|
5.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 258/510 |
RIŻOLUZZJONI (UE) 2022/1838 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-4 ta’ Mejju 2022
li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew għas-sena finanzjarja 2020, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 100 u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0078/2022), |
|
A. |
billi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (l-“Impriża Konġunta”) ġiet stabbilita fl-2018 bir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 (1) għal perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2026 bil-missjoni li tiżviluppa, timplimenta, testendi u żżomm fl-Unjoni infrastruttura integrata tas-supercomputing u tad-data ta’ klassi dinjija u li tiżviluppa u tappoġġja ekosistema kompetittiva u innovattiva ħafna ta’ computing ta’ prestazzjoni għolja; |
|
B. |
billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu fit-23 ta’ Settembru 2020; |
|
C. |
billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta skont ir-Regolament (UE) 2018/1488 huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, pajjiżi li huma membri tal-Impriża Konġunta (l-“Istati Parteċipanti”) u l-assoċjazzjonijiet privati li huma membri tal-Impriża Konġunta (irrappreżentati mill-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja (ETP4HPC) u l-Big Data Value Associations, (BDVA)) (il-“Membri Privati”); |
|
D. |
billi l-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni lill-Impriża Konġunta skont ir-Regolament (UE) 2018/1488, inklużi l-approprjazzjonijiet tal-EFTA, hija ta’ EUR 486 000 000, li tinkludi massimu ta’ EUR 386 000 000 minn Orizzont 2020, inklużi mill-inqas EUR 10 000 000 għal kostijiet amministrattivi, u massimu ta’ EUR 100 000 000 mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; billi l-Istati Parteċipanti għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-kostijiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta ta’ mill-inqas EUR 10 000 000 u barra minn hekk għandhom jagħmlu kontribuzzjoni għall-kostijiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta li tkun proporzjonali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni (EUR 486 000 000); billi hija prevista kontribuzzjoni ta’ mill-inqas EUR 476 000 000 mill-Istati Parteċipanti għall-kostijiet operazzjonali tal-Impriża Konġunta; billi l-Membri privati għandhom jagħmlu, jew jagħmlu arranġamenti biex l-entitajiet kostitwenti u l-entitajiet affiljati tagħhom jagħmlu, kontribuzzjonijiet ta’ mill-inqas EUR 422 000 000 lill-Impriża Konġunta, inklużi EUR 2 000 000 għall-kostijiet amministrattivi; billi skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 kontribuzzjoni għall-kostijiet amministrattivi mill-Unjoni għandha tingħata bil-quddiem biex tkopri l-kostijiet operazzjonali sal-2023 biss; billi l-Istati Parteċipanti u l-Membri privati għandhom ikopru l-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta b’mod sħiħ mill-2024; |
Aspetti ġenerali
|
1. |
Jinnota li fit-18 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni pproponiet regolament ġdid tal-Kunsill li jippermetti lill-Impriża Konġunta tkompli tiżviluppa computing ta’ prestazzjoni għolja fl-Ewropa għad-deċennju li jmiss fil-kuntest tal-qafas finanzjarju plurinennali 2021-2027 li għadu kif ġie adottat; jinnota li dan irriżulta fl-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 (2); jinnota, barra minn hekk, li fl-2020, il-BDVA biddlet isimha għal Data, AI and Robotics (DAIRO); |
|
2. |
Jinnota li l-migrazzjoni tas-sistema kontabilistika seħħet f’Settembru 2020, u l-Kummissjoni ttrasferiet fondi f’Ottubru 2020, u li l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni nħatar bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Impriża Konġunta f’Ġunju 2020; |
