IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 17.1.2023
COM(2023) 32 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 17.1.2023
COM(2023) 32 final
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa
1.Introduzzjoni
Fis-soċjetajiet u fl-ekonomiji tagħna qed iseħħu trasformazzjonijiet demografiċi serji 1 . B’mod ġenerali, il-popolazzjoni fl-UE qed tixjieħ u r-rati tat-twelid ilhom jonqsu b’mod kostanti mis-snin sittin. Diversi reġjuni fl-UE jiffaċċjaw il-problema tat-tluq qawwi tal-forza tax-xogħol tagħhom li hi żagħżugħa u b’ħiliet speċjalizzati 2 .
Il-kombinazzjoni ta’ dawn ix-xejriet demografiċi wasslet għal tnaqqis fil-popolazzjoni ta’ età tax-xogħol 3 . Wara li naqset bi 3.5 miljun persuna bejn l-2015 u l-2020, il-popolazzjoni fl-età tax-xogħol tal-UE mistennija li tonqos aktar matul is-snin u d-deċennji li ġejjin, bit-telf ta’ 35 miljun persuna addizzjonali sal-2050.
Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri huma milqutin, iżda b’xi mod xi reġjuni huma milqutin ħafna aktar minn oħrajn. Tabilħaqq, b’mod parallel mat-tfixkil ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19, ir-reġjuni li spiss ikunu diġà żvantaġġati, isofru daqqa ta’ ħarta oħra meta jitilfu lil dawk iċ-ċittadini li huma l-aħjar u l-aktar brillanti, li jitilqu biex ifittxu xortihom x’imkien ieħor, filwaqt li fl-istess ħin ma jirnexxilhomx jattiraw persuni minn barra r-reġjun.
Jekk ma jiġix indirizzat, dan se jixkatta disparitajiet territorjali ġodda u li jkomplu jikbru hekk kif il-popolazzjoni tar-reġjuni tkompli tixjieħ u b’hekk jaqgħu lura f’termini tad-daqs u l-ħiliet tal-forzi tax-xogħol tagħhom. Il-bidla fix-xenarju demografiku tal-Ewropa se xxekkel ir-reżiljenza u l-kompetittività tal-UE kollha kemm hi u tikkomprometti l-Koeżjoni. Dan qed iseħħ fil-kuntest ta’ tellieqa globali ħarxa għat-talent u fl-isfond ta’ trasformazzjonijiet strutturali oħra, bħat-tranżizzjoni għal ekonomija newtrali għall-klima u reżiljenti u tibdil teknoloġiku, li jistgħu jaggravaw ukoll id-disparitajiet bejn ir-reġjuni.
Forza tax-xogħol li qed tiċkien hija għalhekk fenomenu demografiku, ekonomiku u soċjali fl-istess ħin. F’xi reġjuni, l-isfidi li jirriżultaw huma intensifikati minn proporzjon baxx u staġnat ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja. Dan inaqqas il-kapaċità reġjonali biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi ta’ forza tax-xogħol li qed tonqos. Dan jaffettwa b’mod partikolari ż-żoni rurali, iżda r-reġjuni periferiċi, ultraperiferiċi 4 u ta’ tranżizzjoni industrijali huma affettwati wkoll mid-depopolazzjoni, it-tluq lejn reġjuni aktar għonja, b’mod partikolari ta’ ħaddiema żgħażagħ u kwalifikati u diffikultajiet fil-promozzjoni, iż-żamma u l-attrazzjoni tat-talent.
Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq ir-reġjuni li qed jiffaċċjaw sett ta’ sfidi relatati: tnaqqis qawwi fil-popolazzjoni fl-età tax-xogħol flimkien ma’ proporzjon baxx u staġnat ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja kif ukoll reġjuni li qed ikollhom tluq sinifikanti ta’ żgħażagħ.
Dawn ir-reġjuni qed jaqgħu f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti jew qed jirriskjaw li jaqgħu f’din in-nassa. Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tixjieħ u li qed tonqos, kif ukoll nuqqas ta’ dinamiżmu ekonomiku jwasslu għal tnaqqis ta’ ħaddiema b'livell għoli ta' ħiliet u ħaddiema żgħażagħ. Barra minn hekk, reġjuni bħal dawn jiffaċċjaw sfidi soċjoekonomiċi sinifikanti, bħan-nuqqas ta’ possibbiltajiet ta’ diversifikazzjoni ekonomika, sovradipendenza fuq setturi li sejrin lura, u kapaċità ta’ innovazzjoni limitata. Dan huwa marbut mill-qrib mas-swieq tax-xogħol bi prestazzjoni baxxa, rati aktar baxxi ta’ tagħlim għall-adulti, eżiti soċjali ifqar u aċċess aktar limitat għas-servizzi essenzjali 5 . Din it-taħlita ta’ sfidi tillimita l-kapaċità ta’ dawn ir-reġjuni li jibnu ekonomiji sostenibbli, kompetittivi u bbażati fuq l-għarfien.
Iż-żieda fid-disparitajiet territorjali, li tirriżulta minn dawn in-nases tal-iżvilupp tat-talenti, tirriżulta f’għadd dejjem jikber ta’ persuni u komunitajiet li jħossu li qed jitħallew lura, u dan ikompli jalimenta t-tendenzi attwali ta’ skuntentizza politika 6 . Dan inaqqas il-fiduċja fil-valuri demokratiċi tagħna u jnaqqas l-appoġġ pubbliku għar-riformi, inklużi dawk relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali.
Sabiex jiġi evitat ir-riskju li jiżdiedu n-nases tal-iżvilupp tat-talent, huwa essenzjali li tingħata spinta kemm lid-domanda għat-talent b’mod partikolari permezz ta’ opportunitajiet ekonomiċi aktar dinamiċi u diversi, kif ukoll lill-provvista tat-talent. Dan jirrikjedi sett ta’ investimenti u riformi, appoġġati fost l-oħrajn mill-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi ta’ Koeżjoni u l-pjanijiet għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Jenħtieġ li r-rispons ta’ politika jkun jinkludi sett komprensiv ta’ miżuri żviluppati u implimentati permezz ta’ approċċi bbażati fil-post, imfassla għaċ-ċirkostanzi lokali, iggwidati mill-Politika ta’ koeżjoni u kkomplementati minn strateġiji settorjali. Jenħtieġ li r-reġjuni kkonċernati jtejbu wkoll l-ambjent imprenditorjali u l-kwalità tal-ħajja biex isiru postijiet aktar attraenti fejn wieħed jgħix u jaħdem. Dan jista’ jgħin biex jitrawwem it-talent meħtieġ għall-iżvilupp ekonomiku tagħhom, li qed isir dejjem aktar dipendenti fuq l-għarfien u l-innovazzjoni u, għalhekk, fuq persuni b’livell għoli ta’ ħiliet. B’mod parallel, is-Semestru Ewropew se jkollu rwol attiv fit-trawwim tar-riformi meħtieġa, b’mod partikolari fis-suq tax-xogħol jew fis-sistema edukattiva biex jiġi stimulat l-iżvilupp tat-talenti.
Din il-Komunikazzjoni hija l-ewwel riżultat ewlieni tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet proposta mill-Kummissjoni, li għandha l-għan li tippromwovi aktar it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet u li tiggarantixxi li ħadd ma jitħalla lura fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali , u fl-irkupru ekonomiku. Id-dimensjoni territorjali se tkun kruċjali f’dan l-isforz peress li r-reġjuni żvantaġġati u remoti, inklużi dawk ultraperiferiċi, jiffaċċjaw sfidi aktar severi.
Din il-Komunikazzjoni tiddeskrivi miżuri mmirati biex jippromwovu, iżommu u jattiraw it-talent biex jittrasformaw ir-reġjuni kollha f’postijiet dinamiċi xprunati mit-talenti. Miżuri bħal dawn jeħtieġu l-ewwel u qabel kollox il-mobilizzazzjoni tal-livelli nazzjonali u reġjonali, biex jisfruttaw il-vantaġġi reġjonali ewlenin bħal bliet żgħar u ta’ daqs medju, universitajiet, istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV), fornituri ta’ tagħlim għall-adulti, faċilitajiet ta’ riċerka kif ukoll kumpaniji u raggruppamenti ta’ negozji żgħar li jistgħu jiggarantixxu żvilupp reġjonali fit-tul. Tali objettivi huma allinjati wkoll mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.
L-azzjonijiet proposti f’din il-Komunikazzjoni se jkunu sostnuti minn mekkaniżmu ddedikat tal-UE biex jappoġġa t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji reġjonali u territorjali mmirati li huma bbażati fuq is-sitwazzjoni u l-vantaġġi speċifiċi tar-reġjuni, u bl-implimentazzjoni ambizzjuża tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE, flimkien ma’ użu mmirat tal-fondi eżistenti tal-UE, bl-għan li l-użu tagħhom jiġi adattat għax-xejriet demografiċi esperjenzati fl-UE.
2.Ħafna reġjuni tal-UE mhumiex mgħammra biżżejjed biex jisfruttaw it-talent meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom
2.1.Ħafna reġjuni tal-UE qed jesperjenzaw tnaqqis rapidu tal-popolazzjoni tagħhom li hija fl-età tax tagħhom u għadhom lura fl-iżvilupp, l-attrazzjoni u / jew iż-żamma ta’ ħaddiema tas-sengħa
Filwaqt li t-tnaqqis tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol huwa mifrux, meta aktar minn nofs il-popolazzjoni tal-UE tgħix f’reġjuni fejn il-popolazzjoni qed tonqos, ma’ dan it-tnaqqis jeżistu sfidi strutturali oħrajn. Meta mqabblin mal-medja tal-UE, xi reġjuni għandhom proporzjon ferm aktar baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja, u huwa komparattivament inqas probabbli li l-adulti żgħażagħ (ta’ bejn l-20 u l-24 sena) jirreġistraw għal edukazzjoni terzjarja. Barra minn hekk, filwaqt li fil-livell tal-UE l-proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja fil-firxa ta’ età bejn il-25 u l-64 sena qed jikber, minħabba li dawk ta’ età iżgħar għandhom edukazzjoni ogħla minn dawk akbar fl-età, dan il-proporzjon kiber aktar bil-mod f’dawn ir-reġjuni, u din ix-xejra mistennija li tkompli. Bi proporzjon ta’ ħaddiema b’livell terzjarju ta’ edukazzjoni dejjem jonqos jew staġnat, dawn ir-reġjuni mhux se jkunu jistgħu jikkumpensaw għat-tnaqqis fil forza tax-xogħol b’ħaddiema li għandhom livell għoli ta’ ħiliet. Jekk ma jiġix indirizzat, dan se jżid id-distakk fit-talent u dak ekonomiku meta mqabbel ma’ reġjuni tal-UE aktar dinamiċi.
Ir-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti għandhom ukoll proporzjon ogħla ta’ persuni li jabbandunaw kmieni l-edukazzjoni u t-taħriġ. Ir-rata taż-żgħażagħ li la għandhom impjieg u lanqas jinsabu fis-sistema edukattiva jew taħriġ (NEET) hija ħafna ogħla f’dawn ir-reġjuni (19 %, meta mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 13 %). Wisq żgħażagħ f’dawn ir-reġjuni ma jlestux l-edukazzjoni sekondarja għolja u jispiċċaw bi ftit prospetti ta’ impjieg.
Il-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim hija ferm aktar baxxa f’reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti (b’rata ta’ 5.6 %, meta mqabbla mal-medja tal-UE ta’ 10 %): inqas huma dawk li qed jaġġornaw il-ħiliet tagħhom jew qed jitgħallmu ħiliet ġodda, inklużi dawk li hemm bżonnhom għat-tranżizzjoni doppja, bir-riskju ta’ spariġġ ogħla mal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol li qed jevolvu b’mod rapidu. Fl-Istati Membri, il-prestazzjoni f’termini ta’ tagħlim għall-adulti tvarja b’mod konsiderevoli, b’rati ħafna ogħla fiż-żoni urbani milli fiż-żoni rurali.
L-aċċessibbiltà fiżika għall-infrastruttura edukattiva hija wkoll aktar baxxa f’dawn ir-reġjuni. Għalkemm kull wieħed minn dawn ir-reġjuni jospita università waħda jew aktar, inqas nies jgħixu f’distanza ta’ sewqan ta’ 45 minuta mill-eqreb università meta mqabbla ma’ reġjuni oħra.
