15.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 87/27


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 87/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

MOULIN-À-VENT

PDO-FR-A0933-AM02

Data tal-komunikazzjoni: 09-12-2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Żona ġeografika

Fl-ewwel punt tat-taqsima IV tal-Kapitolu I iddaħħal il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019” wara l-kliem “li ġejjin”.

Din l-emenda fil-kitba tagħmilha possibbli li ssir referenza għaż-żona ġeografika skont kif inhi fil-verżjoni fis-seħħ fl-2019 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE u li tikkonferma legalment id-delimitazzjoni taż-żona ġeografika.

Il-perimetru taż-żona ġeografika baqa’ strettament l-istess.

Iddaħħlet ukoll sentenza sabiex l-operaturi jkunu informati dwar id-disponibbiltà tal-mapep taż-żona ġeografika fuq is-sit elettroniku tal-INAO.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn dawn l-emendi.

2.   Żona tal-irqajja’

It-tieni punt tat-taqsima IV ġie ssostitwit bid-dispożizzjonijiet li ġejjin: “L-inbejjed ġejjin esklużivament mill-vinji li jinsabu fiż-żona tal-irqajja’ ta’ produzzjoni kif approvata mill-Institut national de l’origine et de la qualité fil-laqgħa tal-kumitat nazzjonali kompetenti tal-14 ta’ Novembru 2019.”

Din l-emenda għandha l-għan li tindika d-data ta’ approvazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti taż-żona tal-irqajja’ l-ġdida demarkata fiż-żona ġeografika ta’ produzzjoni. Id-demarkazzjoni tal-irqajja’ ta’ art tikkonsisti fl-identifikazzjoni ta’ dawk l-irqajja’ ta’ art fiż-żona ġeografika tal-produzzjoni li huma tajbin għall-produzzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta kkonċernata.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

3.   Żona fil-viċinanza immedjata

Fit-tielet punt tat-taqsima IV tal-Kapitolu I iddaħħal il-kliem “abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019” wara l-kliem “li ġejjin”.

Din l-emenda fil-kitba tagħmilha possibbli li ssir referenza għaż-żona fil-viċinanza immedjata skont kif inhi fil-verżjoni fis-seħħ fl-2019 tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali, ippubblikat mill-INSEE.

Il-perimetru ta’ din iż-żona baqa’ strettament l-istess.

Iż-żieda ta’ din ir-referenza tagħmilha possibbli li tiġi kkonfermata legalment id-definizzjoni taż-żona fil-viċinanza immedjata, sabiex din ma tkunx sussegwentement affettwata minn tgħaqqid jew qsim ta’ muniċipalitajiet jew ta’ partijiet ta’ muniċipalitajiet, jew minn tibdil fl-ismijiet.

Il-lista ta’ muniċipalitajiet li jiffurmaw iż-żona fil-viċinanza immedjata ġiet aġġornata wkoll mingħajr ma nbidel il-perimetru sabiex jittieħed kont tal-emendi amministrattivi li seħħew qabel l-2019.

L-intestatura “Rekwiżiti addizzjonali” tad-Dokument Uniku ġiet emendata kif xieraq.

4.   Miżura tranżitorja

It-tielet punt tat-taqsima XI tal-Kapitolu I tneħħa peress li għadda l-perjodu li matulu l-produtturi setgħu jibbenefikaw minn miżura speċifika dwar il-perjodu ta’ tqaddim u, għaldaqstant, id-data tat-tqegħid fis-suq għall-konsumatur.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

5.   Elementi dwar il-kontroll tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

L-operaturi issa huma kkontrollati minn korp ta’ ċertifikazzjoni u għalhekk il-kliem “pjan ta’ kontroll” ħa post il-kliem “pjan ta’ spezzjoni” fid-diversi paragrafi rilevanti tal-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

Referenzi għall-istruttura ta’ kontroll

Fit-taqsima II tal-Kapitolu III: ir-regoli tal-kitba ta’ din il-parti ġew emendati minn meta ġiet approvata l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott f’Diċembru 2011, biex ma jibqgħux juru r-referenzi sħaħ tal-awtorità ta’ kontroll meta l-kontrolli qegħdin isiru minn korp ta’ ċertifikazzjoni.

