Brussell, 2.12.2022

COM(2022) 684 final

2022/0398(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ pieni għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

·Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-miżuri restrittivi huma għodda essenzjali għall-promozzjoni tal-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (“PESK”), kif stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). Dawn l-objettivi jinkludu s-salvagwardja tal-valuri tal-UE, iż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali u l-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem.

Sabiex tippreserva dawn il-valuri, l-UE tista’ timponi miżuri restrittivi kontra pajjiżi, entitajiet, persuni ġuridiċi jew fiżiċi mhux tal-UE. Dawn il-miżuri jinkludu miżuri individwali mmirati, jiġifieri, sanzjonijiet finanzjarji mmirati (iffriżar tal-assi) u restrizzjonijiet fuq l-ammissjonijiet (projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar), kif ukoll miżuri settorjali, jiġifieri embargos fuq l-armi jew miżuri ekonomiċi u finanzjarji (eż. restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni, restrizzjonijiet fuq il-provvista ta’ ċerti servizzi, bħas-servizzi bankarji) 1 .

Bħalissa, l-UE għandha aktar minn 40 sett ta’ miżuri restrittivi fis-seħħ. Uħud minn dawn jimplimentaw miżuri restrittivi min-Nazzjonijiet Uniti; oħrajn jiġu adottati b’mod awtonomu mill-UE. Minbarra l-miżuri li jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, l-UE adottat ukoll miżuri orizzontali mmirati lejn il-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi, l-attakki ċibernetiċi, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u t-terroriżmu 2 . Il-miżuri restrittivi huma vinkolanti fuq l-Istati Membri u fuq kwalunkwe persuna jew entità taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istati Membri (operaturi tal-UE) 3 .

(1)Infurzar inkonsistenti tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni

Hekk kif l-adozzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni intensifikat matul dawn l-aħħar għexieren ta’ snin 4 , bl-istess mod intensifikaw l-iskemi għaċ-ċirkomvenzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni preċedentement indikat l-infurzar inkonsistenti ta’ miżuri restrittivi u l-fatt li dan jimmina l-effikaċja tagħhom u l-kapaċità tal-UE li titkellem b’vuċi waħda 5 .

Id-diskors b’vuċi waħda sar partikolarment urġenti fil-kuntest kurrenti tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. L-Unjoni stabbiliet sensiela ta’ miżuri restrittivi kontra individwi u entitajiet Russi u Belarussi, li wħud minnhom imorru lura għall-2014. F’dan il-kuntest, sabiex tissaħħaħ il-koordinazzjoni fil-livell tal-UE fl-infurzar ta’ dawn il-miżuri restrittivi, il-Kummissjoni stabbiliet it-Task Force “Iffriżar u Sekwestru”. Din it-Task Force tiżgura l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE bħall-Europol u l-Eurojust. Hija ddiskutiet regolarment il-ħtieġa għal approċċ komuni tal-liġi kriminali sabiex jinżammu responsabbli l-persuni fiżiċi u ġuridiċi involuti fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

L-implimentazzjoni u l-infurzar tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni huma primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk kienx hemm ksur tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill u tar-Regolamenti tal-Kunsill rilevanti adottati skont l-Artikolu 29 tat-TUE jew l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rispettivament u jadottaw miżuri adegwati. F’dan ir-rigward, ir-Regolamenti tal-UE sistematikament jinkludu dispożizzjoni li jirrikjedu li l-Istati Membri jadottaw regoli nazzjonali li jipprevedu pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta’ dawk l-atti legali tal-Unjoni 6 .

Minbarra r-restrizzjonijiet, dawn id-Deċiżjonijiet u r-Regolamenti ġeneralment jinkludu:

·il-klawżola kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li tipprojbixxi l-parteċipazzjoni b’konoxxenza u intenzjonata f’attivitajiet li jfittxu ċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi fil-punt 7 ; u

·obbligi oħra, b’mod partikolari li jirrapportaw dwar il-passi meħuda għall-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi (eż. rapportar lill-awtoritajiet tal-ammont ta’ assi li ġew iffriżati).

Filwaqt li l-Artikolu 29 tat-TUE u l-Artikolu 215 tat-TFUE jipprovdu bażi ġuridika għall-Kunsill sabiex jadotta l-miżuri meħtieġa fil-każ tal-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni, il-bażi ġuridika għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi ma tipprevedix l-approssimazzjoni tad-definizzjonijiet tal-liġi kriminali u t-tipi u l-livelli ta’ pieni kriminali 8 .

(2)Id-differenzi fost id-definizzjonijiet kriminali u l-pieni tal-Istati Membri

Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE, is-sistemi nazzjonali jvarjaw b’mod sinifikanti fir-rigward tal-kriminalizzazzjoni tal-ksur tad-dritt tal-UE dwar miżuri restrittivi. Fi 12-il Stat Membru, il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni huwa biss reat kriminali. Fi 13-il Stat Membru, il-ksur ta’ dawn il-miżuri jista’ jammonta għal reat amministrattiv jew kriminali 9 . Il-kriterji li jiddeterminaw jekk din l-imġiba taqax taħt kategorija jew oħra ta’ miżuri normalment ikunu relatati mal-gravità tagħha (natura gravi), iddeterminata f’termini kwalitattivi (intenzjoni, negliġenza gravi) jew kwantitattivi (dannu) 10 , iżda huma differenti f’kull Stat Membru. F’żewġ Stati Membri, ir-reat speċifiku ta’ ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni bħalissa jista’ jwassal biss għal pieni amministrattivi 11 .

Is-sistemi tal-pieni jvarjaw b’mod sostanzjali wkoll fost l-Istati Membri. F’14-il Stat Membru, it-tul massimu ta’ priġunerija huwa ta’ bejn sentejn u 5 snin. Fi tmien Stati Membri, huma possibbli sentenzi massimi ta’ bejn 8 snin u 12-il sena 12 . Il-multa massima li tista’ tiġi imposta għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni – jew bħala reat kriminali jew amministrattiv – tvarja ħafna fost l-Istati Membri, minn EUR 1 200 sa EUR 5 000 000 13 .

Erbatax-il Stat Membru jipprevedu r-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni 14 . Barra minn hekk, 12-il Stat Membru jipprevedu pieni amministrattivi, b’mod partikolari multi, li jistgħu jiġu imposti fuq persuni ġuridiċi meta l-impjegati tagħhom jew il-maniġment tagħhom jiksru miżuri restrittivi. Il-multi massimi għall-persuni ġuridiċi jvarjaw minn EUR 133 000 sa EUR 37,5 miljun 15 . 

(3)Nuqqas ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali

Fil-prattika, huma ftit ħafna l-individwi jew il-persuni ġuridiċi responsabbli għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni li effettivament jinżammu responsabbli 16 . Madankollu, ir-rapport tan-Network għall-Ġenoċidju jinnota wkoll li “tista’ tiġi osservata xejra pożittiva dan l-aħħar fin-numru ta’ azzjonijiet ta’ infurzar imnedija u ż-żieda fil-pieni imposti minn ċerti awtoritajiet nazzjonali” 17 .

Minkejja x-xejriet pożittivi f’xi Stati Membri, jidher li hemm biss ftit li fihom għaddejjin proċedimenti ġudizzjarji relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni 18 . Dan jista’ jservi bħala indikazzjoni li f’ħafna Stati Membri ma tingħatax prijorità suffiċjenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnotat li l-Europol u l-Eurojust żviluppaw għadd ta’ attivitajiet sabiex jappoġġaw aktar lill-awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji li jinvestigaw u jwettqu l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dawn kienu qegħdin jikkontroverifikaw il-lista ta’ individwi u kumpaniji deżinjati mill-UE mal-bażijiet tad-data tagħhom. Il-Europol nediet ukoll “Operazzjoni Oscar” 19 sabiex tappoġġa investigazzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri li jimmiraw lejn assi kriminali li huma proprjetà ta’ individwi u entitajiet ġuridiċi soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni. Fl-istess ħin, l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali spiss jibnu fuq l-identifikazzjoni u r-riferiment, mill-awtoritajiet amministrattivi għall-infurzar tal-liġi, ta’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. In-nuqqas ta’ dawn ir-referenzi jindika nuqqas ta’ kooperazzjoni operazzjonali bħal din fil-ktajjen nazzjonali tal-infurzar.

(4)Konsegwenzi negattivi tal-istatus quo

Fin-nuqqas ta’ infurzar tal-liġi, u li l-awtoritajiet ġudizzjarji jkollhom l-għodod u r-riżorsi xierqa disponibbli għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, l-individwi u l-persuni ġuridiċi elenkati li l-assi tagħhom jkunu ffriżati jkomplu jkunu jistgħu jaċċessaw l-assi tagħhom fil-prattika u jappoġġaw r-reġimi ta’ appoġġ li huma fil-mira tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, u b’hekk jimminaw l-objettivi ta’ dawk il-miżuri restrittivi.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom definizzjonijiet differenti ħafna għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni skont id-dritt amministrattiv u/jew kriminali tagħhom, u l-pieni għal tali ksur ma jikkoinċidux. Dan jindika li l-istess ksur jista’ jiġi kkastigat b’pieni differenti u f’livelli differenti ta’ infurzar. Dan idgħajjef l-infurzar tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni u jimmina l-kredibbiltà tal-objettivi tal-Unjoni.

Fl-aħħar nett, f’xi każijiet ir-rikavati ġġenerati mill-attivitajiet imwettqa bi ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jistgħu jippermettu wkoll lill-entitajiet u lill-individwi fil-mira ta’ dawk il-miżuri restrittivi jkomplu jinvolvu ruħhom fl-imġiba li għaliha kienu soġġetti għal miżuri restrittivi.

(5)Objettivi tal-proposta

F’dan l-isfond, wara proposta tal-Kummissjoni Ewropea ppreżentata fil-25 ta’ Mejju 2022 20 , il-Kunsill iddeċieda li jidentifika l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala qasam ta’ kriminalità li jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tadotta din il-proposta għal Direttiva skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, li għandha l-għan li twettaq approssimazzjoni tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ pieni għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni.

L-objettivi ta’ din il-proposta huma:

(a)l-approssimazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ reati kriminali relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni;

(b)l-iżgurar ta’ tipi u livelli effettivi, dissważivi u proporzjonati ta’ pieni għal reati kriminali relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni;

(c)it-trawwim ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni transfruntieri; u

(d)it-titjib tal-effettività operazzjonali tal-ktajjen ta’ infurzar nazzjonali sabiex jitrawmu l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonar.

·Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-Artikolu 2 tat-TUE jistabbilixxi l-valuri komuni tal-UE tad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. L-infurzar effettiv ta’ miżuri restrittivi, anki permezz ta’ miżuri tad-dritt kriminali mmirati sabiex jindirizzaw il-ksur ta’ miżuri restrittivi, jappoġġa ż-żamma ta’ tali valuri komuni fl-UE u lil hinn minnha.

Barra minn hekk, l-UE tikkostitwixxi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li fih jiġu rrispettati d-drittijiet fundamentali u s-sistemi u t-tradizzjonijiet legali differenti tal-Istati Membri. Hija għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà permezz ta’ miżuri li jinkludu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, ir-razziżmu u l-ksenofobija. Skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu “jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi ta’ dimensjoni transfruntiera li jirriżultaw min-natura jew l-impatt ta’ dawn ir-reati jew minn ħtieġa partikolari li jiġu miġġielda fuq bażijiet komuni.”

L-approssimazzjoni ta’ definizzjonijiet u pieni għar-reat kriminali ta’ ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni tikkomplementa l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi, l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà 21 u l-istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata 22 . Din il-proposta għal Direttiva dwar l-irkupru tal-assi u l-konfiska għandha l-għan li ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-awtoritajiet nazzjonali li jittraċċaw u jidentifikaw, jiffriżaw u jimmaniġġjaw proprjetà li tikkostitwixxi r-rikavat jew il-mezzi strumentali tal-kriminalità. Barra minn hekk, din tipprevedi qafas legali msaħħaħ dwar il-konfiska, inklużi każijiet speċifiċi fejn kundanna għal reat speċifiku ma tkunx possibbli.

