14.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 271/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

ta’ 4 ta’ Lulju 2022

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Kroazja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta’ konverżjoni għall-euro għall-Kroazja

(CON/2022/24)

(2022/C 271/03)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-3 ta' Ġunju 2022 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Kroazja (1). Fl-1 ta' Lulju 2022, il-BĊE rċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Kroazja (2).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

Osservazzjonijiet

1.

Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-munita tal-Kroazja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Kroazja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat.

2.

Il-BĊE jilqa’ r-regolamenti proposti.

Magħmul fi Frankfurt am Main, 4 ta’ Lulju 2022

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2022) 281 final.

(2)  COM(2022) 319 final.