Brussell, 23.3.2022

COM(2022) 135 final

2022/0090(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

a)Sigurtà tal-provvista

It-theddid potenzjali għas-sigurtà tal-provvista tal-gass tal-UE, prinċipalment marbut mad-dipendenza tagħha għall-enerġija primarja minn pajjiżi terzi, diġà wassal għat-tħejjijiet biex jiġu indirizzati sfidi addizzjonali. Bl-introduzzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew b’mod partikolari, it-titjib u l-estensjoni tal-infrastruttura tal-gass naturali likwifikat (LNG) u d-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot tal-pipeline tal-gass, diġà ittieħdu passi importanti biex l-unitajiet domestiċi u l-intrapriżi jiġu protetti kontra x-xokkijiet fil-provvista.

It-tensjonijiet internazzjonali enfasizzaw il-ħtieġa li l-pjanijiet u l-azzjonijiet jitmexxew ’il quddiem bil-għan li jsiru aktar indipendenti minn pajjiżi terzi. L-aċċellerazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika se tnaqqas l-emissjonijiet, tnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili importati, u tipproteġi kontra ż-żidiet fil-prezzijiet. Madankollu, is-sitwazzjoni ġeopolitika attwali teħtieġ miżuri addizzjonali fuq perjodu qasir biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi fis-suq għall-enerġija u biex jiġu żgurati l-provvisti fis-snin li ġejjin. Peress li l-interruzzjonijiet fil-provvista mill-pipeline tal-gass jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, qed jiġu introdotti miżuri li jintroduċu polza tal-assigurazzjoni rigward il-livell tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin tal-UE. Il-ħżin tal-gass mimli tajjeb jikkontribwixxi għal provvisti tal-gass aktar siguri għax-xitwa 2022/2023.

b)Rwol tal-ħżin u problemi attwali

Il-ħżin tal-gass jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista billi jipprovdi provvista addizzjonali f’każ ta’ domanda qawwija jew ta’ interruzzjonijiet fil-provvista; il-ħżin jissupplimenta 25 - 30 % tal-gass ikkunsmat fix-xitwa. Matul l-istaġun tat-tisħin, il-ħżin inaqqas il-ħtieġa li jiġi importat gass addizzjonali. Il-ħżin jikkontribwixxi biex jassorbi x-xokkijiet fil-provvista.

Matul l-aħħar sitt xhur, is-suq tal-gass żbilanċjat wassal għal żieda qawwija fil-prezzijiet tal-gass. Il-livell tal-UE tal-mili tal-ħżin matul ix-xitwa kien fil-biċċa l-kbira taħt il-livell tas-snin preċedenti – 10 % inqas f’punti perċentwali f’Jannar. Dan żied l-inċertezzi fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u tal-volatilità tal-prezzijiet. Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza t-tliet problemi aktar speċifiċi hawn taħt:

Id-differenza fil-prezzijiet tal-gass bejn is-sajf u x-xitwa hija importanti biex jiġi attirat il-ħżin tal-gass. Minħabba l-iżviluppi ġeopolitiċi li għaddejjin bħalissa u l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, l-istima tal-firxa prevista tas-sajf/xitwa mhijiex affidabbli ħafna. Is-sitwazzjoni hija mistennija li tkun partikolarment problematika qabel ix-xitwa li ġejja, peress li l-prezzijiet jistgħu jkunu ogħla fis-sajf milli fix-xitwa. Dan huwa mistenni li jwassal għal sitwazzjoni fejn il-ħżin ma jkunx attraenti għall-parteċipanti fis-suq u l-mili jeħtieġ li jiġi żgurat permezz ta’ interventi pubbliċi, inkluż appoġġ finanzjarju biex jiġi inċentivat l-użu tal-ħżin.

Fi Frar 2022, il-Kummissjoni u l-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass wettqu analiżi msaħħa tat-tħejjija għar-riskji madwar l-UE kollha. Din l-analiżi indikat li filwaqt li x-xitwa 2021/2022 kienet eventwalment sikura, jista’ jkun hemm riskju ta’ nuqqas ta’ gass fil-ħżin qabel ix-xitwa 2022/2023 li jmiss. L-ottimizzazzjoni tal-kapaċitajiet tal-ħżin matul l-istaġun tal-mili tkun teħtieġ injezzjoni immedjata mill-bidu tal-istaġun tal-mili (April 2022). Azzjonijiet bikrija bħal dawn ikunu jnaqqsu r-riskji ta’ punti ta’ konġestjonijiet fil-mili tal-ħżin matul interruzzjonijiet possibbli mil-Lvant li jkunu jeħtieġu t-trasport tal-gass lejn siti tal-ħżin minn rotot oħra.

Il-livelli tal-ħżin tal-gass fl-2021/2022 urew li huma partikolarment baxxi f’siti li huma proprjetà ta’ entitajiet ta’ pajjiżi terzi. Din is-sena, dan ikkontribwixxa għal kważi nofs il-livell tal-ħżin li kien baxx b’mod mhux tas-soltu. Il-faċilitajiet tal-ħżin huma assi strateġiċi u kritiċi għas-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha. Il-kontroll u l-użu tal-faċilitajiet tal-ħżin minn entitajiet ta’ pajjiżi terzi jistgħu joħolqu riskji għas-sigurtà tal-provvista, b’impatt fuq interessi essenzjali oħra tas-sigurtà, u jimminaw aktar l-awtonomija strateġika tal-UE.

c) Objettivi tal-proposta

Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza r-riskji sinifikanti ħafna għas-sigurtà tal-provvista u l-ekonomija tal-Unjoni li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeopolitika li nbidlet b’mod drammatiku. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura partikolarment li l-kapaċitajiet tal-ħżin fl-Unjoni, li huma kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, ma jibqgħux ma jintużawx, biex jiġi żgurat li l-ħażniet ikunu jistgħu jiġu kondiviżi madwar l-Unjoni, fi spirtu ta’ solidarjetà.

Għal dak il-għan, il-livell minimu obbligatorju ta’ gass fil-faċilitajiet tal-ħżin se jsaħħaħ is-sigurtà tal-provvista qabel ix-xitwa 2022/2023 u għall-perjodi tax-xitwa ta’ wara. Iċ-ċertifikazzjoni obbligatorja tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin se tiżgura li r-riskji potenzjali għas-sigurtà tal-provvista li jirriżultaw mill-influwenza fuq l-infrastruttura kritika tal-ħżin jistgħu jiġu esklużi. Fl-aħħar nett, l-użu tal-ħżin se jiġi inċentivat billi l-utenti tal-ħżin jitħallew jiġu eżentati mit-tariffi ta’ trażmissjoni fil-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ħżin.

Konsistenza ma’ dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta temenda żewġ regolamenti eżistenti, ir-Regolament (UE) 2017/1938 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali. Hija tibni fuq il-qafas eżistenti għas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-regoli tas-suq intern tal-gass, filwaqt li żżid aktar miżuri meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-gass naturali fl-Unjoni fil-kuntest tal-kriżi serja tal-enerġija kkawżata mill-bidliet reċenti tas-sitwazzjoni ġeopolitika.

Ir-regoli proposti dwar il-miri obbligatorji għall-mili tal-ħżin huma relatati ma’ proposta dwar l-użu tal-ħżin li ġiet inkluża fl-Artikolu 67 tal-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu tal-15 ta’ Diċembru 2021 1 . Dan l-Artikolu ippropona li jiddaħħal Artikolu 7(b) ġdid fir-Regolament (UE) 2017/1938 sabiex l-Istati Membri jiġu inċentivati jużaw xi miżuri relatati mal-ħżin biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista, mingħajr ma jiġi introdott obbligu tal-ħżin obbligatorju. Madankollu, peress li s-sitwazzjoni ġeopolitika nbidlet b’mod sinifikanti minn Diċembru 2021, il-miżuri msaħħa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista saru kruċjali. Il-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, wettqet analiżi tar-riskju apposta li wriet li huma meħtieġa b’mod urġenti regoli aktar stretti biex jiġi żgurat użu aħjar tal-faċilitajiet tal-ħżin fl-Unjoni.

Negozjar rapidu tal-Proposta komprensiva għar-Regolament dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu tal-15 ta’ Diċembru 2021 huwa kruċjali għall-Patt Ekoloġiku u biex titnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq il-gassijiet fossili. Sabiex jiġi evitat tfixkil tal-proċess tan-negozjati dwar il-proposta tal-15 ta’ Diċembru 2021, il-proposta sabiex ir-regoli jtejbu l-livelli tal-mili tal-ħżin issir f’forma ta’ Regolament separat, li huwa limitat għal tliet emendi mmirati sew (l-obbligu tal-mili tal-ħżin, iċ-ċertifikazzjoni tal-ħżin u t-tnaqqis tat-tariffi). Il-proposta qasira u mmirata sew jenħtieġ li tippermetti lill-Kunsill u lill-Parlament jadottawha fi żmien qasir, peress li regoli ġodda huma meħtieġa b’mod urġenti biex jiġi żgurat il-mili tal-ħżin fi żminijiet ta’ prezzijiet tal-enerġija għolja.

Sabiex jiġi evitat konflitt legali bejn l-Artikolu 67 tal-Proposta għal Regolament dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu tal-15 ta’ Diċembru 2021 u l-proposta attwali, il-validità tar-regolament propost għandha tkun limitata sad-dħul fis-seħħ tar-Regolament riformulat (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2021.

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-mili tal-ħżin f’din il-proposta huma maħsuba biex jiġu adottati malajr kemm jista’ jkun biex tiġi żgurata l-effettività tagħhom qabel il-bidu tal-istaġun tat-tisħin f’Ottubru 2022. Dawn jistgħu jiġu integrati faċilment fir-Regolament dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu fi stadju aktar tard.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konsistenti ma’ sett usa’ ta’ inizjattivi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-enerġija tal-Unjoni u ssir tħejjija kontra s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza possibbli, partikolarment il-proposti tal-Kummissjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, b’mod partikolari ir-reviżjoni tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għall-gass (id-Direttiva 2009/73/UE u r-Regolament (KE) Nru 715/2009) li huma mfassla biex jirregolaw is-swieq kompetittivi tal-gass dekarbonizzat u biex joħolqu settur tal-enerġija sostenibbli fit-tul, għall-benefiċċju tal-konsumaturi Ewropej.