Barra minn hekk, il-proposta għal Direttiva dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri restrittivi peress li tirrikjedi li l-Istati Membri jippermettu t-traċċar u l-identifikazzjoni ta’ proprjetà marbuta ma’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni kif definiti skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, il-proposta trendi r-regoli riveduti dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi applikabbli għar-reat kriminali tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Wara l-adozzjoni ta’ din il-proposta għal Direttiva li twettaq approssimazzjoni tad-definizzjonijiet u l-pieni relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, ir-regoli dwar it-traċċar u l-identifikazzjoni, l-iffriżar, il-ġestjoni u l-miżuri ta’ konfiska se jsiru applikabbli għal proprjetà relatata mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Fl-aħħar nett, ir-rikavati mill-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, pereżempju f’każijiet fejn individwi u kumpaniji jagħmlu disponibbli fondi għal dawk soġġetti għal sanzjonijiet finanzjarji mmirati (jiġifieri l-iffriżar tal-assi), jistgħu jsiru s-suġġett ta’ miżuri ta’ konfiska. Fl-istess ħin, l-istrumenti li jintużaw sabiex jiġi segwit il-ksur ta’ miżuri restrittivi jistgħu jsiru wkoll is-suġġett ta’ konfiska.

·Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Regolamenti tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi tal-Unjoni

L-istabbiliment ta’ regoli minimi dwar id-definizzjoni tad-dritt kriminali ta’għall-ksur ta’ miżuri restrittivi bbażati fuq l-Artikolu 83(1) tat-TFUE, u l-pieni relatati, isaħħaħ l-infurzar ta’ miżuri restrittivi fl-Istati Membri, u b’hekk jikkomplementa l-miżuri adottati f’konformità mal-Artikolu 29 tat-TUE u mal-Artikolu 215 tat-TFUE. Id-dispożizzjoni dwar il-pieni fir-Regolamenti Nru 833/2014 u Nru 269/2014 23 ġiet imsaħħa bħala parti mis-sitt pakkett ta’ miżuri restrittivi b’reazzjoni għall-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Id-dispożizzjonijiet emendati jobbligaw lill-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni, inklużi l-pieni kriminali, applikabbli għall-ksur ta’ dawn ir-Regolamenti u jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri jridu jipprevedu wkoll miżuri xierqa għall-konfiska tar-rikavat minn tali ksur.

Fil-21 ta’ Lulju 2022, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1273 24 , li jemenda l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014. B’mod partikolari, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u uniformi ta’ dan ir-Regolament, u fid-dawl tal-kumplessità dejjem akbar tal-iskemi għall-evażjoni tal-miżuri restrittivi, li jostakolaw tali implimentazzjoni, huwa jobbliga lill-persuni u entitajiet deżinjati b’assi fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, jirrapportaw dawn l-assi u jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fil-verifika ta’ dan ir-rapportar (l-Artikolu 9) 25 . In-nuqqas ta’ osservanza ta’ dan l-obbligu jikkostitwixxi ċirkomvenzjoni 26 . Ir-Regolament 2022/1273 isaħħaħ ukoll id-dispożizzjoni dwar l-obbligi ta’ rapportar għall-operaturi tal-UE, bil-għan li jiġu evitati l-ksur u ċ-ċirkomvenzjoni tal-iffriżar tal-assi (l-Artikolu 8) 27 .

Madankollu, l-Artikolu 29 tat-TUE u l-Artikolu 215 tat-TFUE ma humiex bażi ġuridika adegwata għall-approssimazzjoni ta’ definizzjonijiet kriminali u t-tipi u l-livelli ta’ pieni kriminali.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2021 dwar is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea

Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni tagħha tal-2021 intitolata Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza 28 , il-Kummissjoni tinnota li l-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni ma hijiex uniformi madwar l-UE kif għandha tkun. Dan joħloq distorsjonijiet fis-suq uniku, peress li l-kumpaniji tal-UE, inklużi s-sussidjarji tal-UE ta’ kumpaniji barranin, jistgħu jsibu mezzi sabiex jevitaw il-miżuri restrittivi. Dan joħloq ukoll inċertezza fost l-operaturi. L-infurzar inkonsistenti jimmina l-effikaċja ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u l-kapaċità tal-UE li titkellem b’vuċi waħda. Fost inizjattivi oħrajn, l-istrateġija titlob għal aktar ħidma ta’ koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-pieni nazzjonali għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-UE jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Strument ta’ Appoġġ Tekniku

Fl-aħħar nett, skont l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 29 , il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri sabiex jipprovdu pariri tekniċi u ta’ bini tal-kapaċità dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

·Bażi ġuridika

Skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ direttivi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi ta’ dimensjoni transfruntiera li jirriżultaw min-natura jew l-impatt ta’ dawn ir-reati jew minn ħtieġa partikolari li jiġu miġġielda fuq bażijiet komuni.

Dawn l-oqsma ta’ kriminalità huma dawn li ġejjin: it-terroriżmu; it-traffikar ta’ bnedmin u l-isfruttament sesswali tan-nisa u t-tfal; it-traffikar illeċitu tad-droga; it-traffikar illegali tal-armi; il-ħasil tal-flus; il-korruzzjoni; il-falsifikazzjoni tal-mezzi tal-ħlas; il-kriminalità fl-informatika; u l-kriminalità organizzata. Abbażi tal-iżviluppi fil-kriminalità, il-Kunsill jista’ jadotta deċiżjoni li tidentifika oqsma oħra ta’ kriminalità li jissodisfaw il-kriterji speċifkati f’dan il-paragrafu. Filwaqt li jagħmel dan, huwa għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew.

Wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2022/2332 30 , l-oqsma tal-kriminalità elenkati fl-Artikolu 83(1) TFUE issa jinkludu wkoll l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dan ippermetta lill-Kummissjoni tressaq il-proposta kurrenti għal Direttiva.

·Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-objettivi ta’ din id-Direttiva huma li tiżgura definizzjonijiet komuni ta’ reati relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni u d-disponibbiltà ta’ pieni kriminali effettivi, dissważivi u proporzjonati għal reati serji relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni. Kif diskuss f’aktar dettall fil-paragrafi li ġejjin, dawn l-objettivi ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. Minflok, dawn jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE, minħabba l-iskala u l-effetti tal-imġiba inkwistjoni, li hija ta’ natura transfruntiera inerenti u li potenzjalment timmina l-kisba tal-objettivi tal-UE sabiex jiġu ssalvagwardjati l-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u sabiex jiġu rrispettati l-valuri komuni tal-UE. Għalhekk, l-Unjoni tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE.

Il-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni huwa qasam partikolarment gravi tal-kriminalità, peress li jista’ jipperpetwa theddid għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, jimmina l-konsolidazzjoni u l-appoġġ għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u jirriżulta fi ħsara ekonomika, soċjali u ambjentali sinifikanti. Minħabba ksur bħal dan, l-individwi u l-entitajiet li l-assi tagħhom huma ffriżati jew li l-attivitajiet tagħhom huma ristretti jkomplu jkunu jistgħu jaċċessaw l-assi tagħhom u b’hekk ifixklu l-objettivi ta’ dawk il-miżuri restrittivi. Bl-istess mod, il-flus iġġenerati mill-isfruttament ta’ merkanzija u riżorsi naturali nnegozjati bi ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jistgħu jippermettu wkoll lir-reġimi fil-mira ta’ dawk il-miżuri restrittivi li jkomplu jkollhom aċċess għall-mezzi (eż. ix-xiri ta’ armi), li bihom iżommu fis-seħħ il-prattiċi ripressivi u jkomplu jwettqu reati serji. Barra minn hekk, il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni relatati mal-kummerċ jista’ jikkontribwixxi għall-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali fil-ġuriżdizzjoni fil-mira ta’ dawk il-miżuri restrittivi.

Barra minn hekk, il-fatt li l-Istati Membri, skont il-liġi amministrattiva u/jew kriminali tagħhom, għandhom definizzjonijiet u pieni differenti ħafna għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jissuġġerixxi li l-istess ksur jista’ jiġi kkastigat b’pieni differenti u jiffaċċjaw livelli differenti ta’ infurzar. Dawn id-differenzi jirrappreżentaw ostaklu għall-applikazzjoni konsistenti tal-politika tal-Unjoni dwar miżuri restrittivi. Dawn jistgħu saħansitra jwasslu għal għażla opportunistika tal-ġuriżdizzjoni minn trasgressuri u fl-aħħar mill-aħħar jistgħu jwasslu għall-(kważi) impunità tagħhom f’każ li jagħżlu li jwettqu l-attivitajiet tagħhom fl-Istat(i) Membru(i) li jipprevedu pieni inqas severi jew li jkollhom rekord li jkunu iktar klementi fil-prosekuzzjoni għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dan jimmina l-effiċjenza tal-miżuri restrittivi u l-infurzar tagħhom fil-livell tal-Unjoni. Sitwazzjoni bħal din għandha r-riskju li tfixkel l-objettivi tal-UE li jiġu ssalvagwardjati l-paċi u s-sigurtà internazzjonali u li jinżammu l-valuri komuni tal-UE. Għalhekk, hemm ħtieġa speċjali għal azzjoni komuni fil-livell tal-UE, permezz tad-dritt kriminali, sabiex jiġi indirizzat il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Barra minn hekk, il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni għandu dimensjoni transfruntiera ċara u xi drabi anke inerenti. Mhux biss normalment jitwettqu minn persuni fiżiċi u entitajiet ġuridiċi li joperaw fuq skala globali iżda f’xi każijiet il-miżuri restrittivi tal-Unjoni, bħar-restrizzjonijiet fuq is-servizzi bankarji, saħansitra jipprojbixxu l-operazzjonijiet transfruntieri. Għalhekk, skont id-definizzjoni, il-ksur tagħhom jitwettaq fuq skala transfruntiera li jeħtieġ rispons transfruntier komuni fil-livell tal-UE.

Fl-aħħar, l-armonizzazzjoni żżid ukoll l-effett ta’ deterrent tal-pieni għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

·Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex tilħaq l-objettiv tagħha. L-approssimazzjoni tad-definizzjonijiet ta’ reati kriminali u t-tipi u l-livelli ta’ pieni kriminali hija limitata għal dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat b’mod effettiv il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni fl-Istati Membri. Il-miżuri dwar l-użu ta’ għodod investigattivi u dwar l-iskambju tal-informazzjoni huma inklużi biss sal-punt meħtieġ sabiex il-qafas tal-liġi kriminali propost jiffunzjona b’mod effettiv.

·Għażla tal-istrument

Skont l-Artikolu 83(1) tat-TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta’ direttivi skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jistabbilixxu regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u sanzjonijiet fl-oqsma tal-kriminalità partikolarment gravi ta’ dimensjoni transfruntiera li jirriżultaw min-natura jew l-impatt ta’ dawn ir-reati jew minn ħtieġa partikolari li jiġu miġġielda fuq bażijiet komuni.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Saru konsultazzjonijiet immirati mal-Istati Membri fil-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali (COPEN) (it-8 ta’ Settembru 2022), il-Europol (il-5 ta’ Settembru) u l-Eurojust (it-13 ta’ Settembru). Id-DĠ JUST organizza wkoll diskussjoni fil-fond mal-membri tal-Grupp ta’ Esperti tiegħu dwar il-Politika Kriminali tal-UE (is-16 ta’ Settembru). Dawn il-konsultazzjonijiet kienu bbażati fuq kwestjonarju ddedikat tal-Kummissjoni li qajjem mistoqsijiet dwar ir-reati, il-pieni, ir-regoli ta’ ġuriżdizzjoni, u dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni transfruntiera li għandhom jiġu inklużi fid-Direttiva futura.