Jeżistu differenzi kbar fl-Istati Membri, b’mod partikolari bejn ir-reġjuni kapitali u reġjuni oħra, xi drabi b’disparitajiet territorjali fir-reġjuni nfushom. Fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, ir-reġjun kapitali, bl-universitajiet tiegħu, konċentrazzjoni ta’ impjiegi li jirrikjedu livell għoli ta’ ħiliet, opportunitajiet ekonomiċi, prospetti kulturali u soċjali vibranti, iservi ta’ attrazzjoni għal ħafna żgħażagħ. Dawn imorru hemm biex jistudjaw jew isibu impjieg ftit wara l-istudji tagħhom. Meta jikbru fl-età, probabbli jitilqu mir-reġjun kapitali. Din iċ-ċirkolazzjoni tat-talenti hija sitwazzjoni fejn kulħadd jirbaħ, iżda tista’ tkun realtà biss jekk ir-reġjuni kollha jkunu attrezzati l-istess biex jattiraw it-talent.
2.2.Ir-reġjuni li qed jitilfu t-talent żagħżugħ jinsabu f’riskju li jaqgħu f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti
L-edukazzjoni terzjarja tista’ tagħti kontribut importanti għad-dinamiżmu u l-attraenza reġjonali. Madankollu, huwa daqstant importanti, minn naħa waħda, li jinħolqu opportunitajiet ekonomiċi sabiex jattiraw u jżommu t-talent, u, min-naħa l-oħra, li l-provvista tal-ħaddiema tkun taqbel mal-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq. In-nuqqas ta’ prospetti tal-karriera jista’ jiskoraġġixxi liż-żgħażagħ milli jinvestu f’edukazzjoni terzjarja u jwassal lil xi wħud biex ifittxu opportunitajiet ta’ karriera xi mkien ieħor. Ir-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ (ta’ bejn il-15 u l-34) tammonta għal 14.6 % f’reġjuni li jinsabu f’nassa tal-iżvilupp jew f’riskju li jaqgħu fiha, li hi ferm ogħla milli fl-UE (11.1 %). Barra minn hekk, filwaqt li t-tluq taż-żgħażagħ iġib miegħu opportunitajiet ġodda għall-individwu, bl-istess mod jista’ jirriżulta fil-ħolqien ta’ aktar tensjonijiet fis-suq tax-xogħol u jista’ jaggrava n-nuqqas ta’ impjiegi f’xi setturi.
Il-mobbiltà tan-nies hija influwenzata minn diversi fatturi: l-opportunitajiet ta’ xogħol, il-pagi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-opportunitajiet indaqs, il-post u s-servizzi disponibbli fl-inħawi tagħhom u l-fiduċja fl-istituzzjonijiet.
F’dan ir-rigward, il-pagi, l-introjtu, u l-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti huma sostanzjalment aktar baxxi milli fil-bqija tal-UE (b’kumpens għal kull impjegat (purchasing power standard, PPS) ta’ 82 % tal-medja tal-UE). Il-kwalità tal-istituzzjonijiet hija wkoll aktar baxxa, peress li l-Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Gvern ta’ dawn ir-reġjuni bħalissa huwa biss madwar 60 % tal-medja tal-UE.
Mingħajr strateġija integrata biex tingħata spinta lit-talent u jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ żvilupp, ir-reġjuni affettwati minn perċentwal għoli ta’ żgħażagħ li qed jitilqu jistgħu jsibu ruħhom f’sitwazzjoni strutturali simili għal reġjuni li qed jiffaċċjaw tnaqqis bil-mod iżda li qed jaċċellera fil-popolazzjoni tagħhom fl-età tax-xogħol u bi proporzjon staġnat ta’ gradwati fil-livell terzjarju.
2.3.Reġjuni li jinsabu, jew li x’aktarx jaqgħu, f’nassa tal-iżvilupp tat-talent
In-nassa tal-iżvilupp tat-talenti hija multidimensjonali u tippreżenta riskju sinifikanti għall-prosperità fit-tul tar-reġjuni.
Il-mappa tindika 46 reġjun (bl-aħmar) li jinsabu f’nassa tal-iżvilupp tat-talent. Dawn ir-reġjuni qed jiffaċċjaw tnaqqis dejjem aktar mgħaġġel tal-popolazzjoni tagħhom li hi fl-età tax-xogħol , u bejn l-2015 u l-2020 kellhom għadd baxx u staġnat ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja. Dan il-grupp ta’ reġjuni jirrappreżenta 16 % tal-popolazzjoni tal-UE. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn ir-reġjuni huma inqas żviluppati, bi PDG per capita medju ta’ 64 % tal-medja tal-UE. Dan il-grupp ta’ reġjuni huwa aktar rurali mill-bqija tal-UE, b’31 % tal-popolazzjoni tiegħu tgħix f’żoni rurali, meta mqabbel ma’ 21 % bħala medja fl-UE.
Il-mappa tidentifika wkoll it-tieni grupp ta’ 36 reġjun (bl-isfar) li huma f’riskju li jaqgħu f’nassa tal-iżvilupp tat-talent fil-futur, minħabba li huma affettwati drastikament mit-tluq tal-popolazzjoni tagħhom ta’ bejn il-15 u d-39 sena (tnaqqis ta’ aktar minn -2 għal kull elf fis-sena meta mqabbel ma’ medja ta’ 5.3 għal kull elf fl-UE). Dan il-grupp jirrappreżenta 13 % tal-popolazzjoni tal-UE.
Flimkien, iż-żewġ kategoriji ta’ reġjuni 7 jirrappreżentaw 30 % tal-popolazzjoni tal-UE 8 .
Il-kombinazzjoni tal-fatturi differenti msemmija hawn fuq f’dawn ir-reġjuni tirriżulta fil-ħolqien ta’ spiral ’l isfel li jfixkel u jrażżan t-tkabbir fit-tul. B’kuntrast ma’ dan, hemm bżonn ta’ strateġija komprensiva ta’ riżorsi u inċentivi biex jinkiser iċ-ċirku vizzjuż u jiġi ġġenerat dinamiżmu ekonomiku akbar.
3.Nagħtu spinta lid-domanda għat-talent u l-provvista tiegħu biex jiġu evitati n-nases ta’ żvilupp
Sabiex jevitaw li jaqgħu jew jibqgħu f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti, iridu jsibu modi biex jistimulaw kemm il-provvista tat-talent kif ukoll id-domanda għalih u fl-istess ħin iqabbluhom mal-ħtiġijiet li qed jinbidlu tal-ekonomiji tagħhom. Dan jinkludi li jindirizzaw l-ineffiċjenzi li għandhom fis-suq tax-xogħol, fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fis-sistemi ta’ tagħlim għall-adulti, itejbu l-prestazzjoni tal-innovazzjoni, tal-governanza pubblika u tal-ambjent imprenditorjali u jżidu l-livell tas-servizzi u l-aċċess għalihom. Ir-reġjuni u t-territorji kollha tal-UE li qed jiffaċċjaw tnaqqis fil-popolazzjoni tagħhom fl-età tax-xogħol u li huma lesti li jagħtu spinta lill-attraenza tagħhom u jiżviluppaw, jattiraw u jżommu aħjar it-talent se jibbenefikaw minn inizjattiva ġdida ddedikata tal-UE: il-Mekkaniżmu ta’ Spinta tat-Talent. Barra minn hekk, ir-reġjuni f’riskju li jaqgħu f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti se jibbenefikaw ukoll minn appoġġ apposta f’ċerti komponenti ta’ dan il-mekkaniżmu (ara l-punt 3,5).
3.1.Nilliberaw l-iżvilupp tat-talenti bl-appoġġ ta’ politiki bbażati fil-post
3.1.1.Appoġġ għar-rivitalizzazzjoni ekonomika u aċċess aħjar għas-servizzi
Ir-rivitalizzazzjoni tar-reġjuni teħtieġ diversifikazzjoni tan-nisġa ekonomika tagħhom flimkien ma’ titjib fl-aċċessibbiltà għas-servizzi fil-qafas ta’ strateġiji bbażati fil-post. Il-politika ta’ Koeżjoni tal-UE, bħala katalist għal politiki bbażati fil-post, f’sinerġija mad-dimensjoni tal-iżvilupp rurali tal-Politika Agrikola Komuni, tipprovdi lil dawn ir-reġjuni b’qafas strateġiku integrat għall-ippjanar ta’ investimenti fit-tul, permezz ta’ governanza effiċjenti u l-involviment tal-atturi lokali 9 . Minħabba d-disparitajiet demografiċi sottonazzjonali, huwa essenzjali li jiġu involuti l-awtoritajiet reġjonali u lokali fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta’ finanzjament fl-ambitu tal-programmi ta’ Koeżjoni 2021-2027 biex dawn l-istrateġiji jirnexxu.
Dawn l-istrateġiji bbażati fil-post biex jappoġġjaw ir-rivitalizzazzjoni ekonomika tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent jistgħu jgħinu wkoll biex tiġi indirizzata t-trasformazzjoni industrijali rapida xprunata mill-objettivi ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Mingħajr dinamiżmu ekonomiku u l-bażi tal-ħiliet adatt biex jiġu attirati attivitajiet b’potenzjal għoli, mhux se jiġu sfruttati għalkollox l-opportunitajiet ta’ tkabbir u l-benefiċċji tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali għall-iżvilupp ta’ dawn ir-reġjuni. Minħabba li dawn it-tranżizzjonijiet jeħtieġu innovazzjoni u teknoloġiji ġodda u li l-ħaddiema jaġġustaw il-ħiliet tagħhom u jbiddlu l-impjieg jew il-professjoni, il-kapaċità li tinżamm bażi tajba ta’ ħiliet u opportunitajiet ta’ taħriġ se tkun partikolarment rilevanti 10 .
Il-pilastri differenti tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, li jikkomplementaw strumenti oħra fl-ambitu tal-Politika ta’ koeżjoni, jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji komprensivi fit-territorji milquta, u jippermettu d-diversifikazzjoni tan-nisġa ekonomika tagħhom, it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol tagħhom u b’hekk jistimulaw id-dinamiżmu u l-attraenza tagħhom.
Fil-livell lokali, l-approċċ speċifiku minn isfel għal fuq u bbażat fil-post żviluppat minn gruppi ta’ azzjoni lokali mibdija fl-ambitu tal-Politika Agrikola Komuni ma’ LEADER, u issa appoġġat mill-FAEŻR, il-FEMSA u l-Fondi ta’ Koeżjoni, jagħti s-setgħa lill-komunitajiet lokali biex ifasslu strateġiji u proġetti li għandhom il-potenzjal li jagħtu ħajja ġdida lit-territorji. Pereżempju, f’żoni fejn is-sajd u l-akkwakultura huma attivitajiet importanti, il-grupp ta' azzjoni lokali (GAL), appoġġati mill-FEMSA, iħejju u jimplimentaw strateġiji integrati li jindirizzaw it-tnaqqis fl-introjtu u fl-impjiegi tal-komunitajiet tas-sajd.
Il-Finlandja: Fil-Lapland, bejn l-2017 u l-2020 il-GAL iffinanzjaw proġett ta’ reklutaġġ u taħriġ fis-sajd biex fiż-żona madwar ir-riżervi ta’ Lokka u Porttipahta terġa’ tingħata l-ħajja lis-settur tas-sajd li qed jixjieħ . B’riżultat ta’ dan, għadd ta’ żgħażagħ issa huma attivi f’dan is-settur u bdew joperaw fir-reġjun. Bis-saħħa tal-proġett, saru investimenti ġodda fl-infrastruttura tal-port u tal-ipproċessar (kif ukoll finanzjament ieħor għall-iżvilupp), u huwa mistenni aktar investiment f’dan il-qasam. Dawn is-sajjieda ġodda taw ħajja ġdida lis-settur tas-sajd lokali billi ġabu magħhom ideat ġodda u enerġija għall-iżvilupp.
Fost is-setturi ekonomiċi li jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti hemm l-ekonomija tal-anzjani.
