13.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 393/16


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10638 – ALD / LEASEPLAN)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 393/08)

1.   

Fil-5 ta’ Ottubru 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ALD S.A. (“ALD”, Franza),

LP Group B.V. (“LeasePlan”, in-Netherlands).

ALD se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ LeasePlan.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ALD: soluzzjonijiet ta’ mobilità, prinċipalment kiri ta’ vetturi u servizzi ta’ ġestjoni relatati. ALD hija kkontrollata esklużivament minn Société Générale S.A. (Franza), grupp ta’ servizzi bankarji u finanzjarji bil-kwartieri ġenerali f’Pariġi,

LeasePlan: il-ġestjoni tal-flotta u l-kumpanija tal-mobilità tas-sewwieqa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10638 – ALD / LEASEPLAN

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-emaiol, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).