F’Ottubru 2021, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Komunikazzjoni biex tadotta u tappoġġa miżuri xierqa biex jittaffa l-impatt taż-żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Il-Komunikazzjoni tipprovdi wkoll miżuri biex tiġi żgurata enerġija affordabbli sigura u livell suffiċjenti tal-ħżin, biex b’hekk l-UE ssir aktar reżiljenti għal xokkijiet futuri.  

Wara l-iżviluppi ġeopolitiċi reċenti, f’Marzu 2022, il-Kummissjoni ħarġet il-Komunikazzjoni “REPowerEU” għal Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sigura u sostenibbli. Skont il-Komunikazzjoni REPowerEU, il-Kummissjoni se tagħmel proposta leġiżlattiva sabiex tiżgura livell annwali adegwat tal-ħżin sax-xitwa li ġejja. Il-Komunikazzjoni mhux biss enfasizzat il-ħtieġa urġenti għal faċilitajiet tal-ħżin mimlija fl-Unjoni, iżda ċċarat ukoll li huwa possibbli li l-għajnuna mill-Istat tintuża għall-appoġġ finanzjarju għall-mili tal-ħażniet 2 .

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta temenda r-Regolament (UE) 2017/1938, li l-bażi ġuridika tiegħu kien l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta temenda wkoll ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, li, peress li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma kienx fis-seħħ dak iż-żmien, kien ibbażat fuq l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, issa l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-miżuri ppjanati ta’ din l-inizjattiva huma konformi bis-sħiħ mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Minħabba r-riskju u l-effett sinifikanti ta’ interruzzjoni possibbli tal-provvista tal-gass fuq l-Unjoni kollha, hemm bżonn ta’ azzjoni fil-livell tal-UE.

Minħabba n-natura bla preċedent tal-kriżi tal-provvista tal-gass u l-effetti transkonfinali tagħha, u l-fatt li l-pajjiżi tal-UE huma konnessi permezz ta’ network tal-gass konġunt, hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni, peress li l-Istati Membri waħedhom ma jistgħux jindirizzaw b’mod effettiv biżżejjed ir-riskju ta’ diffikultajiet ekonomiċi serji li jirriżultaw minn interruzzjonijiet sinifikanti fil-provvista b’mod koordinat. Hija biss l-azzjoni tal-UE motivata minn spirtu ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri li tista’ tiżgura tħejjija effettiva kontra interruzzjoni fil-provvista, li tkun twassal għal ħsara dejjiema għaċ-ċittadini u għall-ekonomija.

Proporzjonalità

L-inizjattiva hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Fid-dawl tas-sitwazzjoni ġeopolitika bla preċedent u t-theddida sinifikanti għall-konsumaturi u għall-ekonomija tal-UE fil-każ ta’ interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass, hemm ħtieġa ċara għal azzjoni koordinata u urġenti. Minkejja l-urġenza, il-proposta tqis li l-Istati Membri se jkollhom bżonn ftit taż-żmien biex jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-mili tal-ħżin. Il-proposta għalhekk tipprevedi mekkaniżmu ta’ “introduzzjoni gradwali”, jiġifieri regoli li huma inqas stretti għas-sena 2022 milli għas-snin ta’ wara (eż. miri baxxi għall-mili, inqas miri intermedjarji, obbligu għall-Kummissjoni li tqis iż-żmien limitat tal-applikazzjoni fl-infurzar tagħha). Għalhekk, il-proposta ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi diġà stipulati fl-istrument attwali. Il-miżuri proposti jitqiesu proporzjonati u jibnu kemm jista’ jkun fuq approċċi eżistenti. L-appoġġ tal-miżuri ta’ solidarjetà u r-rekwiżit tal-mili tal-ħżin jiżguraw b’mod effettiv li r-riskji għas-sigurtà tal-provvista jiġu minimizzati fil-livell reġjonali. L-għażla tal-livell tal-mili meħtieġ tqieset bir-reqqa. Dan ġie diskuss mal-partijiet ikkonċernati fil-qafas tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass u segwa konsultazzjonijiet intensivi ma’ esperti tas-settur u mal-Istati Membri. Abbażi ta’ dawn il-konsultazzjonijiet, ir-rata tal-mili proposta ta’ 90 % hija livell meħtieġ u xieraq sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista matul ix-xitwa f’każ ta’ interruzzjonijiet serji fil-provvista, mingħajr ma jqiegħed piż eċċessiv fuq l-Istati Membri, il-kumpaniji tal-enerġija jew iċ-ċittadini.

Għażla tal-istrument

Din hija proposta biex jiġu emendati żewġ regolamenti, ir-Regolament (UE) 2017/1938 u r-Regolament (KE) Nru 715/2009, għalhekk l-istrument magħżul qiegħed jemenda r-Regolament. Minħabba li din mhijiex reviżjoni sħiħa tal-ebda wieħed minn dawn ir-Regolamenti, riformulazzjoni mhijiex meqjusa xierqa.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza tal-proposta, li saret b’reazzjoni għal kriżi ġeopolitika mhux mistennija u jeħtieġ li din tiġi adottata b’mod urġenti biex jiġu żgurati ħażniet mimlija qabel l-istaġun tat-tisħin, il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati kellhom jinżammu inqas formali. Madankollu, twettqu konsultazzjonijiet immirati mal-partijiet ikkonċernati, inkluż permezz tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, kif ukoll diversi konsultazzjonijiet bilaterali mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, l-esperti tas-settur u l-Istati Membri.

Il-Kummissjoni ppubblikat il-Komunikazzjoni tagħha COM(2022) 108 finali “REPowerEU: L-Azzjoni Ewropea Konġunta għal enerġija aktar affordabbli, sigura u sostenibbli” fit-8 ta’ Marzu 2022, li stabbiliet il-kontenut ewlieni tal-proposta attwali dwar il-miżuri għall-mili tal-ħżin u diġà ppermettiet konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fir-rigward tal-miżuri proposti. Abbażi ta’ dan id-dokument, il-partijiet interessati kollha - pereżempju l-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini - kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar l-approċċ leġiżlattiv tal-Kummissjoni, kif deskritt fil-Komunikazzjoni.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Minħabba n-natura politikament sensittiva u urġenti tal-proposta, ma ġie kkummissjonat l-ebda għarfien espert estern minbarra l-konsultazzjonijiet estensivi mal-partijiet ikkonċernati.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura politikament sensittiva u urġenti tal-proposta, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt iżda twettqet analiżi msaħħa madwar l-UE kollha tat-tħejjija għar-riskji (ara hawn fuq) u saru konsultazzjonijiet immirati.

Il-miżuri tal-mili tal-ħżin u alternattivi possibbli ġew ivvalutati u diskussi b’mod intensiv mal-partijiet ikkonċernati qabel il-proposta, b’mod partikolari fil-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass 3 .

Matul il-laqgħa tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass tat-23 ta’ Frar 2022, il-parteċipanti enfasizzaw li għandhom jittieħdu miżuri malajr kemm jista’ jkun biex il-ħżin jerġa’ jimtela qabel ix-xitwa li jmiss. L-interventi ffukaw fuq modi kif jiġi promoss il-mili, bl-użu, fejn possibbli, ta’ mekkaniżmi tas-suq, il-livell tal-mili biex jinkiseb, il-mod kif jiġi ffinanzjat il-ħżin, inkluża għajnuna possibbli mill-istat, u l-mod kif l-Istati Membri jikkoordinaw bejniethom.

Fil-laqgħa tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass tal-11 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni ppreżentat il-miżuri tal-ħżin previsti f’din il-proposta, u deskritti fil-Komunikazzjoni REPowerEU. Il-Grupp kien sodisfatt bil-Komunikazzjoni u kkummenta dwar id-data fil-mira biex jimtela l-ħżin, il-grad ta’ flessibbiltà biex tintlaħaq il-mira f’kull Stat Membru, l-inċentivi possibbli għall-operaturi tas-suq, u modi kif tittejjeb il-kooperazzjoni.

Drittijiet fundamentali

Il-miżura se tippermetti appoġġ lil uħud mill-aktar klijenti vulnerabbli, u b’mod partikolari lil dawk li diġà qed jesperjenzaw faqar enerġetiku.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

L-impatt baġitarju fuq il-baġit tal-UE assoċjat ma’ din il-proposta jikkonċerna r-riżorsi umani u nfiq amministrattiv ieħor tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) għall-Enerġija tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-proposta tistabbilixxi arkitettura ġdida u mtejba tas-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass, b’obbligi ġodda għall-Istati Membri u, b’mod korrispondenti, rwol imsaħħaħ għad-DĠ Enerġija f’firxa wiesgħa ta’ oqsma – jiġifieri:

·Il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ġenerali tar-Regolament (1 FTE),

·Il-ġestjoni tar-Rwol imsaħħaħ tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass (0.5 FTE),

·Il-monitoraġġ tar-rati tal-mili u d-definizzjoni tal-elementi tekniċi tal-implimentazzjoni, bħat-trajettorji għall-mili (inklużi l-analiżi ekonomika u teknika u l-ġestjoni tad-data) (1.5 FTE),

·L-implimentazzjoni legali tal-miżuri previsti fl-Artikolu 6d(7) il-ġdid (medja annwali stmata: ħames deċiżjonijiet ta’ twissija; żewġ deċiżjonijiet dwar il-miżuri tal-aħħar istanza.) (2 FTE),

·Il-ġestjoni tal-pjattaforma LNG prevista fl-Artikolu 6b(1) il-ġdid (5 FTE),

·Il-valutazzjoni tan-notifiki dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet previsti fl-Artikolu 6c (1 FTE),

·L-opinjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin (3 FTE),

·L-appoġġ amministrattiv (1 FTE).

Għall-implimentazzjoni tar-responsabbiltajiet il-ġodda msemmija hawn fuq, ir-riżorsi umani tad-DĠ Enerġija jeħtieġ għalhekk li jissaħħu b’ 12-il FTE addizzjonali fuq bażi permanenti flimkien ma’ 3 FTE temporanji ddedikati speċifikament għaċ-ċertifikazzjoni saż-żmien meta jiġi konkluż dan il-proċess.