Spanja: Castilla u León bħala reġjun li qed jixjieħ malajr, ippromwova mudell “Atención en Red” (“Kura permezz tan-Network”), li joffri alternattiva għall-istituzzjonalizzazzjoni, u huwa bbażat fuq teknoloġiji ġodda applikabbli għall-kura soċjali u sanitarja tan-nies. B’mod partikolari l-mudell għandu l-għan li jippermetti lill-anzjani jiżviluppaw il-proġetti tal-ħajja tagħhom, bl-ogħla livell ta’ awtonomija u kwalità tal-ħajja, kull fejn jiddeċiedu li jgħixu. Dan il-mudell jikkontribwixxi biex jiffavorixxi l-koeżjoni soċjali, jippromwovi l-impjiegi lokali, jagħti ħajja ġdida lit-territorju u jippreserva l-popolazzjoni, b’mod partikolari billi jattira professjonisti tal-kura tas-saħħa b’kundizzjonijiet tax-xogħol favorevoli.
It-turiżmu huwa settur ekonomiku importanti ieħor għal ħafna minn dawn ir-reġjuni. Il-perkors ta’ tranżizzjoni għat-turiżmu 11 jenfasizza l-ħtieġa għal strateġiji ppjanati tajjeb li jqisu l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tat-turiżmu u jinvolvu l-komunitajiet lokali. Dawn l-istrateġiji jistgħu jgħinu biex jinħolqu opportunitajiet ġodda u jgħinu l-benesseri tal-komunitajiet lokali. It-Tabella Operattiva tat-Turiżmu tal-UE 12 li timmonitorja t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u l-fatturi ta’ reżiljenza soċjoekonomika tal-attivitajiet tat-turiżmu fl-Ewropa, turi kif dawn jistgħu jvarjaw ħafna bejn ir-reġjuni.
L-aċċess ugwali għal servizzi u infrastruttura ta’ kwalità bħall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, l-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kura tas-saħħa u fit-tul, l-akkomodazzjoni affordabbli u s-servizzi kulturali, it-trasport, il-provvista tal-enerġija u l-aċċess għall-internet, għandu rwol kruċjali fil-kompetizzjoni globali biex jiġi żviluppat, attirat u ppreservat it-talent.
Il-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq fejn uħud jagħżlu li jgħixu. Il-pandemija biddlet ukoll id-daqs u l-post tal-uffiċċji u tal-ispazji tax-xogħol. Dan jista’ jżid l-attraenza tar-reġjuni fejn l-ispejjeż tal-proprjetà immobbli huma aktar baxxi u joffru kwalità tal-ħajja aħjar, u b’hekk iżidu l-opportunitajiet għal dawn ir-reġjuni, li madankollu se jkollhom bżonn joffru l-infrastruttura adatta u l-aċċess għas-servizzi, li huwa fattur ewlieni fil-motivazzjoni tan-nies biex jibqgħu jew jiċċaqilqu lejn reġjun ieħor.
F’dan ir-rigward, f’kuntest baġitarju strett, ir-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent, b’mod partikolari dawk li huma inqas żviluppati, huma obbligati li jieħdu deċiżjonijiet diffiċli. Id-dħul fiskali tagħhom jonqos proporzjonalment mat-tnaqqis fil-popolazzjoni u l-attività ekonomika tagħhom, filwaqt li huma mistennija jiffaċċjaw żieda fin-nefqa għas-servizzi biex jappoġġaw popolazzjoni li qed tixjieħ.
It-titjib fil-konnettività diġitali tar-reġjuni maqbuda f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti huwa essenzjali, sabiex jinkisbu l-benefiċċji kollha li toffri t-tranżizzjoni diġitali. S’issa, hemm inqas probabilità li l-unitajiet domestiċi f’dawn ir-reġjuni jkollhom konnessjoni broadband fid-dar u l-proporzjon tal-popolazzjoni bi broadband b’veloċità għolja ħafna huwa ħafna aktar baxx milli f’reġjuni oħra.
Konnessjoni aħjar tal-broadband f’dawn ir-reġjuni toħloq aktar opportunitajiet ekonomiċi għall-kumpaniji u għat-telexogħol. Dan joħloq ukoll aktar opportunitajiet għal edukazzjoni u taħriġ mill-bogħod li jistgħu jgħinu biex titnaqqas id-diskrepanza fil-ħiliet.
Diversi strumenti ta’ finanzjament tal-UE, b’mod partikolari l-Politika ta’ Koeżjoni, il-politika tal-iżvilupp rurali, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jistgħu jappoġġaw l-investimenti meħtieġa sabiex titħaffef l-implimentazzjoni ta’ networks b’veloċità għolja ħafna u tal-5G, speċjalment fiż-żoni rurali u remoti, fejn densità tal-popolazzjoni aktar baxxa tista’ toħloq diskrepanza fis-suq li tiġġustifika l-intervent pubbliku.
Ir-Rumanija: il-proġett “RO-NET” appoġġat mill-FEŻR espanda l-kopertura tal-broadband billi bena infrastruttura biex jipprovdi aċċess għall-internet għan-nies fl-hekk imsejħa “żoni bojod” fejn ma hemm l-ebda aċċess għal networks ta’ komunikazzjoni elettronika u l-ebda pjan ta’ żvilupp ta’ investituri privati. Billi jnaqqsu d-distakk diġitali bejn iż-żoni urbani u rurali milquta mid-depopolazzjoni, dawn l-investimenti jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja tal-abitanti u tal-attraenza tar-reġjuni.
L-investimenti pubbliċi jistgħu jitlestew permezz ta’ miżuri regolatorji xierqa, bil-għan li jiġi żgurat aċċess adegwat għas-servizzi essenzjali lil kulħadd.
Fi Franza, il-ftuħ ta’ spiżeriji ġodda huwa rregolat minn proċeduri ta’ awtorizzazzjoni. L-ispiżeriji l-ġodda jistgħu jinfetħu f’territorji żvantaġġati (rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali u tad-distretti urbani ta’ prijorità) jew abbażi ta’ kriterji demografiċi (żieda fil-popolazzjoni). Din il-politika għandha l-għan li tiżgura aċċess ekwu għall-ispiżeriji fit-territorji kollha u b’mod partikolari f’dawk li qed jiffaċċjaw diffikultajiet soċjali u ekonomiċi.
Il-kooperazzjoni transfruntiera, appoġġata mill-programmi Interreg, tikkontribwixxi biex tinkoraġġixxi l-attraenza tar-reġjuni tal-fruntiera li jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent. L-akkomunament tar-riżorsi umani, it-tagħmir u l-infrastruttura, u d-disponibbiltà tas-servizzi pubbliċi diġitali li jaħdmu b’mod transfruntier 13 , jistgħu jtejbu l-aċċessibbiltà għas-servizzi pubbliċi u jipprovdu aktar opportunitajiet ta’ impjieg f’suq tax-xogħol transfruntier.
Minbarra li jingħelbu l-ostakli legali u amministrattivi li jirriżultaw mill-eżistenza tal-fruntieri, l-ostakli tekniċi jistgħu jiġu indirizzati billi tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi pubbliċi diġitali 14 . Dan itejjeb l-interazzjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati fir-reġjuni ġirien u, b’hekk iżid il-prospetti ta’ impjieg fin-naħa l-oħra tal-fruntiera, u jippermetti lir-reġjuni transfruntieri jżommu jippreservaw it-talent.
Il-Ġermanja / il-Polonja: il-programm ta’ kooperazzjoni Interreg V-A il-Polonja-il-Ġermanja/Sassonja żviluppa kurrikuli edukattivi transfruntiera mfassla għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol komuni, billi saħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u tejjeb l-aċċess għall-istituti tal-ETV, b’mod partikolari fl-oqsma li huma l-aktar mitluba fost in-negozji lokali u reġjonali.
3.1.2.L-istimulazzjoni ta’ ekosistemi dinamiċi tal-innovazzjoni permezz ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti u innovazzjoni teknoloġika u soċjali
L-istruttura tal-ekonomija reġjonali hija waħda mir-raġunijiet għall-proporzjon aktar baxx ta’ impjiegi b’livell għoli ta’ ħiliet f’reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent. Il-ħolqien ta’ perspettivi ekonomiċi ġodda u opportunitajiet ta’ impjieg korrispondenti b’livell għoli ta’ ħiliet huwa prekundizzjoni biex persuni b’edukazzjoni terzjarja jibqgħu f’dawn it-territorji.
Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ produttività msaħħa biex jittaffa l-impatt ta’ popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos, u l-innovazzjoni hija kruċjali f’dan ir-rigward. Il-prestazzjoni tal-innovazzjoni tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw jew li jinsabu f’riskju li jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti hija ħafna aktar baxxa mill-medja tal-UE 15 .
Jeżistu lakuni u disparitajiet sinifikanti fil-kapaċità tal-innovazzjoni bejn ir-reġjuni kapitali u reġjuni oħra.
L-indirizzar tad-dgħufijiet fit-tixrid u l-adozzjoni ta’ ideat u teknoloġiji ġodda u l-inkoraġġiment ta’ innovazzjoni b’bażi wiesgħa, kif ukoll ir-rikonoxximent u l-inkoraġġiment tal-eċċellenza, se jiggarantixxu li dawn ir-reġjuni jsiru aktar produttivi, joffru opportunitajiet aħjar ta’ xogħol u jaħsdu l-benefiċċji ta’ ekonomija dejjem aktar intensiva fl-għarfien.
Jenħtieġ li dawn ir-reġjuni għalhekk jimplimentaw strateġiji ta’ innovazzjoni bbażati fil-post u jottimizzaw l-impatt tar-riżorsi disponibbli fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal-Istati Membri tagħhom. Jenħtieġ li l-innovazzjoni tinftiehem f’sens wiesa’, inklużi l-proċessi ta’ produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, inklużi l-kummerċjalizzazzjoni diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi. Dan jista’ jagħti spinta lill-opportunitajiet imprenditorjali u ta’ impjieg f’setturi ġodda u li qed jikbru, iżda wkoll f’setturi tradizzjonali bħall-agrikoltura jew it-turiżmu. Dawn l-istrateġiji jikkontribwixxu direttament għat-titjib tas-sistemi ekonomiċi reġjonali, u jistimulaw l-intraprenditorija u l-ħolqien ta’ impjiegi li jirrikjedu livell għoli ta’ ħiliet u attraenti, u jindirizzaw l-ispariġġ fil-ħiliet u eventwalment irawmu l-ksib tat-talent għal tali reġjuni, permezz ta’ ċentri ġodda ta’ kompetittività u attraenza.
Jistgħu jiġu attivati għadd ta’ għodod fil-livell tal-UE biex tingħata spinta lill-innovazzjoni f’reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent.
L-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3) 16 immexxija fl-ambitu tal-politika ta’ Koeżjoni jagħtu prijorità lill-investiment ibbażat fuq assi lokali, jinkoraġġixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, u jsaħħu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati differenti tal-ekosistemi tal-innovazzjoni (amministrazzjonijiet, universitajiet, intrapriżi, istituzzjonijiet tal-ETV) fil-livelli kollha ta’ governanza.
L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) jimplimenta approċċ ta’ innovazzjoni bbażat fil-post permezz tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs) tiegħu, li jintegra l-S3 billi jinvolvi atturi lokali li jirrappreżentaw is-setturi tal-edukazzjoni, tan-negozju u tar-riċerka 17 . L-iskema ta’ Innovazzjoni Reġjonali tal-EIT (EIT RIS) tappoġġa b’mod partikolari l-prestazzjoni tal-innovazzjoni ta’ reġjuni b’punteġġi ta’ innovazzjoni moderati jew modesti. Sal-lum, aktar minn 90 Ċentru reġjonali tal-EIT fi 18-il pajjiż tal-EIT RIS ġeneralment jinsabu f’reġjuni f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti u jiffaċilitaw l-involviment tas-sħab lokali biex jappoġġaw l-innovaturi lokali, u jissensibilizzaw lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll għall-iżvilupp tat-talent.
Studju reċenti dwar il-flussi tal-mobbiltà tar-riċerkaturi fil-kuntest tal-Azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie (MSCA) juri li l-mobbiltà ta’ riċerkaturi eċċellenti hija xprunata primarjament minn fatturi li jikkontribwixxu direttament għall-kapaċità tagħhom li jwettqu riċerka ta’ kwalità u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, jiġifieri l-opportunità li jaħdmu ma’ xjentisti ewlenin, il-kwalità tal-infrastruttura tar-riċerka u tat-taħriġ offrut.
