14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10621 – Welput/PSPIB/Alecta/ 105 VStreet JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 72/08)

1.   

Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

West End of London Property Unit Trust (“Welput”, Jersey);

Public Sector Pension Investment Board (“PSPIB”, il-Kanada);

Alecta Tjänstepension Ömsesidigt (“Alecta”, l-Isvezja); kif ukoll,

105VS Holdings Unit Trust (“105 VStreet”, Jersey).

Welput, PSPIB u Alecta jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ 105 VStreet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Welput: fiduċjarja ta’ unità ta’ proprjetà. Hija skema ta’ investiment kollettiv għall-finijiet tal-Att tal-2000 tar-Renju Unit dwar is-Servizzi u s-Swieq Finanzjarji. Welput hija attiva esklużvament fiċ-ċentru ta’ Londra fir-Renju Unit;

PSPIB: l-investiment tal-kontribuzzjonijiet netti tal-fondi tal-pensjonijiet tas-Servizz Pubbliku federali, tal-Forzi Kanadiżi, tal-Pulizija tal-Kavallerija Rjali tal-Kanada u tal-Forza ta’ Riżerva. Hija tiġġestixxi portafoll globali diversifikat li jinkludi ishma, bonds u titoli oħra bi dħul fiss, kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat;

Alecta: fond tal-pensjoni li jiġġestixxi l-pensjonijiet okkupazzjonali ta’ individwi privati u kumpaniji fl-Isvezja. Il-portafoll tal-investimenti ta’ Alecta jinkludi investimenti fi dħul fiss, ekwitajiet u proprjetà immobbli; kif ukoll,

105 VStreet: proprjetà immobbli li tinsab f’105 Victoria Street, Londra.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10621 – Welput/PSPIB/Alecta/ 105 VStreet JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fakx jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.