Brussell, 23.3.2022

COM(2022) 145 final

2022/0096(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Din il-proposta tipprevedi bidliet eċċezzjonali u mmirati għall-qafas legali 2014-2020 stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB) b’reazzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mill-Federazzjoni Russa u l-impatt sussegwenti fuq l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari fuq bosta mir-reġjuni tal-Lvant tagħha.

B’riżultat tal-aggressjoni militari mhux provokata u mhux ġustifikata mir-Russja, l-UE, u b’mod partikolari bosta mir-reġjuni tal-Lvant tagħha, qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi immedjati, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz li qed jaħarbu l-Ukrajna wara l-invażjoni tal-pajjiż mir-Russja.

Il-Kummissjoni diġà ħadet azzjoni biex tassisti lill-Istati Membri f’dan ir-rigward, permezz tal-inizjattiva tagħha ta’ Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) tat-8 ta’ Marzu 2022. Din ipproponiet għadd ta’ emendi speċifiċi għar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 sabiex ikun aktar faċli għall-Istati Membri biex jużaw il-bqija tal-allokazzjonijiet tagħhom tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), tal-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) u tal-FGħEB taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, kif ukoll riżorsi li jirriżultaw mill-Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (“REACT-EU”), b’mod aktar flessibbli, b’mod partikolari billi l-FEŻR u l-FSE jkunu abilitati biex jiffinanzjaw azzjonijiet eleġibbli taħt il-Fond l-ieħor, biex jindirizzaw l-isfidi migratorji bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli, u billi jintroduċu l-possibbiltà ta’ kofinanzjament ta’ 100 % mill-UE għal sena kontabilistika addizzjonali sabiex jittaffa l-piż minn fuq il-baġits nazzjonali.

Minkejja l-flessibbiltajiet offruti mill-pakkett ta’ miżuri CARE, huwa ċar li l-Istati Membri qed jiffaċċaw pressjonijiet baġitarji addizzjonali immedjati li jirriżultaw mill-ġestjoni ta’ wasliet massivi ta’ persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna. L-Istati Membri li jikkondividu fruntiera tal-art mal-Ukrajna huma partikolarment milquta, billi qed ikollhom jipprovdu appoġġ bħal akkomodazzjoni, servizzi soċjali u servizzi tat-trasport, filwaqt li diversi Stati Membri oħrajn ukoll qed iħabbtu wiċċhom ma’ għadd sinifikantement għoli ta’ wasliet meta mqabblin mad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom stess, bħala pajjiżi ta’ destinazzjoni finali. Dan ix-xokk addizzjonali jkompli jdgħajjef il-kapaċità tal-Istati Membri li jibnu rkupru reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19.

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-appoġġ mill-Fondi jiġi mmobilizzat malajr biex ittaffi l-piż fuq il-baġits nazzjonali. Huwa għalhekk meħtieġ, bħala miżura temporanja u eċċezzjonali u mingħajr preġudizzju għar-regoli li jenħtieġ li japplikaw f’ċirkostanzi regolari, li jiżdied l-ammont ta’ prefinanzjament li jitħallas taħt ir-REACT-EU, għall-Istati Membri kollha. Jenħtieġ li jiġi allokat sehem akbar minn dawn ir-riżorsi ta’ prefinanzjament miżjuda lil dawk l-Istati Membri li huma kkonfrontati bl-akbar flussi ta’ persuni li qed jaħarbu mill-Ukrajna, jew bħala pajjiżi ta’ tranżitu jew bħala pajjiżi ta’ destinazzjoni finali. Peress li l-għadd ta’ persuni li qed jaħarbu mill-gwerra qed jiżdied bis-sigħat u l-Istati Membri bħalissa jinsabu fil-proċess li jirreġistraw in-nies, is-sitwazzjoni hija dinamika ħafna. Biex toħloq stampa tas-sitwazzjoni li tkun qrib tal-pressjoni li qed jiffaċċaw l-Istati Membri minħabba l-iskala kbira ta’ wasliet, il-Kummissjoni kkalkulat is-sehem ta’ wasliet relattiv għall-popolazzjoni abbażi ta’ informazzjoni mill-Istati Membri miksuba permezz tan-Network tal-Blueprint, permezz tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u permezz ta’ sorsi miftuħin affidabbli oħrajn.