·Ġbir u użu tal-għarfien espert

Wara l-aggressjoni militari tal-Ukrajna mir-Russja, il-Kummissjoni stabbiliet it-Task Force “Iffriżar u Sekwestru” fil-bidu ta’ Marzu tal-2022. L-għan tagħha huwa li tiġi żgurata l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri fl-infurzar tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni fuq individwi u kumpaniji elenkati Russi u Belarussi, u li tesplora l-interazzjoni bejn il-miżuri restrittivi tal-Unjoni u l-miżuri tad-dritt kriminali. Dawn l-iskambji tal-opinjonijiet jinkludu laqgħat mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għall-implimentazzjoni tal-miżura restrittiva, il-Europol, il-Eurojust, u n-Network għall-Ġenoċidju 31 , li s-segretarjat tiegħu huwa ospitat mill-Eurojust.

Sottogrupp speċifiku tat-Task Force “Iffriżar u Sekwestru” huwa ddedikat għat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. B’mod partikolari, tindirizza l-mistoqsijiet imqajma mill-awtoritajiet nazzjonali u tesplora modi possibbli sabiex jiġu identifikati l-assi b’mod proattiv. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri jipparteċipaw f’dan is-sottogrupp. Matul l-iskambji ta’ fehmiet fil-kuntest ta’ dan is-sottogrupp, saru referenzi f’diversi okkażjonijiet għal diffikultajiet sabiex jinżammu responsabbli l-individwi u l-persuni ġuridiċi involuti fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Il-parteċipanti f’tali skambji argumentaw ukoll favur approċċ komuni tad-dritt kriminali għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Provi għall-ħtieġa għal tali approċċ komuni huwa speċifikament previst fir-rapport tan-Network għall-Ġenoċidju ta’ Diċembru 2021 32 . Dan ir-rapport jissottolinja l-ħtieġa għall-kriminalizzazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni biex ikun żgurat li individwi jew persuni ġuridiċi responsabbli għal tali ksur jinżammu responsabbli 33 . Barra minn hekk, dan jikkonkludi li l-“prosekuzzjoni ta’ ksur tas-sanzjonijiet tista’ toffri xibka ta’ sikurezza sabiex tiġi evitata l-impunità”, speċjalment fil-kuntest ta’ reati kriminali internazzjonali l-aktar serji 34 .

Barra minn hekk, id-diskussjonijiet fit-Task Force “Iffriżar u Sekwestru” dwar l-iskambju tal-aħjar prattiċi kemm dwar l-investigazzjonijiet kriminali kif ukoll dwar il-konfiska wrew l-importanza ta’ approċċ u koordinazzjoni proattiva fost l-awtoritajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. L-unitajiet tal-intelligence finanzjarja, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet doganali, flimkien mas-sħab internazzjonali, is-soċjetà ċivili u l-ġurnalisti investigattivi, jenħtieġ li jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni sabiex jiksbu l-informazzjoni li tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiftħu investigazzjoni.

Il-Kummissjoni kkonsultat ukoll il-Grupp ta’ Esperti tagħha dwar il-Politika Kriminali tal-UE 35 fit-13 ta’ Mejju u s-16 ta’ Settembru 2022. Il-grupp laqa’ b’mod ġenerali l-idea li jiġu armonizzati d-definizzjonijiet u l-penali fil-livell tal-UE u pprovda kontribut speċifiku fir-rigward ta’ reati, pieni, regoli ta’ ġuriżdizzjoni u kooperazzjoni transfruntiera.

·Valutazzjoni tal-impatt

Din il-proposta għal Direttiva għandha l-għan li twettaq approssimazzjoni tad-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ pieni fil-qasam tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Issegwi l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2332 dwar l-identifikazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala qasam ta’ kriminalità li jissodisfa l-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea 36 .

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Deċiżjoni tal-Kunsill, ippreżentata fil-25 ta’ Mejju 37 , kienet akkumpanjata minn Komunikazzjoni Lejn Direttiva dwar pieni kriminali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni 38 . Fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li l-individwi u l-persuni ġuridiċi involuti fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jinżammu responsabbli, l-anness ta’ din il-Komunikazzjoni diġà kien jiddeskrivi l-elementi ewlenin li jista’ jkun fiha Direttiva futura dwar pieni kriminali għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2332 dwar l-identifikazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala qasam ta’ kriminalità li jissodisfa l-kriterji speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tissottolinja l-urġenza għall-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja 39 .

Fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkostanzi, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt.

·Drittijiet fundamentali

Din id-Direttiva tirrispetta drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) 40 . B’mod partikolari, id-Direttiva tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Karta: id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà (l-Artikolu 6); id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8); il-libertà ta’ intrapriża (l-Artikolu 16); id-dritt għall-proprjetà (l-Artikolu 17); id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali (l-Artikolu 47); il-preżunzjoni ta’ innoċenza u dritt għad-difiża (l-Artikolu 48); il-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati u ta’ pieni (l-Artikolu 49); u d-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat jew jingħata piena darbtejn għall-istess reat (l-Artikolu 50).

Din id-Direttiva se jkollha tiġi trasposta fil-liġi nazzjonali b’rispett għad-drittijiet fundamentali. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impożizzjoni ta’ pieni kriminali u amministrattivi tirrispetta l-prinċipji tal-Karta, inkluż il-privileġġ kontra l-awtoinkriminazzjoni, id-dritt li wieħed jibqa’ sieket u l-projbizzjoni li wieħed jiġi pproċessat jew ikkastigat darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali jiġu rrispettati. F’dan ir-rigward, l-obbligi skont din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-UE dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali. Fl-aħħar, din id-Direttiva se jkollha tiġi trasposta mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rapportar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta kurrenti għandha implikazzjonijiet baġitarji negliġibbli għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni. Informazzjoni speċifika dwar l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Kummissjoni tista’ tinstab fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva mehmuża ma’ dan il-pakkett leġiżlattiv.

Kif previst fl-Artikolu 19(1) u (4) tal-proposta kurrenti, il-Kummissjoni se jkollha twettaq għadd ta’ obbligi ta’ rapportar. Sentejn wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni se jkollha tipproduċi rapport dwar kif l-Istati Membri ttrasponew id-Direttiva. Ħames snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni trid tipproduċi studju dwar l-effettività tad-Direttiva biex tevalwa l-valur miżjud tagħha. Dan tal-aħħar se jseħħ biss wara t-tmiem tal-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti.

L-ewwel rapport huwa relatat mat-traspożizzjoni tad-Direttiva mill-Istati Membri. It-tieni rapport li l-Kummissjoni jkollha tipproduċi huwa studju li se janalizza l-effettività tad-Direttiva, fid-dawl ta’ settijiet speċifiċi ta’ indikaturi.

Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva tagħti dettalji dwar il-kostijiet għall-ġbir u l-analiżi tal-istatistika dwar ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5. L-Istati Membri għandhom jissottomettu din l-istatistika lill-Kummissjoni fuq bażi annwali, f’konformità mal-Artikolu 19(2) u (3) tal-proposta kurrenti.

Minbarra l-kostijiet għall-Kummissjoni, il-proposta se jkollha wkoll implikazzjonijiet finanzjarji limitati għall-Istati Membri. Dawn l-implikazzjonijiet finanzjarji jistgħu jinqasmu fi tliet partijiet.

(1)Kif previst fl-Artikolu 15 tal-proposta kurrenti, l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw li jkunu disponibbli għodod investigattivi effettivi għall-investigazzjoni ta’ reati relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(2)F’konformità mal-Artikolu 13 tal-proposta kurrenti, l-Istati Membri se jkollhom jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell strateġiku u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta’ reati relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(3)L-Istati Membri se jiffaċċjaw xi kostijiet relatati mal-obbligu msemmi hawn fuq sabiex jippreżentaw, fuq bażi annwali, statistika dwar ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3, 4 u 5. Madankollu, ma hemmx biżżejjed data disponibbli sabiex tippermetti stima eżatta tal-kostijiet relatati.

5.ELEMENTI OĦRA

·Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-Istati Membri se jkollhom sitt xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva sabiex jittrasponuha fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. Sentejn wara t-tmiem ta’ dan il-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni se jkollha tipproduċi rapport dwar kif l-Istati Membri ttrasponew id-Direttiva. Ħames snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni, il-Kummissjoni trid tipproduċi studju dwar l-effettività tad-Direttiva biex tevalwa l-valur miżjud tagħha.

·Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Artikolu 1: Suġġett

Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-għan tad-Direttiva, b’mod partikolari l-għan tagħha li tiżgura l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Artikolu 2: Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. Din tapplika għal ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni adottati mill-UE abbażi tal-Artikolu 29 tat-TUE jew tal-Artikolu 215 tat-TFUE. Tali miżuri jinkludu l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, projbizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u projbizzjonijiet fuq id-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, jew it-tranżitu minnu, kif ukoll miżuri ekonomiċi settorjali u embargos tal-armi. Barra minn hekk, din id-dispożizzjoni tipprovdi definizzjonijiet tat-termini użati fid-Direttiva, inkluż tal-“persuna, entità jew korp deżinjati”, tal-“fondi” u tar-“riżorsi ekonomiċi”.

Artikolu 3: Ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni

Din id-dispożizzjoni tiddeskrivi r-reati kriminali koperti minn din id-Direttiva. Ir-reati jkopru l-ksur tal-projbizzjonijiet u r-restrizzjonijiet li jinsabu fil-miżuri restrittivi tal-Unjoni, l-imġiba maħsuba biex jiġu evitati l-miżuri restrittivi tal-Unjoni 41 , u l-ksur tal-kundizzjonijiet skont l-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti biex jitwettqu ċerti attivitajiet li kieku huma pprojbiti mill-miżuri restrittivi. Dawn ir-reati ma għandhomx ikunu mifhuma li jimponu obbligi fuq persuni fiżiċi li jmorru kontra d-dritt li persuna ma tinkriminax lilha nnifisha u li tibqa’ siekta kif stabbilit fil-Karta u fid-Direttiva (UE) 2016/343 42 . Barra minn hekk, dawn ma jaffettwawx ir-regoli applikabbli dwar ir-rapportar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali.

Barra minn hekk, attivitajiet li jikkonċernaw il-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ użu ta’ kuljum għall-użu personali ta’ persuni fiżiċi magħżula, bħal prodotti u servizzi tal-ikel u tal-kura tas-saħħa, jew ta’ ammonti ta’ flus żgħar, fejn din tkun limitata b’mod ċar għall-issodisfar tal-ħtiġijiet umani bażiċi ta’ tali persuni u tal-membri tal-familja dipendenti tagħhom huma esklużi milli jkunu kriminalizzati. In-nuqqas ta’ rapportar ta’ tali attivitajiet huwa wkoll eskluż mill-kriminalizzazzjoni. Addizzjonalment, il-forniment ta’ għajnuna umanitarja lil persuni fil-bżonn huwa eskluż mill-kriminalizzazzjoni. Tali għajnuna umanitarja trid tiġi pprovduta strettament f’konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u notevolment tista’ tikkonsisti fl-ikel u n-nutrizzjoni, fil-kenn, fil-kura tas-saħħa, fl-ilma u fis-sanità. Barra minn hekk, fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, il-liġi tal-konflitt armat, teħtieġ li l-miżuri restrittivi ma għandhomx jipprevjenu l-provediment ta’ għajnuna umanitarja skont il-prinċipji ta’ imparzjalità, umanità, newtralità u indipendenza 43 .

Ċertu ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jikkostitwixxi wkoll reat kriminali meta jitwettaq b’negliġenza serja. B’mod partikolari, il-professjonisti, bħal dawk fis-servizzi legali, finanzjarji u kummerċjali, għandhom jeżerċitaw id-diliġenza dovuta sabiex jipprevjenu kwalunkwe ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Artikolu 4: Istigazzjoni, għajnuna u assistenza, u tentattiv

L-Artikolu 4 jikkriminalizza l-istigazzjoni, u l-għajnuna u l-assistenza għat-twettiq ta’ reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3. Barra minn hekk, it-tentattivi ta’ twettiq ta’ reati kriminali elenkati fl-Artikolu 3 huma kriminalizzati.

