23.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/17


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 472/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Poivre de Penja”

Nru tal-UE: PGI-CM-02635 – 19 ta’ Settembru 2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Poivre de Penja”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Il-Kamerun

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.8. Prodotti oħrajn elenkati fl-Anness I għat-Trattat (ħwawar eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Poivre de Penja” huwa taħwir magħmul mill-frott artab Piper nigrum, pjanta li xxebblek (dielja) perenni tal-familja Piperaceae b’togħma qawwija u pikkanti.

Bl-eċċezzjoni tal-bżar aħdar, huwa kkumerċjalizzat kif inhu, mingħajr addittivi. Il-ħbub tiegħu ġeneralment ikunu ta’ daqsijiet differenti (żgħar, medji u kbar).

Dan il-bżar jista’ jiġi prodott u mqiegħed fis-suq fil-forom li ġejjin, skont iż-żmien tal-ħsad u l-ipproċessar ta’ wara l-ħsad: aħdar, iswed, abjad u aħmar.

Il-“Poivre de Penja” għandu bażi terrena bellusija. Għandu aromi b’noti tqal, tal-injam, tal-ambra u tal-misk. Ir-riħa delikata tiegħu hija kklassifikata fil-familja “ħwawar friski” u tingħaqad ma’ togħma sħuna.

B’volatilità baxxa, din ir-riħa, b’nota tal-qalba tal-bżar niexfa, hija rikka fin-noti ta’ sfond.

It-togħma pikkanti jew is-sensazzjoni psewdo taħraq tal-“Poivre de Penja” hija prinċipalment dovuta għall-kontenut minimu tiegħu ta’ piperin ta’ 10,48 % (massimu ta’ 12,28 %).

Deskrizzjoni dettaljata tat-tipi differenti ta’ “Poivre de Penja”

Tip

Forma

Daqs u Densità apparenti minima

Kulur

Riħa/Togħma

Oħrajn

Bżar aħdar

F’għenieqed jew waħdu

Frott artab jew għenieqed sħaħ fis-salmura (ilma mielaħ) jew fil-ħall

Daqs minimu tal-ħbub ta’ 3 mm

Minn aħdar ċar sa aħdar skur

Riħa ta’ bżar u ħxejjex aromatiċi

Ir-riħa ma tkunx qawwija ħafna meta l-frott artab ikun sħiħ

Ir-riħa qawwija ħafna titfaċċa meta jitgħaffġu l-ħbub iżda hija inqas persistenti minn dik tal-bżar iswed

Difetti mhux permessi:

Trab

Ċagħaq

Materjal tal-pjanti

Materjal barrani

Moffa

Bżar iswed

Frott artab imqadded

Daqs minimu tal-ħbub ta’ 3 mm

Perċentwal ta’ ħbub li jissodisfaw il-kriterju tad-daqs ta’ 3 mm: 90 %

Densità ta’ 480 g/l

Iswed skur, iswed, iswed jagħti fil-kannella.

Riħa qawwija

Togħma strinġenti u pikkanti

Difetti mhux permessi:

Trab

Ċagħaq

Materjal tal-pjanti

Materjal barrani

Ħbub imħassrin

Ħbub maqtugħin

Perċentwal ta’ ndafa tal-bżar qabel il-kummerċjalizzazzjoni:

99 %

Bżar abjad

Frott artab imqadded

Daqs minimu tal-ħbub ta’ 3 mm

Perċentwal ta’ ħbub li jissodisfaw il-kriterju tad-daqs: 90 %

Densità ta’ 510 g/l

Abjad, griż jew beige

Riħa pjuttost qawwija u evidenti

Togħma strinġenti u pikkanti ħafna

Difetti mhux permessi:

Trab

Ċagħaq

Materjal tal-pjanti

Materjal barrani

Ħbub imħassrin

Ħbub maqtugħin

Perċentwal ta’ ndafa tal-bżar qabel il-kummerċjalizzazzjoni:

99 %

Bżar aħmar

Frott artab imqadded

Daqs minimu tal-ħbub 3 mm

Perċentwal ta’ ħbub li jissodisfaw il-kriterju tad-daqs ta’ 3 mm: 90 %

Densità ta’ 480 g/l.

Kannella fl-aħmar jew aħmar skur

Riħa pjuttost qawwija u evidenti

Togħma strinġenti u pikkanti ħafna

Difetti mhux permessi:

Trab

Ċagħaq

Materjal tal-pjanti

Materjal barrani

Ħbub li jifdal imqabbdin

Moffa

Waqt il-ħżin, il-perċentwal massimu tal-umdità huwa ta’ 13 %.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-passi kollha fil-produzzjoni jridu jseħħu fiż-żona ġeografika, li jinkludu:

il-kultivazzjoni,

l-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-kultivazzjoni,

il-ħsad tal-frott artab,

il-proċess tat-tnixxif (li jikkonċerna l-bżar iswed, aħmar u abjad),

it-trattib bl-ilma, jiġifieri t-tgħaddis (li jikkonċerna biss il-bżar abjad),

il-ħasil (li jikkonċerna biss il-bżar abjad),

l-għażla tal-frott artab,

l-użu tas-salmura bl-ilma mielaħ jew bil-ħall (li jikkonċerna biss il-bżar aħdar).