Id-Dokument Uniku mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Moulin-à-Vent

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Deskrizzjoni analitika

L-inbejjed huma nbejjed ħomor bla gass.

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum ta’ 10,5 %.

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 %.

Fil-mument tal-ippakkjar, l-inbejjed ikollhom kontenut massimu ta’ aċidu maliku ta’ 0,4 grammi għal kull litru.

L-inbejjed finali, lesti biex jiġu kkunsmati, ikollhom l-istandards analitiċi li ġejjin:

Kontenut massimu ta’ zokkor fermentabbli (glukożju u fruttożju): 3 grammi għal kull litru

Il-qawwa alkoħolika totali massima, il-qawwa alkoħolika proprja minima, l-aċidità totali minima, it-total massimu ta’ diossidu tal-kubrit huma konformi mal-istandards previsti fir-regolamenti Komunitarji.

L-inbejjed għandhom lewn skur, li jvarja bejn lewn ir-rubin sa lewn il-granata. Bħala riħa, għandhom ħjiel ta’ fjuri u ta’ frott aħmar misjur li jinbidlu fi rwejjaħ qawwija ta’ ħwawar, ta’ tartuf u saħansitra ta’ laħam taċ-ċerv maż-żmien. L-istruttura fil-palat hija ġeneruża u robusta b’bilanċ bejn il-qawwa, il-kumplessità u l-eleganza.

Jistgħu jitgawdew meta jkunu għadhom mhux maturi, iżda jsiru iktar fini u qawwija wara bosta snin ta’ ħażna.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima:

 

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

14,17

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattiki ta’ vinifikazzjoni

Prattika enoloġika speċifika

L-użu tal-biċċiet tal-injam huwa pprojbit.

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 %.

It-tekniki ta’ arrikkiment bit-tnaqqis huma awtorizzati sa livell ta’ konċentrazzjoni ta’ 10 %.

Minbarra d-dispożizzjonijiet ta’ hawn fuq, l-inbejjed iridu jkunu konformi mal-obbligi stabbiliti fil-livell tal-UE kif ukoll fil-Kodiċi Rurali u tas-Sajd Marittimu f’dak li għandu x’jaqsam mal-prattiki enoloġiċi użati.

Prattika tal-kultivazzjoni

Densità tat-tħawwil

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Id-densità minima tat-tħawwil tad-dwieli hija ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru.

Id-distanza bejn ir-ringieli ta’ dawn id-dwieli hija ta’ 2,10 metri jew inqas u d-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela hija ta’ 0,80 metru jew iktar.

DISPOŻIZZJONIJIET PARTIKOLARI

Mingħajr ħsara għad-densità minima ta’ 6 000 pjanta għal kull ettaru, għal skopijiet ta’ użu ta’ magni, il-vinji jistgħu jitħawlu b’distanza bejn ir-ringieli ta’ 3 metri jew inqas.

Regoli taż-żbir

Iż-żbir jitlesta fil-15 ta’ Mejju;

L-inbejjed ġejjin minn dwieli maqtugħin b’żabra qasira (mħarrġa f’forma ta’ sġajjar, imrewħa jew bis-sistema tal-cordon Royat sempliċi, doppja jew “charmet”, jiġifieri fil-forma ta’ “V”) b’massimu ta’ 10 għejun għal kull pjanta;

Kull pjanta jkollha minn tlieta sa ħames friegħi b’massimu ta’ żewġ għejun kull waħda; f’każ ta’ tixtil, kull pjanta jista’ jkollha wkoll fergħa b’żewġ għejun massimi mħarrġa fuq żarġun li jkun kiber miz-zokk qadim;

Waqt iż-żbir tat-taħriġ jew waqt it-tibdil fil-metodu ta’ żbir, id-dwieli jinżabru b’massimu ta’ 12-il għajn għal kull pjanta.

