) ngħata primarjament fil-kuntest tal-programm ta’ assistenza makrofinanzjarja, li huwa mmirat lejn pajjiżi barra mill-UE li jkunu qed jesperjenzaw kriżi tal-bilanċ tal-pagament. Fl-2022, ġie żborżat self ġdid tal-AMF għal ammont ta’ EUR 7 535 miljun.
Porzjon iżgħar ta’ appoġġ finanzjarju lil pajjiżi terzi jieħu l-forma ta’ self tal-Euratom. Il-faċilità ta’ self tal-Euratom tgħin lill-Istati Membri jiffinanzjaw investimenti f’impjanti tal-enerġija nukleari u f’installazzjonijiet industrijali fiċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari.
Tabella 2: Ammonti pendenti fir-rigward ta’ self lil pajjiżi terzi (fil-31 ta’ Diċembru 2022) (EUR miljun)
|
|
Self pendenti
|
Imgħax dovut
|
Totali
|
|
AMF
|
14 963,00
|
70,85
|
15 033,85
|
|
Il-Euratom
|
300,00
|
0,47
|
300,47
|
|
Totali
|
15 263,00
|
71,32
|
15 334,32
|
Tradizzjonalment, is-self lil pajjiżi terzi ġie ffinanzjat permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self “spalla ma’ spalla”, jiġifieri kull self jiġi ffinanzjat b’bond korrispondenti tal-UE li jaqbel kompletament mas-self tal-UE f’termini tal-maturità, ir-rata tal-imgħax u l-iskeda ta’ ħlas lura tiegħu. Dan ifisser li l-investituri f’bonds tal-UE huma esposti biss għar-riskju ta’ kreditu tal-UE u mhux għar-riskju ta’ kreditu ta’ kull pajjiż benefiċjarju uniku. L-obbligazzjoni għall-UE hija kontinġenti, minħabba li l-pajjiż benefiċjarju huwa obbligat kuntrattwalment li jipprovdi l-fluss tad-dħul biex iħallas lura l-bonds tal-UE. Fil-prinċipju ma huwa meħtieġ l-ebda ħruġ ta’ riżorsi tal-UE biex jiġi saldat id-dejn tal-UE.
L-ammonti ta’ ripagament irrapportati fit-Tabella 3 għandhom għalhekk jitqiesu bħala l-ammonti massimi previsti li jistgħu jiġu eżerċitati kontra l-provvedimenti fis-snin 2023-2027.
Tabella 3: Skeda ta’ pagament mill-ġdid annwali ta’ self pendenti lil pajjiżi terzi (kapital + imgħax) taħt il-programmi eżistenti għas-snin 2023-2027 (fil-31 ta’ Diċembru 2022) (EUR miljun)
|
Sena
|
Il-Euratom
|
AMF
|
Kollox
programmi
|
|
2023
|
0,82
|
234,04
|
234,86
|
|
2024
|
0,82
|
863,55
|
864,37
|
|
2025
|
0,82
|
251,34
|
252,16
|
|
2026
|
0,82
|
368,18
|
369,00
|
|
2027
|
50,82
|
400,58
|
451,40
|
|
Totali
|
54,10
|
2 117,69
|
2 171,79
|
2,3
Self garantit b’marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri tal-UE
L-obbligazzjonijiet kontinġenti taħt din l-intestatura jirriżultaw minn self lill-Istati Membri tal-UE (jiġifieri self tal-Bilanċ tal-Pagamenti (Balance of Payments, BoP), self tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (European Financial Stabilisation Mechanism, EFSM), self tal-Euratom, self taħt SURE u self taħt l-RRF li huma pprovduti biex jappoġġaw l-investiment u r-riforma).
L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn self lill-Istati Membri tal-UE mhumiex proviżjonati ex ante. Minflok, huma appoġġati mill-ambitu rimanenti (“marġni ta’ manuvra”) għas-sejħa ta’ “riżorsi proprji” addizzjonali mill-Istati Membri skont il-qafas baġitarju tal-Unjoni.
Dan ifisser li, jekk Stat Membru benefiċjarju ma jonorax l-obbligi tiegħu lejn l-UE, l-UE tkun intitolata – bħala l-aħħar alternattiva u biss wara li tkun eżawriet il-possibbiltajiet l-oħra kollha biex issib soluzzjonijiet fi ħdan il-qafas baġitarju eżistenti – li titlob lill-Istati Membri biex ikopru temporanjament l-ammont inkwistjoni. Dawn is-sejħiet għal dħul isiru lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, iżda fir-rispett sħiħ tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji.
Bħala regola ġenerali, dan is-self – bl-eċċezzjoni tas-self tal-RRF – ingħata lill-Istati Membri tal-UE bl-użu tal-istess teknika spalla ma’ spalla li ntużat għall-assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi. B’kuntrast ma’ dan, is-self taħt l-RRF ġie ffinanzjat mill-bidu permezz tal-Istrateġija ta’ Finanzjament Diversifikata (Diversified Funding Strategy, DFS).
Fl-2022, il-Kummissjoni, li taġixxi f’isem l-UE, operat ħames programmi ewlenin li taħthom tat self lill-Istati Membri:
-L-assistenza tal-Bilanċ tal-Pagamenti (BoP) kienet maħluqa biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE barra miż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew li jkunu f’riskju li jesperjenzaw diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti.
-Il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (European Financial Stabilisation Mechanism, EFSM) inħoloq biex jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Istati Membri tal-UE li jesperjenzaw jew ikunu mhedda minn diffikultajiet finanzjarji serji kkawżati minn okkorrenzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tagħhom.
-Il-Faċilità ta’ Self tal-Euratom.
-Il-programm SURE ġie miftiehem f’Ġunju 2020 biex jgħin fil-finanzjament ta’ żidiet f’daqqa u severi tan-nefqa pubblika nazzjonali li tkun relatata ma’ skemi nazzjonali ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar u miżuri simili b’rispons għall-kriżi tal-COVID-19. L-Istati Membri kollha qablu li jipprovdu garanziji irrevokabbli, mhux kundizzjonali u fuq talba għal 25 % tal-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja. Kull Stat Membru jikkontribwixxi għall-ammont kumplessiv tal-garanzija b’mod li huwa proporzjonat għas-sehem relattiv tiegħu fl-introjtu nazzjonali gross totali tal-UE (abbażi tal-baġit tal-UE għall-2020).
-L-RRF huwa l-pilastru ċentrali tal-programm NGEU u huwa strument temporanju biex jappoġġa r-riformi u l-investimenti fl-Istati Membri tal-UE bl-għan aħħari li jiffaċilita l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19 filwaqt li jgħin fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.