Barra minn hekk, l-implimentazzjoni, il-koordinazzjoni u s-segwitu ta’ dan ir-regolament emendatorju fost l-Istati Membri se jeħtieġu approprjazzjonijiet amministrattivi addizzjonali kif ġej: EUR 150 000 /sena għall-missjonijiet u għal-laqgħat tal-esperti (partikolarment: il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass).

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

L-Artikolu 1 jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938.

L-Artikolu 1(1) żied id-definizzjonijiet fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1938, biex jiddefinixxi “trajettorja għall-mili”, “mira għall-mili”, “ħżin normali” u “ħażna strateġika”.

L-Artikolu 1(2) idaħħal l-Artikoli ġodda 6a sa 6d.

L-Artikolu 6(a). Din id-dispożizzjoni l-ġdida se tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-infrastrutturi tal-ħżin fit-territorju tagħhom jimtlew sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tagħhom fil-livell tal-Istat Membru sal-1 ta’ Novembru ta’ kull sena, b’miri intermedjarji għal kull Stat Membru fi Frar, Mejju, Lulju u Settembru. Mira aktar baxxa u trajettorja għall-mili differenti japplikaw għall-2022, filwaqt li jitqies li l-Istati Membri għandhom żmien limitat biex jimplimentaw dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha l-mandat li tiżgura li l-miri għall-mili jintlaħqu f’każ li ma jintlaħqux il-miri intermedji.

L-Artikolu 6b jistabbilixxi l-miżuri li l-Istati Membri għandhom jieħdu biex jiżguraw li jintlaħqu l-miri obbligatorji għall-mili skont l-Artikolu 6a.

L-Artikolu 6c. Qed jiġi introdott mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet, peress li għalkemm mhux l-Istati Membri kollha għandhom faċilitajiet tal-ħżin fit-territorji tagħhom, kollha se jibbenefikaw minn livell għoli garantit tal-mili, f’termini tal-valur tal-assigurazzjoni kontra r-riskji tas-sigurtà tal-provvista u l-effetti ta’ tnaqqis tal-prezzijiet fix-xitwa.

L-Artikolu 6d. Din id-dispożizzjoni l-ġdida tipprevedi strumenti effettivi għall-monitoraġġ tal-obbligi l-ġodda tal-mili u ssaħħaħ ir-rwol tal-Grupp tal-Koordinazzjoni dwar il-Gass, u tagħtih mandat espliċitu biex jimmonitorja l-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, u biex jiżviluppa l-aħjar prattiki fuq dik il-bażi. L-aġġornament tal-pjanijiet Nazzjonali għall-enerġija u għall-klima u r-rapporti ta’ progress nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima adottati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament 2018/1999 għandhom jirriflettu l-progress tat-trajettorji għall-mili u l-miri għall-mili, u l-politiki u l-miżuri ppjanati biex dan jinkiseb.

L-Artikolu 2 jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2009.

L-Artikolu 2(1) idaħħal l-Artikolu 3a l-ġdid dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin, li fil-qafas tiegħu l-Istati Membri għandhom jiċċertifikaw l-impriżi kollha li huma proprjetarji ta’ operatur tas-sistema tal-ħżin, inklużi l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, biex jiżguraw li sid l-operatur tas-sistema tal-ħżin ma jqiegħedx f’riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru.

L-Artikolu 2(2) iżid paragrafu finali ġdid mal-Artikolu 13, li japplika skont ta’ 100 % għat-tariffi ta’ trażmissjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-ħżin u fil-punti ta’ ħruġ lejhom.

L-Artikolu 3 jikkonċerna d-dħul fis-seħħ.

2022/0090 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Filwaqt li fl-imgħoddi seħħew interruzzjonijiet tal-provvista tal-gass għal żmien qasir, hemm diversi fatturi li jiddistingwu s-sitwazzjoni attwali mill-kriżijiet preċedenti tas-sigurtà tal-provvista. L-eskalazzjoni tal-konflitt armat fl-Ukrajna minn Frar 2022 wasslet għal żidiet bla preċedent fil-prezzijiet. Dawn iż-żidiet fil-prezzijiet x’aktarx li jibdlu b’mod fundamentali l-inċentivi biex jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin fl-Unjoni. Fil-kuntest ġeopolitiku attwali, aktar interruzzjonijiet fil-provvista tal-gass ma jistgħux jiġu esklużi aktar. Dan jista’ jagħmel ħsara serja liċ-ċittadini u lill-ekonomija tal-Unjoni, peress li l-Unjoni għadha sa ċertu punt dipendenti fuq il-provvisti esterni tal-gass li jistgħu jiġu affettwati mill-konflitt.

(2)In-natura u l-konsegwenzi ta’ dawn l-avvenimenti huma fuq skala kbira u madwar l-Unjoni kollha u għalhekk jeħtieġu rispons komprensiv. Ir-rispons jenħtieġ li jipprijoritizza miżuri li jistgħu jsaħħu s-sigurtà tal-provvista fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-konsumaturi protetti. Għalhekk huwa kruċjali li l-Unjoni taġixxi b’mod koordinat biex tevita riskji potenzjali li jirriżultaw minn interruzzjoni possibbli tal-provvista tal-gass.

(3)Il-ħżin tal-gass jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-provvista billi jipprovdi provvista addizzjonali f’każ ta’ interruzzjonijiet qawwija fid-domanda jew fil-provvista, u l-ħżin tal-gass mimli sew iwassal għal provvisti tal-gass siguri. Peress li l-interruzzjonijiet fil-provvista tal-pipeline tal-gass jistgħu jseħħu fi kwalunkwe ħin, għandhom jiġu introdotti miżuri rigward il-livell tal-mili tas-siti tal-ħżin tal-Unjoni biex tiġi żgurata l-provvista għax-xitwa 2022/2023.

(4)Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 4 introduċa mekkaniżmi ta’ solidarjetà mfassla biex jindirizzaw sitwazzjonijiet estremi li fihom il-provvista ta’ klijenti protetti, bħala ħtieġa essenzjali ta’ sigurtà u prijorità meħtieġa, tkun fil-periklu fi Stat Membru. F’każ ta’ emerġenza tal-Unjoni, ir-rispons immedjat jenħtieġ li jiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu protezzjoni msaħħa lill-klijenti.

(5)L-impatt tal-konflitt armat fil-fruntieri tal-Unjoni wera li r-regoli eżistenti dwar is-sigurtà tal-provvista, madankollu, mhumiex adattati għal żviluppi ġeopolitiċi kbar għal għarrieda, fejn in-nuqqas ta’ provvista u l-livelli ogħla tal-prezzijiet jistgħu mhux biss jirriżultaw mill-falliment tal-infrastruttura jew minn kundizzjonijiet estremi tat-temp, iżda wkoll pereżempju minn avvenimenti maġġuri intenzjonati u minn interruzzjonijiet tal-provvista li jdumu aktar fit-tul jew li jseħħu għal għarrieda. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji li żdiedu ħafna għal għarrieda li jirriżultaw mill-bidliet attwali fis-sitwazzjoni ġeopolitika.

(6)Abbażi tal-analiżi tal-Kummissjoni ta’ miżuri adegwati biex jiġu żgurati l-provvisti tal-gass siguri, inter alia, l-analiżi msaħħa madwar l-UE kollha tat-tħejjija għar-riskji mwettqa fi Frar 2022 mill-Kummissjoni u mill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, huwa xieraq fil-prinċipju li jenħtieġ li l-Istati Membri, jiżguraw li l-infrastrutturi tal-ħżin fit-territorju tagħhom huma mimlijin sa mill-inqas 90 % tal-kapaċità tagħhom fil-livell tal-Istat Membru sal-1 ta’ Novembru, b’miri intermedjarji għal kull Stat Membru f’Mejju, f’Lulju u f’Settembru u fi Frar tas-sena ta’ wara. Dan huwa meħtieġ biex jiġi żgurat li l-konsumaturi Ewropej ikunu protetti b’mod adegwat kontra n-nuqqas tal-provvista. Għall-2022, se japplikaw mira għall-mili aktar baxxa ta’ 80 % u għadd imnaqqas ta’ miri intermedjarji (Awwissu, Settembru u Ottubru), filwaqt li jitqies li r-Regolament se jsir applikabbli biss wara l-bidu tal-istaġun tal-mili tal-gass u li l-Istati Membri għandhom żmien limitat biex jimplimentaw dan ir-Regolament.

(7)Sistema ta’ “trajettorja għall-mili” għandha tippermetti monitoraġġ kontinwu matul l-istaġun tal-mili (mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Settembru). Mis-sena 2023, jenħtieġ li l-ħżin jiġi mmonitorjat b’mod speċifiku fi Frar (il-“punt ta’ kontroll ta’ Frar”), biex jiġi evitat l-irtirar għal għarrieda tal-gass mill-ħżin f’nofs ix-xitwa, li jista’ jġib miegħu sfidi għas-sigurtà tal-provvista qabel tmiem ix-xitwa.

(8)Il-mira għall-mili u t-trajettorja għall-mili jistgħu jiġu aġġustati mill-Kummissjoni mill-2023 ’il quddiem, permezz ta’ att delegat, filwaqt li jitqiesu s-simulazzjonijiet annwali tal-ENTSOG u l-analiżi komuni li għandhom jitwettqu mill-gruppi ta’ riskju reġjonali definiti fir-Regolament (UE) 2017/1938. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi t-“trajettorji għall-ħżin” se tittieħed wara l-konsultazzjoni mal-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass.

(9)L-Istati Membri mhux dejjem jistgħu jilħqu l-miri għall-mili fil-ħin minħabba kwistjonijiet tekniċi bħal problemi relatati mal-pipelines li jimlew is-sit tal-ħżin jew il-faċilitajiet ta’ injezzjoni. F’każijiet bħal dawn, huwa xieraq li l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà li jilħqu l-mira fi stadju aktar tard. Madankollu, il-mira għall-mili jenħtieġ li tintlaħaq malajr kemm jista’ jkun possibbli teknikament u mhux aktar tard mill-1 ta’ Diċembru sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista għall-perjodu tax-xitwa.