Ġestjoni baġitarja u finanzjarja
|
3. |
Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri (il-“Qorti”) dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (ir-“rapport tal-Qorti”) isib li l-kontijiet annwali tal-2020 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fil-31 ta’ Diċembru 2020, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-regolament finanzjarju tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti li t-tranżazzjonijiet ta’ bażi għall-kontijiet huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha; |
|
4. |
Jinnota li fi tmiem l-2020, il-kontribuzzjonijiet magħmula kienu jinkludu total ta’ EUR 190 919 000 fi flus kontanti mill-Unjoni, inklużi EUR 188 549 000 għall-kostijiet operazzjonali u EUR 2 370 000 għall-kostijiet amministrattivi; jinnota, barra minn hekk, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Parteċipanti fl-aħħar tal-2020 ta’ EUR 28 862 000; jinnota li EUR 12 296 000 ta’ kontribuzzjonijiet fi flus kontanti mhux imħallsa relatati mal-2020 li għalihom inħarġet ordni ta’ rkupru iżda li għadhom ma ġewx imsarrfa huma inklużi wkoll taħt il-kontribuzzjoni fi flus kontanti għall-kostijiet operazzjonali; jinnota, barra minn hekk, li fi tmiem l-2020 ma kien hemm l-ebda kontribuzzjoni in natura vvalidata għal attivitajiet operazzjonali minn Stati Parteċipanti jew minn Membri Privati; |
|
5. |
Jinnota li l-baġit totali disponibbli tal-Impriża Konġunta, li jinkludi approprjazzjonijiet mhux użati li ddaħħlu mill-ġdid fis-snin preċedenti, dħul assenjat u riallokazzjonijiet għas-sena sussegwenti, għas-sena finanzjarja 2020 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 509 075 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 181 489 000; jinnota mir-rapport tal-Qorti li r-rati ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament kienu ta’ 95,5 % u 22,5 % rispettivament għall-proġetti ta’ Orizzont 2020, u li l-livell baxx ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa parzjalment spjegat mill-fatt li l-Kummissjoni ttrasferiet il-baġit annwali sħiħ tal-pagamenti għall-Impriża Konġunta meta din kisbet l-awtonomija finanzjarja tagħha fit-23 ta’ Settembru 2020; |
|
6. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li d-dewmien fir-reklutaġġ ta’ persunal ewlieni flimkien mal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-kostijiet ippjanati għall-IT, il-komunikazzjoni, il-missjonijiet, il-laqgħat, l-avvenimenti u servizzi oħra, naqqsu b’mod sinifikanti r-rati ta’ implimentazzjoni għall-baġit tal-pagamenti amministrattivi, li jirrappreżentaw madwar 1,5 % tal-baġit totali disponibbli, għal 16,5 % fl-aħħar tal-2020; jinnota li l-Impriża Konġunta ma użatx l-approprjazzjonijiet ta’ impenn kollha fuq l-amministrazzjoni u li 29 % biss skont it-Titolu 1 kienu impenjati, u li 19 % biss skont it-Titolu 2 kienu impenjati minħabba l-pandemija u l-fatt li l-Impriża Konġunta saret awtonoma f’Settembru 2020; |
|
7. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li għall-2020, il-baġit tal-pagamenti operazzjonali tal-Impriża Konġunta kien ippjanat għall-prefinanzjament relatat mal-akkwiżizzjoni tat-tliet prekursuri ta’ supercomputers fuq skala eksa u ħames supercomputers fuq skala peta (PetaSC) għal ammont ta’ EUR 134 874 000 u għal sejħiet għal proposti kompluti għal ammont ta’ EUR 44 052 000; jinnota li fi tmiem l-2020, il-pagamenti ta’ prefinanzjament setgħu jsiru biss għall-kuntratti ffirmati relatati ma’ prekursur tal-kompjuters fuq skala eksa (Leonardo) u PetaSC, li jammontaw għal EUR 34 288 000, u għal ftehimiet ta’ għotja ffirmati, li jammontaw għal EUR 6 083 000, u li dan irriżulta f’rata baxxa ta’ implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali ta’ 22,6 %; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; |