Skont l-istrument tal-UE għall-irkupru, il-Kummissjoni tissellef fondi li l-RRF imbagħad tuża sabiex tiffinanzja r-riformi u l-investimenti tal-Istati Membri. Il-finanzjament jista’ jkun jew self (appoġġ ripagabbli) jew għotja (appoġġ mhux ripagabbli). Sabiex jibbenefikaw mill-appoġġ, l-Istati Membri ssottomettew pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza lill-Kummissjoni. Kull pjan jistabbilixxi r-riformi u l-investimenti, filwaqt li jistabbilixxi stadji importanti u miri ċari għall-implimentazzjoni tagħhom sal-31 ta’ Awwissu 2026. Kull pjan irid jiġi vvalutat b’mod pożittiv mill-Kummissjoni u approvat mill-Kunsill.
Is-self mill-RRF biss (għall-kuntrarju tal-għotjiet tal-RRF) jagħti lok għal obbligazzjonijiet kontinġenti u għalhekk is-self tal-RRF biss jitqies f’din l-analiżi. Huwa importanti li jiġi enfasizzat, kif imsemmi hawn fuq, li l-finanzjament tas-self tal-RRF huwa ffinanzjat permezz ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata u mhux permezz tal-approċċ spalla ma’ spalla tradizzjonali. Is-self kollu tal-NGEU, li jammonta għal EUR 188 biljun fi tmiem l-2022, huwa ggarantit mill-baġit tal-UE skont l-Artikolu 9(4) tad-DRP permezz ta’ żieda temporanja tal-limitu massimu tar-Riżorsi Proprji ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE, li huwa esklużivament disponibbli għall-obbligazzjonijiet tal-NGEU.
Tabella 4: Ammonti pendenti fir-rigward ta’ self lill-Istati Membri tal-UE (fil-31 ta’ Diċembru 2022) (EUR miljun)
|
|
Self pendenti
|
Imgħax dovut
|
Totali
|
|
BoP
|
200,00
|
1,15
|
201,15
|
|
Il-Euratom
|
26,30
|
0,07
|
26,37
|
|
L-EFSM
|
46 300,00
|
415,49
|
46 715,49
|
|
SURE
|
98 355,00
|
104,02
|
98 459,02
|
|
Self mill-RRF
|
45 156,37
|
183,80
|
45 340,17
|
|
Totali
|
190 037,67
|
704,53
|
190 742,2
|
Kejl tar-riskju annwali totali għall-baġit tal-UE li jirriżulta mill-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja lill-Istati Membri huwa l-ammont totali ta’ ripagamenti annwali tal-kapital u tal-imgħax dovuti mill-Istati Membri benefiċjarji taħt il-programmi differenti f’sena partikolari. Fil-każ ta’ self spalla ma’ spalla, il-flussi tar-ripagament jikkoinċidu fl-ammonti u l-ħin mal-pagamenti dovuti lill-investituri f’bonds tal-UE maħruġa biex jiffinanzjaw is-self lill-Istati Membri. Għas-self skont l-RRF, iffinanzjat mill-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, il-finanzjament ċentrali kollettiv jista’ dejjem jissodisfa l-pagamenti dovuti lill-investituri tal-Bonds tal-UE.
Il-baġit tal-Unjoni identifika riżorsi baġitarji biex jissodisfa l-pagamenti li jirriżultaw mill-bonds tiegħu fi kwalunkwe ħin inkluż fis-sitwazzjoni estrema u bla preċedent li fiha benefiċjarju jonqos milli jħallas is-self tiegħu lill-UE.
Tabella 5: L-iskeda ta’ ripagament annwali ta’ self pendenti lill-Istati Membri tal-UE (kapital + imgħax) skont il-programmi eżistenti għas-snin 2023-2027 (fil-31 ta’ Diċembru 2022) (EUR miljun)
|
Year
|
Euratom
|
BoP
|
EFSM
|
SURE
|
RRF loans (*)
|
All
programmes
|
|
2023
|
13.83
|
5.75
|
4 239.25
|
326.56
|
516.11
|
5 101.49
|
|
2024
|
13.50
|
5.75
|
3 317.38
|
326.98
|
552.62
|
4 216.23
|
|
2025
|
0
|
205.75
|
3 068.63
|
8 326.98
|
552.78
|
12 154.14
|
|
2026
|
0
|
0
|
6 856.63
|
8 326.98
|
552.78
|
15 736.39
|
|
2027
|
0
|
0
|
3 531.13
|
326.98
|
552.78
|
4 410.89
|
|
Total
|
27.32
|
217.25
|
21 013.02
|
17 634.48
|
2 727.07
|
41 619.14
|
(*) L-interessi għal self mill-RRF skont il-programm NGEU huma kkalkulati fuq bażi kontinwa skont metodoloġija speċifika (ara d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C (2022) 9701 final tad-19.12.2022). L-imposta annwali tal-imgħax għal dan is-self ippreżentat hawn fuq hija għalhekk stima bbażata fuq il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament attwali.
L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-programm “Assistenza Makrofinanzjarja +” (MFA +) għall-Ukrajna adottat f’Diċembru 2022, u fejn sa issa ġew ipprovduti EUR 15 biljun f’self fl-2023, lanqas ma huma proviżjonati bħala self tradizzjonali tal-AMF. Dan huwa l-uniku programm ta’ assistenza finanzjarja lil pajjiż terz li għalih l-ammonti mislufa huma appoġġati b’marġni ta’ manuvra baġitarja tal-Unjoni.
Meta wieħed iħares lil hinn mill-2027, filwaqt li jitqies is-self pendenti kollu fi tmiem l-2022, fil-perjodu 2028-2053 ir-ripagamenti annwali (kapital + imgħax) fir-rigward ta’ self appoġġat bil-marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji jammontaw għal medja ta’ EUR 4,6 biljun. Ir-ripagamenti annwali medji (kapital + imgħax) għas-self tal-RRF, appoġġati bil-marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu temporanju tar-riżorsi proprji, jammontaw għal EUR 2,1 biljun matul l-istess perjodu.
2.4
Ħarsa ġenerali lejn l-obbligazzjonijiet kontinġenti fi tmiem l-2022
Fi tmiem l-2022, il-baġit tal-UE kien espost għal obbligazzjonijiet kontinġenti totali għal ammont totali ta’ EUR 312 biljun (aktar minn EUR 206 biljun relatati ma’ self mogħti lill-Istati Membri u lil pajjiżi terzi, u EUR 106 biljun relatati ma’ garanziji pprovduti fil-kuntest tal-InvestEU, il-FEIS, l-EFSD, l-EFSD+ u l-ELM). L-akbar skopertura għall-baġit tal-UE oriġinat minn programmi ta’ assistenza finanzjarja mmirati lejn l-Istati Membri.
Illustrazzjoni 1: Tqassim tal-obbligazzjonijiet kontinġenti skont is-sors kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2022
(*) Abbażi tal-ammont totali ta’ “garanzija disponibbli ffirmata mal-kontropartijiet” (ara t-Tabella 1).