Sabiex ikun hemm livell ħafif ta’ rapportar mill-Istati Membri fir-rigward ta’ dan il-prefinanzjament addizzjonali, jenħtieġ li r-rappurtar dwar kif intuża biex itaffi s-sitwazzjoni tal-persuni li jaħarbu mill-Ukrajna u l-kontribut tiegħu għall-irkupru tal-ekonomija jsir biss fir-rapporti ta’ implimentazzjoni finali tal-programmi operazzjonali kkonċernati.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti mal-qafas legali ġenerali stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-FGħEB u hija limitata għal emenda fil-mira u eċċezzjonali tar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014. Il-proposta tikkomplementa wkoll l-proposta ta’ emenda preċedenti għal dawn ir-regolamenti taħt il-proposta CARE tal-Kummissjoni tat-8 ta' Marzu 2022 kif ukoll il-miżuri l-oħrajn kollha mmirati lejn l-indirizzar tas-sitwazzjoni attwali mingħajr preċedent.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija limitata għal emendi mmirati u eċċezzjonali tar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 u hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 175(3) u 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Peress li l-indirizzar tal-isfidi maħluqa mill-għadd kbir ta’ wasliet ta’ min qed jaħrab mill-Ukrajna ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom, u għalhekk jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tipprovdi ammont ikbar ta’ prefinanzjament li jrid jitħallas taħt ir-REACT-EU, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta hija bidla eċċezzjonali u mmirata li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv li jiġi previst ammont akbar ta’ prefinanzjament li jrid jitħallas taħt ir-REACT-EU biex jiġu appoġġati miżuri biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji b’riżultat tal-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa u biex jittaffa l-piż korrispondenti fuq il-baġits pubbliċi biex b’hekk ikun jista’ jiġi mmobilizzat l-investiment b’reazzjoni għall-kriżi mifruxa tas-saħħa pubblika li taffettwa t-tkabbir tar-reġjuni.

Għażla tal-istrument

Regolament huwa l-istrument xieraq biex jipprevedi ammont akbar ta’ prefinanzjament li jrid jitħallas taħt ir-REACT-EU meħtieġ biex jiġu indirizzati dawn iċ-ċirkostanzi bla preċedent.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proposta hija s-segwitu ta’ skambji ta’ livell għoli ma’ istituzzjonijiet u Stati Membri oħrajn. Konsultazzjoni pubblika mhijiex meħtieġa minħabba li ma hemmx bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt biex titħejja l-proposta għar-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014. Din il-bidla mmirata b’reazzjoni għal sitwazzjoni kritika ma teħtieġx valutazzjoni tal-impatt separata.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta tikkonċerna biss ir-REACT-EU, li huwa ffinanzjat mill-Istrument Ewropew għall-Irkupru NextGenerationEU (kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094).

It-tqassim annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn jibqa’ l-istess.

Il-proposta se tirriżulta fi prefinanzjament inizjali addizzjonali li jrid jitħallas taħt ir-REACT-EU, iffinanzjat mill-Istrument Ewropew għall-Irkupru NextGenerationEU.

Il-pagamenti ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali fl-2022 se jiġu ffinanzjati minn dħul assenjat estern. L-ammonti kollha se jkunu disponibbli bħala dħul assenjat estern, skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self tan-NextGenerationEU.

L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali għandu jiġi approvat totalment mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operazzjonali, b’tali mod li l-ammont totali ta’ pagamenti magħmula taħt ir-REACT-EU jibqa’ l-istess b’din il-proposta. Bl-istess mod, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali taħt ir-REACT-EU mhux se jiġu mmodifikati.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Se jkun hemm monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-miżura u se jsiru rapporti dwarha fil-qafas tal-mekkaniżmi ġenerali tar-rappurtar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Qed jiġi propost li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 sabiex jiġi previst perċentwal ikbar ta’ prefinanzjament li jrid jitħallas taħt ir-REACT-EU u għar-rapportar relatat (emenda tal-Artikolu 92b tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 223/2014).

2022/0096 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 175(3) u 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-aggressjoni militari reċenti tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kunflitt armat li għaddej biddlu b’mod fundamentali s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ewropa. B’riżultat tal-aggressjoni, l-Unjoni Ewropea, u r-reġjuni tal-Lvant tagħha b’mod partikolari, qed jiffaċċaw influss sostanzjali ta’ persuni. Dan joħloq sfida addizzjonali għall-baġits pubbliċi fi żmien meta l-ekonomiji tal-Istati Membri għadhom qed jirkupraw mill-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u jirriskja li jimmina t-tħejjija ta’ rkupru tal-ekonomija ekoloġiku, diġitali u reżiljenti.

(2)L-Istati Membri diġà jistgħu jiffinanzjaw firxa wiesgħa ta’ investimenti biex jindirizzaw l-isfidi migratorji taħt il-programmi operazzjonali b’appoġġ mingħand il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB) inkluż taħt ir-riżorsi addizzjonali li saru disponibbli bħala Assistenza fl-Irkupru għall-Koeżjoni u għat-Territorji tal-Ewropa (REACT-EU), biex jipprovdu assistenza għat-trawwim tat-tiswija tad-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru tal-ekonomija ekoloġiku, diġitali u reżiljenti.