Artikolu 5: Pieni kriminali għal persuni fiżiċi

L-Artikolu 5 jipprovdi standards minimi sabiex jiġi żgurat li r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jkunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-proposta tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu livelli u tipi speċifiċi ta’ sanzjonijiet għal reati kriminali relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Il-kategorizzazzjoni proposta tirrifletti s-serjetà tar-reati. Limitu monetarju ta’ EUR 100 000 huwa stabbilit bħala mod kif issir distinzjoni bejn reati aktar serji li għandhom ikunu punibbli b’terminu massimu ta’ priġunerija ta’ mill-inqas 5 snin. Kif imsemmi, bħalissa, f’14-il Stat Membru, it-tul massimu tal-priġunerija huwa ta’ bejn sentejn u 5 snin. Fi tmien Stati Membri, huma possibbli sentenzi massimi ta’ bejn 8 snin u 12-il sena 44 . Penali jew miżuri addizzjonali għandhom ukoll ikunu disponibbli fi proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi. Dawn għandhom jinkludu multi.

Artikolu 6: Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

L-Artikolu 6 fih obbligi sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà tal-persuni ġuridiċi għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 fejn tali reati jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom. Dan l-artikolu jipprevedi wkoll li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għal nuqqas ta’ superviżjoni u kontroll li jkun renda possibbli t-twettiq ta’ reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju tal-persuna ġuridika. Barra minn hekk, ir-responsabbiltà tal-persuna ġuridika ma għandhiex teskludi proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi.

Artikolu 7: Pieni għall-persuni ġuridiċi

L-Artikolu 7 jistabbilixxi l-pieni applikabbli għall-persuni ġuridiċi involuti fir-reati kriminali koperti minn din il-proposta. B’mod partikolari, l-Istati Membri huma meħtieġa jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 6 tkun suġġetta għal pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi: multi kriminali jew mhux kriminali; l-esklużjoni mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ sejħiet għall-offerti, għotjiet u konċessjonijiet; skwalifika mill-prattika ta’ attivitajiet ta’ negozju; l-irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fit-twettiq tar-reat; it-tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja; l-istralċ ġudizzjarju; l-għeluq ta’ stabbilimenti li ntużaw sabiex jitwettaq ir-reat kriminali.

Barra minn hekk, dan l-artiklu jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-persuni ġuridiċi li jibbenefikaw mit-twettiq minn oħrajn ta’ reati bi ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jkunu punibbli b’multi, li l-limitu massimu tagħhom jenħtieġ li ma jkunx inqas minn ħamsa fil-mija tal-fatturat dinji totali tal-persuna ġuridika fis-sena finanzjarja ta’ qabel id-deċiżjoni ta’ mmultar. Ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi ma teskludix il-possibbiltà ta’ proċedimenti kriminali kontra persuni fiżiċi li jkunu l-awturi tar-reati kriminali speċifikati fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 8: Ċirkostanzi aggravanti

L-Artikolu 8 jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi aggravanti li għandhom jitqiesu meta jiġu applikati sanzjonijiet għal reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4. Kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin għandha titqies bħala ċirkostanza aggravanti: ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI tal-Kunsill 45 ; ir-reat twettaq minn fornitur ta’ servizz professjonali bi ksur tal-obbligi professjonali tiegħu; ir-reat twettaq minn uffiċjal pubbliku waqt it-twettiq ta’ dmirijietu; u r-reat twettaq minn persuna oħra fit-twettiq ta’ funzjoni pubblika.

Artikolu 9: Ċirkostanzi mitiganti

L-Artikolu 9 jistabbilixxi ċ-ċirkostanzi mitiganti li għandhom jitqiesu meta jiġu applikati l-pieni għal reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4. Dan jiġri meta l-awtur tar-reat jagħti lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji informazzjoni li ma kienx jirnexxielhom jiksbu b’mod ieħor, u jgħinhom sabiex: (i) jidentifikaw jew iressqu quddiem il-qorti lill-awturi l-oħrajn tar-reat; u/ jew (ii) isibu provi.

Artikolu 10: Iffriżar u konfiska

L-Artikolu 10 jiċċara l-kunċett ta’ “rikavat” 46 speċifikament f’sitwazzjonijiet li fihom il-persuna, l-entità jew il-korp deżinjati jikkommettu jew jipparteċipaw fir-reati speċifiċi ta’ ċirkomvenzjoni skont l-Artikolu 3(2)(h) (i) u (ii). Il-proporzjonalità tal-konfiska għandha tiġi osservata f’kull każ individwali.

Artikolu 11: Regoli dwar il-ġuriżdizzjoni

L-Artikolu 11 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jistabbilixxu ġuriżdizzjoni għal reati koperti mill-proposta. L-Istati Membri għandhom jeżerċitaw ġuriżdizzjoni fuq reati mwettqa minn persuni ġuridiċi stabbiliti fit-territorju tagħhom u fejn ir-reati jitwettqu għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju mwettaq b’mod sħiħ jew parzjalment fl-UE. B’mod partikolari, ir-rapport tal-2021 tan-Network għall-Ġenoċidju jsemmi diversi każijiet rilevanti 47 ta’ kumpaniji stabbiliti fi Stat Membru li jiksru miżuri restrittivi f’pajjiżi mhux tal-UE. Barra minn hekk, l-istabbiliment ta’ ġuriżdizzjoni fuq il-persuni ġuridiċi fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-UE huwa ta’ importanza partikolari sabiex jiġi indirizzat il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dan se jippermetti lill-Istati Membri jwettqu l-prosekuzzjoni ta’ ksur b’konnessjoni mal-UE li jitwettaq permezz ta’ pajjiżi mhux tal-UE u/jew minn persuni mhux tal-UE, eż. esportazzjonijiet mill-UE lejn destinazzjoni mmirata jew utent finali, jew trasferimenti ta’ assi mill-UE lil persuna elenkata.

Artikolu 12: Perjodi ta’ preskrizzjoni

L-Artikolu 12 jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jinvestigaw, iwettqu l-prosekuzzjoni u jiddeċiedu dwar ir-reati kriminali koperti minn din il-proposta matul ċertu perjodu ta’ żmien.

Artikolu 13: Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru

Din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livell strateġiku u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom involuti fil-prevenzjoni, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni ta’ reati relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Artikolu 14: Rapportar ta’ reati u protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni jew li jassistu fl-investigazzjoni

Din id-dispożizzjoni tikkonċerna l-protezzjoni tal-informaturi li jirrapportaw informazzjoni jew li jipprovdu evidenza lil investigazzjoni kriminali relatata mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Artikolu 15: Għodod ta’ investigazzjoni

Din id-dispożizzjoni tistabbilixxi li għodod effettivi ta’ investigazzjoni, bħal dawk li jintużaw fi kriminalità organizzata jew reati kriminali serji oħra, għandhom ikunu disponibbli wkoll għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 16: Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Europol, il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Din id-dispożizzjoni tirrikjedi li l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Europol, il-Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u l-Kummissjoni, fil-kompetenza rispettiva tagħhom, jikkooperaw ma’ xulxin fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom wkoll jikkondividu informazzjoni dwar kwistjonijiet prattiċi.

Artikolu 17: Emendi għad-Direttiva (UE) 2018/1673

Id-dispożizzjoni temenda l-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2018/1673 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali 48 billi tiddefinixxi l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala “attivitajiet kriminali”. B’konsegwenza ta’ dan, il-ħasil tal-flus kif deskritt fl-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/1673 li jinvolvi proprjetà derivata mir-reati kriminali koperti minn din id-Direttiva jikkostitwixxi reat kriminali.

Artikolu 18-21

Dawn l-Artikoli fihom dispożizzjonijiet ulterjuri dwar it-traspożizzjoni mill-Istati Membri, ir-rapportar mill-Istati Membri, l-evalwazzjoni u r-rapportar mill-Kummissjoni, id-dħul fis-seħħ u l-persuni indirizzati minn din id-Direttiva. Minħabba l-ħtieġa urġenti li jinżammu responsabbli l-individwi u l-persuni ġuridiċi involuti fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien 6 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

2022/0398 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ pieni għall-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikulari, l-Artikolu 83(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, l-integrità tas-suq intern fl-Unjoni, u sabiex jinkiseb livell għoli ta’ sigurtà fiż-Żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ pieni fir-rigward tal-ksur ta’ dawk il-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(2)Miżuri restrittivi tal-Unjoni, bħal miżuri li jikkonċernaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi, il-projbizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u l-projbizzjonijiet fuq id-dħul jew it-tranżitu mit-territorju ta’ Stat Membru, kif ukoll miżuri ekonomiċi settorjali u embargos tal-armi, huma għodda essenzjali għall-promozzjoni tal-objettivi tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni, kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). Dawk l-objettivi jinkludu s-salvagwardja tal-valuri, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tal-Unjoni, il-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali u ż-żamma tal-paċi internazzjonali, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali f’konformità mal-għaniijet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonjiet Uniti.

(3)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta’ dawk il-miżuri restrittivi tal-Unjoni, inklużi obbligi, bħar-rapportar, stabbiliti fih. Huwa meħtieġ ukoll li dawk il-penali jindirizzaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(4)L-applikazzjoni effettiva tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni titlob definizzjonijiet kriminali komuni ta’ mġiba li tikser il-miżuri restrittivi tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li din l-imġiba tikkostitwixxi reat kriminali meta jitwettaq b’intenzjoni kif ukoll b’negliġenza serja, f’każ li l-persuna fiżika jew ġuridika tkun taf jew kellha tkun taf, li l-imġiba tagħha tikser il-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(5)L-applikazzjoni effettiva tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni titlob ukoll definizzjonijiet kriminali komuni ta’ imġiba li tikkostitwixxi ċirkomvenzjoni ta’ miżura restrittiva tal-Unjoni.

(6)Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi, li jiġu indikati individwalment fil-miżuri restrittivi tal-Unjoni u soġġetti għal dawk il-miżuri restrittivi tal-Unjoni, spiss jistgħu jkunu involuti bħala istigaturi u kompliċi. Pereżempju, il-prattika minn persuni u entitajiet deżinjati li jittrasferixxu fondi, proprjetà jew riżorsi ekonomiċi lil parti terza bil-ħsieb li jiksbu ċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni qed issir dejjem aktar mifruxa. Għalhekk, din l-imġiba hija koperta mir-reat ta’ ċirkomvenzjoni approssimat minn din id-Direttiva.

(7)Jenħtieġ li l-professjonisti legali, kif definiti mill-Istati Membri, ikunu soġġetti għal din id-Direttiva, inkluż l-obbligu li jirrapportaw il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, meta jipprovdu servizzi fil-kuntest ta’ attivitajiet professjonali, bħal servizzi legali, finanzjarji u kummerċjali. L-esperjenza turi li hemm riskju ċar li s-servizzi ta’ dawk il-professjonisti legali jintużaw ħażin għall-fini ta’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Madankollu, jenħtieġ li jkun hemm eżenzjonijiet minn kwalunkwe obbligu li tiġi rrapportata informazzjoni li tinkiseb b’rabta stretta ma’ proċedimenti ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali, kemm jekk qabel, matul jew wara l-proċedimenti ġudizzjarji, jew matul l-aċċertar tal-pożizzjoni legali ta’ klijent. Għalhekk, jenħtieġ li l-parir legali f’dawk iċ-ċirkostanzi jibqa’ soġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali, ħlief meta l-professjonist legali jkun qed jieħu sehem fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, il-parir legali jiġi pprovdut għall-finijiet ta’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew il-professjonist legali jkun jaf li l-klijent qiegħed ifittex parir legali għall-finijiet ta’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. L-għarfien jista’ jiġu dedott minn ċirkostanzi fattwali u oġġettivi.