L-importanza dejjem tikber tal-garanziji baġitarji u tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE hija murija miż-żieda sostanzjali ta’ 40 % fl-ammont totali ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti bejn tmiem is-sena tal-2021 u tmiem is-sena tal-2022. L-assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi kważi rduppjat (+ 96 %), primarjament minħabba l-isforzi straordinarji biex l-Ukrajna tiġi appoġġata finanzjarjament.
L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-programmi ta’ garanzija baġitarja żdiedu wkoll b’mod sostanzjali (+ 75 %) minħabba l-bidu tal-fażi ta’ implimentazzjoni għal InvestEU u EFSD+. Ġiet irreġistrata wkoll żieda moderata għas-self lill-Istati Membri (+ 23 %), b’mod partikolari minħabba żborżi ta’ self addizzjonali skont l-RRF.
Illustrazzjoni 2: Diżaggregazzjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti skont is-sors fi tmiem l-2021 u l-2022 (f’biljuni ta’ EUR)
L-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE huma mistennija li jiżdiedu aktar sa tmiem l-2023 fir-rigward tal-appoġġ addizzjonali lil pajjiżi terzi, l-iżborż addizzjonali tas-self mill-RRF u l-progress ulterjuri fl-implimentazzjoni ta’ InvestEU u tal-EFSD+.
3.Il-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE
3.1
Parametru referenzjarju
Mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-proviżjonament ta’ ċerti obbligazzjonijiet finanzjarji tul il-ħajja kollha tagħhom li hija meħtieġa meta jiġġarrbu l-obbligazzjonijiet, l-Artikolu 210(3) tar-Regolament Finanzjarju jistipula li “l-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mill-garanziji baġitarji jew mill-assistenza finanzjarja mġarrba mill-baġit għandhom jitqiesu bħala sostenibbli, jekk l-evoluzzjoni pluriennali prevista tagħhom hija kompatibbli mal-limiti ffissati mir-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali previst fl-Artikolu 312(2) TFUE u l-limitu massimu fuq approprjazzjonijiet ta’ pagament annwali stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tad- Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom.” (jiġifieri l-limiti massimi tal-QFP u l-limitu massimu tar-riżorsi proprji).
Dan ifisser li r-riżorsi li l-UE tista’ tuża f’sena waħda taħt il-QFP attwali (limitu massimu tar-riżorsi proprji) għandhom ikunu biżżejjed biex jiffinanzjaw l-infiq li jirriżulta taħt il-QFP kif ukoll kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti li tista’ timmaterjalizza.
B’mod partikolari, il-pagamenti relatati ma’ obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati għal garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi jridu jiġu ffinanzjati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti u kwalunkwe pagament ulterjuri previst taħt il-QFP. It-Taqsima 3.2 ta’ dan ir-rapport tippreżenta l-valutazzjoni tal-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet disponibbli biex jiġu ssodisfati l-pagamenti mistennija u mhux mistennija li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi għall-obbligazzjonijiet kif kienu fi tmiem l-2022.
Il-pagamenti relatati mal-materjalizzazzjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja garantita b’marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri tal-UE jistgħu jiġu ffinanzjati billi jintalbu riżorsi proprji addizzjonali sal-limitu massimu stabbilit mid-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji. Id-differenza bejn il-limitu massimu tar-riżorsi proprji u r-riżorsi proprji meħtieġa għall-finanzjament tal-baġit tal-UE (magħruf bħala l-“marġni ta’ manuvra”) tirrappreżenta l-kapaċità finanzjarja tal-UE li tkopri flussi ta’ ħruġ addizzjonali relatati mal-materjalizzazzjoni ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn assistenza finanzjarja garantita b’marġni ta’ manuvra lill-Istati Membri tal-UE. Il-qafas ta’ valutazzjoni għal dan is-sett ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti ġie deskritt fid-dettall fir-rapport tal-2021. Ir-riżultati tal-valutazzjoni ta’ sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra eżistenti fi tmiem l-2022 huma ppreżentati fit-Taqsima 3.3 hawn taħt. Id-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji tal-2020 iżżid temporanjament il-limitu massimu tar-riżorsi proprji sabiex tkopri l-obbligazzjonijiet imġarrba matul l-implimentazzjoni ta’ NGEU, inklużi obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra li jirriżultaw minn self mill-RRF lill-Istati Membri.
3.2
Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati
(a) Proviżjonament disponibbli fi tmiem l-2022
L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn garanziji baġitarji u minn assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi huma proviżjonati fil-baġit tal-UE abbażi ta’ valutazzjoni konservattiva tat-telf mistenni għal kull strument flimkien ma’ bafer ta’ sikurezza addizzjonali (biex ikopri porzjon tat-telf mhux mistenni). Id-dispożizzjonijiet li jipproteġu l-baġit tal-UE kontra telf li jista’ jirriżulta minn garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi jinżammu fis-CPF. Fil-31 ta’ Diċembru 2022, is-CPF kien magħmul minn 14-il kompartiment, inklużi dawk għall-programmi ta’ garanzija kollha pendenti, dak għas-self storiku tal-ELM, tal-Euratom u tal-AMF (l-eks Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni jew GFEA), u dawk għas-self tal-AMF u tal-Euratom ta’ wara l-2020.
B’mod partikolari, is-self tal-AMF u tal-Euratom huwa appoġġat minn kompartimenti differenti tas-CPF:
-l-iskoperturi ta’ legat (EUR 7,7 biljun ta’ self tal-AMF u EUR 300 miljun ta’ self tal-Euratom) huma appoġġati mill-kompartiment tal-GFEA;
-is-self il-ġdid tal-AMF (EUR 1,2 biljun) impenjat fl-2022 huwa kopert mill-kompartiment tal-AMF ta’ wara l-2020;
-is-self eċċezzjonali tal-AMF lill-Ukrajna ta’ EUR 6 biljun (AMF I u AMF II eċċezzjonali) jinsab f’kompartiment separat maħluq ġdid minħabba l-istruttura speċjali tiegħu għall-kondiviżjoni tar-riskji. Pro memoria, għal dan il-pakkett eċċezzjonali ta’ self tal-AMF lill-Ukrajna, hija prevista rata ta’ kopertura ta’ 70 %: 9 % fil-forma ta’ proviżjonament imħallas mill-baġit tal-UE u 61 % fil-forma ta’ garanziji eżerċitabbli fuq it-tieni telf mill-Istati Membri (ara l-Kaxxa 1 hawn taħt).
Fil-31 ta’ Diċembru 2022, il-valur tas-suq tal-assijiet netti fis-CPF kien jammonta għal EUR 14,39 biljun, meta mqabbel ma’ EUR 12,31 biljun fil-31 ta’ Diċembru 2021. Għas-snin rimanenti ta’ dan il-QFP, il-Kummissjoni diġà assenjat aktar dispożizzjonijiet lis-CPF (b’mod partikolari dispożizzjonijiet relatati ma’ InvestEU u EFSD+), li se jwassal għal żieda ulterjuri tas-CPF.