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fis-suq tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-“Poivre de Penja” trid tinkiteb fuq it-tikketti, b’mod partikolari l-isem “Poivre de Penja”.

It-terminu “indikazzjoni ġeografika protetta” jew il-logo uffiċjali tal-IĠP Ewropea jistgħu jidhru ħdejn l-isem “Poivre de Penja”.

It-tikketta jrid ikollha b’mod viżibbli l-logo li jidentifika l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti rreġistrati mal-Organizzazzjoni Afrikana tal-Proprjetà Intellettwali (OAPI):

Image 1

It-tikketta jrid ikun fiha wkoll:

numru tal-lott stabbilit biex jiżgura t-traċċabbiltà tal-prodott, f’każ li dan in-numru tal-lott ma jidhirx direttament fuq l-imballaġġ jew fuq tikketta speċifika.

l-indirizz tal-assoċjazzjoni tal-IĠ;

id-data ta’ skadenza;

u kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa legalment.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Penja huwa l-isem ta’ muniċipalità fid-département ta’ Moungo u fir-reġjun ta’ Littoral fil-Kamerun. Din tkopri t-territorju tal-arrondissement ta’ Njombe-Penja. Huwa wkoll l-isem ta’ wied li jinkludi lokalitajiet differenti.

Iż-żona ġeografika tinkludi l-muniċipalitajiet ta’ Manjo / Nlohé, Loum, Njombé Penja, u Mbanga fid-département ta’ Moungo, ir-Reġjun ta’ Littoral u l-muniċipalità ta’ Tombel fid-département ta’ Koupé Manengouba, fir-reġjun tal-Lbiċ.

Image 2

Kundizzjonijiet agroekoloġiċi

Unità Amministrattiva/Muniċipalità

Elementi agroekoloġiċi

Manjo / Nlohé

Loum

Njombé

Penja

Tombel

Mbanga

Altitudni

390  m –579  m

300  m –350  m

150  m –200  m

400  m –500  m

140  m –150  m

Ammont ta’ xita

3 500  mm

3 500  mm

3 500  mm

3 000  mm

2 800  mm

Temperatura

25 °C

26 °C

28 °C

26 °C

28 °C

Livell ta’ umdità

61  %

70  %

70  %

65  %

79  %

Sors: Data meteoroloġika mis-CARBAP, Njombé: Novembru 2011.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Teżisti rabta kawżali bejn il-kwalità u r-reputazzjoni tal-prodott speċifiku u l-oriġini ġeografika tiegħu.

Speċifiċità taż-żona ġeografika:

Iż-żona ġeografika ta’ “Poivre de Penja” tinsab fuq l-għoljiet tan-Nofsinhar tal-muntanja Koupé bejn ir-reġjuni ta’ Littoral u dak tal-Lbiċ. Il-pjantaġġuni tal-bżar huma organizzati fuq l-irqajja’ tal-bażalt xi ftit jew wisq ġeblija mal-ġnub ta’ dawn l-għoljiet jew fil-qiegħ tagħhom. L-altitudni tal-pjantaġġuni li attwalment qed jiġu kkultivati tvarja minn 140 m sa 600 m.

Igawdu minn mikroklima: waħda sħuna, u umda minn April sa Ottubru iżda niexfa ħafna fil-bqija tas-sena.

Il-kultivazzjoni ssir bil-mod tradizzjonali u l-ħsad isir manwalment. Dan huwa segwit mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar li ma jsirux ’il bogħod mill-pjantaġġuni, f’diversi stadji: it-trattib bl-ilma, il-ħasil, it-tnixxif u l-imballaġġ bl-ingrossa.

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ “Poivre de Penja” huma kif ġej:

1)

Karatteristiċi organolettiċi eċċezzjonali:

Il-“Poivre de Penja” għandu bażi terrena bellusija, b’noti tqal, tal-injam, tal-ambra u tal-misk. Ħafifa u rfinata, ir-riħa delikata tagħha tingħaqad ma’ togħma sħuna. Tibda billi tolqot b’mod eleganti lill-imnieħer, segwita bi preżenza sħuna, b’palat sħiħ u dejjiem. Ir-riħa tiegħu, b’nota tal-qalba tal-bżar niexfa, hija rikka fin-noti ta’ sfond.

Il-“Poivre de Penja” huwa wkoll qawwi mingħajr ma jkun aggressiv, frisk, pikkanti u kklassifikat bħala “taħwir frisk” skont l-ispeċjalisti.