(10)Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu ma jkunux jistgħu jilħqu l-miri għall-mili f’każ ta’ emerġenza fl-UE kollha, jiġifieri fi żminijiet ta’ skarsezza estrema tal-gass. Għalhekk, jenħtieġ li l-miri għall-mili ma japplikawx meta u sakemm il-Kummissjoni tkun iddikjarat emerġenza tal-Unjoni jew reġjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2017/1938.

(11)Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw kontinwament il-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin taħt l-art sabiex jiżguraw li t-trajettorji għall-mili nazzjonali tagħhom jintlaħqu. It-trajettorji nazzjonali għall-mili huma definiti filwaqt li jitqies il-wisa’ tal-banda ta’ żewġ punti perċentwali. Jekk il-livell tal-mili ta’ Stat Membru partikolari jkun aktar minn żewġ punti perċentwali taħt il-miri tat-trajettorja għall-mili, jenħtieġ minnufih li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri effettivi biex iżidu l-livell tal-mili. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass b’miżuri bħal dawn.

(12)Devjazzjoni sostanzjali u sostnuta mit-trajettorji għall-mili tista’ tipperikola l-kisba ta’ livelli adegwati tal-ħżin li huma meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni, fi spirtu ta’ solidarjetà. F’każ ta’ devjazzjonijiet sostanzjali u sostnuti bħal dawn, il-Kummissjoni jenħtieġ li għalhekk tingħata s-setgħa li tieħu miżuri effettivi biex tevita problemi ta’ sigurtà tal-provvista li jirriżultaw minn ħażniet mhux mimlija. Meta tiddeċiedi dwar il-miżuri adegwati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis is-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru rispettiv, bħad-daqs tal-faċilitajiet tal-ħżin fir-rigward tal-konsum domestiku tal-gass jew l-importanza tal-faċilitajiet tal-ħżin għas-sigurtà tal-provvista fir-reġjun. Peress li dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ wara l-bidu tal-istaġun tal-mili tal-ħżin fl-2022, kwalunkwe miżura meħuda mill-Kummissjoni biex tindirizza devjazzjonijiet mit-trajettorja għall-mili għas-sena 2022 jenħtieġ li tqis iż-żmien limitat għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-miżuri ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tinżamm is-sigurtà tal-provvista, mingħajr ma jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, il-parteċipanti fis-suq tal-gass, l-operaturi tas-sistema tal-ħżin jew iċ-ċittadini.

(13)Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jintlaħqu l-miri obbligatorji għall-mili. Fid-dawl tar-reġimi regolatorji differenti diġà fis-seħħ f’bosta Stati Membri biex jiġi appoġġat il-mili tal-ħżin, ma hu preskritt l-ebda strument speċifiku biex jintlaħqu t-trajettorji għall-mili u biex tintlaħaq il-mira għall-mili, u l-Istat Membru ħieles li jagħżel l-istrument l-aktar xieraq għas-sistema nazzjonali tiegħu, dment li jitħarsu l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 6(b)(2) u (3) rispettivament. Għalhekk, l-Istati Membri ħielsa li jagħżlu lil liema parteċipant(i) tas-suq jobbligaw sabiex jiżguraw il-mili tal-ħażniet. Huma jistgħu jiddeċiedu wkoll jekk mezzi regolatorji, bħal miżuri li jobbligaw lid-detenturi tal-kapaċità jilliberaw il-kapaċità mhux użata li hija possibbli skont ir-regoli tas-suq eżistenti tal-UE, jistgħux ikunu biżżejjed biex jintlaħqu l-miri għall-mili, jew jekk ikunu meħtieġa inċentivi finanzjarji, li jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat. Jenħtieġ li l-Istati Membri jużaw strumenti kkoordinati, bħal pjattaformi għax-xiri tal-LNG, ma’ Stati Membri oħra biex jimmassimizzaw l-użu tal-LNG biex jimlew il-ħażniet, u jnaqqsu l-ostakli tal-infrastruttura u dawk regolatorji għall-użu kondiviż tal-LNG biex jimtlew il-ħażniet.

(14)Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM (2022) 108 finali tat-8 ta’ Marzu 2022, bit-titolu “REPowerEU: Azzjoni Konġunta Ewropea għal enerġija aktar affordabbli, sigura u sostenibbli” iċċarat f’dan ir-rigward li d-dritt tal-Unjoni jippermetti lill-Istati Membri jipprovdu għajnuna mill-Istat lill-fornituri skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE sabiex jiżguraw il-mili tal-ħażniet, pereżempju fil-forma ta’ garanziji (“kuntratt bidirezzjonali għad-differenza”).

(15)Jenħtieġ li kwalunkwe miżura meħuda biex jiġi żgurat il-mili tal-ħżin tal-gass tkun, meħtieġa, definita b’mod ċar, trasparenti, proporzjonata, mhux diskriminatorja u verifikabbli u jenħtieġ li ma tfixkilx bla bżonn il-kompetizzjoni jew il-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass jew ma tipperikolax is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni. B’mod partikolari, jenħtieġ li miżuri bħal dawn meħuda ma jwasslux għat-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti jew ta’ qligħ mhux mistenni għall-impriżi li jikkontrollaw il-faċilitajiet tal-ħżin jew li jkunu bbukkjaw iżda ma użawx il-kapaċità tal-ħżin.

(16)L-użu effiċjenti tal-infrastruttura eżistenti, inklużi l-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni transfruntiera, il-faċilitajiet tal-ħżin u l-faċilitajiet tal-LNG huma fatturi importanti biex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fi spirtu ta’ solidarjetà. Il-fruntieri miftuħa tal-enerġija huma kruċjali għas-sigurtà tal-provvista, anke fi żminijiet ta’ interruzzjonijiet tal-gass fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni. Għalhekk, jentieġ li kwalunkwe miżura meħuda biex jiġi żgurat il-mili tal-ħżin tal-gass ma timblokkax jew ma tirrestrinġix il-kapaċitajiet transfruntiera allokati f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459.

(17)L-obbligu tal-ħżin se jimponi piżijiet finanzjarji fuq l-atturi rilevanti f’dawk l-Istati Membri, li għandhom faċilitajiet tal-ħżin rilevanti fit-territorju tagħhom, filwaqt li ż-żieda fil-livell tas-sigurtà tal-provvista se tkun ta’ benefiċċju għall-Istati Membri kollha inklużi dawk l-Istati Membri, li ma għandhomx faċilitajiet tal-ħżin. Sabiex jinqasam il-piż, fi spirtu ta’ solidarjetà, li jiġi żgurat li l-faċilitajiet tal-ħżin fl-Unjoni jimtlew biżżejjed biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, jenħtieġ li l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin jikkonformaw mal-obbligu li jużaw il-ħżin fi Stati Membri oħra. F’każ li ma jkun hemm l-ebda interkonnessjoni ma’ Stati Membri oħra, jew li kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera limitata jew raġunijiet tekniċi oħra jagħmluha impossibbli li jintużaw faċilitajiet tal-ħżin fi Stati Membri oħra, jenħtieġ li l-obbligu jitnaqqas kif xieraq.

(18)Madankollu, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkunux soġġetti għal dan l-obbligu jekk jiżviluppaw b’mod konġunt mekkaniżmu alternattiv għall-kondiviżjoni tal-piżijiet ma’ Stat Membru wieħed jew aktar b’faċilitajiet tal-ħżin. Mekkaniżmu alternattiv bħal dan jista’ jqis, fost l-oħrajn, obbligi legali ekwivalenti diġà eżistenti għall-ħżin ta’ fjuwils alternattivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw dawn il-mekkaniżmi alternattivi għall-kondiviżjoni tal-piżijiet lill-Kummissjoni.

(19)Il-miżuri li permezz tagħhom l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin jaqsmu l-piż tal-obbligu tal-ħżin mal-Istati Membri b’faċilitajiet tal-ħżin jista’ wkoll ikollhom impatt finanzjarju fuq l-atturi tas-suq rilevanti. L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin jistgħu għalhekk jipprovdu inċentivi finanzjarji jew kumpens lill-parteċipanti fis-suq għan-nuqqas ta’ dħul jew għall-kostijiet imġarrba mill-obbligi imposti fuqhom li ma jistgħux jiġu koperti mid-dħul. Jekk il-miżura tkun iffinanzjata permezz ta’ imposta, jenħtieġ li dik l-imposta ma tiġix allokata għall-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera.

(20)Il-monitoraġġ u r-rapportar effettivi huma essenzjali, kemm għall-valutazzjoni tan-natura u tal-firxa tar-riskji relatati mas-sigurtà tal-provvista, kif ukoll għall-għażla tal-miżuri xierqa biex jiġu miġġielda dawn ir-riskji. Jenħtieġ li l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin jirrappurtaw il-livelli tal-mili lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kull xahar matul il-perjodu tal-mili. Is-sidien u l-operaturi tal-faċilitajiet tal-ħżin huma mħeġġa wkoll jirreġistraw b’mod regolari l-kapaċità u l-livell tal-mili għal kull sit tal-ħżin fi pjattaforma ċentrali tar-rapportar.

(21)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji jaqdu rwol importanti fil-monitoraġġ tas-sigurtà tal-provvista, wieħed mill-kompiti attribwiti lir-regolaturi mil-leġiżlazzjoni tas-Suq Intern tal-Enerġija, u jiżguraw bilanċ bejn is-sigurtà u l-kost tal-miżuri għall-konsumaturi. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-livelli tal-mili, flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(22)Jenħtieġ li jissaħħaħ ir-rwol tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, b’mandat espliċitu biex jimmonitorja l-prestazzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-provvista tal-gass, u biex jiżviluppa l-aħjar prattiki fuq dik il-bażi f’dak il-qasam. Il-Kummissjoni għandha ghalhekk tirrapporta regolarment lill-Grupp tal-Koordinazzjoni dwar il-Gass, li jenħtieġ li jappoġġa lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-miri għall-mili, u fl-iżgurar li jintlaħqu l-miri għall-mili.