L-assi tas-CPF bħalissa huma investiti f’konformità mal-Linji Gwida dwar il-Ġestjoni tal-Assi bl-għan li jipprovdu preservazzjoni tal-kapital matul il-perjodu ta’ investiment tiegħu. Il-portafoll huwa magħmul minn strumenti tas-suq monetarju denominati f’euro, titoli ta’ introjtu fiss denominati f’Euro u Dollaru Amerikan.
Iż-żieda qawwija bla preċedent u mhux mistennija fir-rati tal-imgħax wasslet għal tnaqqis tal-valur tas-suq tal-portafoll tas-CPF fl-2022 ta’ madwar 8,8 %, prinċipalment minħabba telf ta’ valutazzjoni mhux realizzat.
Madankollu, fuq terminu itwal, jenħtieġ li r-rati tal-imgħax ogħla jipprovdu l-pedament għal redditu pożittiv sostnut fuq l-investiment u jqiegħdu lis-CPF f’pożizzjoni tajba biex jirkupra porzjon kbir tal-valur mitluf matul is-snin li ġejjin.
Sabiex tkompli ttejjeb il-profil ta’ redditu / riskju fit-tul tas-CPF, fl-2022 il-Kummissjoni kompliet taħdem fuq id-diversifikazzjoni tal-assi u inkorporat skoperturi żgħar ta’ ekwità fil-parametru referenzjarju tas-CPF. Il-parametru referenzjarju tas-CPF ġie aġġornat ukoll biex jiġi żgurat fokus aktar b’saħħtu tal-ASG (Ambjentali, Soċjali u ta’ Governanza) tal-portafoll.
(b) Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-Garanziji baġitarji
Bħala rimarka preliminari, il-garanziji baġitarji tal-UE jistgħu jvarjaw sostanzjalment f’termini tal-objettivi ta’ politika u l-profil tar-riskju tal-operazzjonijiet sottostanti appoġġati taħt programm speċifiku. Dan imbagħad jista’ jwassal għal livell ta’ proviżjonament differenti, għal kull programm, ibbażat fuq valur fir-riskju (Value-at-Risk, VaR) tul il-ħajja f’ċertu perċentwal (predefinit) ta’ livell ta’ fiduċja biex tiġi żgurata kopertura xierqa tat-telf potenzjali. Minkejja l-fatt li f’xi każijiet id-dispożizzjonijiet disponibbli fi tmiem l-2022 kienu kemxejn aktar baxxi mill-VaRs rispettivi bil-livell ta’ fiduċja applikabbli, il-konklużjoni tal-adegwatezza tal-proviżjonament hija sostnuta minn diversi elementi inkluża l-fażi taċ-ċiklu tal-ħajja tal-garanzija (kostitwita bis-sħiħ jew mhux kostitwita bis-sħiħ), il-fatt li l-valuri tas-suq tas-CPF kienu affettwati minn telf ta’ natura mhux realizzata, u għall-ELM ir-regoli speċifiċi ta’ proviżjonament.
Huwa possibbli li jinsiltu l-konklużjonijiet li ġejjin mid-data disponibbli dwar it-telf nett tul il-ħajja fil-31 ta’ Diċembru 2022 dwar il-garanziji baġitarji fis-seħħ f’dik id-data:
-Għall-FEIS, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju mwettqa abbażi ta’ mudell tar-riskju ta’ kreditu għall-operazzjonijiet ta’ dejn tal-Infrastruttura u l-Innovazzjoni u fuq ġudizzju espert għall-ekwità u l-prodotti tad-dejn tat-Tieqa għall-SMEs, jindikaw ammont VaR ta’ EUR 8 977 800 000 f’livell ta’ fiduċja tul il-ħajja ta’ 95 %. Dan l-ammont huwa ġeneralment konformi mal-valur tas-suq tal-kompartiment tas-CPF tal-FEIS (EUR 8 570 691 859) b’mod partikolari meta jitqies li l-kompartiment tas-CPF tal-FEIS se jirreġistra d-dħul fl-2023 u li l-kompartiment tas-CPF tal-FEIS - minħabba ż-żieda fir-rati tal-imgħax fis-swieq - iffaċċja telf fl-2022 iżda ta’ natura mhux realizzata;
-fir-rigward tal-EFSD, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju jindikaw ammont ta’ VaR tul il-ħajja ta’ EUR 766 824 213 fil-livell ta’ fiduċja fil-mira ta’ 90 %. Dan l-ammont huwa kemxejn ogħla mill-valur tas-suq tal-kompartiment tas-CPF tal-EFSD minn tmiem l-2022 (EUR 728 175 822) fejn il-kompartiment tas-CPF tal-EFSD irrapporta total ta’ telf fil-valutazzjoni mhux realizzat ta’ madwar EUR 75 miljun. L-EFSD għadu fil-fażi ta’ irrankar;
-fir-rigward tal-ELM, ir-riżultati tal-analiżi tar-riskju jindikaw ammont ta’ VaR tul il-ħajja ta’ EUR 3 863 044 953 fil-livell ta’ fiduċja ta’ 90 %. Dan jaqbeż il-proviżjonament korrispondenti fil-kompartiment tas-CPF (fil-31 ta’ Diċembru 2022, il-parti pro-rata tal-ELM tal-kompartiment tal-GFEA kienet tammonta għal EUR 2 118 601 769). Innota li l-ELM huwa strument antik mingħajr livell ta’ fiduċja definit minn qabel li jsegwi regoli speċifiċi ta’ proviżjonament mhux biżżejjed u ta’ proviżjonament żejjed. Il-kompartiment tal-GFEA (li fih jinżamm l-ELM) jiżdied fuq bażi annwali f’każ li l-proviżjonament jaqa’ taħt id-9 % tal-ammonti żborżati pendenti garantiti. F’dan ir-rigward, jenħtieġ li jitfakkar li l-ELM jikkonsisti fl-amortizzazzjoni ta’ self b’perjodi twal ta’ ripagament, fejn it-telf għandu t-tendenza li jikkristallizza ruħu b’mod mhux f’daqqa. Barra minn hekk, il-proviżjonament għal self bi skop ġdid biex jappoġġa lill-Ukrajna huwa stabbilit għal 70 % u se jitħallas f’kompartiment ta’ proviżjonament delimitat matul is-snin li ġejjin.