It-togħma pikkanti tiegħu minħabba l-kontenut relattivament għoli ta’ piperin tagħtih karatteristika tipika li ma tinstab fl-ebda bżar ieħor.

2)

Kwalità għolja ta’ frott artab mingħajr ħsara, b’mod partikolari minħabba l-ħsad manwali.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità speċifika ta’ “Poivre de Penja”:

Il-kundizzjonijiet ġeoklimatiċi tar-reġjun ta’ Penja huma l-oriġini tal-karatteristika tipika tiegħu.

Il-ħamrija tal-bażalt tiegħu arrikkita b’art vulkanika, flimkien mal-klima ekwatorjali sħuna u umda matul il-perjodu tat-tkabbir veġetattiv, jippermettu lill-bżar jikber kompletament, li, malli jimmatura f’Diċembru, jagħti, fiż-żmien tal-ħsad, il-frott artab ta’ “Poivre de Penja” miftuħ b’togħma sħiħa, b’mod partikolari bis-saħħa tal-ħamrija li hija partikolarment rikka fil-minerali u bbilanċjata.

Għarfien

Skont l-għarfien stabbilit, il-“Poivre de Penja” jinqata’ bl-idejn, għanqud għanqud, li jagħmilha possibbli li jinkisbu ħbub ta’ kwalità għolja li ma ssirilhomx ħsara mill-magni.

Il-kategorija bajda tal-“Poivre de Penja” hija prodott naturali maħsul biss b’ilma minn nixxiegħa nadif li, ladarba jinħasad, jitqiegħed f’boroż tal-polipropilen jew jiġi mgħaddas direttament (sakemm ikollu densità tajba). Imbagħad, f’kontenituri preferibbilment magħmula mis-siment jew mill-fuħħar, jiġi mgħaddas għal 10 ijiem fl-ilma minn nixxiegħa naturali, arrikkit bl-art vulkanika li joriġina minnha, bl-ilma li jinbidel kull jumejn. Il-boroż imbagħad jitneħħew mill-ilma u, skont il-metodu tradizzjonali, il-bżar abjad jitgħaffeġ sabiex titneħħa l-qoxra. It-trattib bl-ilma jippermetti l-produzzjoni ta’ bżar ta’ kwalità eċċellenti b’togħmiet u aromi partikolari. Fl-aħħar nett, il-boroż jitbattlu f’vaski kbar u l-frott artab jinħasel sew diversi drabi biex jitneħħew il-perikarpu degradat u l-ponot kollha.

It-tnixxif bix-xemx tal-bżar iswed, aħmar u abjad huwa adattat għall-istaġun niexef minn Ottubru sa Marzu fiż-żona ġeografika, li jippermetti li l-bżar jinxef malajr (3 ijiem) fix-xemx.

Rabta bejn ir-reputazzjoni u l-ambjent ġeografiku

Il-“Poivre de Penja” ilu jiġi kkultivat fiż-żona ta’ Njombé-Penja għal aktar minn ħamsin sena u huwa magħruf b’dan l-isem kemm fil-kummerċ kif ukoll fil-lingwa ta’ kuljum li jirreferi għall-bżar imkabbar f’din iż-żona ġeografika partikolari.

Hemm ħafna eżempji li jikkonfermaw ir-reputazzjoni tiegħu, inklużi dawn li ġejjin:

Artiklu ta’ Julien CLEMENCOT tat-2 ta’ Jannar 2015 ippubblikat fil-gazzetta Jeune Afrique: Il-Kamerun: “il-’Poivre de Penja’ jintuża biex iħawwar il-platti madwar id-dinja kollha”.

Bit-togħma qawwija tiegħu, il-Poivre de Penja jissodisfa l-gosti ta’ dawk li jħobbu żaqqhom madwar id-dinja kollha. Mill-imwejjed tal-aktar koki rinomati sal-ixkafef tal-ħwienet tal-merċa lussużi, din il-ħabba tqajjem għagħa”.

Il-karattru tiegħu huwa dovut għaż-żona lokali tiegħu. Id-dielja ġganta tikber għal ħames sninf’ħamrija vulkanika, rikka u bbilanċjata, u tissaqqa sew minħabba l-klima tropikali (...)”.

Artiklu tal-ġurnal Le Monde datat it-8 ta’ Marzu 2016: Il-Kamerun: Il-“Poivre de Penja”, prodott lokali b’aromi “maġiċi”

Skont il-ktieb “Epices – Sublimez vos plats préférés” (Il-ħwawar – Tejjeb il-platti ppreferuti tiegħek) ta’ Katherine KHODOROWSKY (Dunod, Pariġi 2016):

Fil-Pantheon tal-gastronomija, il-bżar abjad ta’ Penja għandu fama kbira. Is-sottillezza aromatika tiegħu hija dovuta għall-art vulkanika fil-Punent tal-Kamerun, li hija kkultivata bil-mgħażaq. Klima ekwatorjali tiżgura l-iżvilupp armonjuż tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.