L-Aġenda Ewropea tal-Innovazzjoni 18 l-ġdida tistabbilixxi l-Inizjattiva tat-Talenti fit-Teknoloġija Profonda, inizjattiva ewlenija speċifika biex twieġeb għad-diskrepanza fit-talent fis-setturi tat-teknoloġija profonda, filwaqt li tintegra r-reġjuni kollha fl-Ewropa. Ikkoordinata mill-EIT, din hija ddedikata għat-talenti fit-teknoloġija profonda fuq perjodu ta’ tliet snin fl-Istati Membri kollha u fl-2023 se tniedi skema ta’ internship fl-innovazzjoni biex b’hekk aktar minn 600 riċerkatur u gradwat, inkluż minn reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa għall-iżvilupp tat-talent, ikunu jistgħu jiksbu esperjenza fl-innovazzjoni fil-kumpaniji sħab tal-EIC u tal-EIT. L-ispeċjalisti f’oqsma bħax-xjenza tad-data, l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-quantum se jitħarrġu permezz tal-programm Ewropa Diġitali. Din l-inizjattiva se tlaqqa’ reġjuni inqas innovattivi flimkien ma’ reġjuni aktar innovattivi biex tiffaċilita l-kooperazzjoni biex jinbnew ktajjen tal-valur ġodda tal-UE billi jiġu sfruttati l-vantaġġi partikolari ta’ kull reġjun. Il-ħolqien ta’ spazji reġjonali interkonnessi ta’ innovazzjoni tat-teknoloġija profonda reġjonali fl-UE, se jippermetti li t-talent jinżamm u jitrawwem. L-inizjattiva tirrikonoxxi l-importanza tar-rwol tal-ETV fl-innovazzjoni u l-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari permezz taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali 19 sostnuti minn Erasmus+ b’fondi addizzjonali mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jew mill-Politika ta’ Koeżjoni.
Il-Greċja tal-Punent: l-inizjattiva “ReBrain” appoġġata mill-politika ta’ Koeżjoni għandha l-għan li trawwem it-trasformazzjoni diġitali tas-sistema ekonomika, filwaqt li tiffoka fuq it-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-potenzjal xjentifiku tar-reġjun u tippromwovi t-tkabbir immexxi mill-innovazzjoni. Mekkaniżmu reġjonali għad-dijanjożi tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol għandu l-għan li jtejjeb il-politiki tal-impjiegi u jnaqqas l-ispariġġ fil-ħiliet.
L-alleanzi għall-Innovazzjoni tal-Erasmus+ se jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħiliet intraprenditorjali, b’enfasi partikolari fuq il-ħiliet tat-teknoloġija profonda, biex jgħinu lill-imprendituri studenti minn reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent jittradiċi l-ideat tagħhom f’impriżi, kif imħabbar fl-istrateġija Ewropea għall-universitajiet.
Fil-kuntest tal-programm Orizzont Ewropa, il-fellowships taż-ŻER, fl-ambitu tal-Azzjoni Marie Skłodowska-Curie jippermettu lir-riċerkaturi tal-ogħla livell li ma setgħux jiġu ffinanzjati skont l-Azzjoni Marie Skłodowska-Curie biex jirċivu fellowship f’pajjiż li qed jikber 20 , biex jippromwovu ċirkolazzjoni aktar bilanċjata tal-imħuħ lejn dawn il-pajjiżi. Il-Fellowships għat-Twessigħ tal-parteċipazzjoni, il-predeċessur tagħhom fil-kuntest tal-Orizzont 2020, kellhom impatt pożittiv sinifikanti fuq il-mobbiltà tat-talenti lejn dawn il-pajjiżi, u għenuhom jattiraw lura riċerkaturi b’esperjenza u jżommu t-talent.
Barra minn hekk, il-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki ta’ Orizzont Ewropa, għodda mmexxija mid-domanda għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, għandha tgħin fl-implimentazzjoni ta’ wħud mir-rakkomandazzjonijiet diġà identifikati biex jittejjeb il-funzjonament tas-sistema tar-Riċerka u l-Innovazzjoni f’diversi Stati Membri. Huwa partikolarment rilevanti f’reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti, b’mod partikolari r-Rumanija, il-Greċja u l-Kroazja.
Il-Ġermanja: fis-Sassonja, iċ-Ċentru tal-Innovazzjoni Simul + huwa pjattaforma għall-iżvilupp reġjonali innovattiv li jlaqqa’ ċ-ċittadini u l-atturi mir-riċerka, in-negozju, u l-gvernijiet reġjonali u lokali. Dan jiġbor flimkien l-għarfien, il-kompetenzi u r-riżorsi biex jiġu indirizzati t-tibdil demografiku, id-distakk fil-ħiliet u d-disparitajiet territorjali. Iċ-Ċentru jserraħ fuq tliet pilastri: it-trasferiment tal-għarfien, il-kompetizzjoni għall-ideat innovattivi, u l-appoġġ għall-proġetti pilota. Fl-ambitu ta’ Simul +, nies minn madwar is-Sassonja jingħaqdu flimkien u jiżviluppaw u jiskambjaw ideat biex jagħmlu r-reġjun tagħhom attraenti għat-talenti u ta’ min jgħix fih.]
L-SMEs u n-negozji f’dawn ir-reġjuni jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-Hubs ta’ Innovazzjoni Diġitali għall-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni.
3.1.3.Ir-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali
Ir-reġjuni rurali huma partikolarment esposti għall-impatt doppju tat-tnaqqis demografiku u l-iżvilupp insuffiċjenti tat-talenti.
Ġie varat sett komprensiv ta’ azzjonijiet fis-segwitu tal-viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE. Pjan ta’ Azzjoni Rurali tal-UE identifika oqsma konkreti għall-azzjoni fir-rigward tal-kapital uman li sal-2040 mistennijin jagħmlu dawn it-territorji u l-komunitajiet korrispondenti aktar b’saħħithom, aktar konnessi, reżiljenti u għanja. L-implimentazzjoni tagħha se tikkontribwixxi biex iż-żoni rurali jsiru aktar attraenti għat-talent, u toħloq opportunitajiet ġodda biex tattira negozji innovattivi, tipprovdi aċċess għal impjiegi ta’ kwalità għolja, tippromwovi ħiliet ġodda u aqwa, infrastruttura u servizzi aħjar, u tisfrutta l-benefiċċji li jirriżultaw mid-diversifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom.
·Il-Pjattaforma ta’ Rivitalizzazzjoni Rurali tipprovdi lill-awtoritajiet rurali f’żoni milqutin mit-telf tal-popolazzjoni, mit-tixjiħ u min-nuqqas ta’ opportunitajiet ekonomiċi, informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar l-għodod u l-istrateġiji biex jiġi indirizzat it-telf tat-talenti.
·Se joħorġu sejħiet apposta għal proġetti f’żoni rurali fil-kuntest ta’ Orizzont Ewropa (Riċerka u innovazzjoni għall-komunitajiet rurali) u se jingħata appoġġ għat-taħriġ u l-iskambju tal-għarfien biex jitħaffef il-pass tat-tixrid u tal-adozzjoni tal-innovazzjonijiet, bħall-“għarfien espert u ċ-ċentru ta’ taħriġ dwar l-innovazzjoni rurali” maħluq permezz tal-proġett RURALITIES. Ġie varat ukoll forum Ewropew għal villaġġi ġodda fl-ambitu tal-inizjattiva ewlenija biex wieħed jifhem aħjar il-ħtiġijiet tal-istart ups rurali.
·Il-futuri diġitali rurali, b’dimensjoni prominenti tal-kapital uman, għandhom fil-mira l-kompetenzi meħtieġa għat-trasformazzjoni diġitali taż-żoni rurali, inklużi l-ħiliet diġitali u l-intraprenditorija.
·L-intraprenditorija u l-ekonomija soċjali fiż-żoni rurali jappoġġaw ambjenti innovattivi fiż-żoni rurali billi jinkoraġġixxu u jawtonomizzaw lill-imprendituri.
Minbarra l-viżjoni rurali, fl-ambitu tal-proġett tal-Aġenda Territorjali 2030, il-kollaborazzjoni dwar il-governanza f’diversi livelli se tappoġġa r-rwol vitali tal-bliet u l-irħula żgħar fl-iżvilupp ta’ żvilupp territorjali integrat, u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn it-territorji. Se jkollha l-għan li tippreserva u tiżviluppa lokalitajiet żgħar bħala postijiet attraenti għaż-żgħażagħ biex jgħixu u jaħdmu.
Barra minn hekk, il-politiki ta’ żvilupp integrati li huma promossi mill-politika ta’ Koeżjoni fil-livell lokali, se jikkontribwixxu għall-iżvilupp taż-żoni rurali u jagħtu ħajja ġdida lir-rabtiet urbani-rurali. Dawn jistgħu jattiraw attivitajiet ekonomiċi ġodda, inaqqsu d-distakk diġitali, jipprovdu aktar opportunitajiet ta’ edukazzjoni, itejbu l-aċċess għall-infrastrutturi, is-servizzi u l-faċilitajiet kulturali u jtejbu l-kwalità tal-ħajja, u b’hekk jattiraw u jippreservaw it-talent fiż-żoni rurali.
3.1.4.It-titjib tal-kwalità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tal-governanza pubblika
Il-kwalità u l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika u tal-governanza pubblika huma fatturi ewlenin li jixprunaw l-attraenza tar-reġjuni għall-investiment.
Il-kwalità baxxa tal-governanza, b’mod partikolari l-korruzzjoni, kif ukoll in-nuqqas ta’ rispett tal-istat tad-dritt, idgħajfu mhux biss il-potenzjal tat-tkabbir iżda wkoll il-fiduċja tal-investituri u tal-operaturi ekonomiċi u huma magħrufa sew bħala fatturi li jinfluwenzaw id-deċiżjoni li wieħed jitlaq mir-reġjun. Min-naħa l-oħra, huwa aktar probabbli li ir-reġjuni li jinvestu fil-kwalità tal-governanza jimplimentaw strateġiji biex tingħata spinta lill-iżvilupp b’mod effiċjenti u effettiv.
Għalhekk, jenħtieġ li r-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa għall-iżvilupp tat-talenti jkomplu jtejbu l-kwalità tal-amministrazzjoni u l-governanza pubblika tagħhom 21 , bl-użu, fost l-oħrajn, tal-possibbiltajiet li joffri l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.
Fil-Bulgarija, ir-reġjun ta’ Severoiztochen żviluppa u implimenta pjan ta’ żvilupp reġjonali, li jwassal għal titjib soċjali u ekonomiku tanġibbli. B’mod partikolari, dan ir-reġjun qabeż il-medja tal-UE għall-istabbiliment tan-negozju. Tejjeb ukoll b’mod kostanti l-kwalità tal-governanza tiegħu. B’riżultat ta’ dan, ir-rata tal-impjiegi żdiedet b’10.6 % matul l-aħħar għaxar snin, meta mqabbla ma’ żieda ta’ 4.4 % fil-livell tal-UE.
3.2.It-titjib tal-effettività tal-edukazzjoni u tas-suq tax-xogħol
Ir-reġjuni maqbuda f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti għandhom prestazzjoni baxxa fl-iżvilupp u l-attrazzjoni tat-talent li jeħtieġu għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom, l-aktar f’termini ta’ sistemi ta’ edukazzjoni u taħriġ, ħiliet, integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u kundizzjonijiet tax-xogħol. Dan jeħtieġ l-integrazzjoni ta’ aktar nies fis-suq tax-xogħol filwaqt li jinħolqu opportunitajiet ekonomiċi ġodda u tingħata spinta lill-produttività.
L-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Pjan ta’ Azzjoni tiegħu mhumiex biss kruċjali biex jintlaħqu l-miri ewlenin tal-impjiegi, il-ħiliet u l-faqar tal-UE 2030, iżda wkoll għall-konverġenza soċjali u ekonomika fost u ir-reġjuni u fihom. Is-segwiment tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-Unjoni għall-Ugwaljanza 22 għadu kruċjali biex tinkiseb ir-reżiljenza soċjali u ekonomika. L-involviment attiv tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-implimentazzjoni tal-għoxrin prinċipju tal-Pilastru skont l-ispeċifiċitajiet tagħhom se jkun essenzjali għas-suċċess tiegħu.
