25.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 103/4 |
Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja dwar każijiet ta’ nuqqas ta’ reċiproċità f’konformità mal-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(2021/C 103/04)
I. Bażi ġuridika
Din l-informazzjoni hija bbażata fuq in-notifika riċevuta mill-Polonja f’konformità mal-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2018/1806 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti minn dik il-ħtieġa (kodifikazzjoni) (1).
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2018/1806, fejn pajjiż terz elenkat fl-Anness II (lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom huma eżenti mill-ħtieġa li jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri għal soġġorni ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perjodu ta’ 180 jum) japplika ħtieġa tal-viża għal ċittadini ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni bil-miktub.
L-informazzjoni dwar dik in-notifika għandha tiġi ppubblikata mingħajr dewmien mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-informazzjoni dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.
Il-Kummissjoni diġà rċeviet notifiki mill-Ġermanja dwar ir-Repubblika tal-Korea u l-Ġappun u ppubblikathom f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fit-8 ta’ Ottubru 2020 (2). F’konformità mal-Artikolu 7, l-ewwel paragrafu, il-punt (g) tar-Regolament (UE) 2018/1806, kwalunkwe notifika sussegwenti magħmula minn Stat Membru ieħor skont il-punt (a) dwar l-istess pajjiż terz matul il-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri adottati skont il-punt (e) jew (f) fir-rigward ta’ dak il-pajjiż terz għandha tiġi amalgamata fil-proċeduri li għaddejjin mingħajr ma jkunu estiżi l-iskadenzi jew il-perjodi stipulati f’dawk il-punti.
II. Informazzjoni dwar in-notifika mill-Polonja, inkluż dwar id-data tal-implimentazzjoni tal-ħtieġa tal-viża u t-tipi ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u viżi kkonċernati.
Il-Kummissjoni rċeviet notifika mill-Polonja, li ntbagħtet fit-18 ta’ Novembru 2020, dwar:
— |
ir-Repubblika tal-Korea; |
— |
il-Ġappun.
|