(c) valutazzjoni tas-sostenibbiltà ta’ self proviżjonat lil pajjiżi terzi
Il-kompożizzjoni tal-portafoll tas-self tal-AMF pendenti lil pajjiżi terzi tinkludi self lil sett diversifikat ta’ pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali tal-UE, pajjiżi u territorji koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u pajjiżi terzi oħra li għandhom rwol determinanti fl-istabbiltà reġjonali u li huma ta’ importanza strateġika għall-Unjoni, u huma politikament, ekonomikament, u ġeografikament qrib l-Unjoni. L-ammonti ta’ proviżjonament disponibbli għall-iskoperturi differenti tal-AMF, f’konformità mar-rata skont l-atti leġiżlattivi rilevanti li jistabbilixxu s-self, jidhru adegwati meta jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
-in-nuqqas ta’ inadempjenza fil-pagament fis-sena ta’ rapportar 2022 kif ukoll fis-snin preċedenti;
-l-aġġustament tal-livelli ta’ proviżjonament biex jirriflettu riskji ogħla speċifiċi għall-pajjiż bħal bl-AMF 1 u 2 tal-Ukrajna;
-l-istruttura tal-maturitajiet tas-self relatat mal-pajjiżi terzi li jibbenefikaw minn assistenza finanzjarja li huma raġonevolment mifruxa sew fuq il-QFP attwali u l-MFFs sussegwenti, filwaqt li jiġi żgurat li l-impatt ta’ kwalunkwe nuqqas mill-benefiċjarji tas-self li jħallsu lura l-ammonti dovuti lill-UE jinfirex maż-żmien u jista’ jiġi akkomodat permezz ta’ dispożizzjonijiet disponibbli;
-Ir-rabta bejn is-self tradizzjonali tal-AMF u l-programmi tal-FMI u l-valutazzjoni relatata tas-sostenibbiltà tad-dejn. L-iżborż tal-pagamenti parzjali tas-self tal-MFA jiddependi fuq rekord sodisfaċenti fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi, li jfittxu li jiżguraw il-vijabbiltà finanzjarja tal-pajjiż terz u, b’hekk, ir-ripagament tal-fondi tal-Unjoni. Għas-self riċenti tal-AMF tal-Ukrajna, in-nuqqas ta’ rekwiżit formali ta’ programm tal-FMI huwa kkumpensat minn relazzjoni ta’ ħidma mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Ukrajna dwar il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi tagħhom, fokus qawwi kontinwu fuq is-sostenibbiltà tad-dejn tal-Ukrajna u li jkun akkumpanjat minn livell għoli ta’ proviżjonament u l-kopertura baġitarja addizzjonali rispettiva għal dan is-self speċifiku.
Fl-istess ħin, l-Ukrajna bbenefikat mill-appoġġ tal-FMI matul il-perjodu ta’ disponibbiltà tal-operazzjonijiet eċċezzjonali tal-AMF fil-forma ta’ żborż kemm taħt it-Tieqa għal Xokkijiet Alimentari tal-Istrument ta’ Finanzjament Rapidu f’Ottubru 2022, kif ukoll l-approvazzjoni f’Diċembru 2022 tal-Programm ta’ Monitoraġġ ta’ Involviment tal-Bord (PMB) li mhux wieħed ta’ żborż. Il-konklużjoni b’suċċess tal-PMB kienet pass importanti lejn l-approvazzjoni f’Marzu 2023 tal-arranġament ta’ finanzjament (“sħiħ”) skont il-Faċilità ta’ Fond Estiża (Extended Fund Facility, EFF).
Kaxxa 1: Obbligazzjonijiet kontinġenti tal-UE li jirriżultaw mill-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Ukrajna – Żviluppi ewlenin fl-2022-23
Minn meta faqqgħet il-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata li bdiet mir-Russja kontra l-Ukrajna, l-UE impenjat ruħha li tappoġġa bil-qawwa u bis-sħiħ lill-Ukrajna billi tipprovdi appoġġ politiku, ekonomiku, militari, finanzjarju u umanitarju b’saħħtu lill-Pajjiż. L-iżborżi l-ġodda tal-AMF tal-2022, li jammontaw għal EUR 7,2 biljun, kienu vitali biex tinżamm l-istabbiltà makroekonomika fil-pajjiż (EUR 1,2 biljun fl-ewwel trimestru u EUR 6 biljun aktar tard fis-sena). L-appoġġ finanzjarju lill-pajjiż ingħata wkoll permezz tal-portafoll ELM tal-BEI permezz tal-għoti ta’ skop ġdid ta’ self mhux żborżat għal ammont totali ta’ EUR 2,28 biljun (EUR 0,69 biljun f’Marzu 2022 u EUR 1,59 biljun li għandhom jiġu żborżati kompletament sa tmiem l-2023) kif ukoll EUR 120 miljun f’self tal-BERŻ parzjalment garantit mill-EFSD.
Minħabba r-riskji eċċezzjonali assoċjati mal-appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna fil-kuntest tal-gwerra, l-AMF eċċezzjonali ta’ EUR 6 biljun u l-EUR 1,59 biljun f’self bi skop ġdid skont l-ELM huma soġġetti għal kopertura baġitarja ta’ 70 %. Filwaqt li għas-self tal-ELM bi skop ġdid, il-kopertura se tieħu l-forma ta’ proviżjonament imħallas iffinanzjat mill-Baġit tal-UE, l-istess effett jinkiseb għall-AMF eċċezzjonali billi tinżamm ir-rata ta’ proviżjonament imħallsa fil-livell ta’ 9 % u tiġi ssupplimentata b’garanziji mill-Istati Membri li jkopru t-tieni biċċa ta’ telf ta’ 61 % tal-iskoperturi tas-self.
F’konformità mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni AMF II, il-Kummissjoni rrieżaminat l-adegwatezza tar-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 % fl-aħħar ta’ Ġunju 2023 u kkonkludiet għall-perjodu taħt eżami, li ma kienx hemm biżżejjed elementi dejjiema u sinifikanti ġodda li jiġġustifikaw bidla fir-rata ta’ proviżjonament ta’ 70 %.
L-appoġġ finanzjarju tal-UE lill-Ukrajna kompla fl-2023. Fid-data tal-kitba, l-Ukrajna kienet irċeviet EUR 15-il biljun addizzjonali żborżati mill-pakkett tal-AMF+ ta’ EUR 18 biljun adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-14 ta’ Diċembru 2022.
Dan l-ammont ġab l-iskoperturi diretti għall-Ukrajna għal-livell ta’ EUR 26,9 biljun, li minnhom EUR 4,7 biljun (self tal-MFA ta’ legat u tal-Euratom) appoġġati mill-kompartiment tal-GFEA, EUR 1,2 biljun (AMF ta’ emerġenza) mill-AMF ta’ wara l-2020, EUR 6 biljun (AMF I u II eċċezzjonali) mill-kompartiment eċċezzjonali tal-AMF, u EUR 15-il biljun (self tal-AMF+) mill-baġit tal-UE “marġni ta’ manuvra” (li jimplika l-ebda proviżjonament fis-CPF).