Akkwist u Persunal
|
8. |
Jinnota li fi tmiem l-2020, tlestew total ta’ 11-il reklutaġġ, inkluż id-direttur eżekuttiv, u l-persunal magħżul qed jaħdem għall-Impriża Konġunta; jinnota mir-rapport tal-Qorti li peress li l-ħtieġa ta’ persunal amministrattiv ewlieni għad trid tiġi indirizzata, din tippreżenta riskji f’termini ta’ dgħufijiet fil-ġestjoni finanzjarja, baġitarja u tal-persunal, u fil-proċessi ta’ kontroll intern għall-pagamenti operazzjonali u l-kontribuzzjonijiet in natura, u li l-proporzjon għoli ta’ persunal kuntrattwali (74 %) jista’ jirriżulta f’livell sinifikanti ta’ dawran tal-persunal fil-futur qrib, li jkompli jżid ir-riskji għas-sistemi ta’ ġestjoni tagħha; jirrimarka li dan jista’ jaffettwa b’mod negattiv il-prestazzjoni kumplessiva tal-Impriża Konġunta, bħaż-żamma ta’ kompetenzi ewlenin, kanali tal-obbligu ta’ rendikont mhux ċari, u effiċjenza aktar baxxa tal-persunal. jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lura għand l-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dak ir-rigward; |
|
9. |
Jinnota, barra minn hekk, mir-rapport tal-Qorti, li l-Qorti tqis li l-Impriża Konġunta bħalissa għandha nuqqas ta’ persunal meta wieħed iqis l-ammont ta’ xogħol attwali tagħha ta’ proċessi amministrattivi u operazzjonali u l-ewwel attivitajiet importanti tagħha, u li matul l-istruttura organizzazzjonali tal-2020, l-Impriża Konġunta kkonċentrat l-aktar fuq li tiżgura l-proċessi u l-kompiti operazzjonali ewlenin, iżda skont it-tabella tal-persunal miftiehma ma setgħetx tirrekluta persunal ewlieni amministrattiv, b’mod partikolari, il-kap tal-amministrazzjoni u tal-finanzi u l-maniġer tal-kontroll intern u tal-koordinazzjoni tal-awditjar; jinnota mir-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta li hekk kif l-Impriża Konġunta saret awtonoma, ir-reklutaġġ għall-uffiċjali tal-baġit u tal-kontabilità, l-uffiċjal legali u l-uffiċjal tar-riżorsi umani beda fi tmiem l-2020 u t-tliet membri tal-persunal ikkonċernati bdew jaqdu l-funzjonijiet tagħhom fl-2021; |
|
10. |
Jinnota bi tħassib l-isfidi assoċjati mal-pandemija tal-COVID-19 għall-impjegati, speċjalment meta jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ għajxien differenti, in-nuqqas ta’ aċċess għall-ispazju għall-uffiċċji u l-effetti possibbli tal-iżolament; jitlob lill-Impriża Konġunta tiffoka fuq il-benesseri tal-impjegati, il-ġestjoni tal-istress u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jitlob lill-maniġment tal-Impriża Konġunta jiżgura li jkun hemm fis-seħħ strutturi ta’ appoġġ xierqa biex jiġi żgurat il-benesseri psikoloġiku tal-persunal; |
|
11. |
Jinnota li s-sejħiet għal tmien supercomputers (tliet prekursuri fuq skala eksa u ħamsa fuq skala peta) tnedew fl-2019 u ġew evalwati matul l-2020; jinnota li wara li bdiet il-ħidma awtonoma tagħha, l-Impriża Konġunta ffirmat kuntratti għal sitt kompjuters ta’ prestazzjoni għolja, b’mod aktar preċiż erba’ kuntratti għal supercomputers fuq skala peta (MeluXina, Euro-IT4I/Karolina, VEGA u PetaSC/Discoverer) u żewġ prekursuri għal supercomputers fuq skala eksa (Leonardo u LUMI); |
|
12. |
Jinnota li l-Impriża Konġunta ġiet innotifikata formalment li bejjiegħ ressaq appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Impriża Konġunta tad-29 ta’ Settembru 2020, dwar proċedura għall-akkwist, il-kunsinna, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-hardware u tas-software ta’ prekursuri għal supercomputers fuq skala eksa; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza dwar kwalunkwe żvilupp f’dan ir-rigward; |
Prestazzjoni
|
13. |