(3)Barra minn hekk, fl-inizjattiva tagħha ta’ Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE) tat-8 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni pproponiet għadd ta’ emendi mmirati għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 3 , u għar-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 sabiex tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri li jużaw il-bqija tal-allokazzjonijiet tagħhom taħt il-FEŻR, il-FSE u l-FGħEB taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, kif ukoll ir-riżorsi tar-REACT-EU, biex jindirizzaw l-isfidi migratorji bl-aktar mod effettiv u rapidu possibbli.

(4)Minkejja l-flessibbiltajiet offruti mill-proposta CARE, l-Istati Membri għadhom jiffaċċaw pressjonijiet sostanzjali fuq il-baġits pubbliċi minn sfidi li jirriżultaw mil-għadd kbir ħafna ta’ wasliet ta’ nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna. Dawn il-pressjonijiet jirriskjaw li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jimxu lejn irkupru tal-ekonomija reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19. Sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jindirizzaw l-isfidi maħluqin, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEŻR, mill-FSE u mill-FGħEB jiġi mmobilizzat malajr billi tiżdied ir-rata ta’ prefinanzjament inizjali mħallas mir-riżorsi tar-REACT-EU għall-Istati Membri kollha. Fl-istess ħin, xi Stati Membri ġew ikkonfrontati b’għadd sinifikanti ta’ wasliet ta’ persuni mill-Ukrajna, li jeħtieġu l-għoti ta’ appoġġ immedjat. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn l-Istati Membri jibbenefikaw minn żieda sinifikantement ogħla fir-rata tal-prefinanzjament inizjali biex ipattu għall-ispejjeż baġitarji immedjati u jappoġġaw l-isforzi tagħhom fit-tħejjija tal-irkupru tal-ekonomiji tagħhom.

(5)Sabiex jiġi mmonitorjat l-użu li sar minn dan il-prefinanzjament addizzjonali, jenħtieġ li r-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tal-FEŻR u l-FSE li jirċievu prefinanzjament addizzjonali jirrapportaw dwar l-użu li sar mill-ammonti addizzjonali rċevuti biex jiġu indirizzati l-isfidi migratorji ffaċċati b’riżultat tal-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa u kif din ikkontribwiet għall-irkupru tal-ekonomija.

(6)Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li l-Istati Membri jingħataw assistenza għall-indirizzar tal-isfidi maħluqin mill-għadd eċċezzjonalment kbir ta’ wasliet ta’ nies li qed jaħarbu l-gwerra kontra l-Ukrajna u li jingħataw appoġġ għall-qalba lejn irkupru tal-ekonomija reżiljenti mill-pandemija tal-COVID-19, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom, u għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(7)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 jiġu emendati kif xieraq.

(8)Minħabba l-ħtieġa li tingħata għajnuna rapida lill-baġits pubbliċi bil-ħsieb li tiġi ppreservata l-kapaċità tal-Istati Membri li jsostnu l-proċess ta’ rkupru ekonomiku u jkunu permessi pagamenti addizzjonali għall-programmi operazzjonali mingħajr dewmien, huwa meħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(9)Minħabba l-urġenza biex tiġi pprovduta għajnuna rapida għall-baġits pubbliċi bil-ħsieb li tiġi ppreservata l-kapaċità tagħhom li jappoġġaw l-irkupru tal-ekonomiji mill-pandemija tal-COVID-19 u biex jkunu jistgħu jsiru pagamenti addizzjonali għall-programmi operazzjonali mingħajr dewmien, huwa kkunsidrat li huwa meħtieġ li tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 92b(7), jiżdiedu t-tieni u t-tielet subparagrafi li ġejjin:

“Minbarra l-prefinanzjament inizjali stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħallas 4 % tar-riżorsi tar-REACT-EU allokati għall-programmi għas-sena 2021 bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali fl-2022. Għall-programmi fl-Istati Membri li kellhom livell ta’ wasliet ta’ persuni mill-Ukrajna ogħla minn 1 % tal-popolazzjoni nazzjonali tagħhom bejn l-24 ta’ Frar 2022 u t-23 ta’ Marzu 2022, dak il-perċentwal għandu jiżdied għal 34 %.

Meta jibagħtu r-rapport ta’ implimentazzjoni finali meħtieġ skont l-Artikoli 50(1) u 111, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar l-użu li jkun sar minn dan il-prefinanzjament inizjali addizzjonali biex jindirizzaw l-isfidi migratorji ffaċċati b’riżultat tal-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa u l-kontribuzzjoni tiegħu għall-irkupru tal-ekonomija.”

(2)Fl-Artikolu 92b(7), l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Meta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali jew l-emenda għall-programm operazzjonali li jalloka r-riżorsi REACT-EU għall-2021 tkun ġiet adottata wara l-31 ta’ Diċembru 2021 u l-prefinanzjament relatat ma jkunx tħallas, l-ammont ta’ prefinanzjament inizjali msemmi fl-ewwel u t-tieni subparagrafi għandu jitħallas fl-2022.