Dispożizzjonijiet dwar il-ħsad bil-magni

a)

L-għoli tal-ħsad fil-kontenituri għat-trasport mill-għalqa għall-kantina tal-inbid, m’għandux jaqbeż iż-0,50 metru;

b)

Il-kontenituri jridu jkunu ta’ materjal sod u tajjeb għall-prodotti tal-ikel;

c)

Il-materjal tal-ħsad u tat-trasport tal-ħsad irid ikollu sistema ta’ skular tal-ilma jew ta’ protezzjoni xierqa.

b.   Rendimenti massimi

61 ettolitru għal kull ettaru

6.   Żona Ġeografika demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019:

Département ta’ Rhône: Chénas;

Département ta’ Saône-et-Loire: Romanèche-Thorins.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Aligoté B

Gamay N

Melon B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Deskrizzjoni tal-fatturi naturali li jikkontribwixxu għar-rabta

Iż-żona ġeografika hija mifruxa fuq il-ġenb tal-Lvant tal-Monts du Beaujolais, prinċipalment fuq il-Montagne de Rémont (għoli ta’ 510 metri) u fuq l-għelieqi mtarrġa li jħarsu fuq il-pjanura tas-Saône, 15-il kilometru fil-Lbiċ ta’ Mâcon, u 25 kilometru fit-Tramuntana ta’ Villefranche-Sur-Saône.

B’hekk testendi fuq it-territorju tal-muniċipalitajiet ta’ Chénas u ta’ Romanèche-Thorins, fil-fruntieri tad-départements ta’ Rhône u ta’ Saône-et-Loire.

L-irqajja' delimitati għall-ħsad tal-għeneb jinsabu f’pajsaġġ ta’ widien; fil-Punent, l-għoljiet kultant weqfin jiddominaw ir-raħal ta’ Chénas, u fil-Lvant, għoljiet inqas weqfin u art imtarrġa jestendu sa Romanèche-Thorins. L-altitudni tvarja għalhekk minn 190 metru għal 420 metru.

80 % tal-ħamrija hija ħamrija li żviluppat fuq ramel li jitfarrak ta’ lewn roża, li rriżultaw mid-deterjorament tal-blat tal-granit tas-sottostrat, li hawnhekk jissejjaħ “grès” jew “gore” (granit dekompost). Fin-Nofsinhar kif ukoll fit-tarf tal-Lvant, il-ħamrija kompliet tevolvi u żviluppat fuq id-depożiti ta’ sedimenti. Hawnhekk hija magħmula minn lom imrammel, imħallat maċ-ċagħaq u ż-żrar. Ġeneralment l-ilma jiskula sew minn din il-ħamrija li hija mimlija b’ossidi tal-ħadid u tal-manganiż mifruxa fis-saffi li jaqsmu l-massa tal-granit.

Fil-fatt, l-ikbar depożitu ta’ manganiż fi Franza ġie skopert bejn wieħed u ieħor fl-1750 f’Romanèche-Thorins. Dan id-depożitu ġie sfruttat mis-seklu tmintax sas-seklu dsatax, sa nofs il-pjazza tar-raħal. Ir-“Romanéchite”, kif kien jissejjaħ dak iż-żmien, kien blat iswed, tqil ħafna.

Il-klima hija oċeanika degradata, soġġetta għal influwenzi kontinentali u tan-Nofsinhar. Ix-xita hija mqassma b’mod regolari matul is-sena u t-temperatura medja annwali hija qrib il-11 °C. Il-Monts du Beaujolais għandhom rwol essenzjali fil-protezzjoni mill-irjieħ li ġejjin mill-Punent, u b’hekk itaffu l-influwenza tal-oċean. L-effett ta’ foehn li joħolqu jnixxef l-arja umda, u b’hekk iżid il-livelli ta’ dawl u jnaqqas ix-xita.

Il-wied wiesa’ ta’ Saône għandu wkoll rwol ewlieni fl-iżvilupp tad-dwieli, billi joffri livell għoli ta’ dawl u jwassal l-influwenzi tan-Nofsinhar, ikkaratterizzati b’mod partikolari minn sħana qawwija fis-sajf.

Deskrizzjoni tal-fatturi umani rilevanti għar-rabta

Id-dwieli ilhom preżenti fiż-żona ġeografika għal żmien twil.

Suzanne BLANCHET, fix-xogħol tagħha “Les vins de Bourgogne” tirrakkonta li l-kultivazzjoni tad-dwieli mill-“Mâconnais” sal-“Lyonnais”, fejn tiddomina l-foresta, ilha sseħħ mis-seklu wieħed (PLINY X-XIĦ). Fis-seklu tlieta, l-inbejjed, li dak iż-żmien kienu jinġarru fl-anfori, kienu jitniżżlu sa Lyon fuq ix-xmara Saône fil-qrib.