(23)L-Unjoni tqis li s-settur tas-sistema tal-ħżin huwa ta’ importanza kbira għall-Unjoni, għas-sigurtà tagħha tal-provvisti tal-enerġija u għall-interessi essenzjali l-oħra tas-sigurtà tagħha. Għaldaqstant, il-faċilitajiet tal-ħżin huma kkunsidrati bħala infrastruttura kritika skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-Infrastruttura Kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjieb tal-ħarsien tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri skont dan ir-Regolament fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u fir-rapporti ta’ progress adottati skont ir-Regolament 2018/1999.

(24)L-Unjoni tqis li huma meħtieġa salvagwardji addizzjonali fin-network tas-sistema tal-ħżin biex jiġi evitat kwalunkwe theddid għall-ordni pubblika u għas-sigurtà pubblika fl-Unjoni u għall-benessri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li kull operatur tas-sistema tal-ħżin, inklużi operaturi bħal dawn ikkontrollati minn operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, ikun iċċertifikat skont dan ir-Regolament mill-awtorità regolatorja jew minn awtorità kompetenti oħra nominata mill-Istat Membru biex jiżgura li l-influwenza fuq l-operaturi tas-sistema tal-ħżin ma tqiegħedx f’riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew kwalunkwe interess essenzjali ieħor ta’ sigurtà fl-Unjoni jew fi kwalunkwe Stat Membru. Għall-analiżi tar-riskji possibbli għas-sigurtà tal-provvista fi Stati Membri oħra, il-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fil-valutazzjoni tas-sigurtà tal-provvista, hija importanti u jenħtieġ li ma tiddiskriminax bejn il-parteċipanti fis-suq u jenħtieġ li tikkonforma bis-sħiħ mal-prinċipji ta’ suq intern li jiffunzjona tajjeb. Sabiex jittaffa malajr il-periklu ta’ livelli baxxi tal-ħżin, jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tingħata prijorità u titwettaq aktar malajr għal ħażniet akbar u għal ħażniet li dan l-aħħar imtlew f’livelli konsistentement baxxi, sabiex jiġi żgurat li l-problemi potenzjali tas-sigurtà tal-provvista li jirriżultaw mill-kontroll fuq ħażniet kbar bħal dawn jistgħu jiġu esklużi.

(25)Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji jirrifjutaw iċ-ċertifikazzjoni jekk persuna li direttament jew indirettament tikkontrolla jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq l-operatur tas-sistema tal-ħżin tista’ tqiegħed f’riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew kwalunkwe interess essenzjali ieħor tas-sigurtà fuq livell tal-Istat Membru, reġjonali jew tal-Unjoni. F’din il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji iqisu r-relazzjonijiet kummerċjali li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-inċentivi u l-ħila tal-operatur tal-ħżin li jimla l-faċilità tal-ħżin, kif ukoll l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u kwalunkwe fatt u ċirkostanza speċifiċi oħra tal-każ. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawk ir-regoli madwar l-Unjoni, ir-rispett għall-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u s-solidarjetà u s-sigurtà tal-enerġija fl-Unjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji jqisu bis-sħiħ l-opinjoni tal-Kummissjoni meta jieħdu deċiżjonijiet dwar iċ-ċertifikazzjoni. Meta awtorità regolatorja tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni, hija jenħtieġ li jkollha s-setgħa li titlob lil kwalunkwe persuna ċċedi il-parteċipazzjoni azzjonarja jew id-drittijiet li jkollha fuq l-operatur tas-sistema tal-ħżin u li tistabbilixxi limitu ta’ żmien għal ċessjoni bħal din, li tordna kwalunkwe miżura xierqa oħra biex tiżgura li dik il-persuna jew dawk il-persuni ma jkunux jistgħu jeżerċitaw xi kontroll jew dritt fuq dak l-operatur tas-sistema tal-ħżin, u li tiddeċiedi dwar miżuri kompensatorji xierqa. Kwalunkwe miżura meħuda fid-deċiżjoni ta’ ċertifikazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji għas-sigurtà tal-provvista jew interessi essenzjali oħra tas-sigurtà jenħtieġ li tkun meħtieġa, definita b’mod ċar, trasparenti, proporzjonata u mhux diskriminatorja.

(26)Jekk l-intrapriżi jkunu dovuti jixtru aktar gass meta dan il-gass ikun għali, dan jista’ jkompli jgħolli l-prezzijiet. Għalhekk dan ir-Regolament huwa akkumpanjat mit-tneħħija tat-tariffi tad-dħul u tal-ħruġ għall-kapaċità ta’ trażmissjoni lejn il-ħżin u minnu, biex b’hekk il-ħżin isir aktar attraenti għall-parteċipanti fis-suq. Jenħtieġ li l-awtoritajiet regolatorji u tal-kompetizzjoni jużaw ukoll il-kompetenzi tagħhom biex jeskludu b’mod effettiv iż-żidiet bla bżonn tat-tariffi tal-ħżin.

(27)Fid-dawl taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tas-sitwazzjoni attwali u tal-inċertezzi relatati mal-iżviluppi ġeopolitiċi futuri, l-Istati Membri huma mħeġġa jilħqu l-miri għall-mili malajr kemm jista’ jkun, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mill-perjodi ta’ żmien stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(28)Meta jitqies il-periklu imminenti għas-sigurtà tal-provvista li jirriżulta mill-konflitt armat attwali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza mal-Proposta tal-Kummissjoni COM/2021/804 finali għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu (riformulazzjoni), dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika biss sakemm jiġi adottat u jidħol fis-seħħ ir-regolament dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, wara l-Proposta tal-Kummissjoni COM/2021/804 finali msemmija hawn fuq, li jirrifletti l-emendi introdotti minn dan ir-Regolament.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/1938

Ir-Regolament (UE) 2017/1938 huwa emendat kif ġej:

(1)Fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

“(27) ‘trajettorja għall-mili’ tfisser diversi miri intermedjarji għal kull Stat Membru kif elenkat fl-Anness Ia u Ib;

(28) ‘mira għall-mili’ tfisser mira vinkolanti għal-livell tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin għall-gass naturali mhux likwifikat;

(29) ‘ħżin strateġiku’ ifisser il-ħżin ta’ gass naturali mhux likwifikat li huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni tal-awtorità pubblika għar-rilaxx, ma jistax jinbiegħ fis-suq iżda jiġi rilaxxat biss f’każ ta’ skarsezza tal-provvista, interruzzjoni tal-provvista jew emerġenza.”

(30) ‘ħażna strateġika’ tfisser gass naturali mhux likwifikat mixtri, ġestit u maħżun minn operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni esklużivament għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom bħala operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u għall-fini tas-sigurtà tal-provvista. Il-gass maħżun bħala parti minn ħażna strateġika għandu jintbagħat biss meta jkun meħtieġ sabiex is-sistema tinżamm operattiva skont kundizzjonijiet siguri u affidabbli f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE jew f’każ ta’ emerġenza ddikjarata skont l-Artikolu 11 u li ma jkunx jista’ jinbiegħ b’xi mod ieħor fis-swieq tal-gass bl-ingrossa;”  

 

(2)Jiddaħħlu l-Artikoli 6a sa 6e li ġejjin:

“Artikolu 6a

Mira obbligatorja għall-mili u trajettorja għall-mili

(1)Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-mira għall-mili stabbilita fil-paragrafu 2 għall-kapaċità aggregata tal-faċilitajiet kollha tal-ħżin fit-territorju tiegħu tintlaħaq sal-1 ta’ Novembru ta’ kull sena.

(2)Għall-2022, il-mira għall-mili għandha tiġi stabbilita għal 80 % tal-kapaċità tal-faċilitajiet tal-ħżin kollha fit-territorju tal-Istati Membri rispettivi. Sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċidix mod ieħor skont il-paragrafu 4, il-mira għall-mili għandha tiġi stabbilita għal 90 % għas-snin ta’ wara.

(3)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jissodisfaw il-miri intermedjarji kif indikat fl-Anness Ia u Ib għal kull Stat Membru. Għall-2022, il-miri intermedjarji se jiġu stabbiliti biss għal Awwissu, Settembru u Ottubru. Mill-2023, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miri intermedjarji għal Frar, Mejju, Lulju u Settembru jintlaħqu.

(4)Il-Kummissjoni għandha s-setgħa, wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass, li tadotta att delegat li jemenda l-Anness Ib biex jispeċifika l-mira għall-mili u t-trajettorja għall-mili mill-2023 ’il quddiem, f’konformità mal-Artikolu 19. Dak l-att delegat għandu jiġi adottat sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena ta’ qabel is-sena li għaliha tiġi stabbilita l-mira l-ġdida għall-mili. Il-mira għall-mili u t-trajettorja għall-mili stabbiliti mill-Kummissjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-valutazzjoni tas-sigurtà ġenerali tas-sitwazzjoni tal-provvista u tal-iżvilupp tad-domanda u l-provvista tal-gass fl-Unjoni u fl-Istati Membri individwali, u stabbiliti b’mod li jiżgura s-sigurtà tal-provvista filwaqt li jiġi evitat piż bla bżonn għall-Istati Membri, għall-parteċipanti fis-suq tal-gass, għall-operaturi tas-sistema tal-ħżin jew għaċ-ċittadini.

(5)Meta Stat Membru ma jkunx jista’ jilħaq il-mira għall-mili minħabba karatteristiċi tekniċi speċifiċi ta’ faċilità tal-ħżin waħda jew aktar fit-territorju tiegħu, bħal rati ta’ injezzjoni eċċezzjonalment baxxi, l-Istat Membru għandu jitħalla jilħaq il-mira għall-mili biss fil-1 ta’ Diċembru. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni u jagħti r-raġunijiet għad-dewmien qabel l-1 ta’ Novembru.

(6)Il-mira għall-mili ma tapplikax meta u sakemm il-Kummissjoni tkun iddikjarat emerġenza tal-Unjoni jew reġjonali skont l-Artikolu 12.

(7)Kull sena, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw kontinwament it-trajettorja għall-mili u jirrapportaw regolarment lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass. Jekk il-livell tal-mili ta’ Stat Membru partikolari jkun aktar minn żewġ punti perċentwali taħt il-livell tat-trajettorja għall-mili skont l-Anness Ib, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu miżuri effettivi biex iżidu l-livell tal-mili mingħajr dewmien. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass bil-miżuri li ttieħdu.