Fl-istess ħin, fi tmiem l-2022, il-portafoll kopert skont l-ELM (jiġifieri l-iskoperturi indiretti) kien fih ukoll self legat żborżat Ukren ta’ EUR 2,5 biljun. EUR 1,1 biljun addizzjonali ta’ skoperturi tal-ELM (mill-pakkett ta’ “self bi skop ġdid” ta’ EUR 1,59 biljun ta’ Lulju 2022) se jiġu appoġġati minn kompartiment iddedikat tas-CPF (b’rata ta’ proviżjonament applikabbli ta’ 70 %). Skopertura addizzjonali tal-UE ta’ EUR 74 miljun kienet pendenti fir-rigward ta’ operazzjonijiet imwettqa skont il-garanzija tal-EFSD.
Barra minn hekk, mill-ewwel nofs tal-2023, l-UE żiedet l-esponiment tagħha għall-Ukrajna billi ppermettiet sa EUR 100 miljun ta’ self ġdid tal-BEI lill-Ukrajna skont il-Fond EU4Ukraine proviżjonat b’ 70 % skont l-EFSD+, kif ukoll billi appoġġat lis-settur privat tal-Ukrajna permezz tal-Programm ta’ Garanzija għal Self Żgħir bl-IFC, li jkopri skont l-EFSD 50 % tal-portafoll aggregat ta’ EUR 97,2 miljun ta’ operazzjonijiet fl-Ukrajna.
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni pproponiet appoġġ finanzjarju addizzjonali fit-tul lill-Ukrajna fil-kuntest tal-proposta tagħha għar-rieżami / reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP 2021-2027 adottata fl-20 ta’ Ġunju 2023. B’mod partikolari, biex taqdi l-ħtiġijiet li qed jevolvu tal-pajjiż sal-2027, il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’ strument integrat u flessibbli, il-Faċilità tal-Ukrajna, b’kapaċità globali sa EUR 50 biljun għall-2024-27. L-appoġġi se jingħataw fil-forma ta’ self, għotjiet u garanziji.
3.3
Valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra
Il-kapaċità tal-baġit tal-UE li jipprovdi għal sitwazzjoni fejn l-iskopertura fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti garantiti b’marġni ta’ manuvra timmaterjalizza tiġi vvalutata bl-applikazzjoni tal-qafas imsemmi fil-paragrafu 3.1 hawn fuq.
Fir-rigward tal-obbligazzjonijiet tal-NGEU, il-limitu massimu tar-Riżorsi Proprji żdied b’ 0,6 % tal-ING tal-UE esklużivament biex jiggarantixxi dan il-ħruġ. Dan jiżgura li l-UE jkollha l-mezzi biex tħallas lura l-imgħax u l-kapital fuq id-dejn maħruġ biex tiffinanzja appoġġ mhux rimborsabbli tal-NGEU (għotjiet tal-RRF) u self mill-RRF lill-Istati Membri. Peress li tal-ewwel se jitħallsu permezz ta’ ammonti inklużi fl-ipprogrammar baġitarju annwali futur, is-self mill-RRF biss jirrappreżenta obbligazzjonijiet kontinġenti. Għalhekk, il-marġni ta’ manuvra huwa kkalkolat inkluż l-obbligazzjonijiet totali tal-NGEU, iżda l-analiżi tas-sensittività rrapportata f’din it-taqsima tiffoka speċifikament fuq il-materjalizzazzjoni tal-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn self taħt l-RRF, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 210(3) tar-Regolament Finanzjarju.
L-ewwel pass huwa li jiġi stabbilit xenarju ċentrali (linja bażi) li jikkorrispondi għall-evoluzzjoni mistennija tal-infiq u l-kapaċità finanzjarja tal-UE fis-snin sal-2027 f’konformità mar-rapport ta’ previżjoni fit-tul dwar in-nefqa tal-baġit u l-ħtiġijiet tad-dħul (l-Illustrazzjoni 3 hawn taħt). Minbarra s-sena baġitarja attwali, il-marġni ta’ manuvra disponibbli biex jiġu koperti l-obbligazzjonijiet kontinġenti eżistenti u ġodda fl-2024-2027 huwa bħala medja ta’ madwar EUR 97,4 biljun fis-sena fir-rigward tal-marġni taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 1,40 % tal-ING tal-UE u madwar EUR 109,1 biljun kull sena għal-limitu massimu temporanju ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE.
Ladarba jkun ġie stabbilit ix-xenarju ċentrali, testijiet addizzjonali jivvalutaw is-sostenibbiltà tal-obbligazzjonijiet kontinġenti eżistenti f’xenarji estremi fl-2023–2027.
1)Test tal-istress fuq l-ekonomija. Fix-xenarju ċentrali, l-ING isegwi l-projezzjonijiet tal-prodott domestiku gross (PDG) għat-tkabbir u l-inflazzjoni reali skont il-previżjoni ekonomika tar-rebbiegħa 2023 tal-Kummissjoni
. Għat-test tas-sensittività, ir-rati ta’ tkabbir nominali proġettati huma inqas mil-linja bażi b’punt perċentwali għal kull sena tal-perjodu rrapportat
. Dan inaqqas il-valur nominali tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji u għalhekk il-marġni ta’ manuvra disponibbli b’EUR 6,5 biljun fis-sena għall-ammonti “mhux ibbaġitjati” (marġni ta’ manuvra) taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji u b’EUR 2,8 biljun taħt il-limitu massimu temporanju għall-NGEU.
2)Test tal-istress fuq in-naħa tad-dħul tal-baġit. Dan ix-xenarju estrem jivvaluta jekk il-marġni ta’ manuvra disponibbli jkunx biżżejjed jekk l-obbligazzjonijiet kontinġenti kollha garantiti b’marġni ta’ manuvra jimmaterjalizzaw fl-istess ħin. F’termini prattiċi, dan ikun ifisser li l-Istati Membri kollha li jibbenefikaw minn programmi ta’ assistenza finanzjarja fl-istess ħin jonqsu milli jonoraw il-ħlasijiet lura tagħhom meta jsiru dovuti. L-ammonti inkwistjoni jirriflettu l-iskedi ta’ pagament lura fi tmiem l-2022 (ara t-Tabella 4 hawn fuq). Dan huwa xenarju estremament improbabbli li ma jqisx il-miżuri kollha li l-Kummissjoni tista’ tieħu biex tevita sitwazzjoni bħal din (eż. l-iskedar mill-ġdid tad-dejn u l-ġestjoni attiva tal-flus kontanti). F’dan ix-xenarju, il-marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji jitnaqqas b’EUR 4,3 biljun. L-obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw mis-self tal-RRF skont NextGenerationEU jkunu żgħar matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (madwar EUR 0,6 biljun fis-sena f’pagamenti tar-rata tal-imgħax), peress li r-ripagament tal-ammont prinċipali tas-self mill-RRF se jibda biss fl-2032.
