23.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 130/10


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni tas-sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 130/08)

Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali

Referenza tad-deċiżjoni (2)

Data tad-deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2022) 1503

16 ta’ Marzu 2022

Żift, qatran tal-faħam, temperatura għolja (“CTPht”)

Numru KE: 266-028-2, Nru CAS: 65996-93-2

Industrial Quimica del Nalon, S.A., Avda. Galicia 31, 33005, Oviedo, Asturias, Spanja

REACH/22/10/0

L-użu tas-CTPht fil-formulazzjoni tat-taħlitiet esklużivament għall-użi industrijali li huma barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

4 ta’ Ottubru 2032

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi jisbqu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1

(2)  Id-deċiżjoni tinsab fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: Awtorizzzazzjoni (europa.eu).