(8)Barra minn hekk, l-applikazzjoni effettiva tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni titlob definizzjoni komuni tal-liġi kriminali ta’ mġiba li tikser il-kundizzjonijiet skont awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu ċerti attivitajiet, li fin-nuqqas ta’ tali awtorizzazzjoni huma pprojbiti jew ristretti skont miżura restrittiva tal-Unjoni.

(9)Huwa xieraq li jiġu esklużi mill-kriminalizzazzjoni attivitajiet li jikkonċernaw il-provvista ta’ oġġetti u servizzi ta’ użu ta’ kuljum għall-użu personali ta’ persuni fiżiċi magħżula, bħal prodotti u servizzi tal-ikel u tal-kura tas-saħħa, jew ta’ ammonti ta’ flus żgħar, fejn din tkun limitata b’mod ċar għall-issodisfar tal-ħtiġijiet umani bażiċi ta’ tali persuni u tal-membri tal-familja dipendenti tagħhom. In-nuqqas ta’ rapportar ta’ tali attivitajiet jenħtieġ li jiġi eskluż ukoll mill-kriminalizzazzjoni. Barra minn hekk, huwa xieraq li jiġi eskluż mill-kriminalizzazzjoni l-għoti ta’ għajnuna umanitarja lil persuni fil-bżonn. Tali għajnuna umanitarja trid tiġi pprovduta strettament f’konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u notevolment tista’ tikkonsisti fl-ikel u n-nutrizzjoni, fil-kenn, fil-kura tas-saħħa, fl-ilma u fis-sanità. Barra minn hekk, fl-implimentazzjoni tad-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw id-Dritt Umanitarju Internazzjonali, il-liġi tal-konflitt armat, teħtieġ li l-miżuri restrittivi ma għandhomx jipprevjenu l-provediment ta’ għajnuna umanitarja skont il-prinċipji ta’ imparzjalità, umanità, newtralità u indipendenza.

(10)Il-pieni għar-reati jenħtieġ li jkunu effettivi, dissważivi u proporzjonati. Għal dan il-għan, jenħtieġ li jiġu stabbiliti livelli minimi għat-terminu massimu ta’ priġunerija għall-persuni fiżiċi. Għalhekk jenħtieġ li jkunu disponibbli pieni jew miżuri addizzjonali fi proċedimenti kriminali. Jenħtieġ li dawn jinkludu multi, filwaqt li jitqies li l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni huwa prinċipalment motivat minn kunsiderazzjonijiet ekonomiċi.

(11)Minħabba li l-persuni ġuridiċi huma wkoll soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-persuni ġuridiċi jinżammu responsabbli b’mod kriminali wkoll għal reati relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni skont din id-Direttiva. L-Istati Membri li l-liġi nazzjonali tagħhom ma tipprevedix ir-responsabbiltà kriminali tal-persuni ġuridiċi jenħtieġ li jiżguraw li s-sistemi ta’ sanzjonar amministrattivi tagħhom jipprevedu tipi u livelli ta’ pieni effettivi, dissważivi u proporzjonati.

(12)Jenħtieġ li jitrawmu approssimazzjoni u effettività ulterjuri tal-livelli ta’ pieni imposti fil-prattika permezz ta’ ċirkostanzi aggravanti komuni li jirriflettu s-severità tar-reat imwettaq. Il-kunċett ta’ ċirkostanzi aggravanti għandu jinftiehem jew bħala fatti li jippermettu lill-imħallef nazzjonali jew lill-qorti jagħtu sentenza ogħla għall-istess reat minn dik riċevuta mingħajr dawn il-fatti, jew bħala l-possibbiltà li jinżammu diversi reati b’mod kumulattiv sabiex jiżdied il-livell tal-piena. L-Istati Membri jenħtieġ li jipprevedu l-possibbiltà ta’ mill-inqas waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi aggravanti f’konformità mar-regoli applikabbli stabbiliti mis-sistema legali tagħhom dwar ċirkostanzi aggravanti. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li jibqa’ fid-diskrezzjoni tal-imħallef jew tal-qorti li jiddetermina jekk għandhiex tiżdied is-sentenza, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha tal-kawża individwali.

(13)L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw ukoll li f’sitwazzjonijiet fejn l-awtur tar-reat jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni li kieku ma kinux ikunu jistgħu jiksbu, u b’hekk jgħinhom jidentifikaw jew jixlu lil awturi tar-reati oħrajn jew isibu provi, tali mġiba tista’ titqies bħala ċirkostanza mitiganti.

(14)L-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi imposti minn miżuri restrittivi tal-Unjoni huwa ta’ natura amministrattiva. Bħala tali, dan jenħtieġ li jkun distint minn miżuri ta’ ffriżar ta’ natura kriminali msemmija fid-Direttiva (UE) […/…] [Direttiva dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi].

(15)Huwa neċessarju li jiġi ċċarat li l-kunċett ta’ rikavati speċifikament f’sitwazzjonijiet li fihom il-persuna, l-entità jew il-korp deżinjati jwettqu jew jipparteċipaw fi: (i) il-ħabi ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi li huma proprjetà ta’ persuna, entità jew korp deżinjat, miżmuma jew ikkontrollati minnhom , li jenħtieġ li jiġu ffriżati f’konformità ma’ miżura restrittiva tal-Unjoni, bit-trasferiment ta’ dawk il-fondi, jew ta’ riżorsi ekonomiċi lil parti terza; jew (ii) il-ħabi tal-fatt li persuna, entità jew korp soġġetti għal miżuri restrittivi huwa s-sid aħħari jew il-benefiċjarju ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi, permezz tal-għoti ta’ informazzjoni falza jew mhux kompluta. F’dawk iċ-ċirkostanzi, bħala konsegwenza tat-twettiq tal-ħabi, il-persuna deżinjata, l-entità tal-korp tista’ tkompli taċċessa u tagħmel użu sħiħ jew tiddisponi mill-fondi jew mir-riżorsi ekonomiċi soġġetti għall-miżuri restrittivi tal-Unjoni li jkunu ġew moħbija. Tali fondi jew riżorsi ekonomiċi għandhom għalhekk jitqiesu bħala rikavati mill-kriminalità għall-finijiet tad-Direttiva (UE) […/…][ Id-Direttiva dwar l-irkupru u l-konfiska ta’ assi], filwaqt li huwa mifhum li l-proporzjonalità tal-konfiska ta’ tali rikavati se jkollha tiġi osservata f’kull każ individwali.

(16)Minħabba, b’mod partikolari, l-attivitajiet globali tal-awturi ta’ mġiba illegali koperta minn din id-Direttiva, flimkien man-natura transfruntiera tar-reati u l-possibbiltà ta’ investigazzjonijiet transfruntiera, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu ġuriżdizzjoni sabiex jiġġieldu tali mġiba b’mod effettiv.

(17)L-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu regoli dwar il-perjodi ta’ preskrizzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jiġġieldu b’mod effettiv ir-reati relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li ma jistabbilixxux perjodi ta’ preskrizzjoni għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-infurzar.

(18)Sabiex tiġi żgurata sistema ta’ infurzar effettiva, integrata u koerenti, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw kooperazzjoni u komunikazzjoni interna bejn l-atturi kollha tul il-ktajjen ta’ infurzar amministrattivi u kriminali.

(19)Sabiex jiġu żgurati l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi ta’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jikkooperaw permezz tal-Europol, il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u magħhom. Dawn l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ ukoll li jikkondividu informazzjoni bejniethom u mal-Kummissjoni dwar kwistjonijiet prattiċi.

(20)L-informaturi jistgħu jipprovdu informazzjoni siewja lill-awtoritajiet kompetenti dwar ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni li seħħ fil-passat, li huwa pendenti jew li huwa ppjanat, inklużi tentattivi għaċ-ċirkomvenzjoni tagħhom. Din l-informazzjoni tista’ tkun relatata, pereżempju, ma’ fatti dwar il-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, iċ-ċirkostanzi tagħhom u l-individwi, il-kumpaniji u l-pajjiżi terzi involuti. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm arranġamenti adegwati fis-seħħ sabiex tali informaturi jkunu jistgħu jwissu lill-awtoritajiet kompetenti u sabiex jiġu protetti minn ritaljazzjoni. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jiġi previst li d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 hija applikabbli għar-rapportar ta’ ksur tal-niżuri restrittivi tal-Unjoni u għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw tali ksur.

(21)Sabiex jiżguraw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi ta’ ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni, dawk responsabbli mill-investigazzjoni jew mill-prosekuzzjoni ta’ tali miżuri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu użu minn għodod ta’ investigazzjoni effettivi bħal dawk li jintużaw fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata jew reati serji oħra. L-użu ta’ tali għodod, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jkun immirat u li jqis il-prinċipju tal-proporzjonalità u n-natura u l-gravità tar-reati li jkunu qegħdin jiġu investigati, kif ukoll li jiġi rrrispettat id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali.

(22)Jenħtieġ li emenda għad-Direttiva (UE) 2018/1673 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali 50 tiżgura li l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jitqies bħala reat predikat għall-ħasil tal-flus skont dik id-Direttiva.

(23)L-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu żgurati definizzjonijiet komuni ta’ reati relatati mal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni u d-disponibbiltà ta’ pieni kriminali effettivi, dissważivi u proporzjonati għal reati serji relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din id-Direttiva, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, b’kont meħud tan-natura transfruntiera inerenti tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni u l-potenzjal tagħhom li jimminaw il-kisba tal-objettivi tal-Unjoni li jiġu ssalvagwardjati l-paċi u s-sigurtà internazzjonali kif ukoll li jiġu osservati l-valuri komuni tal-Unjoni. Għalhekk, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(24)Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi d-drittijiet għal-libertà u s-sigurtà, il-protezzjoni tad-data personali, il-libertà li wieħed imexxi negozju, id-dritt għall-proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża inkluż id-dritt li wieħed ma jinkriminax ruħu u li jibqa’ sieket, il-prinċipji tal-legalità, inkluż il-prinċipju ta’ nonretroattività tal-pieni kriminali u l-proporzjonalità tar-reati u tal-pieni kriminali, kif ukoll il-prinċipju ta’ ne bis in idem. Din id-Direttiva tfittex li tiżgura r-rispett sħiħ ta’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji u jenħtieġ li tiġi implimentata skont dan.

(25)Fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-drittijiet proċedurali ta’ persuni suspettati jew akkużati fi proċedimenti kriminali jiġu rrispettati. F'dan ir-rigward, l-obbligi skont din id-Direttiva jenħtieġ li ma jaffettwax l-obbligi tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni dwar drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali, b’mod partikolari d-Direttivi 2010/64/UE 51 , 2012/13/UE 52 , 2013/48/UE 53 , (UE) 2016/343 54 , (UE) 2016/800 55 u (UE) 2016/1919 56 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(26)Fid-dawl tal-ħtieġa urġenti li l-individwi u l-persuni ġuridiċi involuti fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni jinżammu responsabbli, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

(27)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u għalhekk ma hijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(28)[nuqqas ta’ parteċipazzjoni:] F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda ma hijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva u ma hijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

JEW [parteċipazzjoni:] F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, l-Irlanda nnotifikat, [, permezz tal-ittra ta’ …,], ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati kriminali u ta’ pieni fir-rigward tal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

(1)Din id-Direttiva tapplika għal ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni. Dawk il-miżuri restrittivi tal-Unjoni jkopru:

(a)miżuri li jikkonċernaw l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi;

(b)projbizzjonijiet fuq id-disponibbiltà ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi;

(c)projbizzjonijiet fuq id-dħul fit-territorju ta’ Stat Membru, jew it-tranżitu minnu

(d)miżuri ekonomiċi u finanzjarji settorjali; u

(e)embargo fuq l-armi.