3)Test tal-istress fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit. F’dan ix-xenarju, li jikkonċerna l-QFP, in-nefqa hija pproġettata sal-massimu teoretiku tiegħu (jiġifieri l-limiti massimi possibbli għall-pagamenti tal-QFP u l-istrumenti speċjali individwali kollha). Huwa importanti li jiġi enfasizzat li dan ma jirriflettix previżjoni minn isfel għal fuq u mhuwiex relatat ma’ xi aspettattivi reali rigward l-evoluzzjoni tal-pagamenti tal-UE u li fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit, kwalunkwe deċiżjoni biex jiżdied l-infiq (fil-limiti massimi tal-QFP) teħtieġ proposta mill-Kummissjoni u l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fir-rigward tan-nefqa baġitarja biex jiġu ssodisfati l-obbligi ta’ ripagament għall-appoġġ mhux ripagabbli tal-NGEU, ma hemm l-ebda limitu massimu speċifiku għan-nefqa fil-QFP 2021-2027
. Għalhekk, fir-rigward tar-ripagamenti tad-dejn tal-NGEU, is-suppożizzjoni f’dan it-test tal-istress hija li l-ħruġ kollu tal-NGEU li jimmatura f’sena partikolari jitħallas lura. Ir-riporti tad-dejn ippjanati mhumiex għalhekk ikkunsidrati f’din is-sitwazzjoni ipotetika. Dan it-test tal-istress juri li l-marġni ta’ manuvra huwa biżżejjed fix-xenarju fejn in-nefqa tilħaq il-massimu teoretiku. Il-marġni ta’ manuvra li jirriżulta taħt il-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji jkun ta’ EUR 81,3 biljun bħala medja, jiġifieri EUR 16,1 biljun inqas mil-linja bażi. Il-marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu temporanju tar-riżorsi proprji ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE li jiggarantixxi l-ħruġ tal-NGEU jitnaqqas b’medja ta’ EUR 9,8 biljun fis-sena, għal livell ta’ EUR 99,3 biljun bħala medja matul il-perjodu 2024-2027.
4)Test tal-istress ikkombinat fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi, id-dħul u n-nefqa. Dan huwa xenarju estrem li jikkombina x-xenarji sfavorevoli kollha deskritti fit-tliet punti ta’ hawn fuq. Dan inaqqas il-marġni ta’ manuvra taħt il-limitu massimu permanenti għal medja ta’ EUR 70,6 biljun matul il-perjodu 2024-2027 u għal-limitu massimu temporanju għal EUR 96,0 biljun. Dan l-ammont jidher li jikkostitwixxi bafer kbir ta’ sikurezza għall-kapaċità finanzjarja tal-UE biex tkopri l-obbligazzjonijiet tagħha (li jirriżultaw kemm minn operazzjonijiet mhux tal-NGEU kif ukoll minn dawk tal-NGEU) anke fil-każ ta’ xokkijiet ekonomiċi profondi, aktar nefqiet baġitarji u l-ħolqien possibbli ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti ġodda.
Ir-riżultati dettaljati għax-xenarji tat-test tal-linja bażi u ta’ stress huma pprovduti fl-Anness.
Illustrazzjoni 3: Il-limitu massimu tar-riżorsi proprji u l-ħtiġijiet tar-riżorsi proprji skont test bażi u testijiet ikkombinati tas-sensittività għal-limitu massimu permanenti ta’ 1,4 % tal-ING tal-UE.
Illustrazzjoni 4: Il-limitu massimu tar-riżorsi proprji u l-ħtiġijiet tar-riżorsi proprji skont test bażi u testijiet ikkombinati tas-sensittività għal-limitu massimu temporanju ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE.
4.
Konklużjonijiet
Fi tmiem l-2022, il-baġit tal-UE inkluda aktar minn EUR 206 biljun (EUR 15,3 biljun għal Stati li Mhumiex Membri u EUR 190,7 biljun għall-Istati Membri) f’obbligazzjonijiet kontinġenti li jirriżultaw minn self mogħti lill-Istati Membri u pajjiżi terzi, u minn EUR 106 biljun fir-rigward tal-garanziji pprovduti fil-kuntest tal-FEIS, l-InvestEU, l-EFSD, l-EFSD+ u l-ELM.
Ir-riskji li dan is-self ma jitħallasx lura mill-pajjiżi benefiċjarji jew li jissejħu l-garanziji, jiġu ġestiti bir-reqqa permezz ta’ qafas komprensiv ta’ ġestjoni tar-riskju li jinkludi, għal ċerti kategoriji ta’ obbligazzjonijiet kontinġenti, l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji biex jiġi kopert it-telf potenzjali b’livell ta’ fiduċja konservattiv biżżejjed.
Meta jitqiesu s-salvagwardji multipli pprovduti fil-qafas tal-UE għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskji marbuta kemm mal-obbligazzjonijiet kontinġenti proviżjonati kif ukoll ma’ dawk garantiti b’marġni ta’ manuvra u l-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ppreżentata f’dan ir-rapport, huwa possibbli li jinsiltu diversi konklużjonijiet.
-Ir-riskji li jirriżultaw minn strumenti proviżjonati (jiġifieri garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi) huma ġestiti bir-reqqa u proviżjonati b’mod adegwat. Din il-valutazzjoni tqis l-akkumulazzjoni ta’ pożizzjonijiet ta’ riskju fil-passat; data dwar inadempjenzi tal-passat u telf mistenni; il-miżuri li huma fis-seħħ biex jiżguraw li t-telf ma jaqbiżx il-livelli ta’ tolleranza predefiniti; u d-dispożizzjonijiet baġitarji li huma disponibbli biex ikopru t-telf potenzjali.
-Il-kapaċità finanzjarja tal-UE skont il-qafas legali eżistenti (jiġifieri d-Deċiżjoni dwar ir-Riżorsi Proprji u r-Regolament QFP) hija biżżejjed sew biex tkopri l-materjalizzazzjoni ta’ telf li jista’ jirriżulta fir-rigward ta’ self garantiti b’marġni ta’ manuvra bejn issa u tmiem l-2027. Bħala medja matul il-perjodu 2024-2027, il-marġni ta’ manuvra disponibbli biex jiġu koperti dawn l-obbligazzjonijiet kontinġenti fl-2024-2027 huwa ta’ madwar EUR 97,4 biljun fis-sena fir-rigward tal-marġni taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 1,40 % tal-ING tal-UE u madwar EUR 109,1 biljun kull sena għal-limitu massimu temporanju ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE. Dan il-marġni ta’ manuvra jista’ jissejjaħ biex jissodisfa sejħiet straordinarji ta’ dħul biex jiffinanzja nefqa mhux prevista jew biex jonora kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti eżistenti u potenzjali jekk dawn jimmaterjalizzaw.