(8)F’każ ta’ devjazzjoni sostanzjali u sostnuta mit-trajettorji għall-mili, għandhom jittieħdu l-miżuri li ġejjin:

(a)wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass u mal-Istat Membru inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ twissija lill-Istat Membru u tirrakkomanda l-miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament;

(b)jekk id-devjazzjoni mit-trajettorja ma titnaqqasx b’mod sinifikanti fi żmien xahar mid-data tat-twissija, wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass u mal-Istat Membru inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni bħala miżura tal-aħħar istanza biex tobbliga lill-Istat Membru jieħu miżuri li effettivament ineħħu d-diskrepanza għat-trajettorja, inkluż fejn xieraq miżura waħda jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 6b(1), jew kwalunkwe miżura oħra biex jiġi żgurat li tintlaħaq il-mira obbligatorja għall-mili skont dan l-Artikolu;

(c)meta tiddeċiedi dwar il-miżuri adegwati skont il-punt (b), il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis is-sitwazzjoni speċifika tal-Istat Membru rispettiv, bħad-daqs tal-faċilitajiet tal-ħżin fir-rigward tal-konsum domestiku tal-gass jew l-importanza tal-faċilitajiet tal-ħżin għas-sigurtà tal-provvista fir-reġjun. Kwalunkwe miżura meħuda mill-Kummissjoni biex tindirizza devjazzjonijiet mit-trajettorja għall-mili għas-sena 2022 għandha tqis il-perjodu ta’ żmien qasir għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu fil-livell nazzjonali li seta’ kkontribwixxa għad-devjazzjoni mit-trajettorja għall-mili għall-2022;

(d)Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tinżamm is-sigurtà tal-provvista, mingħajr ma jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, il-parteċipanti fis-suq tal-gass, l-operaturi tas-sistema tal-ħżin jew iċ-ċittadini.

Artikolu 6b

Implimentazzjoni tal-mira għall-mili

(1)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa, inklużi inċentivi finanzjarji jew kumpens lill-parteċipanti fis-suq, biex jiżguraw li jintlaħqu l-miri obbligatorji għall-mili skont l-Artikolu 6(a). B’mod partikolari, dawk il-miżuri jistgħu jinkludu:

(a)impożizzjoni ta’ obbligu fuq il-fornituri tal-gass biex jaħżnu volumi minimi ta’ gass f’faċilitajiet tal-ħżin;

(b)impożizzjoni ta’ obbligu fuq is-sidien tal-ħżin biex joffru l-kapaċitajiet tagħhom lill-parteċipanti fis-suq;

(c)impożizzjoni ta’ obbligu fuq l-operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni li jixtri u jiġġestixxi l-ħażniet strateġiċi ta’ gass esklużivament għat-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu bħala operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni u għall-fini tas-sigurtà tal-provvista f’każ ta’ emerġenza;

(d)użu ta’ strumenti kkoordinati, bħal pjattaformi għax-xiri tal-LNG, ma’ Stati Membri oħra biex jimmassimizzaw l-użu tal-LNG u jnaqqsu l-ostakli tal-infrastruttura u dawk regolatorji għall-użu kondiviż tal-LNG biex jimtlew il-faċilitajiet tal-ħżin;

(e)provvediment ta’ inċentivi finanzjarji jew kumpens lill-parteċipanti fis-suq għan-nuqqas ta’ dħul jew għall-kostijiet imġarrba mill-obbligi imposti fuq il-parteċipanti fis-suq li ma jistgħux jiġu koperti mid-dħul;

(f)adozzjoni ta’ strumenti effettivi biex jiġi stabbilit obbligu fuq id-detenturi tal-kapaċità tal-ħżin biex jużaw jew jirrilaxxaw kapaċitajiet kkuntrattati mhux użati.

(2)Il-miżuri adottati skont dan l-Artikolu għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ biex tintlaħaq il-mira għall-mili, definita b’mod ċar, trasparenti, proporzjonata, mhux diskriminatorja u verifikabbli. Ma għandhomx jfixklu bla bżonn il-kompetizzjoni jew il-funzjonament effettiv tas-suq intern tal-gass jew jipperikolaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass ta’ Stati Membri oħrajn jew tal-Unjoni.

(3)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-użu tal-infrastruttura eżistenti fil-livell nazzjonali u reġjonali, għall-benefiċċju tas-sigurtà tal-provvista b’mod effiċjenti. Dawn il-miżuri ma għandhom taħt l-ebda ċirkostanza jimblukkaw jew jirrestrinġu l-kapaċitajiet transfruntiera ta’ faċilitajiet ta’ ħżin jew LNG, u ma għandhomx jillimitaw il-kapaċitajiet ta’ trażmissjoni transfruntiera f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/459.

Artikolu 6c
Kondiviżjoni tal-piżijiet

(1)L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin għandhom jiżguraw li l-parteċipanti fis-suq domestiku jkollhom arranġamenti mal-operaturi tas-sistema tal-ħżin mill-Istati Membri b’faċilitajiet tal-ħżin fis-seħħ li jiżguraw l-użu tal-volumi tal-ħżin f’dawk l-Istati Membri sal-1 ta’ Novembru li jikkorrispondu għal mill-inqas 15 % tal-konsum annwali tal-gass tal-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin. Meta l-kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera jew limitazzjonijiet tekniċi oħra ma jippermettux l-użu sħiħ tal-15 % tal-volumi tal-ħżin mhux domestiku, il-volumi teknikament possibbli biss għandhom jinħażnu barra mill-Istat Membru mingħajr ħżin.

(2)B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin jistgħu minflok jiżviluppaw b’mod konġunt mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet ma’ Stat Membru wieħed jew aktar b’faċilitajiet tal-ħżin. Il-mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tal-piżijiet għandu jkun ibbażat fuq id-data rilevanti tal-aħħar valutazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 7 u jqis il-parametri li ġejjin:

(a)il-kost għall-appoġġ finanzjarju biex jiġi żgurat li jintlaħqu l-miri tal-ħżin, mingħajr ma jitqiesu il-kostijiet biex jimtlew l-obbligi tal-ħżin strateġiku;

(b)il-volumi ta’ gass meħtieġa biex jissodisfaw id-domanda tal-klijenti protetti f’konformità mal-Artikolu 6(1);

(c)il-limitazzjonijiet tekniċi, bħall-kapaċità tal-ħżin disponibbli, il-kapaċità teknika transfruntiera, ir-rati tal-irtirar. 

(3)Il-mekkaniżmu żviluppat b’mod konġunt għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan l-Artikolu.

(4)L-Istati Membri mingħajr faċilitajiet tal-ħżin jistgħu jipprovdu inċentivi jew kumpens finanzjarju lill-parteċipanti fis-suq għan-nuqqas ta’ dħul jew għall-kostijiet imġarrba minn obbligi imposti fuqhom li ma jistgħux jiġu koperti minn dħul biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħżin tal-gass fi Stati Membri oħra skont il-paragrafu 1 jew l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu żviluppat b’mod konġunt skont il-paragrafu 2. Jekk il-miżura tkun iffinanzjata permezz ta’ imposta, jenħtieġ li dik l-imposta ma tiġix allokata għall-punti ta’ interkonnessjoni transfruntiera.

Artikolu 6d

Monitoraġġ u infurzar

(1)L-operaturi tas-sistema tal-ħżin għandhom jirrapportaw il-livell tal-mili f’kull wieħed mill-punti ta’ kontroll stabbiliti f’konformità mal-Anness Ia u Ib lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri fejn ikunu jinsabu.

(2)L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw il-livelli tal-mili tal-faċilitajiet tal-ħżin fit-territorji tagħhom fl-aħħar ta’ kull xahar u jirrapportaw ir-riżultati lill-Kummissjoni mingħajr dewmien żejjed.

(3)Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass.

(4)Il-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass għandu jappoġġa lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-miri għall-mili u tat-trajettorji għall-mili, u jiżviluppa gwida lill-Kummissjoni dwar miżuri adegwati biex tiġi żgurata l-konformità fil-każ fejn l-Istati Membri ma jilħqux il-miri tat-trajettorja għall-mili jew ma jikkonformawx mal-miri għall-mili.

(5)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jilħqu t-trajettorja għall-mili u l-mira għall-mili u biex jinfurzaw l-obbligi tal-ħżin li huma meħtieġa biex tintlaħaq dik it-trajettorja u dik il-mira fuq il-parteċipanti fis-suq, inkluż billi jimponu fuqhom sanzjonijiet u multi deterrenti biżżejjed.

(6)L-Istati Membri għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar il-miżuri tal-infurzar meħuda skont dan ir-Regolament.

(7)Meta tkun se tiġi skambjata informazzjoni kummerċjalment sensittiva, il-Kummissjoni tista’ ssejjaħ laqgħat tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass f’format ristrett għall-Istati Membri.

(8)L-informazzjoni skambjata għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ biex tiġi mmonitorjata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni, l-awtoritajiet regolatorji u l-Istati Membri għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva riċevuta fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.”

Artikolu 6e

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6a sa 6d ma għandhomx japplikaw għall-partijiet tal-faċilitajiet tal-LNG użati għall-ħżin.

(3)L-Annessi huma emendati f’konformità mat-test li jidher fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament:

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

(1)Jiddaħħal l-Artikolu 3a li ġej:

Artikolu 3a

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin

(1)L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull operatur tas-sistema tal-ħżin, inklużi l-operaturi tas-sistema tal-ħżin ikkontrollati minn operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni, ikun iċċertifikat mill-awtorità regolatorja skont dan l-Artikolu, jew minn awtorità kompetenti oħra nominati mill-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu. L-obbligu li l-operaturi tal-ħżin jiġu ċċertifikati skont dan l-Artikolu japplika wkoll għall-operaturi tas-sistema tal-ħżin ikkontrollati minn operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni li diġà ġew iċċertifikati skont ir-regoli ta’ separazzjoni skont l-Artikoli 9 sa 11 tad-Direttiva 2009/73/KE.