Is-Semestru Ewropew huwa l-għodda ewlenija għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Pilastru fil-livell nazzjonali u reġjonali. Fl-aħħar eżerċizzji tas-Semestru Ewropew, il-Kummissjoni ħarġet rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fil-qasam tal-edukazzjoni, il-ħiliet, u, il-ETV, l-opportunitajiet indaqs u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol lil kważi l-Istati Membri kollha. Is-Semestru b’hekk mexxa l-programmazzjoni tal-Finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni (il-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta) għall-perjodu mill-2021sal-2027 bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali.
B’mod partikolari, l-FSE+ se jappoġġa lin-nies fl-istadji kollha tal-ħajja, u jintervjeni fl-aspetti kollha tal-ħiliet, mill-antiċipazzjoni tal-ħtiġijiet futuri, b’mod partikolari minħabba t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, sal-eliminazzjoni tal-ispariġġ fil-ħiliet. Se jappoġġa wkoll il-ġestjoni ta’ dawn it-tranżizzjonijiet billi jimmodernizza s-servizzi tal-impjiegi, filwaqt li jgħin biex tittejjeb ir-reżiljenza tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.
3.2.1.It-tisħiħ tal-effettività tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ
Il-promozzjoni tal-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim tul il-ħajja tirriżulta fit-titjib tal-produttività u b’hekk tikkontribwixxi għall-kompetittività ta’ dawn ir-reġjuni, b’mod partikolari fir-rigward tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.
Il-parteċipazzjoni fit-tagħlim għall-adulti hija mutur b’saħħtu tal-provvista tat-talenti (l-UE tipproġetta li sal-2030 60 % tal-adulti kollha jipparteċipaw annwalment fit-taħriġ) b’mod partikolari fil-kuntest ta’ ambjent teknoloġiku li qed jinbidel rapidament, id-diġitalizzazzjoni u t-tranżizzjoni ekoloġika, fejn hemm bżonn li l-ħiliet tal-impjegati jinżammu aġġornati.
L-ETV jista’ jikkontribwixxi wkoll b’mod deċiżiv għal dan, u r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2020 dwar il-ETV 23 tiddefinixxi l-prinċipji ewlenin biex jiġi żgurat li l-ETV jadatta malajr għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol u jipprovdi opportunitajiet ta’ tagħlim ta’ kwalità kemm għaż-żgħażagħ kif ukoll għall-adulti. Dan ipoġġi enfasi qawwija fuq il-flessibbiltà akbar tal-ETV, aktar opportunitajiet għat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, l-apprendistati u l-assigurazzjoni ta' kwalità aħjar. Il-Kunsill identifika wkoll bħala prijorità strateġika l-objettiv li “It-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd” 24 . Biex jingħalaq id-distakk fit-tagħlim, l-Istati Membri qed jimplimentaw għadd konsiderevoli ta’ riformi u investimenti fil-ħiliet u t-tagħlim għall-adulti permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-FSE+.
Hemm bżonn li l-prijoritajiet enfasizzati hawn fuq jiġu implimentati b’mod partikolarment effikaċi f’dawk ir-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa fl-iżvilupp tat-talent.
3.2.2.Titjib fl-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol
Filwaqt li r-rati tal-impjiegi reġjonali fil-livell tal-UE ilhom jikkonverġu għal dawn l-għaxar snin, ir-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti għandhom rati ta’ impjieg aktar baxxi u rati ta’ qgħad ogħla mill-bqija tal-UE u, ħlief għal ftit eċċezzjonijiet, ma setgħux inaqqsu dawn id-diskrepanzi matul l-aħħar għaxar snin. Aktar impjiegi għall-gruppi sottorappreżentati, partikolarment in-nisa, iż-żgħażagħ u l-anzjani u l-persuni b’diżabilità, jgħin biex jitnaqqas dan id-distakk. F’reġjuni fejn ir-Rom huma parti sinifikanti mill-popolazzjoni żagħżugħa, huwa importanti wkoll li jiġi inċentivat l-impjieg tagħhom.
Potenzjal importanti mhux sfruttat biex jiżdiedu r-rati tal-impjiegi f’dawn ir-reġjuni huwa li tingħata spinta lill-impjieg tan-nisa (b’rata ta’ impjieg ta’ 59 % fir-reġjuni milquta, taħt il-medja tal-UE ta’ 66 %) speċjalment meta jitqies li huwa aktar probabbli li n-nisa fl-età tax-xogħol jitilqu minn dawn ir-reġjuni milli huma l-irġiel. L-UE hija impenjata li sal-2030 tnaqqas mill-inqas bin-nofs id-differenza bejn il-ġeneri fl-impjiegi skont il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Għal dan il-għan, l-għoti ta’ liv imħallas għall-familja u l-kura, l-għoti ta’ edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal li hija ta’ kwalità, u t-tnaqqis tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, huma modi ewlenin li bihom dawn ir-reġjuni jistgħu jżidu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
Diversi inizjattivi jippromwovu l-impjieg tan-nisa, b’mod partikolari fl-oqsma tat-teknoloġija, fejn is-sottorappreżentanza tagħhom hija aktar evidenti:
·Skema ta’ Intraprenditorija u ta’ Tmexxija tan-Nisa se tappoġġa lill-impriżi ġodda tat-teknoloġija mmexxija min-nisa fi stadju bikri inkluż permezz ta’ sejħa mtejba “WomenTech EU”. Inizjattivi oħra relatati tal-UE bħal “Women4Cyber”, u potenzjalment programmi nazzjonali ta’ aċċellerazzjoni se jikkontribwixxu biex iżidu l-pass tat-tkabbir ta’ kumpaniji mmexxijin min-nisa f’reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent.
·Il-proġett E-STEAM iffinanzjat minn Erasmus+ appoġġa l-edukazzjoni terzjarja u l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol, speċjalment fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (science, technology, engineering and maths, STEM) u jista’ jgħin biex jinħolqu sinerġiji f’reġjuni bħal dawn bejn l-iskejjel u s-suq tax-xogħol bil-ħsieb li jiġi promoss l-involviment kreattiv u sinifikanti tal-bniet fl-edukazzjoni STEM (permezz ta’ programm ta’ mentoraġġ).
·Barra minn hekk, l-azzjoni Girls Go Ċircular, implimentata mill-EIT u l-KKI fl-ambitu tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027, tagħti spinta lill-ħiliet diġitali u intraprenditorjali għall-bniet biex jawtonomizzawhom u jkollhom attitudni pożittiva lejn l-għażla ta’ karriera f’dan il-qasam.
L-inkoraġġiment tal-impjieg fost dawk li huma akbar fl-età 25 , li r-rata ta’ impjieg tagħhom ta’ 54 % fir-reġjuni milquta hija taħt il-medja tal-UE ta’ 59 %, huwa importanti wkoll biex tittaffa l-iskarsezza tal-ħiliet u tal-postijiet tax-xogħol. F’reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talent b’mod partikolari, huwa kruċjali li dawk li huma akbar fl-età jingħataw opportunitajiet ta’ xogħol li jimmotivawhom, inkluż permezz ta’ xogħol part-time flessibbli, opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja u sħubijiet ta’ mentoraġġ. L-anzjani huma sors ta’ għarfien u ħiliet għaż-żgħażagħ. Barra minn hekk, il-kontribut tal-membri anzjani tas-soċjetà għas-settur tal-volontarjat huwa wkoll aspett ewlieni f’dan ir-rigward.
Barra minn hekk, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ impjieg u ta’ tagħlim ta’ kwalità għaż-żgħażagħ huwa kruċjali wkoll biex jinżamm it-talent f’reġjuni li jinsabu f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti jew f’riskju li jaqgħu fiha. Fil-livell tal-UE, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ Imsaħħa tipprovdi l-qafas ta’ politika u hija appoġġata minn inizjattivi bħall-Alleanza Ewropea għall-Apprendistati (European Alliance for Apprenticeships, EAfA) 26 u l-inizjattiva ALMA 27 . L-FSE+ u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jikkontribwixxu għal dawn l-objettivi u fil-perjodu 2021-2027 l-investimenti fl-impjieg taż-żgħażagħ u fl-integrazzjoni taż-żgħażagħ li qed ifittxu impjieg kienu qrib it-EUR 22 biljun.
3.2.3.L-investiment fit-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet biex jiġu indirizzati l-ispariġġi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ ħaddiema
Kumplessivament, is-suq tax-xogħol tal-UE issa ilu għal diversi snin jiffaċċjaw żieda fl-iskarsezza ta’ ħaddiema, u din tista’ tikber fil-kuntest tal-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika sakemm il-ħiliet ma jkunux allinjati kif suppost man-neċessitajiet li qed jevolvu tas-suq tax-xogħol. Madankollu, l-iskarsezza mhijiex imqassma ndaqs kullimkien madwar l-UE, u xi setturi u reġjuni qed jaffrontaw sfidi partikolarment serji f’dan ir-rigward.
Ir-reġjuni li jbatu minn nuqqas serju ta’ ħaddiema u ħiliet jistgħu jikkonfrontaw sfidi ta’ kompetittività u ma jibqgħux attraenti għall-investiment. Għalhekk hemm ħtieġa partikolari li tingħata spinta lit-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet f’dawn ir-reġjuni.
Madankollu, l-investimenti fl-edukazzjoni, fit-taħriġ u fit-tagħlim tul il-ħajja huma effettivi biss jekk jiffukaw fuq dawk il-ħiliet li jaqblu mal-ħtiġijiet attwali u futuri tas-suq tax-xogħol lokali. Dan jenfasizza l-importanza ta’ analiżi tajba dwar il-ħiliet u ta’ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali, is-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, l-impriżi lokali u l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ, biex jiġi żgurat li l-isforzi tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja użati b’mod konġunt jiffukaw fuq il-ħiliet adatti li hemm bżonn f’reġjun partikolari.
L-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi amministrattivi oħra f’oqsma li jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-għoti ta’ servizzi ta’ gwida għall-karriera, opportunitajiet ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta’ Titjib tal-Ħiliet tistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jiżguraw li l-adulti b’livelli baxxi ta’ ħiliet u kwalifiki jkollhom aċċess għal “perkorsi ta’ titjib tal-ħiliet” biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom u potenzjalment jagħmlu progress lejn kwalifika. Jenħtieġ li tali perkorsi joffru appoġġ permezz ta’ valutazzjoni tal-ħiliet, offerti ta’ tagħlim imfassla apposta u validazzjoni u rikonoxximent adegwati tal-ħiliet akkumpanjati minn sensibilizzazzjoni, gwida u taħriġ tal-persunal edukattiv.
Skont il-Patt Ewropew għall-Ħiliet il-Kummissjoni bħalissa tappoġġa 14-il sħubija fuq skala kbira 28 f’diversi ekosistemi industrijali Ewropej li jgħinuhom biex ifornu l-forza tax-xogħol bil-ħiliet li jeħtieġu biex jirnexxielhom jaffrontaw il-perkors ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u diġitali. Sadanittant, issieħbu aktar minn 1 000 membru fosthom kumpaniji multinazzjonali kbar, SMEs, fornituri ta’ taħriġ lokali, u kmamar tal-kummerċ. Flimkien, wiegħdu li jgħinu fit-titjib tal-ħiliet ta’ sitt miljun persuna. Madwar 50 awtorità reġjonali jew lokali li jaħdmu flimkien fil-kuntest tal-Patt diġà qed ifasslu soluzzjonijiet għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ f’kooperazzjoni mal-industrija, is-sħab soċjali u l-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Kummissjoni tħeġġeġ lir-reġjuni kollha u speċjalment lil dawk fin-nassa tal-iżvilupp biex jiffirmaw il-Patt u jiffurmaw Sħubijiet tal-Ħiliet reġjonali bl-għajnuna ta’ servizz ta’ appoġġ iddedikat 29 .
Il-proposta tal-Kummissjoni li l-2023 tkun is-Sena Ewropea tal-Ħiliet se tippromwovi azzjonijiet konkreti biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u biex il-potenzjal sħiħ tat-trasformazzjoni diġitali u ekoloġika iseħħ b’mod soċjalment ekwu u ġust. Is-Sena se tippromwovi politiki ;i jirrigwardaw il-ħiliet u l-investimenti biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ ħaddiema għal forza tax-xogħol b’ħiliet aħjar u adattabbli fl-UE 30 . Din hija opportunità tajba għar-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti biex jidentifikaw l-ostakli li jipprevjenu lill-impriżi u lill-forza tax-xogħol tagħhom milli jevolvu lejn setturi aktar produttivi u adattati għall-futur. Dan se jkun pass importanti, b’mod partikolari f’reġjuni li għadhom lura fejn il-PDG per capita baxx huwa xprunat minn proporzjonijiet għoljin ta’ impjiegi f’setturi ta’ produttività baxxa.