(2)Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“miżuri restrittivi tal-Unjoni” huma miżuri restrittivi adottati mill-Unjoni abbażi tal-Artikolu 29 tat-TUE jew tal-Artikolu 215 tat-TFUE;

(b)“persuna, entità jew korp deżinjati”, tfisser dawk il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni li jikkonsistu fl-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi u l-projbizzjoni li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli;

(c)“fondi” tfisser:

(i) flus kontanti, ċekkijiet, pretensjonijiet fuq flus, kambjali, money orders u strumenti oħra ta’ pagament;

(ii) depożiti ma’ istituzzjonijiet finanzjarji jew entitajiet oħra, bilanċi fuq kontijiet, djun u obbligi ta’ dejn;

(iii) titoli u strumenti ta’ dejn innegozjati pubblikament u privatament, inklużi l-istokks u l-azzjonijiet, iċ-ċertifikati li jirrappreżentaw titoli, bonds, noti, warrants, bonds mhux garantiti u kuntratti tad-derivattivi;

(iv) imgħax, dividendi jew introjtu ieħor minn assi jew il-valur provenjenti jew iġġenerat minnhom;

(v) kreditu, dritt ta’ tpaċija, garanziji, garanziji tal-eżekuzzjoni jew impenji finanzjarji oħrajn;

(vi) ittri ta’ kreditu, poloz ta’ kargu, poloz ta’ bejgħ;

(vii) dokumenti li jagħtu prova ta’ xi interess f’fondi jew f’riżorsi finanzjarji;

(viii) kriptoassi;    

(d)“riżorsi ekonomiċi” tfisser assi ta’ kull tip, kemm dawk tanġibbli kif ukoll dawk intanġibbli, mobbli jew immobbli, li ma humiex fondi iżda li jistgħu jintużaw sabiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi;

(e)“iffriżar ta’ fondi” tfisser il-prevenzjoni ta’ kull moviment, trasferiment, alterazzjoni ta’ fondi, użu tagħhom, aċċess għalihom, jew negozju bihom li b’xi mod jirriżulta f’xi bidla fil-volum, fl-ammont, fil-post, fil-proprjetà, fil-pussess, fin-natura, fid-destinazzjoni tagħhom jew f’kull bidla oħra li tippermetti li l-fondi jintużaw, inkluża l-ġestjoni ta’ portafolji;

(f)“iffriżar ta’ riżorsi ekonomiċi” tfisser il-prevenzjoni tal-użu ta’ riżorsi ekonomiċi sabiex jinkisbu fondi, oġġetti jew servizzi bi kwalunkwe mod, inklużi, iżda mhux limitat għal, bil-bejgħ tagħhom, bil-kiri tagħhom jew bil-kostituzzjoni fuqhom ta’ garanziji.

Artikolu 3

Ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni

(1)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-ksur ta’ miżura restrittiva tal-Unjoni jikkostitwixxi reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment u ġaladarba jkun jaqa’ taħt waħda mill-kategoriji definiti fil-paragrafu 2.

(2)Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, dan li ġej għandu jitqies bħala ksur ta’ miżura restrittiva tal-Unjoni:

(a)li fondi jew riżorsi ekonomiċi jitpoġġew għad-dispożizzjoni, jew għall-benefiċċju ta’, persuna, entità jew korp deżinjati bi ksur ta’ projbizzjoni minn miżura restrittiva tal-Unjoni;

(b)in-nuqqas ta’ ffriżar mingħajr dewmien żejjed ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi li jappartjenu lil persuna, entità jew korp deżinjati, jew li huma proprjetà tagħhom, miżmuma jew ikkontrollati minnhom bi ksur ta’ obbligu li jsir dan impost minn miżura restrittiva tal-Unjoni;

(c)li jiġi permess id-dħul ta’ persuni fiżiċi ddeżinjati fit-territorju ta’ Stat Membru jew it-tranżitu tagħhom mit-territorju ta’ Stat Membru bi ksur ta’ projbizzjoni minn miżura restrittiva tal-Unjoni;

(d)id-dħul fi tranżazzjonijiet ma’ Stat terz, ma’ korpi ta’ Stat terz, ma’ entitajiet u ma’ korpi li huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn Stat terz jew minn korpi ta’ Stat terz, li huma pprojbiti jew ristretti minn miżuri restrittivi tal-Unjoni;

(e)in-negozjar ta’ oġġetti jew servizzi li l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, ix-xiri, it-trasferiment, it-tranżitu jew it-trasport tagħhom huwa pprojbit jew ristrett minn miżuri restrittivi tal-Unjoni, kif ukoll l-għoti ta’ servizzi ta’ senserija jew servizzi oħra relatati ma’ dawk il-prodotti u s-servizzi;

(f)il-forniment ta’ attivitajiet finanzjarji li huma pprojbiti jew ristretti minn miżuri restrittivi tal-Unjoni, bħall-finanzjament u l-assistenza finanzjarja, il-forniment ta’ investiment jew ta’ servizzi ta’ investiment, il-ħruġ ta’ titoli trasferibbli u strumenti tas-suq tal-flus, l-aċċettazzjoni ta’ depożiti, il-forniment ta’ servizzi speċjalizzati ta’ messaġġi finanzjarji, in-negozjar ta’ karti tal-flus, il-forniment ta’ servizzi ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, il-provvista ta’ kriptoassi u kartieri;

(g)il-forniment ta’ servizzi oħra li huma pprojbiti jew ristretti minn miżuri restrittivi tal-Unjoni, bħal servizzi ta’ konsulenza legali, servizzi fiduċjarji, servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi, kontabilità, awditjar, żamma tal-kotba u servizzi ta’ konsulenza dwar it-taxxa, konsulenza dwar in-negozju u l-ġestjoni, konsulenza fl-IT, servizzi ta’ relazzjonijiet pubbliċi, servizzi ta’ xandir, arkitettoniċi u ta’ inġinerija;

(h)iċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżura restrittiva tal-Unjoni permezz ta’:

(i)    il-ħabi ta’ fondi jew ta’ riżorsi ekonomiċi li huma proprjetà ta’persuna, entità jew korp deżinjati, miżmuma jew ikkontrollati minnhom , li jenħtieġ li jiġu ffriżati f’konformità ma’ miżura restrittiva tal-Unjoni, bit-trasferiment ta’ dawk il-fondi, jew ta’ riżorsi ekonomiċi lil parti terza;

(ii)    il-ħabi tal-fatt li persuna, entità jew korp soġġetti għal miżuri restrittivi huwa s-sid aħħari jew il-benefiċjarju ta’ fondi jew riżorsi ekonomiċi, permezz tal-għoti ta’ informazzjoni falza jew mhux kompluta.

(iii)    in-nuqqas ta’ konformità minn persuna, entità jew korp deżinjati ma’ obbligu skont miżuri restrittivi tal-Unjoni sabiex jirrapportaw fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru, li jappartjenu lilhom, li huma proprjetà tagħhom, huma miżmuma jew ikkontrollati minnhom;

(iv)    in-nuqqas ta’ konformità ma’ obbligu skont il-miżuri restrittivi tal-Unjoni li tipprovdi mingħajr dewmien żejjed informazzjoni dwar fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew informazzjoni miżmuma dwar fondi u riżorsi ekonomiċi fit-territorju tal-Istati Membri, li jappartjenu għal, huma proprjetà ta’ persuni, entitajiet jew korpi deżinjati huma miżmuma jew ikkontrollati minnhom u li ma ġewx iffriżati, lill-awtoritajiet amministrattivi kompetenti;

(v)    in-nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet amministrattivi kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ informazzjoni skont il-punti (iii) u (iv), fuq talba motivata tagħhom;

(i)il-ksur jew in-nuqqas li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet skont awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jitwettqu attivitajiet, li fin-nuqqas ta’ tali awtorizzazzjoni huma pprojbiti jew ristretti skont miżura restrittiva tal-Unjoni.

(3)L-imġiba msemmija fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (g) għandha tikkostitwixxi reat kriminali anke jekk titwettaq b’negliġenza serja.

(4)Xejn fil-paragrafu 2 ma għandu jinftiehem bħala li jimponi obbligi fuq persuni fiżiċi li jmorru kontra d-dritt li persuna ma tinkriminax lilha nnifisha u li tibqa’ siekta kif minqux fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fid-Direttiva (UE) 2016/343.

(5)Xejn fil-paragrafu 2 ma għandu jinftiehem li jimponi obbligu fuq il-professjonisti legali li jirrapportaw informazzjoni li tinkiseb b’rabta stretta mal-proċedimenti ġudizzjarji, amministrattivi jew arbitrali, kemm jekk qabel, matul jew wara l-proċedimenti ġudizzjarji, jew matul l-aċċertar tal-pożizzjoni legali ta’ klijent. Il-parir legali f’dawk iċ-ċirkostanzi għandu jkun protett mis-segretezza professjonali, ħlief meta l-professjonist legali jkun qed jieħu sehem fil-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni, il-parir legali jiġi pprovdut għall-finijiet ta’ ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni, jew il-professjonist legali jkun jaf li l-klijent qed ifittex parir legali għall-finijiet ta’ ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(6)Il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal:

-    il-provvista ta’ oġġetti jew servizzi ta’ użu ta’ kuljum għall-użu personali ta’ persuni fiżiċi deżinjati, bħal prodotti u servizzi tal-ikel u tal-kura tas-saħħa, jew ta’ ammonti żgħar ta’ flus, fejn din tkun limitata b’mod ċar sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem ta’ tali persuni u l-membri dipendenti tal-familja tagħhom,

-    in-nuqqas ta’ rapportar ta’ tali attivitajiet;

-    l-għajnuna umanitarja prevista għall-persuni fil-bżonn.

Artikolu 4

Istigazzjoni, għajnuna u assistenza, u tentattiv

(1)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-istigazzjoni, l-għajnuna u l-assistenza fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikolu 3 ikunu punibbli bħala reat kriminali.

(2)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li t-tentattiv sabiex jitwettaq kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikolu 3(2), fil-punti (a) sa (g), (h)(i) u (ii) u l-punt (i), ikun punibbli bħala reat kriminali.

Artikolu 5

Pieni kriminali għal persuni fiżiċi

(1)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 sa 4 jkunu punibbli b’pieni kriminali effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(2)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-reati kriminali msemmijin fl-Artikoli 3 jkunu punibbli b’piena massima li tipprevedi l-priġunerija.

(3)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(2), fil-punti (h)(iii), (iv) u (v), ikunu punibbli b’piena massima ta’ mill-inqas sena priġunerija meta jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi ta’ valur ta’ mill-inqas EUR 100 000. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-limitu ta’ EUR 100 000 jew aktar jista’ jintlaħaq ukoll permezz ta’ serje ta’ reati marbuta msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punti (h)(iii), (iv) u (v), meta jitwettqu mill-istess awtur.

(4)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li r-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(2), fil-punti (a) sa (g), (h)(i) u (ii), u l-punt (i), huma punibbli b’piena massima ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija meta jinvolvu fondi jew riżorsi ekonomiċi ta’ valur ta’ mill-inqas EUR 100 000. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-limitu ta’ EUR 100 000 jew aktar jista’ jintlaħaq ukoll permezz ta’ sensiela ta’ reati marbuta msemmija fl-Artikolu 3(2), il-punti (a) sa (g), (h)(i) u (ii), u l-punt (i), mill-istess awtur tar-reat.

(5)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-persuni fiżiċi li jkunu wettqu r-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 jistgħu jkunu soġġetti għal pieni addizzjonali. Dawk il-pieni addizzjonali għandhom jinkludu multi.

Artikolu 6

Responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi

(1)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli għar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li jkunu twettqu għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li jew taġixxi individwalment jew bħala parti minn korp tal-persuna ġuridika, li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika, abbażi ta’:

(a)prokura sabiex tirrappreżenta lill-persuna ġuridika;

(b)awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

(c)awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

(2)L-Istati Membri għandhom jadottaw ukoll il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għan-nuqqas ta’ sorveljanza jew kontroll minn xi persuna msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li tkun irrendiet possibbli t-twettiq, minn persuna taħt l-awtorità tagħha, ta’ kwalunkwe wieħed mir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika.