Jinnota t-tliet objettivi ewlenin tal-Impriża Konġunta fl-2020, jiġifieri l-kisba tal-awtonomija, l-implimentazzjoni tas-sejħiet għar-riċerka u l-innovazzjoni tal-2020, u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet infrastrutturali; |
|
14. |
Jinnota li fl-2019 żewġ sejħiet (“Lejn Teknoloġiji u Applikazzjonijiet fuq Skala Estrema” u “L-Innovazzjoni u t-Twessigħ tal-bażi tal-użu u tal-ħiliet tal-HPC”), u żewġ sejħiet fl-2020 (“Proġetti pilota avvanzati lejn is-supercomputers Ewropej u Proġett pilota dwar simulatur kwantistiku” u “Qafas ta’ Ftehim ta’ Sħubija fit-teknoloġiji Ewropej ta’ mikroproċessuri b’konsum baxx ta’ enerġija (Fażi 2)”) tnedew skont il-Pjan ta’ Ħidma Annwali rispettiv; |
|
15. |
Jilqa’ l-fatt li, kif enfasizzat fir-rapport annwali tal-attività 2020 tal-Impriża Konġunta, minn total ta’ 37 espert, 43 % kienu nisa, 57 % kienu rġiel, ġejjin minn 23 pajjiż differenti; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tkompli żżomm dan il-livell ta’ bilanċ bejn il-ġeneri; |
|
16. |
Jinnota li fl-2020 xi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (KPIs) ġenerali ta’ Orizzont 2020 biss jidhru fir-Rapport Annwali tal-Attività 2020 u li l-KPIs finali tal-Impriża Konġunta għal Orizzont Ewropa se jiġu aġġornati f’konformità mar-Regolament rivedut dwar l-Impriża Konġunta adottat f’Awwissu 2021; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; |
Kontroll intern
|
17. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta’ kontroll ex ante affidabbli bbażati fuq analiżijiet finanzjarji u operazzjonali mhux fuq il-post, u li fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta implimentat il-qafas ta’ kontroll intern tal-Kummissjoni, li huwa bbażat fuq 17-il prinċipju ta’ kontroll intern, fil-biċċa l-kbira, u li madankollu, għall-prinċipji ta’ kontroll relatati mal-valutazzjoni tar-riskju, u l-attivitajiet ta’ kontroll u monitoraġġ, xorta waħda jeħtieġ li tlesti diversi azzjonijiet; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; |
|
18. |
Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem l-2020, l-Impriża Konġunta la kienet żviluppat proċeduri affidabbli għall-validazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ kontribuzzjonijiet in natura ddikjarati mill-Istati Parteċipanti u mill-Membri privati tagħha, u lanqas ma kienet stabbiliet proċedura ta’ kontabilistika xierqa għar-rikonoxximent ta’ dawk il-kontribuzzjonijiet in natura; jenfasizza l-fatt li din is-sitwazzjoni timpedixxi l-kapaċità tal-Impriża Konġunta li timmaniġġja, timmonitorja u tirrapporta dwar il-kisba tal-livell minimu ta’ kontribuzzjonijiet in natura li għandhom isiru mill-Istati Parteċipanti u l-Membri privati; jistieden lill-Impriża Konġunta tirrapporta lill-awtorità ta’ kwittanza f’dak ir-rigward; jinnota li jeżistu proċeduri differenti fost l-Impriżi Konġunti rigward il-kalkolu għall-kontribuzzjonijiet in natura u jappella biex jiġu armonizzati; |
Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-istrateġija ta’ kontra l-frodi
|
19. |
Jinnota li l-Impriża Konġunta żviluppat sett komprensiv ta’ regoli u proċeduri sabiex tipprovdi lill-membri tal-persunal tagħha b’qafas ċar għall-ħidma tagħhom u li dawk ir-regoli huma applikabbli fl-istruttura ta’ governanza sħiħa tagħha. |
|
20. |
Jinnota li l-bord ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta adotta u se jimplimenta l-istrateġija komuni kontra l-frodi fil-qasam tar-riċerka skont id-deċiżjoni tagħha Nru 7/2021. |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1488 tat-28 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja Ewropew (ĠU L 252, 8.10.2018, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1173 tat-13 ta’ Lulju 2021 dwar l-istabbiliment tal-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1488 (ĠU L 256, 19.7.2021, p. 3).