L-UE qed tiffaċċja b’mod partikolari diskrepanza sinifikanti fil-ħiliet diġitali, li - jekk ma tiġix indirizzata - se tkompli tikber. Diġà bħalissa, 90 % tal-impjiegi jeħtieġu xi livell ta’ ħiliet diġitali filwaqt li miljuni ta’ kumpaniji jsibuha diffiċli biex isibu ħaddiema b’ħiliet diġitali, b’mod partikolari speċjalisti tal-ICT. Sabiex jindirizza dawn l-isfidi, il-Programm ta’ Politika tad-Deċennju Diġitali jistabbilixxi żewġ objettivi importanti. L-ewwel waħda hija li sal-2030 l-għadd ta’ adulti b’ħiliet diġitali bażiċi jiżdied mill-54 % attwali għal 80 %. It-tieni huwa li sal-2030 l-ammont ta’ speċjalisti fl-ICT li huma impjegati jiżdied għal 20 miljun filwaqt li jiġi promoss l-aċċess tan-nisa għal dan il-qasam u jiżdied l-għadd ta’ gradwati fl-ICT. L-Istati Membri kkapitalizzaw fuq il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jirriformaw is-sistema tal-edukazzjoni għall-adulti u jużaw riżorsi sinifikanti biex itejbu l-kwalità u l-aċċess għat-titjib u t-tiġdid tal-ħiliet.
Ċipru: sabiex jindirizza d-diskrepanzi kbar fil-ħiliet, Ċipru żviluppa pjan nazzjonali biex itejjeb u jġedded il-ħiliet ta’ mill-inqas 25 600 persuna fi programmi rilevanti tas-suq tax-xogħol għall-ħiliet diġitali, il-ħiliet relatati mal-ekonomija blu u ekoloġika, u l-ħiliet intraprenditorjali għall-persuni qiegħda u inattivi.
L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja għandhom rwol ewlieni x’jaqdu fil-prevenzjoni tan-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u l-konġestjonijiet. F’Ġunju 2022 ġiet adottata Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ Ewropew għall-mikrokredenzjali għat-tagħlim tul il-ħajja u l-impjegabbiltà. Is-segwitu rapidu mill-Kunsill se jgħin biex tiġi mmobilizzata l-edukazzjoni għolja b’appoġġ għat-tagħlim tul il-ħajja u jikkontribwixxi għat-tiġdid u t-titjib tal-ħiliet professjonali biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ġodda u emerġenti fis-soċjetà u fis-suq tax-xogħol.
L-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej u ċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali magħżula fil-kuntest tal-Erasmus+ se jaġixxu wkoll bħala ċentri għat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-adulti, inklużi professjonisti attivi, b’kompetenzi ta’ livell għoli u li jħarsu ’l quddiem, li jgħinu lill-impriżi b’skarsezza ta’ forza tax-xogħol li għandha ħiliet speċjalizzati.
Spanja: Sabiex jiġu żviluppati l-opportunitajiet ekonomiċi fl-industrija agroalimentari fir-reġjun ta’ Andalusija, wieħed mill-oqsma promettenti tal-iżvilupp tal-istrateġija reġjonali ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, l-Università ta’ Córdoba ħolqot u nediet Lawrja ta’ Masters fit-Trasformazzjoni Diġitali tas-Settur Agrikolu u Forestali. Dan iwieġeb għall-konġestjonijiet identifikati fl-inkoraġġiment tal-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni fil-katina tal-valur agroalimentari, hekk kif irriżultat evidenza dwar in-nuqqas ta’ profili professjonali adegwati fl-agroteknoloġija. Dan il-Master ħarreġ għadd kbir ta’ professjonisti li issa huma kapaċi jiffaċilitaw, jappoġġaw u jippromwovu t-trasformazzjoni diġitali fiż-żoni rurali u jħeġġu l-użu ta’ teknoloġiji bħas-sensuri, l-Internet tal-oġġetti, il-Big Data, il-Cloud computing, l-industrija tal-ikel 4.0, l-intelliġenza artifiċjali jew l-agrikoltura ta’ preċiżjoni. Wara li rnexxiet l-implimentazzjoni ta’ dan il-Master, dan il-mudell ġie replikat mill-Università ta’ Sevilja.
3.2.4.L-iżgurar ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol ekwi biex it-talent jiffjorixxi
L-attraenza tar-reġjuni li jinsabu f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti jew f’riskju li jaqgħu fiha fl-aħħar mill-aħħar se tiddependi mill-kapaċità tagħhom li jirrikonoxxu u jippremjaw it-talent.
Pagi minimi adegwati huma essenzjali biex tiġi żgurata l-kompetizzjoni bbażata fuq standards soċjali għoljin fis-Suq Uniku, u b’hekk jiġi stimulat it-titjib fil-produttività u tiġi promossa l-konverġenza ekonomika u soċjali f’dawn ir-reġjuni. Id-Direttiva l-ġdida dwar pagi minimi adegwati hija ta’ rilevanza partikolari f’dan il-kuntest, minħabba li tistabbilixxi qafas biex tiġi żgurata l-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji li tippromwovi n-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi u ssaħħaħ l-aċċess tal-ħaddiema għall-protezzjoni tal-paga minima.
It-tisħiħ tal-involviment tas-sħab soċjali fir-reġjuni li qed jiffaċċaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti huwa partikolarment siewi biex jinħolqu kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar, pagi adegwati, u biex tiġi indirizzata l-iskarsezza ta’ ħiliet u ta’ ħaddiema.
Din il-konverġenza hija appoġġata mill-Politika ta’ koeżjoni u riformi xierqa, li jgħinu biex jingħalaq id-distakk fil-pagi u biex tiżdied l-attraenza tar-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa tal-iżvilupp tat-talenti.
3.3.It-tisħiħ tal-mobbiltà tat-talenti u l-inkoraġġiment biex il-ħaddiema jirritornaw lejn ir-reġjuni ta’ oriġini tagħhom
Il-ħtiġijiet dejjem jikbru tas-suq tax-xogħol ma jistgħux jiġu ssodisfati fit-tul billi tiġi mmobilizzata l-forza tax-xogħol domestika biss. Jenħtieġ li r-reġjuni li jinsabu f’nassa tal-iżvilupp tat-talent jew f’riskju li jaqgħu fiha jieħdu okkażjoni mill-mobbiltà intra-UE u jattiraw żgħażagħ ġejjin minn reġjuni u Stati Membri oħra tal-UE. Filwaqt li l-enfasi spiss tkun fuq il-ħruġ taż-żgħażagħ, ftit wisq huma r-reġjuni ffukati fuq l-iżgurar ta’ opportunitajiet attraenti għall-ħaddiema li jirritornaw.
Fost l-istrateġiji biex jiġi attirat it-talent minn Stati Membri oħra, xi reġjuni jfittxu li jieħdu okkażjoni mid-dijaspora u jħeġġu lill-ħaddiema b'ħiliet speċjalizzati li jkunu emigraw jirritornaw lejn il-post tal-oriġini tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jagħtu sostenn lir-reġjuni ta’ oriġini tagħhom. Pereżempju,Stati Membri bħall-Bulgarija, il-Portugall u l-Greċja stabbilew programmi speċifiċi biex isaħħu l-konnessjonijiet mar-riċerkaturi mid-dijaspora xjentifika internazzjonali tagħhom, kemm biex iżidu l-attraenza ġenerali tagħhom kif ukoll biex jattiraw lura ċ-ċittadini tagħhom stess.
Ir-Rumanija: Il-programm Diaspora Start-up kofinanzjat mill-FSE jipprovdi għotjiet b’appoġġ għall-impriżi urbani żgħar irreġistrati minn Rumeni li jirritornaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.
Madankollu, jenħtieġ li l-istrateġiji fit-tul biex jiġi attirat mill-ġdid it-talent primarjament jibnu fuq fatturi li jiġġeneraw l-attraenza strutturali, b’enfasi fuq l-intraprenditorija u l-ħiliet, kif ukoll id-diplomi l-aktar mitlubin fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ għalhekk li r-reġjuni jiżviluppaw strateġija komprensiva u fit-tul biex jippromovu d-diversifikazzjoni ekonomika u l-innovazzjoni li tinvolvi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-settur privat, iċ-ċentri tal-impjiegi u tat-taħriġ, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-ETV.
3.4.Appoġġ għall-migrazzjoni legali u l-integrazzjoni fl-UE
Il-Kummissjoni tippromwovi politika ambizzjuża u sostenibbli dwar il-migrazzjoni legali lejn l-UE. Biex jibqgħu kompetittivi globalment, id-Direttiva dwar l-Istudenti u r-Riċerkaturi 31 u r-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar il-Karta Blu tal-UE 32 jikkontribwixxu għat-titjib tal-attraenza tar-reġjuni tal-UE għal ħaddiema b’livell għoli ta’ ħiliet minn pajjiżi mhux tal-UE u jiffaċilitaw il-mobbiltà tagħhom fl-UE permezz ta’ proċeduri ssimplifikati.
Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li żżid il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi sħab magħżulin, inkluż permezz tat-tnedija ta’ Sħubijiet ta’ Talent imħabbra fil-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil tal-2020. Dawn is-Sħubijiet imfassla apposta ma’ pajjiżi terzi jtejbu l-perkorsi legali lejn l-UE, filwaqt li jinvolvu lill-pajjiżi sħab b’mod strateġiku fir-rigward tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. Is-Sħubijiet ta’ Talent għandhom l-għan li jipprovdu qafas ta’ politika komprensiv, kif ukoll appoġġ ta’ finanzjament biex tingħata spinta lill-mobbiltà internazzjonali ta’ benefiċċju reċiproku bbażata fuq tqabbil aħjar tal-ħtiġijiet u l-ħiliet tas-suq tax-xogħol bejn l-UE u l-pajjiżi sħab filwaqt li jibqgħu konxji tar-riskji tal-eżodu ta’ mħuħ. Se titfassal ukoll Riżerva ta’ Talent tal-UE biex ħaddiema tas-sengħa minn barra l-UE jitlaqqgħu ma’ impjiegi potenzjali madwar l-Istati Membri tal-UE.
L-isforzi li saru f’termini ta’ migrazzjoni legali lejn l-UE jeħtieġ li jiġu kkomplementati minn politiki ta’ integrazzjoni effettivi biex jinkisbu riżultati effettivi u sostenibbli. Kif enfasizzat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-integrazzjoni u l-inklużjoni 33 , il-livell lokali huwa essenzjali għal politiki effettivi ta’ integrazzjoni tal-migranti, inkluż permezz ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.
Jenħtieġ li l-isforzi mill-partijiet interessati kollha (l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-NGOs, is-settur privat u s-soċjetà ospitanti) ikunu komprensivi biex jgħinu jsaħħu l-kapaċità tar-reġjuni li jattiraw talenti ġodda u jintegraw ċittadini ta’ pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom.
3.5.Appoġġ għar-reġjuni permezz ta’ mekkaniżmu ddedikat ġdid tal-UE: il-Mekkaniżmu ta’ Spinta tat-Talent.
Minbarra dawn l-inizjattivi u l-politiki eżistenti jew imħabbra tal-UE, matul l-2023 il-Kummissjoni se tistabbilixxi mekkaniżmu ġdid iddedikat ta’ tmien pilastri biex tingħata spinta lit-talent f’reġjuni li qed jiffaċċjaw jew li jinsabu f’riskju li jiffaċċjaw nassa fl-iżvilupp tat-talent. Skont il-mekkaniżmu, se jiġi stabbilit portal iddedikat, biex jipprovdi aċċess komprensiv għall-pilastri kollha lir-reġjuni u lill-partijiet ikkonċernati.
1.Proġett pilota ġdid biex jgħin lir-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa fl-iżvilupp tat-talent jelaboraw, jikkonsolidaw, jiżviluppaw u jimplimentaw strateġiji mfassla apposta u komprensivi biex iħarrġu, jattiraw u jżommu t-talenti. Dan se jieħu l-forma ta’ assistenza teknika ddedikata lil reġjuni magħżula flimkien ma’ azzjonijiet iffukati fuq sensibilizzazzjoni akbar u l-bini tal-kapaċità.