(3)Ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi skont il-paragrafi 1 u 2 ma għandhiex teskludi l-proċedimenti kriminali kontra l-persuni fiżiċi li jkunu l-awturi, l-istigaturi jew kompliċi fir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 7

Pieni għall-persuni ġuridiċi

(1)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li persuna ġuridika miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 7 tkun soġġetta għal pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, li għandhom jinkludu multi kriminali jew mhux kriminali, esklużjoni mill-intitolament għal benefiċċji jew għajnuna pubbliċi, esklużjoni mill-aċċess għal finanzjament pubbliku, inklużi proċeduri ta’ offerti, għotjiet u konċessjonijiet u jistgħu jinkludu pieni oħra, bħal:

(a)skwalifika mill-prattika ta’ attivitajiet ta’ negozju;

(b)l-irtirar ta’ permessi u awtorizzazzjonijiet għall-eżerċitar ta’ attivitajiet li rriżultaw fit-twettiq tar-reat;

(c)it-tqegħid taħt superviżjoni ġudizzjarja;

(d)l-istralċ ġudizzjarju;

(e)l-għeluq ta’ stabbilimenti, li ntużaw sabiex jitwettaq ir-reat kriminali.

(2)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li għal persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 7, ir-reati kriminali msemmija fl-Artikolu 3(2)(h) (iii) sa (v), ikunu punibbli b’multi, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 1 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika fis-sena tan-negozju ta’ qabel id-deċiżjoni ta’ mmultar.

(3)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li għal persuni ġuridiċi miżmuma responsabbli skont l-Artikolu 7, ir-reati msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) sa (f), (h)(i) u (ii), u l-punt (i), ikunu punibbli b’multi, li l-limitu massimu tagħhom ma għandux ikun inqas minn 5 % tal-fatturat globali totali tal-persuna ġuridika fis-sena tan-negozju ta’ qabel id-deċiżjoni ta’ mmultar.

Artikolu 8

Ċirkostanzi aggravanti

Sa fejn iċ-ċirkostanzi li ġejjin ma jkunux diġà jifformaw parti mill-elementi li jikkostitwixxu r-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li waħda jew bosta miċ-ċirkostanzi li ġejjin, jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanzi aggravanti:

(a)ir-reat ikun twettaq fil-qafas ta’ organizzazzjoni kriminali fit-tifsira tad-Deċiżjoni Kwadru 2008/841/ĠAI tal-Kunsill 57 ;

(b)ir-reat twettaq minn fornitur ta’ servizz professjonali bi ksur tal-obbligi professjonali tiegħu;

(c)ir-reat twettaq minn uffiċjal pubbliku waqt it-twettiq ta’ dmirijietu;

(d)ir-reat twettaq minn persuna oħra meta tkun qed twettaq funzjoni pubblika.

Artikolu 9

Ċirkostanzi mitiganti

Sakemm dan ma jkunx diġà obbligu skont il-miżuri restrittivi tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li, fir-rigward tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4, dawn li ġejjin jistgħu jitqiesu bħala ċirkostanza mitiganti:

(a)l-awtur tar-reat jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni li ma kinux ikunu jistgħu jiksbu, u b’hekk jgħinhom jidentifikaw jew iressqu quddiem il-ġustizzja lill-awturi l-oħrajn;

(b)l-awtur tar-reat jipprovdi lill-awtoritajiet kompetenti b’informazzjoni li ma kinux ikunu jistgħu jiksbu, u b’hekk jgħinhom isibu l-provi.

Artikolu 10

Iffriżar u konfiska

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi soġġetti għal miżuri restrittivi tal-Unjoni li fir-rigward tagħhom il-persuna, l-entità jew il-korp deżinjati jimpenjaw ruħhom jew jipparteċipaw f’reat imsemmi fl-Artikolu 3(2), il-punti (h)(i) jew (ii), jitqiesu bħala “rikavat” mill-kriminalità għall-finijiet tad-Direttiva (UE) […/…] [Direttiva dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi].

Artikolu 11

Regoli dwar il-ġuriżdizzjoni

(1)Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jistabbilixxi l-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq ir-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4 meta:

(a)ir-reat kriminali jkun twettaq kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu, inkluż fl-ispazju tal-ajru tiegħu;

(b)ir-reat kriminali jkun twettaq abbord kwalunkwe inġenju tal-ajru jew kwalunkwe bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru;

(c)l-awtur tar-reat ikun wieħed min-nazzjonali jew mir-residenti abitwali tiegħu;

(d)l-awtur tar-reat huwa wieħed mill-uffiċjali tiegħu li jaġixxi fil-kariga uffiċjali tiegħu;

(e)ir-reat ikun sar għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tiegħu;

(f)ir-reat jitwettaq għall-benefiċċju ta’ persuna ġuridika fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fit-territorju tiegħu.

(2)Meta reat imsemmi fl-Artikoli 3 u 4 jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ aktar minn Stat Membru wieħed, dawn l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex jiddeterminaw liema Stat Membru għandu jmexxi l-proċedimenti kriminali. Fejn ikun xieraq, il-kwistjoni għandha tiġi riferita lill-Eurojust f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI 58 .

(3)Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1(c), l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li l-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni tagħhom ma jkunx soġġett għall-kundizzjoni li prosekuzzjoni tista’ tinbeda biss wara li jkun sar rapport mill-vittma fil-post fejn ikun twettaq ir-reat kriminali, jew denunzja mill-Istat tal-post fejn ikun twettaq ir-reat kriminali.

Artikolu 12

Perjodi ta’ preskrizzjoni

(1)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jipprevedu perjodu ta’ preskrizzjoni li jippermetti l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u d-deċiżjoni ġudizzjarja dwar ir-reati kriminali msemmijin fl-Artikoli 3 u 4 għal perjodu ta’ żmien suffiċjenti wara li jkunu twettqu dawk ir-reati kriminali, sabiex dawk ir-reati kriminali jkunu jistgħu jiġu indirizzati b’mod effettiv.

(2)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jippermettu l-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni, il-proċess u d-deċiżjoni ġudizzjarja dwar ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 li huma punibbli b’piena massima ta’ mill-inqas 5 snin priġunerija, għal perjodu ta’ mill-inqas 5 snin minn meta jkun twettaq ir-reat.

(3)B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu perjodu ta’ preskrizzjoni li jkun iqsar minn 5 snin, iżda mhux iqsar minn 3 snin, dment li l-perjodu jkun jista’ jiġi interrott jew sospiż f’każ ta’ atti speċifikati.

(4)L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw l-infurzar ta’:

(a)piena ta’ aktar minn sena priġunerija; jew alternattivament

(b)piena ta’ priġunerija f’każ ta’ reat kriminali li huwa punibbli b’sanzjoni massima ta’ mill-inqas 4 snin priġunerija,

imposta wara kundanna finali għal reat kriminali msemmi fl-Artikoli 3 u 4, ta’ mill-inqas 5 snin mid-data tal-kundanna finali. Dak il-perjodu jista’ jinkludu estensjonijiet tal-perjodu ta’ preskrizzjoni li jirriżultaw minn interruzzjoni jew sospensjoni.

Artikolu 13

Koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru

L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni fil-livelli strateġiċi u operazzjonali fost l-awtoritajiet kompetenti kollha tagħhom amministrattivi, tal-infurzar u ġudizzjarji.

Tali mekkaniżmi għandhom mill-inqas ikunu mmirati lejn:

(a)l-iżgurar ta’ prijoritajiet komuni u l-fehim tar-relazzjoni bejn l-infurzar kriminali u l-infurzar amministrattiv;

(b)l-iskambju ta’ informazzjoni għal finijiet strateġiċi u operazzjonali;

(c)konsultazzjoni f’investigazzjonijiet individwali;

(d)l-iskambju tal-aħjar prattiċi;

(e)assistenza lil networks ta’ prattikanti li jaħdmu fuq kwistjonijiet rilevanti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni.

Artikolu 14

Ir-rapportar ta’ reati u l-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw reati relatati mal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni jew li jassistu l-investigazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-protezzjoni mogħtija skont id-Direttiva (UE) 2019/1937 59 , tkun applikabbli għall-persuni li jirrapportaw ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 15

Għodod ta’ investigazzjoni

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li għodod ta’ investigazzjoni effettivi, bħal dawk li jintużaw fl-investigazzjoni tal-kriminalità organizzata jew każijiet oħrajn ta’ reati kriminali serji, ikunu disponibbli wkoll għall-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni tar-reati msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Artikolu 16

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, il-Europol, il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

(1)Mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-kooperazzjoni transfruntiera u l-assistenza legali reċiproka fi kwistjonijiet kriminali, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Eurojust, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Kummissjoni għandhom, fil-kompetenzi rispettivi tagħhom, jikkooperaw flimkien fil-ġlieda kontra r-reati kriminali msemmijin fl-Artikoli 3 u 4. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni, u fejn xieraq, il-Europol u l-Eurojust, għandhom jipprovdu assistenza teknika u operazzjonali sabiex jiffaċilitaw il-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti.

(2)L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkondividu regolarment ukoll informazzjoni dwar kwistjonijiet prattiċi, b’mod partikolari, mudelli ta’ ċirkomvenzjoni, eż. strutturi biex jaħbu s-sjieda benefiċjarja u l-kontroll tal-assi, mal-Kummissjoni u ma’ awtoritajiet kompetenti oħrajn.

   Artikolu 17

Emendi għad-Direttiva (UE) 2018/1673

Fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva (UE) 2018/1673, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(w) ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni”.

Artikolu 18

Traspożizzjoni

(1)L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data- mhux iktar tard minn 6 xhur mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Huma għandhom immedjatament jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

(2)Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’dik ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodu ta’ kif għandha issir tali referenza għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri.

Artikolu 19

Evalwazzjoni u rapportar

(1)Sa [OP – jekk jogħġbok daħħal id-data- sentejn wara li jintemm il-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jivvaluta sa liema punt l-Istati Membri ħadu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni neċessarja għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

(2)Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’atti legali oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom, fuq bażi annwali, jissottomettu l-istatistika li ġejja dwar ir-reati kriminali msemmija fl-Artikoli 3 u 4 lill-Kummissjoni:

(a)l-għadd ta’proċedimenti kriminali mibdija, miċħuda, li rriżultaw f’liberazzjoni, li rriżultaw f’kundanna u li huma pendenti;

(b)it-tipi u l-livelli ta’ pieni imposti għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni.

(3)L-Istati Membri għandhom jippreżentaw id-data statistika msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni bl-użu tal-għodod ta’ rapportar iddedikati stabbiliti mill-Kummissjoni għar-rapportar fil-qasam tal-miżuri restrittivi.

(4)Sa [OP- jekk jogħġbok daħħal id-data - 5 snin wara li jgħaddi l-perjodu ta’ traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-impatt ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa lill-Kummissjoni għat-tħejjija ta’ dak ir-rapport.

