18.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/8


Avviż lill-operaturi ekonomiċi

Sensiela ġdida ta’ talbiet għas-sospensjoni tad-dazji awtonomi tat-Tariffa Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali u agrikoli

(2021/C 421/07)

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati li l-Kummissjoni rċeviet talbiet skont l-arranġamenti amministrattivi previsti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni rigward is-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (2011/C363/02) (1) għar-rawnd ta’ Lulju tal-2022.

Il-lista tal-prodotti li għalihom qed tintalab sospensjoni tat-tariffa issa hija disponibbli fuq il-websajt tematika tal-Kummissjoni (Europa) dwar l-unjoni doganali (2).

L-operaturi ekonomiċi huma infurmati wkoll li l-iskadenza għall-oġġezzjonijiet kontra t-talbiet ġodda għandhom jaslu għand il-Kummissjoni, permezz tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, hija s-15 ta’ Diċembru 2021, li hija d-data tat-tieni laqgħa skedata tal-Grupp dwar il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja.

L-operaturi interessati huma avżati biex jikkonsultaw il-lista b’mod regolari sabiex ikollhom informazzjoni dwar kif tkun is-sitwazzjoni fejn jidħlu t-talbiet.

Aktar informazzjoni dwar il-proċedura tas-sospensjonijiet tat-tariffi awtonomi tinsab fuq il-websajt Europa:

Suspensions (Autonomous Tariff Suspensions) (europa.eu)


(1)  ĠU C 363, 13.12.2011, p. 6.

(2)  http://ec.europa.eu/taxation_customs/dds2/susp/susp_home.jsp?Lang=en