2.Inizjattiva ġdida, “Adattament intelliġenti tar-reġjuni għat-tranżizzjoni demografika,” biex tgħin lir-reġjuni f’riskju ta’ nassa tal-iżvilupp tat-talent jiġġeneraw approċċi ġodda għat-tranżizzjoni demografika u l-iżvilupp tat-talent permezz ta’ politiki mfassla apposta bbażati fil-post li jiffukaw fuq l-investimenti u r-riformi meħtieġa.
3.L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) se jkompli joffri l-possibbiltà lill-Istati Membri biex ifasslu u jimplimentaw riformi fil-livell nazzjonali u reġjonali. Skont is-sejħa tat-TSI 2023, il-Kummissjoni se tkompli bl-isforzi tagħha biex tgħin lill-awtoritajiet reġjonali jegħlbu l-ostakli għall-iżvilupp reġjonali.
4.Se tingħata assistenza finanzjarja diretta fil-kuntest tal-istrumenti eżistenti.
Sabiex jiġu stimulati l-innovazzjoni u l-opportunitajiet għal impjiegi b’livell għoli ta’ ħiliet, fis-sejħiet għall-proposti tal-Istrument Interreġjonali għall-Investimenti fl-Innovazzjoni (I3) se jitqiesu r-reġjuni li qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex iżommu u jattiraw it-talent. Dan l-istrument tal-UE ffinanzjat mill-FEŻR, għandu l-għan li jistimula l-ekosistemi tal-innovazzjoni li jinvolvi diversi reġjuni tal-UE billi jipprovdi appoġġ konsultattiv u finanzjarju għall-proġetti ta’ innovazzjoni f’oqsma konġunti ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti. Fl-ambitu tal-fergħa l-ġdida tagħha “bini tal-kapaċità”, se tikkontribwixxi b’mod partikolari biex tittestja approċċi ġodda u tistimula l-kapaċità tar-reġjuni f’nassa tal-iżvilupp tat-talent biex jattiraw persuni b’livell għoli ta’ ħiliet.
Barra minn hekk, se tingħata aktar attenzjoni lir-reġjuni li qed jiffaċċjaw nassa fl-iżvilupp tat-talent mill-politiki u l-istrumenti tal-UE u dawk nazzjonali. Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2021-2027, skedat għall-bidu tal-2025 u mmexxi mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż adottati fl-2024, se jipprovdi opportunità biex tiġi vvalutata s-sitwazzjoni ta’ dawn ir-reġjuni u, fejn xieraq, jiġi allinjat l-ipprogrammar tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni.
5.Barra minn hekk, bħala parti mill-Inizjattiva Urbana Ewropea - għodda komprensiva ffinanzjata mill-FEŻR li tappoġġa bliet ta’ kull daqs biex jibnu l-kapaċità u l-għarfien, biex jappoġġaw l-innovazzjoni u jiżviluppaw soluzzjonijiet innovattivi trasferibbli u skalabbli għall-isfidi urbani ta’ rilevanza għall-UE, il-Kummissjoni se tindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw il-bliet li qed jiċkienu, inklużi d-diffikultajiet fl-iżvilupp, iż-żamma jew l-attrazzjoni ta’ talenti, fis-sejħa tal-2023 għal azzjonijiet innovattivi biex jiġu ttestjati soluzzjonijiet ibbażati fil-post immexxija mill-bliet.
6.Sinjalar għall-inizjattivi tal-UE li jistgħu jappoġġaw l-iżvilupp tat-talent. Il-mekkaniżmu se jipprovdi informazzjoni lir-reġjuni interessati dwar il-politiki tal-UE fl-oqsma tar-riċerka u l-innovazzjoni, it-taħriġ, l-edukazzjoni u l-mobbiltà taż-żgħażagħ, il-politiki tar-raggruppamenti u l-innovazzjoni diġitali li jistgħu jgħinu biex itejbu l-attraenza reġjonali u jgħollu l-livelli tal-ħiliet.
7.Skambju ta’ esperjenzi u tixrid ta’ prattiki tajbin: Varjetà ta’ prattiki diġà fis-seħħ f’xi reġjuni jistgħu jispiraw oħrajn. Ir-reġjuni se jkunu jistgħu jistabbilixxu gruppi ta’ ħidma tematiċi u reġjonali biex jindirizzaw, b’mod aktar iffukat, sfidi professjonali jew territorjali speċifiċi. It-tixrid ta’ prattiki tajbin se jkun jista’ jibni wkoll fuq l-eżitu tal-pjattaformi eżistenti, bħall-Pjattaforma Territorjali għal Tranżizzjoni Ġusta jew il-pjattaforma ta’ rivitalizzazzjoni rurali, li tindirizza r-reġjuni u t-territorji li qed jiffaċċjaw sfidi komuni.
8.Jiżdied l-għarfien analitiku sabiex jiġu appoġġati politiki bbażati fuq l-evidenza dwar l-iżvilupp reġjonali u l-migrazzjoni u jiġi ffaċilitat it-tfassil tal-politika. Il-ħidma taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka dwar it-Tabella ta’ Valutazzjoni Soċjali Reġjonali se titkompla. Il-Kummissjoni (Eurostat) se tistieden ukoll lill-Istati Membri biex jipprovdu data statistika aktar komprensiva dwar il-movimenti tal-popolazzjoni fl-UE, b’mod partikolari l-flussi migratorji reġjonali, imqassma skont l-età u s-sess. Barra minn hekk, id-data dwar il-post tas-servizzi essenzjali, bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, fl-UE se tinġabar biex tipprovdi riċerka u informazzjoni siewja lill-partijiet ikkonċernati dwar kif għandhom jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin għall-koeżjoni soċjali u t-tranżizzjoni ġusta.
4.KONKLUŻJONI
Sabiex titwettaq il-wegħda tal-Unjoni li la persuni u lanqas postijiet ma jitħallew lura, huwa kruċjali li reġjuni li jinsabu, jew li x’aktarx jaqgħu, f’nassa tal-iżvilupp tat-talent isiru aktar reżiljenti u attraenti. In-nassa mhijiex inevitabbli u l-isfidi jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv, kif jixhed is-suċċess tal-esperjenzi f’diversi reġjuni li huma indikati f’din il-Komunikazzjoni.
Approċċ komprensiv, strateġiku u mmirat huwa kruċjali biex jiġu indirizzati l-fatturi kollha u jiġu mobilizzati l-atturi rilevanti u l-livelli ta’ governanza. Filwaqt li l-azzjoni f’dawn il-livelli differenti hija kruċjali, huwa dejjem aktar ċar li l-kapaċità trid tiġi żviluppata fil-livell Ewropew biex b’hekk jinġabru u jiġu vvalutati d-data u l-għarfien espert, u tkun tista’ tingħata gwida għal soluzzjonijiet xierqa.
Peress li s-sitwazzjoni tar-reġjuni f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti hija eteroġenja, is-soluzzjonijiet li hemm bżonn jiġu promossi jvarjaw. Jeħtieġ li jitfasslu u jiġu implimentati strateġiji u politiki mfassla apposta u bbażati fil-post, li jippermettu approċċ differenzjat, li jindirizzaw id-dgħufijiet speċifiċi tagħhom u jippromwovu l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, sabiex jissaħħu d-dinamiżmu ekonomiku u l-kwalità tal-ħajja.
Bħala l-ewwel riżultat ewlieni tas-Sena Ewropea tal-Ħiliet kif propost mill-Kummissjoni, permezz tal-mekkaniżmu ġdid Spinta għat-Talent, il-Kummissjoni se tipprovdi assistenza u għarfien immirati lir-reġjuni maqbuda f’nassa tal-iżvilupp tat-talenti, u tappoġġahom biex jirnexxielhom jiżviluppaw u jimplimentaw dawn l-istrateġiji mfassla apposta. Dan se tipprovdilhom opportunità unika biex joħorġu l-potenzjal ta’ żvilupp tagħhom billi jisfruttaw it-talent li jeħtieġu u b’hekk jikkontribwixxu biex jegħlbu l-iżvantaġġi strutturali tagħhom. Peress li l-għarfien u l-ħiliet huma l-muturi veri tat-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku futur, dawn ir-reġjuni mbagħad se jkunu jistgħu jibqgħu jipparteċipaw, jattiraw l-investiment, u jiffjorixxu bħala postijiet għanja, innovattivi u aktar attraenti fejn wieħed jgħix u jaħdem.
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Strasburgu, 17.1.2023
COM(2023) 32 final
ANNESS
tal-
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI
L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa
ANNESS
1.It-tranżizzjoni demografika fl-UE
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Popolazzjoni fl-2020 f’miljuni |
447 |
74 |
59 |
315 |
(demo_r_pjanaggr3) |
|
Proporzjon tal-popolazzjoni fl-2020 |
100 % |
16 % |
13 % |
70 % |
(demo_r_pjanaggr3) |
|
Għadd ta’ reġjuni NUTS-2 |
240 |
46 |
36 |
158 |
Ir-Regolament NUTS |
2.Reġjuni milqutin minn tnaqqis ta’ popolazzjoni fl-età tax-xogħol flimkien ma’ żvilupp insuffiċjenti ta’ talenti u dawk milqutin minn migrazzjoni ’l barra netta ta’ persuni bejn il-15 u d-39 sena
Ir-reġjuni NUTS-2 hawn taħt intgħażlu abbażi tal-kriterji li ġejjin:
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja:
·Varjazzjoni medja annwali tal-popolazzjoni bejn il-25 u l-64 sena taħt -7.5 għal kull 1 000 resident bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Jannar 2020
·Il-proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja bejn il-25 u l-64 sena fl-2020 taħt il-medja tal-UE
·Il-proporzjon ta’ persuni bejn il-25 u l-64 sena b’edukazzjoni terzjarja li żdied b’inqas minn nofs iż-żieda fl-UE, jiġifieri 2.2 punti perċentwali.