Artikolu 20

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 21

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Il-Kunsill jadotta miżuri restrittivi. Il-Kunsill l-ewwel jadotta Deċiżjoni tal-PESK skont l-Artikolu 29 tat-TUE. Il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill jiġu implimentati jew fil-livell tal-UE jew fil-livell nazzjonali. Sa issa kienet il-prattika li miżuri bħal embargi fuq l-armi jew restrizzjonijiet fuq id-dħul jiġu implimentati direttament mill-Istati Membri, li huma legalment marbuta li jaġixxu f’konformità mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-PESK. Miżuri oħra jinkludu l-interruzzjoni jew it-tnaqqis, parzjalment jew kompletament, tar-relazzjonijiet ekonomiċi ma’ pajjiż terz u ta’ miżuri individwali għall-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi, u l-projbizzjoni tat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi. Dawn il-miżuri huma implimentati permezz ta’ Regolament adottat mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, fuq proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 215 tat-TFUE. Id-dispożizzjonijiet kontra ċ-ċirkomvenzjoni jinsabu fiż-żewġ tipi ta’ atti.
(2)    Għal ħarsa ġenerali, ara l-mappa tas-sanzjonijiet tal-UE, disponibbli fuq https://www.sanctionsmap.eu/#/main .
(3)    Fil-ġuriżdizzjoni (territorju) tal- Unjoni , jiġifieri: (a) fit-territorju tal-Unjoni, inkluż fl-ispazju tal-ajru tagħha; (b) abbord kull inġenju tal-ajru jew bastiment taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ xi Stat Membru; (c) għal kull persuna fit-territorju tal-Unjoni jew lil hinn minnu li tkun nazzjonali ta’ Stat Membru; (d) għal kull persuna, entità jew korp ġuridiku, ġewwa jew barra mit-territorju tal-Unjoni, li jkunu inkorporati jew kostitwiti skont il-liġi ta’ Stat Membru; (e) għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe negozju li jsir kompletament jew parzjalment fl-Unjoni (ara eż. l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6)
(4)    Ara l-mappa tas-Sanzjonijiet tal-UE, nota 2, iktar ’il fuq.
(5)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza, COM(2021) 32 final tad-19.1.2021, it-Taqsima 5 (It-tisħiħ tal-implimentazzjoni u l-infurzar tas-sanzjonijiet tal-UE), p. 16, disponibbli fuq https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021DC0032&from=MT . Fl-istess Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tinnota li l-implimentazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni ma hijiex uniformi madwar l-UE kollha daqskemm għandha tkun. Dan joħloq distorsjonijiet fis-suq uniku peress li l-kumpaniji tal-UE, inklużi s-sussidjarji tal-UE ta’ kumpaniji barranin, jistgħu jevadu l-projbizzjonijiet. Dan joħloq ukoll inċertezza fost l-operaturi. Kif ikkwotat, l-infurzar inkonsistenti jimmina l-effikaċja ta’ miżuri restrittivi u l-kapaċità tal-UE li titkellem b’vuċi waħda. Fost inizjattivi oħrajn, l-istrateġija titlob għal aktar ħidma ta’ koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-pieni nazzjonali għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-UE jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
(6)    Pereżempju, ara l-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, test konsolidat disponibbli fuq EUR-Lex - 02014R0833-20220413 - MT - EUR-Lex (europa.eu) .
(7)    Huwa nnotat li din il-klawżola hija applikabbli wkoll jekk il-miżuri restrittivi ma jkunux inkisru; biżżejjed li wieħed jipparteċipa fi skemi maħluqa għal dak l-għan.
(8)    L-approssimazzjoni ta’ definizzjonijiet u sanzjonijiet kriminali ma tistax issir fuq il-bażi ġuridika mhux leġiżlattiva tal-Artikolu 29 tat-TUE jew tal-Artikolu 215 tat-TFUE.
(9)    In-Network għall-Ġenoċidju, Prosecution of sanctions (restrictive measures) violations in national jurisdictions: a comparative analysis, 2021, Anness, jinsab hawnhekk: https://www.eurojust.europa.eu/sites/default/files/assets/genocide_network_report_on_prosecution_of_sanctions_restrictive_measures_violations_23_11_2021.pdf . Fid-dawl ta’ preżentazzjoni fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Kriminali (COPEN), ir-rapport ġie ppubblikat ukoll fid-dokument tal-Kunsill 7274/22 tas-16 ta’ Marzu 2022.
(10)    In-Network għall-Ġenoċidju, Prosecution of sanctions (restrictive measures) violations in national jurisdictions: a comparative analysis, 2021, it-Taqsima 5.1., p. 22.
(11)    Idem.
(12)    Idem, it-Taqsima 5.2, p. 23.
(13)    Idem, it-Taqsima 5.3, p. 24.
(14)    Idem, abbażi tar-rapport tan-Network għall-Ġenoċidju u investigazzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni.
(15)    Idem.
(16)    In-Network għall-Ġenoċidju, Prosecution of sanctions (restrictive measures) violations in national jurisdictions: a comparative analysis, 2021, p. 4. Ħarsa ġenerali lejn il-leġiżlazzjoni rilevanti mill-Istati Membri u mill-Istati Osservaturi tan-Network hija pprovduta fl-anness tar-rapport tal-esperti, ara https://www.eurojust.europa.eu/sites/default/files/assets/genocide_network_report_on_prosecution_of_sanctions_restrictive_measures_violations_23_11_2021.pdf . Fid-dawl ta’ preżentazzjoni fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’materji Kriminali (COPEN), ir-rapport ġie ppubblikat ukoll fid-dokument tal-Kunsill 7274 tas-16 ta’ Marzu 2022.
(17)    In-Network għall-Ġenoċidju, Prosecution of sanctions (restrictive measures) violations in national jurisdictions: a comparative analysis, 2021, p. 13.
(18)    Għal għażla ta’ każijiet ara n-Network għall-Ġenoċidju, Prosecution of sanctions (restrictive measures) violations in national jurisdictions: a comparative analysis, 2021, p. 14.
(19)    L-Europol, operazzjoni madwar l-UE kollha mmirata lejn assi kriminali fir-rigward tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, disponibbli fuq: https://www.europol.europa.eu/media-press/newsroom/news/eu-wide-operation-targeting-criminal-assets-in-relation-to-russian-invasion-of-ukraine .
(20)    Il-Kummissjoni Ewropea, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar iż-żieda tal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni mal-oqsma tal-kriminalità stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, COM (2022) 247 tal-25.5.2022.
(21)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, COM(2020)605 final tal-24.7.2020.
(22)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE sabiex tiġi indirizzata l-kriminalità organizzata, COM(2021) 170 final tal-14.4.2021.
(23)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 833/2014 tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, ĠU L 229, 31.7.2014, p. 1-11, verżjoni kkonsolidata hija disponibbli fuq: EUR-Lex - 02014R0833-20220604 - MT - EUR-Lex (europa.eu) ; Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6-15, verżjoni kkonsolidata hija disponibbli fuq: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A02014R0269-20220604 .
(24)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1273 tal-21 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, ST/11451/2022/INIT, ĠU L 194, 21.7.2022, p. 1-4.
(25)    L-Artikolu 9(1)-(3) tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 kif emendat: “1. Il-parteċipazzjoni b’mod konxju u bi ħsieb, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 għandha tkun ipprojbita. 2. Persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi , elenkati fl-Anness I, għandhom: (a) jirrapportaw qabel l-1 ta’ Settembru 2022 jew fi żmien 6 ġimgħat mid-data tal-elenkar fl-Anness I, skont liema jiġi l-aħħar, fondi jew riżorsi ekonomiċi fil-ġuriżdizzjoni ta’ Stat Membru li jappartjenu, huma l-proprjetà, jinżammu jew huma kkontrollati minnhom, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn jinsabu dawk il-fondi jew riżorsi ekonomiċi; u (b) jikkooperaw mal-awtorità kompetenti biex tali informazzjoni tiġi vverifikata b’kull mod. 3. In-nuqqas ta’ konformità mal-paragrafu 2 għandu jitqies bħala parteċipazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1, f’attivitajiet li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2.”
(26)    Idem.
(27)    L-Artikolu 8(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif emendat: “1. Mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar ir-rapportar, il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali, il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi: (a) jipprovdu immedjatament kwalunkwe informazzjoni li tiffaċilita l-konformità ma’ dan ir-Regolament, bħal informazzjoni dwar kontijiet u ammonti ffriżati f’konformità mal-Artikolu 2 jew informazzjoni miżmuma dwar fondi u riżorsi ekonomiċi fit-territorju tal-Unjoni li jappartjenu, huma sjieda, jinżammu jew huma kkontrollati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness I u li għadhom ma ġewx trattati bħala ffriżati mill-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi obbligati li jagħmlu dan, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn huma residenti jew jinsabu, u għandhom jittrażmettu tali informazzjoni lill-Kummissjoni direttament jew permezz tal-Istat Membru; kif ukoll (b) jikkooperaw mal-awtorità kompetenti fi kwalunkwe verifika ta’ tali informazzjoni.”
(28)    COM(2021) 32 final tad-19.1.2021.
(29)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni tad-9.3.2022 dwar il-finanzjament tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku u l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-2022, C (2022) 1379 final tad-9.3.2022.
(30)    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2332 tal-28 ta’ Novembru 2022 dwar l-identifikazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala qasam ta’ kriminalità li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ST/10287/2022/REV/1, ĠU L 308, 29.11.2022, p. 18–21 
(31)    In-Network għall-Ġenoċidju, ara https://www.eurojust.europa.eu/judicial-cooperation/practitioner-networks/genocide-network?msclkid=de6a1668cf6011eca5681e93e0033be2 .
(32)    In-Network għall-Ġenoċidju, Expert Report on Prosecution of sanctions (restrictive measures) violations in national jurisdictions: a comparative analysis, 2021.
(33)    Idem, p. 4.
(34)    Idem, p. 26.
(35)    Il-Kummissjoni Ewropea, Grupp ta’ Esperti dwar il-Politika Kriminali tal-UE, https://ec.europa.eu/transparency/expert-groups-register/screen/expert-groups/consult?do=groupDetail.groupDetail&groupID=2760&msclkid=56005123cfaf11ec8de3edb643537b59.
(36)    Supra nru. 30.
(37)    Il-Kummissjoni Ewropea, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar iż-żieda tal-ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni mal-oqsma tal-kriminalità stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, COM (2022) 247 tal-25.5.2022.
(38)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, “Lejn Direttiva dwar il-pieni kriminali għall-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni”, COM(2022) 249 tal-25.5.2022.
(39)    Supra nru. 30, il-premessa 24: “Sabiex tippermetti, b’urġenza, l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li tistabbilixxi regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’, u l-pieni għal, ir-reat ta’ ksur ta’ miżuri restrittivi tal-Unjoni, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea”.
(40)    Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391-407.
(41)    Ara l-Artikoli 8 u 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 kif emendat.
(42)    Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).
(43)    L-Avviż tal-Kummissjoni, Gwida tal-Kummissjoni dwar l-għoti ta’ għajnuna umanitarja f’konformità mal-miżuri restrittivi tal-UE (sanzjonijiet), C (2022) 4486 tat-30.06.2022.
(44)    In-Network għall-Ġenoċidju, it-Taqsima 5.2, p. 23.
(45)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42-45.
(46)    Il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi, COM (2022) 245 tal-25.5.2022, l-Artikolu 3(1). “‘rikavat’ tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku li jirriżulta direttament jew indirettament minn reat kriminali li jikkonsisti fi kwalunkwe forma ta’ proprjetà, u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew trasformazzjoni sussegwenti ta’ rikavat dirett u kwalunkwe benefiċċju ta’ valur.”
(47)    In-Network għall-Ġenoċidju, Expert Report on Prosecution of sanctions (restrictive measures) violations in national jurisdictions: a comparative analysis, 2021, p. 14-20.
(48)    Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, PE/30/2018/REV/1, ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22-30.
(49)    Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17–56.
(50)    Id-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali, PE/30/2018/REV/1, ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22-30.
(51)    Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali, (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).
(52)    Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1).
(53)    Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).
(54)    Id-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU L 65, 11.3.2016, p. 1).
(55)    Id-Direttiva (UE) 2016/800 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma ssuspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali, (ĠU L 132 tal-21.5.2016, p. 1).
(56)    Id-Direttiva (UE) 2016/1919 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati u akkużati fi proċedimenti kriminali u għal persuni rikjesti fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew (ĠU L 297, 4.11.2016, p. 1).
(57)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42-45.
(58)    Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/948/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta’ konflitti ta’ eżerċizzju ta’ ġuriżdizzjoni fi proċedimenti kriminali, ĠU L 328, 15.12.2009, p. 42.
(59)    Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17-56.