(2)Għall-operaturi tas-sistemi tal-ħżin li joperaw faċilitajiet tal-ħżin b’kapaċitajiet ta’ aktar minn 3,5 TWh u li jkunu mtlew fil-31 ta’ Marzu 2021 u fil-31 ta’ Marzu 2022 f’livell li bħala medja kien inqas minn 30 % tal-kapaċità massima tagħhom, l-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 għandha tadotta abbozz ta’ deċiżjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin fi żmien 100 jum xogħol mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew mill-wasla ta’ notifika skont il-paragrafu 8. Għall-operaturi l-oħra kollha tas-sistema tal-ħżin, għandu jiġi adottat abbozz ta’ deċiżjoni fi żmien 18-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jew mill-wasla ta’ notifika skont il-paragrafi 7 jew 8. Meta jitqies ir-riskju għas-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija, l-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 għandha tqis kwalunkwe riskju għas-sigurtà tal-provvista fil-livell nazzjonali, reġjonali jew tal-Unjoni kollha li jirriżulta, pereżempju, minn:

(a)sjieda, provvista jew relazzjonijiet kummerċjali oħra li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-inċentivi u l-ħila tal-operatur tal-ħżin li jimla l-faċilità tal-ħżin;

(b)id-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiż terz jew pajjiżi terzi li jirriżultaw skont id-dritt internazzjonali, inkluż kull ftehim konkluż ma’ xi pajjiż terz wieħed jew aktar li l-Unjoni tagħmel parti minnu u li jindirizza l-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

(c)id-drittijiet u l-obbligi tal-Istat Membru jew tal-Istati Membri kkonċernati fir-rigward ta’ pajjiż terz jew pajjiżi terzi li joħorġu skont ftehimiet konklużi magħhom, sakemm ikunu konformi mad-dritt tal-Unjoni; jew

(d)kwalunkwe fatti u ċirkostanzi speċifiċi oħra tal-każ.

(3)Jenħtieġ li l-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni jekk jintwera li persuna li direttament jew indirettament tikkontrolla jew teżerċita kwalunkwe dritt fuq l-operatur tas-sistema tal-ħżin skont it-tifsira tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/73/KE tista’ tqiegħed f’riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew l-interessi essenzjali tas-sigurtà ta’ kwalunkwe Stat Membru jew tal-Unjoni. L-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 tista’ tagħżel minflok li tagħti ċ-ċertifikazzjoni b’kundizzjonijiet, li jiżguraw li jittaffew biżżejjed ir-riskji kollha li jistgħu jinfluwenzaw b’mod negattiv il-mili tal-ħażniet kif previst f’dan ir-Regolament, u dment li l-funzjonalità tagħhom tkun tista’ tiġi żgurata bis-sħiħ permezz ta’ implimentazzjoni u ta’ monitoraġġ effettivi.

(4)Meta l-awtorità regolatorja, jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 tasal għall-konklużjoni li r-riskji għas-sigurtà tal-provvista ma jistgħux jitneħħew bil-kondizzjonijiet skont il-paragrafu 3 u għalhekk tirrifjuta ċ-ċertifikazzjoni, hija għandha:

(a)titlob li kwalunkwe persuna jew persuni li tqis li jistgħu jqiegħed f’riskju s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija jew l-interess essenzjali tas-sigurtà ta’ kwalunkwe Stat Membru jew tal-Unjoni jċedu l-parteċipazzjoni azzjonarja jew id-drittijiet li jkollhom fuq l-operatur tas-sistema ta’ ħżin u li jistabbilixxu limitu ta’ żmien għal ċessjoni bħal din;

(b)tordna, fejn xieraq, miżuri provviżorji, biex jiżguraw li persuna jew persuni bħal dawn ma jkunux jistgħu jeżerċitaw xi kontroll jew dritt fuq dak l-operatur tas-sistema tal-ħżin sakemm isir iċ-ċessjoni tal-parteċipazzjoni azzjonarja jew tad-drittijiet; u

(c)tiddeċiedi dwar il-miżuri ta’ kumpens xierqa.

(5)L-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 għandha tinnotifika lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bl-abbozz ta’ deċiżjoni, flimkien mal-informazzjoni relevanti kollha fir-rigward ta’ dik id-deċiżjoni. Il-Kummissjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità regolatorja nazzjonali jew lill-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 fi żmien 50 jum xogħol. L-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 għandha tqis -opinjoni tal-Kummissjoni bir-reqqa.

(6)L-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 għandha tadotta d-deċiżjoni tagħha dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin sa mhux aktar tard minn 25 jum xogħol minn meta tirċievi l-opinjoni tal-Kummissjoni.

(7)Qabel ma tibda titħaddem il-faċilità tal-ħżin mibnija ġdida, l-operatur tas-sistema tal-ħżin għandu jiġi ċċertifikat f’konformità mal-paragrafi 1 sa 6. L-operatur tas-sistema tal-ħżin għandu jinnotifika lill-awtorità regolatorja jew lill-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 bl-intenzjoni tiegħu li jħaddem il-faċilità tal-ħżin.

(8)L-operaturi tas-sistema tal-ħżin għandhom jinnotifikaw lill-awtorità regolatorja jew lill-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 dwar kwalunkwe tranżazzjoni ppjanata li tkun teħtieġ valutazzjoni mill-ġdid tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni kif stabbilit fil-paragrafi 1 u 2.

(9)L-awtorità regolatorja jew l-awtorità nominata skont il-paragrafu 1 għandha timmonitorja l-konformità kontinwa tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2. Għandha tibda proċedura ta’ ċertifikazzjoni sabiex tiżgura konformità bħal din:

(a)man-notifika mill-operatur tas-sistema tal-ħżin skont il-paragrafi 7 u 8;

(b)fuq l-inizjattiva tagħha stess fejn ikollha għarfien li bidla ppjanata fid-drittijiet jew fl-influwenza fuq l-operatur tas-sistema tal-ħżin tista’ twassal għal nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2;

(c)fuq talba motivata tal-Kummissjoni.

(10)L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-operat tal-faċilitajiet tal-ħżin fit-territorju tagħhom. Dawk il-faċilitajiet tal-ħżin jistgħu jwaqqfu l-operazzjonijiet biss wara valutazzjoni mwettqa mill-awtorità regolatorja jew mill-awtorità nominata skont il-paragrafu 1, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-ENTSOG, li tikkonkludi li l-waqfien ma jdgħajjifx is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom jittieħdu miżuri kompensatorji xierqa, fejn xieraq, jekk il-waqfien tal-operazzjonijiet ma jkunx permess.

(11)Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat li jistabbilixxi d-dettalji tal-proċedura li għandha tiġi segwita għall-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 19.

(12)Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu m’għandhomx japplikaw għall-partijiet tal-faċilitajiet tal-LNG użati għall-ħżin.

(2)Fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3. Għandu jiġi applikat skont ta’ mill-inqas 100 % għat-tariffi ta’ trażmissjoni bbażati fuq il-kapaċità fil-punti ta’ dħul mill-faċilitajiet tal-ħżin u fil-punti ta’ ħruġ lejhom sakemm u safejn ikun possibbli li tintuża faċilità tal-ħżin konnessa ma’ aktar minn network wieħed ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni biex tikkompeti ma’ punt ta’ interkonnessjoni. Il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid dan l-iskont tariffarju ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Hija għandha tivvaluta jekk il-livell tat-tnaqqis stabbilit f’dan l-Artikolu għadux adegwat fid-dawl tal-obbligu tal-ħżin skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) 2017/1938.”

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika sad-data li fiha jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq interni tal-gassijiet rinnovabbli u naturali u tal-idroġenu, abbażi tal-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali.

1.1.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Patt Ekoloġiku Ewropew - Enerġija – Sigurtà tal-Provvista tal-Enerġija

1.2.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 5  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.3.Objettiv(i)

1.3.1.Objettiv(i) ġenerali

Din il-proposta għandha l-għan li tindirizza r-riskji sinifikanti ħafna għas-sigurtà tal-provvista u l-ekonomija tal-Unjoni li jirriżultaw mis-sitwazzjoni ġeopolitika li nbidlet b’mod drammatiku. Il-proposta għandha l-għan li tiżgura partikolarment li l-kapaċitajiet tal-ħżin fl-Unjoni, li huma kruċjali biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista, ma jibqgħux ma jintużawx, biex jiġi żgurat li l-ħażniet ikunu jistgħu jiġu kondiviżi madwar l-Unjoni, fi spirtu ta’ solidarjetà.

Għal dak il-għan, il-livell minimu obbligatorju ta’ gass fil-faċilitajiet tal-ħżin se jsaħħaħ is-sigurtà tal-provvista qabel ix-xitwa 2022/2023 u għall-perjodi tax-xitwa ta’ wara. Iċ-ċertifikazzjoni obbligatorja tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin se tiżgura li r-riskji potenzjali għas-sigurtà tal-provvista li jirriżultaw mill-influwenza fuq l-infrastruttura kritika tal-ħżin jistgħu jiġu esklużi. Fl-aħħar nett, l-użu tal-ħżin se jiġi inċentivat billi l-utenti tal-ħżin jitħallew jiġu eżentati mit-tariffi ta’ trażmissjoni fil-punti tad-dħul jew tal-ħruġ tal-ħżin.

1.3.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku #1:

Livelli adegwati tal-ħżin tal-gass fl-UE f’Novembru 2022

Objettiv speċifiku #2:

Livelli adegwati tal-ħżin tal-gass fl-UE f’Novembru 2023 u ’il quddiem

Objettiv speċifiku #3:

Ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin tal-UE fi żmien 18-il xahar

1.3.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva għandha jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Awtonomija strateġika msaħħa tal-UE

Titjib fis-sigurtà tal-enerġija tal-UE

Stabbiltà/volatilità mnaqqsa fis-swieq tal-gass

1.3.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Rrati ta’ mili għall-ħżin f’Novembru mill-2022 ’il quddiem

Għadd ta’ operaturi tas-sistema tal-ħżin tal-UE ċċertifikati

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Il-proposta ssegwi t-talba tal-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvern f’Versailles u għandha tiġi implimentata immedjatament, inkluż permezz ta’ qbil mal-koleġiżlaturi biex jitħaffef il-proċess ta’ kodeċiżjoni.

