16.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 356/2 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2022/C 356/02)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:
Fil-paġna 379, tiddaħħal in-Nota ta’ Spjegazzjoni li ġejja:
“8711 60 10 |
Roti, triċikli u kwadriċikli, bil-pedali assistiti, b’mutur elettriku awżiljarju b’potenza nominali kontinwa li ma taqbiżx il-250 watt |
Din is-subintestatura tinkludi roti elettriċi bil-pedali, li joffru ‘modalitajiet ta’ rkib’ differenti li jistgħu jkunu: a) assistenza bil-pedali b’modalità ta’ mutur elettriku awżiljarju, b) modalità bil-pedali biss (mingħajr ebda għajnuna tal-mutur elettriku) jew c) modalità bil-mutur elettriku biss. Il-modalità tista’ tinbidel, pereżempju, permezz ta’ unità ta’ kontroll immuntata fuq il-manubriju tar-rota jew permezz ta’ applikazzjoni fuq il-mobile.
8711 60 90 |
Oħrajn |
In-nota ta’ spjegazzjoni tas-subintestatura 8711 60 10 tapplika, mutatis mutandis, għar-roti, b’assistenza tal-pedali, b’mutur elettriku awżiljarju.”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).