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena:
·Varjazzjoni medja annwali tal-popolazzjoni bejn il-15 u d-39 sena ta’ inqas minn -2 għal kull 1 000 resident bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-1 ta’ Jannar 2020
|
Kodiċi NUTS |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Kodiċi NUTS |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
|
BG31 |
Severozapaden |
EL53 |
Dytiki Makedonia |
|
BG32 |
Severen tsentralen |
EL54 |
Ipeiros |
|
BG33 |
Severoiztochen |
EL61 |
Thessalia |
|
BG34 |
Yugoiztochen |
EL63 |
Dytiki Ellada |
|
BG42 |
Yuzhen tsentralen |
ES41 |
Castilla y León |
|
CZ04 |
Severozápad |
ES42 |
Castilla-La Mancha |
|
CZ08 |
Moravskoslezsko |
ES43 |
Extremadura |
|
DE80 |
Mecklenburg-Vorpommern |
ES63 |
Ciudad Autónoma de Ceuta |
|
DED2 |
Dresden |
ES64 |
Ciudad Autónoma de Melilla |
|
DED4 |
Chemnitz |
FI1D |
Pohjois- ja Itä-Suomi |
|
DEE0 |
Sachsen-Anhalt |
FRB0 |
Centre - Val de Loire |
|
DEG0 |
Thüringen |
FRC1 |
Bourgogne |
|
EL62 |
Ionia Nisia |
FRC2 |
Franche-Comté |
|
EL65 |
Peloponnisos |
FRD1 |
Basse-Normandie |
|
FRD2 |
Haute-Normandie |
FRE1 |
Nord-Pas de Calais |
|
FRF2 |
Champagne-Ardenne |
FRE2 |
Picardie |
|
FRF3 |
Lorraine |
FRH0 |
Bretagne |
|
FRY1 |
Guadeloupe |
FRI2 |
Limousin |
|
FRY2 |
Martinique |
FRI3 |
Poitou-Charentes |
|
HR03 |
Jadranska Hrvatska |
FRY4 |
La Réunion |
|
HR04 |
Kontinentalna Hrvatska |
ITF3 |
Campania |
|
HU23 |
Dél-Dunántúl |
LT02 |
Vidurio ir vakarų Lietuvos regionas |
|
HU31 |
Észak-Magyarország |
LV00 |
Latvija |
|
HU32 |
Észak-Alföld |
PL52 |
Opolskie |
|
HU33 |
Dél-Alföld |
PL62 |
Warmińsko-mazurskie |
|
ITC1 |
Piemonte |
PL72 |
Świętokrzyskie |
|
ITC2 |
Valle d'Aosta/Vallée d'Aoste |
PL81 |
Lubelskie |
|
ITC3 |
Liguria |
PL82 |
Podkarpackie |
|
ITF1 |
Abruzzo |
PL84 |
Podlaskie |
|
ITF2 |
Molise |
PL92 |
Mazowiecki regionalny |
|
ITF4 |
Puglia |
PT11 |
Norte |
|
ITF5 |
Basilicata |
PT20 |
Região Autónoma dos Açores |
|
ITF6 |
Calabria |
PT30 |
Região Autónoma da Madeira |
|
ITG1 |
Sicilia |
RO11 |
Nord-Vest |
|
ITG2 |
Sardegna |
SK03 |
Stredné Slovensko |
|
ITH4 |
Friuli-Venezia Giulia |
SK04 |
Východné Slovensko |
|
ITI2 |
Umbria |
||
|
ITI3 |
Marche |
||
|
PL71 |
Łódzkie |
||
|
PT18 |
Alentejo |
||
|
RO12 |
Centru |
||
|
RO21 |
Nord-Est |
||
|
RO22 |
Sud-Est |
||
|
RO31 |
Sud - Muntenia |
||
|
RO41 |
Sud-Vest Oltenia |
||
|
RO42 |
Vest |
3.Disparitajiet interreġjonali fil-kwalifiki edukattivi
4.Struttura tal-grupp b’edukazzjoni terzjarja
5.Karatteristiċi tar-reġjuni l-aktar milquta
Il-bidliet natural huma predominanti
Ir-reġjuni huma fil-biċċa l-kbira rurali u intermedjarji
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Proporzjon tal-popolazzjoni f’reġjuni urbani, 2020 (% tal-popolazzjoni totali) |
40 |
17 |
17 |
50 |
(demo_r_pjanaggr3) |
|
Proporzjon tal-popolazzjoni f’reġjuni intermedjarji, 2020 (% tal-popolazzjoni totali) |
39 |
51 |
42 |
35 |
(demo_r_pjanaggr3) |
|
Proporzjon tal-popolazzjoni f’reġjuni rurali, 2020 (% tal-popolazzjoni totali) |
21 |
31 |
41 |
15 |
(demo_r_pjanaggr3) |
Importanza ogħla, li iżda qed tonqos, tal-agrikoltura
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Proporzjon ta’ impjiegi fis-settur A (Agrikoltura, forestrija u sajd) f’%, 2018 |
4.7 |
11.7 |
8.9 |
2.7 |
Bażi tad-data ARDECO tal-JRC abbażi tal-kontijiet reġjonali tal-Eurostat |
|
Varjazzjoni fil-proporzjon tal-impjiegi fis-settur A (Agrikoltura, forestrija u sajd) f’punti perċentwali, 2010-2018 |
-1.2 |
-2.9 |
-2.5 |
-0.4 |
|
|
Proporzjon tal-qgħad fis-settur B-E (Industrija) f’%, 2018 |
16.2 |
19.5 |
16.9 |
15.4 |
|
|
Varjazzjoni fil-proporzjon tal-impjiegi fis-settur A (Agrikoltura, forestrija u sajd) f’punti perċentwali, 2010-2018 |
-0.4 |
0.3 |
0.4 |
-0.6 |
Remunerazzjonijiet inqas attraenti u livell ta’ żvilupp
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Kumpens għal kull impjegat (PPS), indiċi EU27=100, 2019 |
100.0 |
81.5 |
82.0 |
105.8 |
(nama_10r_2coe,nama_10r_2emhrw) |
|
Varjazzjoni fl-indiċi tal-kumpens għal kull impjegat (PPS), 2010-2019 |
0.0 |
0.7 |
-0.5 |
-0.3 |
(nama_10r_2coe,nama_10r_2emhrw) |
|
Introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi per capita (PPS), indiċi EU27=100, 2019 |
100 |
81 |
83 |
108 |
(nama_10r_2hhinc) |
|
Varjazzjoni fl-indiċi tal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi per capita (PPS), 2010-2019 |
0.0 |
4.5 |
1.0 |
-1.9 |
(nama_10r_2hhinc) |
|
Kumpens għal kull impjegat (PPS), indiċi EU27=100, 2020 |
100 |
69 |
70 |
113 |
(nama_10r_2gdp, nama_10r_3popgdp) |
|
Varjazzjoni fl-indiċi tal-kumpens għal kull impjegat (PPS), 2010-2020 |
0.0 |
2.5 |
0.5 |
-1.4 |
(nama_10r_2gdp, nama_10r_3popgdp) |
|
Proporzjon tal-popolazzjoni f’reġjuni inqas żviluppati, 2020 |
27.7 |
65.1 |
62.0 |
12.5 |
(demo_r_pjanaggr3) |
Potenzjal biex jiżdiedu r-rati tal-impjieg
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Rata tal-impjieg (% tal-popolazzjoni 20-64), 2020 |
72 |
67 |
67 |
74 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
|
Varjazzjoni fir-rata tal-impjiegi (20-64) (pp), 2010-2020 |
4.4 |
4.5 |
4.3 |
4.2 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
|
Rata tal-qgħad (% tal-forza tax-xogħol 15-74), 2020 |
7.1 |
7.5 |
9.2 |
6.7 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
|
Varjazzjoni fir-rata tal-qgħad (15-74) (pp), 2010-2020 |
-2.8 |
-2.6 |
-3.3 |
-2.7 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
|
Proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja bejn il-25 u l-64 sena 2020, f’% |
85.3 |
83.7 |
83.8 |
85.7 |
(lfst_r_lfe2eedu, lfst_r_lfsd2pop) |
|
Rata tal-qgħad (% tal-forza tax-xogħol 15-34), 2020 |
11.1 |
13.0 |
14.6 |
10.2 |
(lfst_r_lfp2act, lfst_r_lfe2emp, lfst_r_lfu3pers) |
|
Varjazzjoni fir-rata tal-qgħad (15-34) (pp), 2010-2020 |
-3.4 |
-2.6 |
-4.2 |
-3.3 |
(lfst_r_lfp2act, lfst_r_lfe2emp, lfst_r_lfu3pers) |
|
Varjazzjoni fir-rata tal-impjiegi ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja (25-64) 2015-2020, f’pp |
1.5 |
2.3 |
2.0 |
1.2 |
(lfst_r_lfe2eedu, lfst_r_lfsd2pop) |
|
Proporzjon tal-impjiegi b’livell għoli ta’ ħiliet f’%, 2020 |
43 |
33 |
37 |
45 |
(estrazzjoni ad-hoc tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol) |
|
Varjazzjoni fil-proporzjon ta’ impjiegi b’livell għoli ta’ ħiliet f’pp, 2015-2020 |
1.5 |
0.1 |
2.6 |
1.5 |
(estrazzjoni ad-hoc tal-istħarriġ dwar il-forza tax-xogħol) |
|
Rata tal-impjieg fost persuni akbar fl-età (% tal-popolazzjoni 55-64), 2020 |
59.6 |
54.7 |
52.0 |
62.2 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
Differenza akbar bejn il-ġeneri fl-impjiegi
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Għadd ta’ rġiel bejn il-25 u l-64 sena għal kull 100 mara tal-istess età, 2020 |
99.6 |
101.2 |
99.0 |
99.4 |
(demo_r_d2jan) |
|
Rata ta’ impjieg tan-nisa bejn l-20 u l-64, 2020 |
66 |
59 |
61 |
69 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
|
Differenza bejn il-ġeneri fir rata tal-impjiegi (20-64) (pp), 2020 |
12 |
16 |
13 |
10 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
|
Ir-rata tal-qgħad fost in-nisa, 2020 |
7.4 |
7.8 |
9.6 |
7.0 |
(lfst_r_lfsd2pwc) |
|
Proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja bejn il-25 u l-64 sena, 2020 |
35.1 |
21.4 |
26.8 |
39.2 |
(lfst_r_lfsd2pop) |
Sistema edukattiva inqas effikaċi
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Persuni b’edukazzjoni terzjarja (% tal-popolazzjoni bejn il-25 u l-64 sena), 2020 |
33 |
21 |
29 |
36 |
(lfst_r_lfsd2pop) |
|
Varjazzjoni fil-proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja (pp), 2010-2020 |
8 |
4 |
8 |
9 |
(lfst_r_lfsd2pop) |
|
Varjazzjoni pproġettata fil-proporzjon ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja (pp), 2020-2030 |
6 |
4 |
6 |
6 |
Kalkoli ta’ DG REGIO bbażati fuq l-stħarriġ dwar il-forza tax-xogħol |
|
Persuni b’edukazzjoni terzjarja (% tal-popolazzjoni bejn il-25 u l-34 sena), il-medja bejn l-2018 u l-2020 |
39 |
26 |
37 |
43 |
(lfst_r_lfsd2pop) |
|
Persuni f’sistema edukattiva terzjarja jew b’lawrja terzjarja (% tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena), il-medja bejn l-2018 u l-2020 |
47 |
41 |
48 |
49 |
(lfst_r_lfsd2pop) |
|
Popolazzjoni li tgħix f’distanza ta’ vjaġġ ta’ 45 minuta b’karrozza minn kampus ta’ università f’%, 2016 |
88 |
78 |
79 |
92 |
Kalkoli ta’ DG REGIO bbażati fuq data tar-Reġistru Ewropew tal-Edukazzjoni Terzjarja |
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew taħriġ (% tal-popolazzjoni bejn it-18 u l-24 sena), il-medja bejn l-2018 u l-2020 |
10 |
13 |
10 |
9 |
(edat_lfse_16,lfst_r_lfsd2pop) |
|
Żgħażagħ li la għandhom impjieg u lanqas jinsabu f’sistema edukattiva jew f’taħriġ (rati NEET) (% tal-popolazzjoni bejn il-15 u d-29 sena), il-medja bejn l-2018 u l-2020 |
13 |
19 |
17 |
11 |
(edat_lfse_22, lfst_r_lfsd2pop) |
|
Il-parteċipazzjoni fit-taħriġ (jew l-edukazzjoni) fl-aħħar erba’ ġimgħat (% tal-popolazzjoni bejn il-25 u l-64 sena), il-medja bejn l-2018 u l-2020 |
10 |
6 |
9 |
11 |
(trng_lfse_04, lfst_r_lfsd2pop) |
|
Persuni b’mill-inqas kwalifika tal-iskola sekondarja għolja (% tal-popolazzjoni bejn l-20 u l-24 sena), il-medja bejn l-2018 u l-2020 |
84 |
83 |
86 |
83 |
(lfst_r_lfsd2pop) |
Distakk diġitali
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Proporzjon tal-popolazzjoni li tgħix f’familji b’aċċess għall-internet bil-broadband f’%, 2020 |
89 |
82 |
86 |
92 |
(isoc_r_broad_h) |
|
Varjazzjoni fil-proporzjon tal-popolazzjoni li għandhom aċċess għall-internet bil-broadband (pp), 2015-2020 |
13 |
15 |
14 |
12 |
(isoc_r_broad_h) |
|
Proporzjon tal-popolazzjoni li tgħix f’żoni b'veloċità medja tal-broadband ittestjata ta' mill-inqas 100 Mbps f’%, 2020 |
43 |
26 |
40 |
48 |
Kalkoli ta’ DG REGIO bbażati fuq data minn Ookla for Good ™ |
Kwalità aktar baxxa ta’ governanza pubblika
|
|
UE |
Popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tonqos u livell baxx ta’ persuni b’edukazzjoni terzjarja |
Migrazzjoni ’l barra netta bejn il-15 u d-39 sena |
Reġjuni oħra |
Sorsi |
|
Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali, 2021 |
100 |
60 |
71 |
115 |
RIS2021 |
|
Indiċi Ewropew tal-Kwalità tal-Gvern 2021 |
100 |
65 |
85 |
107 |
Studju dwar il-kwalità tal-gvern |
|
Dimensjoni tal-Kwalità |
100 |
61 |
88 |
108 |
|
|
Dimensjoni tal-Imparzjalità |
100 |
67 |
86 |
106 |
|
|
Dimensjoni tal-Korruzzjoni |
100 |
70 |
84 |
106 |