-Il-marġni ta’ manuvra għandu riżorsi tajbin biex jiżgura r-robustezza tas-sistema finanzjarja tal-UE u l-affidabbiltà kreditizja tagħha anke f’xenarju negattiv estrem li jikkombina impatti negattivi fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekonomiċi, id-dħul u n-nefqa. F’xenarju negattiv bħal dan, il-marġni ta’ manuvra rimanenti taħt il-limitu massimu tar-riżorsi proprji ta’ 1,40 % tal-ING tal-UE jammonta għal medja ta’ EUR 70,6 biljun fis-sena matul il-perjodu 2024-2027 u għal EUR 96,0 biljun bħala medja fis-sena matul il-perjodu 2024-2027 taħt il-limitu temporanju ta’ 0,6 % tal-ING tal-UE. Dawn l-ammonti jirrappreżentaw riżerva ta’ sikurezza kontra xokkijiet ekonomiċi negattivi ulterjuri, inizjattivi ġodda ta’ nfiq u obbligazzjonijiet kontinġenti kemm għall-operazzjonijiet mhux tal-NGEU kif ukoll għall-NGEU.
Anness:
Is-sostenibbiltà u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu permanenti tar-riżorsi proprji (f’EUR biljun, fi prezzijiet attwali)
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Linja bażi
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (1,4 % tal-ING)
|
a
|
247,76
|
258,36
|
268,70
|
278,98
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
133,18
|
159,31
|
186,62
|
184,95
|
|
Marġni ta’ manuvra skont limitu massimu permanenti
|
a-b
|
114,58
|
99,05
|
82,09
|
94,03
|
|
Simulazzjoni ta’ kriżi
|
|
|
|
|
|
|
(1) Test tal-istress fuq l-ekonomija
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (1,4 % tal-ING)
|
a
|
245,34
|
253,34
|
260,91
|
268,23
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
133,18
|
159,31
|
186,62
|
184,95
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b
|
112,16
|
94,03
|
74,29
|
83,28
|
|
(2) Test tal-istress fuq id-dħul
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (1,4 % tal-ING)
|
a
|
247,76
|
258,36
|
268,70
|
278,98
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
133,18
|
159,31
|
186,62
|
184,95
|
|
Riżorsi proprji straordinarji biex ikopru s-CLs li mhumiex tal-NGEU*
|
c
|
3,34
|
3,28
|
6,86
|
3,58
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c
|
111,24
|
95,77
|
75,23
|
90,45
|
|
(3) Test tal-istress fuq in-nefqa
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (1,4 % tal-ING)
|
a
|
247,76
|
258,36
|
268,70
|
278,98
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
133,18
|
159,31
|
186,62
|
184,95
|
|
Riżorsi proprji addizzjonali (sal-limitu massimu tal-QFP, u l-massimu tal-istrumenti speċjali)**
|
c
|
29,72
|
21,24
|
2,34
|
11,08
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c
|
84,86
|
77,81
|
79,75
|
82,95
|
|
(4) Xokk negattiv / mhux favorevoli kkombinat
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (1,4 % tal-ING)
|
a
|
245,34
|
253,34
|
260,91
|
268,23
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-baġit (għajr l-NGEU)
|
b
|
133,18
|
159,31
|
186,62
|
184,95
|
|
Riżorsi proprji addizzjonali (sal-limitu massimu tal-QFP, u l-massimu tal-istrumenti speċjali)
|
c
|
29,72
|
21,24
|
2,34
|
11,08
|
|
Riżorsi proprji straordinarji biex ikopru s-CLs li mhumiex tal-NGEU
|
d
|
3,34
|
3,28
|
6,86
|
3,58
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c-d
|
79,10
|
69,52
|
65,10
|
68,62
|
* Il-valutazzjoni tar-riskju marbuta mal-istrument SURE tqis il-kontrogaranzija speċifika pprovduta mill-Istati Membri kollha għal 25 % tal-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja. Fil-prattika, il-pagamenti annwali kollha fir-rigward tas-self ta’ SURE jistgħu jiġu esklużi mir-riskju annwali għas-snin koperti fil-perjodu taħt eżaminazzjoni, minħabba li l-ammonti li jkunu dovuti huma koperti bis-sħiħ mill-garanziji tal-Istati Membri.
** In-nefqa hija pproġettata fil-massimu teoretiku: (1) il-limitu massimu tal-pagamenti tal-QFP fl-2024-2027
, (2) aġġustamenti futuri sal-massimu potenzjali tagħhom fi kwalunkwe sena
, u (3) il-limiti massimi annwali tal-istrumenti tematiċi speċjali (il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, ir-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza, u r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit) u l-Istrument ta’ Flessibbiltà
Is-sostenibbiltà u l-marġni ta’ manuvra fir-rigward tal-limitu massimu temporanju tar-riżorsi proprji (f’EUR biljun, fi prezzijiet attwali)
|
|
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
|
Linja bażi
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
106,18
|
110,73
|
115,16
|
119,56
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
3,87
|
2,68
|
3,75
|
4,99
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b
|
102,31
|
108,04
|
111,41
|
114,58
|
|
Simulazzjoni ta’ kriżi
|
|
|
|
|
|
|
(1) Test tal-istress fuq l-ekonomija
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
105,15
|
108,57
|
111,82
|
114,96
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
3,87
|
2,68
|
3,75
|
4,99
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b
|
101,28
|
105,89
|
108,07
|
109,97
|
|
(2) Test tal-istress fuq l-introjtu
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
106,18
|
110,73
|
115,16
|
119,56
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
3,87
|
2,68
|
3,75
|
4,99
|
|
Riżorsi proprji straordinarji biex ikopru s-CLs tal-NGEU (rimborżi tas-self tal-NGEU dovuti)
|
c
|
0,55
|
0,55
|
0,55
|
0,55
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c
|
101,76
|
107,49
|
110,86
|
114,02
|
|
(3) Test tal-istress fuq in-nefqa
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
106,18
|
110,73
|
115,16
|
119,56
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
3,87
|
2,68
|
3,75
|
4,99
|
|
Riżorsi proprji addizzjonali għall-NGEU (ħruġ li jimmatura, bl-esklużjoni tas-CLs u l-ammonti bbaġitjati)
|
c
|
0,00
|
11,25
|
18,95
|
8,95
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c
|
102,31
|
96,79
|
92,46
|
105,63
|
|
(4) Xokk negattiv / mhux favorevoli kkombinat
|
|
|
|
|
|
|
Limitu massimu tar-Riżorsi Proprji (0,6 % tal-ING)
|
a
|
105,15
|
108,57
|
111,82
|
114,96
|
|
Riżorsi proprji għall-finanzjament tal-NGEU
|
b
|
3,87
|
2,68
|
3,75
|
4,99
|
|
Riżorsi proprji addizzjonali għall-NGEU (ħruġ li jimmatura, bl-esklużjoni tas-CLs u l-ammonti bbaġitjati)
|
c
|
0,00
|
11,25
|
18,95
|
8,95
|
|
Riżorsi proprji straordinarji biex ikopru s-CLs tal-NGEU
|
d
|
0,55
|
0,55
|
0,55
|
0,55
|
|
Marġni ta’ manuvra
|
a-b-c-d
|
100,72
|
94,09
|
88,56
|
100,47
|
.