L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi saldat għalkollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operazzjonali.”

Artikolu 2

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 223/2014

Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 6a(4), jiddaħħal it-tieni subparagrafu li ġej:

“Minbarra l-prefinanzjament inizjali stabbilit fl-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tħallas 4 % tar-riżorsi tar-REACT-EU allokati għall-programmi għas-sena 2021 bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali fl-2022. Għall-programmi fl-Istati Membri li kellhom livell ta’ wasliet ta’ persuni mill-Ukrajna ogħla minn 1 % tal-popolazzjoni nazzjonali tagħhom bejn l-24 ta’ Frar 2022 u t-23 ta’ Marzu 2022, dak il-perċentwal għandu jiżdied għal 34 %.”

(2)Fl-Artikolu 6a(4), l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali msemmi fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu għandu jiġi saldat għalkollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operazzjonali.”

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 223/2014 fir-rigward ta’ żieda fil-prefinanzjament mir-riżorsi tar-REACT-EU

 

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

05 Żvilupp Reġjonali u Koeżjoni

07 Investiment fin-Nies, Koeżjoni Soċjali u Valuri

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 5  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Mhux applikabbli

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Mhux applikabbli

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Mhux applikabbli

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Mhux applikabbli


1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Mhux applikabbli

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Mhux applikabbli

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux applikabbli

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mhux applikabbli


1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X durata limitata

X    b’effett mill-1 ta' Jannar 2022 sal-31 ta' Diċembru 2022

X    Impatt finanzjarju mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024 fuq l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 6   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

Mhux applikabbli



2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux applikabbli

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Mhux applikabbli

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq) 

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Mhux applikabbli

IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 7 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 8

mill-pajjiżi kandidati 9

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

2a Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

05.02.05.01 Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Nefqa Operazzjonali – Finanzjament taħt ir-REACT-EU

07.02.05.01 Fond Soċjali Ewropew (FSE) – Nefqa Operazzjonali – Finanzjament taħt ir-REACT-EU 

07.02.06.01 Tlestija tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB) – Nefqa Operazzjonali – Finanzjament taħt ir-REACT-EU

Diff.

LE

LE

LE

LE

Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013.

It-tqassim annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn jibqa’ l-istess.

Il-proposta se tirriżulta fi prefinanzjament inizjali addizzjonali li jrid jitħallas.

Il-pagamenti ta’ prefinanzjament inizjali addizzjonali fl-2022 se jiġu ffinanzjati minn dħul assenjat estern. L-ammonti kollha se jkunu disponibbli bħala dħul assenjat estern, skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094.

L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali addizzjonali għandu jiġi saldat għalkollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm operazzjonali. 



miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

2a

Id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

2021

2022

2023

2024

2025

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali 

05.02.05.01 Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Nefqa Operazzjonali – Finanzjament taħt ir-REACT-EU

07.02.05.01 Fond Soċjali Ewropew (FSE) – Nefqa Operazzjonali – Finanzjament taħt ir-REACT-EU

07.02.06.01 Tlestija tal-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FGħEB) – Nefqa Operazzjonali – Finanzjament taħt ir-REACT-EU

Impenji

(1a)

0.000

Pagamenti

(2a)

3 426.000

-3 426.000

0.000

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 10  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ Politika Reġjonali u Urbana u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

Impenji

=1a+1b +3

0.000

Pagamenti

=2a+2b

+3

3 426.000

-3 426.000

0.000

 



 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali 

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi 

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 2a
 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.000

Pagamenti

=5+ 6

3 426.000

-3 426.000

0.000





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

Riżorsi umani 

Nefqa amministrattiva oħra 

TOTAL TAD-DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURI 1 sa 7
 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

0.000

Pagamenti

3 426.000

-3.426.000

0.000

Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali

Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali eżistenti (ebda tibdil):

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 11

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 12

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 13

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 7 14  
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 15

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   16

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 17

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

 



Impatt stmat fuq id-dħul 

Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

X    fuq dħul ieħor

Il-pagamenti ta’ prefinanzjament addizzjonali fl-2022 se jiġu ffinanzjati minn dħul assenjat estern. L-ammonti kollha se jkunu disponibbli bħala dħul assenjat estern, skont it-tifsira tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094.

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa    

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 18

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

[…]

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

[…]

(1)    ĠU C , , p. .
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
(4)    Ir-Regolament (UE) Nru 223/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (ĠU L 72, 12.3.2014, p. 1).
(5)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(6)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(7)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(8)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(9)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(10)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(11)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(12)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(13)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(14)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(15)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f'Delegazzjonijiet.
(16)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(17)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(18)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.