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante)

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post)

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-esperjenza ta’ din is-sena turi li l-ħażniet tal-gass iridu jimtlew b’mod adegwat sal-bidu tal-istaġun tat-tisħin, u li l-irtirar tal-gass irid isir b’mod li ma jqiegħedx f’riskju s-sigurtà tal-provvista tal-UE. Dan huwa essenzjali biex iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej jiġu protetti minn tfixkil potenzjali, u għall-awtonomija strateġika tal-UE.

1.4.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

L-inizjattiva taqa’ taħt il-kappa tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, li s-sigurtà tal-provvista tiegħu hija pilastru ewlieni.

1.4.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

L-implimentazzjoni ta’ din il-biċċa leġiżlazzjoni se teħtieġ riżorsi umani addizzjonali kif ukoll xi nfiq amministrattiv.

1.5.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn 2022 sa 2027.

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 6   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

 mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi regolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi regolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

mhux disponibbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Din id-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva tinkludi n-nefqa tal-persunal u possibbilment arranġamenti amministrattivi. Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

B’mod ġenerali, l-inizjattiva teħtieġ nefqa għall-persunal u possibilment arranġamenti amministrattivi. Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq) 

B’mod ġenerali, l-inizjattiva teħtieġ nefqa għall-persunal u possibbilment arranġamenti amministrattivi. Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

B’mod ġenerali, l-inizjattiva teħtieġ nefqa għall-persunal u possibbilment arranġamenti amministrattivi. Japplikaw regoli standard għal dan it-tip ta’ nefqa.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’  
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff 7 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 8

mill-pajjiżi kandidati 9

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru  

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

mhux disponibbli

3.2.Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Numru

mhux disponibbli

DĠ: <…….>

Sena 
N 10

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

• Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 11

Impenji

(1a)

Pagamenti

(2a)

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 12  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
għad-DĠ <…….>

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3

 



TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURA <….> 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

• TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 6 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6





Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima għandha timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li, qabel kollox, trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li jittella’ fid-DECIDE għall-finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: ENER

• Riżorsi umani

2,355

2,355

2,355

2,198

2,041

1,884

-

13,188

• Nefqa amministrattiva oħra

0,080

0,150

0,150

0,150

0,150

0,150

-

0,830

TOTAL TAD-DĠ <….>

Approprjazzjonijiet

2,455

2,505

2,505

2,384

2,191

2,304

-

14,018

TOTAL tal-approprjazzjonijiet 
skont l-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

2,455

2,505

2,505

2,384

2,191

2,304

-

14,018

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 13

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet  
skont l-INTESTATURI 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

2,455

2,505

2,505

2,384

2,191

2,304

-

14,018

Pagamenti

2,455

2,505

2,505

2,384

2,191

2,304

-

14,018

3.2.2.Output stmat iffinanzjat bl-approprjazzjonijiet operazzjonali mhux disponibbli

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 14

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 15

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

3.2.3.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 16

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

2,355

2,355

2,355

2,198

2,041

1,884

-

13,188

Nefqa amministrattiva oħra

0,080

0,150

0,150

0,150

0,150

0,150

-

0,830

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

2,455

2,505

2,505

2,384

2,191

2,304

-

14,018

Barra mill-INTESTATURA 7 17  
of the multiannual financial framework

Riżorsi umani

0

0

0

0

0

0

0

Nefqa oħra  
ta’ natura amministrattiva

0

0

0

0

0

0

0

Subtotal  
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

0

0

0

0

0

0

0

TOTAL

2,455

2,505

2,505

2,384

2,191

2,304

-

14,018

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

15

15

15

14

13

12

-

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

-

-

-

-

-

-

-

01 01 01 01  (Riċerka indiretta)

-

-

-

-

-

-

-

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

-

-

-

-

-

-

-

Linji baġitarji oħra (speċifika)

-

-

-

-

-

-

-

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 18

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

-

-

-

-

-

-

-

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

-

-

-

-

-

-

-

XX 01 xx ss zz   19

- fil-Kwartieri Ġenerali

-

-

-

-

-

-

-

- fid-Delegazzjonijiet

-

-

-

-

-

-

-

01 01 01 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

-

-

-

-

-

-

-

01 01 01 12 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

-

-

-

-

-

-

-

Linji baġitarji oħra (speċifika)

-

-

-

-

-

-

-

TOTAL

15

15

15

14

13

12

-

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Il-proposta tistabbilixxi arkitettura ġdida u mtejba tas-Sigurtà tal-Provvista tal-Gass, b’obbligi ġodda għall-Istati Membri u, b’mod korrispondenti, rwol imsaħħaħ għad-DĠ Enerġija f’firxa wiesgħa ta’ oqsma – jiġifieri:

·Il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ġenerali tar-Regolament (1 FTE),

·Il-ġestjoni tar-Rwol imsaħħaħ tal-Grupp ta’ Koordinazzjoni dwar il-Gass (0.5 FTE),

·Il-monitoraġġ tar-rati tal-mili u d-definizzjoni tal-elementi tekniċi tal-implimentazzjoni, bħat-trajettorji għall-mili (inklużi l-analiżi ekonomika u teknika u l-ġestjoni tad-data) (1.5 FTE),

·L-implimentazzjoni legali tal-miżuri previsti fl-Artikolu 6d(7) il-ġdid (medja annwali stmata: ħames deċiżjonijiet ta’ twissija; żewġ deċiżjonijiet dwar il-miżuri tal-aħħar istanza.) (2 FTE),

·Il-ġestjoni tal-pjattaforma LNG prevista fl-Artikolu 6b(1) il-ġdid (5 FTE),

·Il-valutazzjoni tan-notifiki dwar il-kondiviżjoni tal-piżijiet previsti fl-Artikolu 6c (1 FTE),

·L-opinjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-operaturi tas-sistema tal-ħżin (3 FTE),

·L-appoġġ amministrattiv (1 FTE).

Persunal estern

mhux disponibbli

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP).

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti. Ipprovdi tabella Excel f’każ ta’ riprogrammazzjoni kbira.

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti, u l-istrumenti proposti li għandhom jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi 

Il-proposta/l-inizjattiva:

   ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi kif stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N 20

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

-

-

-

-

-

-

-

-

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

-

-

-

-

-

-

-

-

 

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 21

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

mhux disponibbli

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

mhux disponibbli

(1)

   COM/2021/804 finali.

(2)    COM(2022) 108 finali, taqsima 1.2: L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għajnuna lill-fornituri skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE pereżempju fil-forma ta’ garanziji (“kuntratt bidirezzjonali għad-differenza”), biex jinċentivaw il-mili mill-ġdid.
(3)     Ir-Reġistru tal-Gruppi ta’ Esperti tal-Kummissjoni u Entitajiet Oħra Simili (europa.eu) .
(4)    Ir-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2017 dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 994/2010 (ĠU L 280, 28.10.2017, p. 1).
(5)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(6)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(7)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(8)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(9)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(10)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(11)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(12)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(13)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(14)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (eż.: għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(15)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(16)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(17)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(18)    AC = Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f’Delegazzjonijiet.
(19)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(20)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi l-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(21)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 23.3.2022

COM(2022) 135 final

ANNESS

tar-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2017/1938 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-provvista tal-gass u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta’ trażmissjoni tal-gass naturali






ANNESS I

L-annessi tar-Regolament (UE) 2017/1938 huma emendati kif ġej:

(1)    Jiddaħħal l-Anness Ia li ġej:

ANNESS Ia:

Miri indikattivi għat-trajettorja għall-mili għall-2022

Pajjiż 

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Awwissu 

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Settembru 

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Ottubru

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Novembru

AT 

57 %

65 %

72 %

80 %

BE 

75 %

77 %

78 %

80 %

BG 

59 %

66 %

73 %

80 %

CZ 

62 %

68 %

74 %

80 %

DE 

62 %

68 %

74 %

80 %

DK 

68 %

72 %

76 %

80 %

ES 

76 %

77 %

79 %

80 %

FR 

60 %

67 %

73 %

80 %

HR

58 %

65 %

73 %

80 %

HU 

60 %

67 %

73 %

80 %

IT 

66 %

71 %

75 %

80 %

LV 

64 %

69 %

75 %

80 %

NL 

60 %

67 %

73 %

80 %

PL 

78 %

79 %

79 %

80 %

PT 

80 %

80 %

80 %

80 %

RO 

61 %

67 %

74 %

80 %

SE 

54 %

63 %

71 %

80 %

SK 

61 %

67 %

74 %

80 %

Medja tal-UE 

63 %

68 %

74 %

80 %

(2)    Jiddaħħal l-Anness Ib li ġej:

Anness Ib:

Miri indikattivi għat-trajettorja għall-mili wara l-2022

Pajjiż

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Frar

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Mejju 

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Lulju 

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Settembru 

Livell tal-punt ta’ kontroll fl-1 ta’ Novembru

AT 

47 %

39 %

56 %

73 %

90 %

BE 

43 %

37 %

65 %

82 %

90 %

BG 

40 %

24 %

46 %

73 %

90 %

CZ 

39 %

29 %

49 %

70 %

90 %

DE 

47 %

39 %

56 %

73 %

90 %

DK 

42 %

23 %

45 %

68 %

90 %

ES 

66 %

64 %

72 %

81 %

90 %

FR 

30 %

19 %

43 %

66 %

90 %

HR

32 %

23 %

45 %

68 %

90 %

HU 

52 %

46 %

61 %

75 %

90 %

IT 

41 %

33 %

52 %

74 %

90 %

LV 

49 %

36 %

54 %

72 %

90 %

NL 

38 %

27 %

48 %

69 %

90 %

PL 

41 %

33 %

52 %

71 %

90 %

PT 

68 %

72 %

78 %

84 %

90 %

RO 

41 %

33 %

52 %

71 %

90 %

SE 

60 %

55 %

67 %

78 %

90 %

SK 

46 %

37 %

54 %

72 %

90 %

Medja tal-UE 

43 %

33 %

52 %

72 %

90 %