Il-vinja esperjenzat tkabbir reali, mill-aħħar tas-seklu ħmistax, fuq spinta mill-borgeżija ta’ Lyon, li stagħniet bl-industrija tal-ħarir u bil-banek.

Il-kummerċ tal-inbejjed fir-reġjun tal-Beaujolais kompla jikber matul is-seklu tmintax u dan wassal għal tibdil kbir fil-vinja. Il-proprjetajiet il-kbar inqasmu skont is-sistema tal- “mezzadrija”, li għadha preżenti fiż-żona ġeografika.

L-arkivji nazzjonali tal-1722 jispeċifikaw li: “Romanèche hija waħda mill-erba’ lokalitajiet tal-Mâconnais minn fejn jitlaq l-ikbar numru ta’ unitajiet ta’ nbid lejn Pariġi”.

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata huwa marbut mal-mitħna l-antika li nbniet fl-1550, u li tinsab fuq l-għolja ta’ Romanèche-Thorins. Din intużat biex jintaħan il-qamħ sa nofs is-seklu dsatax. Illum hija kklassifikata bħala monument storiku. Hija tinsab fil-qalba tal-vinja u hija viżibbli mill-bogħod ħafna, u tidentifika perfettament iż-żona ġeografika tal-Moulin-à-Vent.

Is-sentenza tal-qorti ta’ Mâcon tas-17 ta’ April 1924, tispeċifika b’mod uffiċjali l-limiti ġeografiċi li fihom setgħu jiġu prodotti l-inbejjed imsejħa “Thorins ou Moulin-à-Vent”. Is-sena ta’ wara, inħolqot uffiċjalment “l’Union des viticulteurs”, għaqda tal-produtturi tal-inbid, li mexxiet l-applikazzjoni tar-rikonoxximent tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata, li wasslet għad-digriet tal-11 ta’ Settembru 1936. Biex jiġi evitat kull tip ta’ konfużjoni, l-isem “Thorins” twaqqa’.

Fl-istess ħin, madwar erbgħin produttur waqqfu kantina kooperattiva, li ilha stabbilita mill-1934 f’binja tal-kastell ta’ Michauds, f’Chénas u tipproduċi madwar 20 % tal-volumi ta’ nbid, u hija mutur għall-ekonomija.

Id-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Moulin-à-Vent hija kkaratterizzata mill-unjoni ta’ tradizzjonijiet tipiċi tar-reġjun mat-tekniki moderni.

Il-produtturi, li dejjem ifittxu nbid ta’ kwalità, tgħallmu kif jikkontrollaw il-varjetà tad-dielja gamay N u t-tkabbir tagħha, b’mod partikolari bl-użu ta’ densità ta’ tħawwil għolja u żabra qasira.

Biex jiżgura maturità tajba tal-għenba, il-produttur jara li l-wiċċ tal-weraq ikun espost biżżejjed. Għalhekk id-dwieli jistgħu jitħarrġu fuq kannizzati fissi. Fl-istess ħin, il-produtturi adottaw sistema ta’ vinifikazzjoni partikolari li fiha jintużaw kemm il-fermentazzjoni tradizzjonali kif ukoll il-maċerazzjoni semikarbonika.

Il-proprjetajiet huma fil-parti l-kbira azjendi tal-familja fejn diversi ġenerazzjonijiet jirtu lil xulxin u jaħdmu flimkien.

Fl-2010, il-vinja kienet tkopri erja ta’ 650 ettaru, għal produzzjoni annwali medja ta’ madwar 30 000 ettolitru.

Informazzjoni dwar il-kwalità u l-karatteristiċi tal-prodotti

L-inbejjed għandhom lewn skur, li jvarja bejn lewn ir-rubin sa lewn il-granata.

Bħala riħa, għandhom ħjiel ta’ fjuri u ta’ frott aħmar misjur li jinbidlu fi rwejjaħ qawwija ta’ ħwawar, ta’ tartufi u saħansitra ta’ laħam taċ-ċerv maż-żmien.

L-istruttura fil-palat hija ġeneruża u robusta b’bilanċ bejn il-qawwa, il-kumplessità u l-eleganza.

Jistgħu jitgawdew meta jkunu għadhom mhux maturi, iżda jsiru iktar fini u qawwija wara bosta snin ta’ ħażna.

Interazzjonijiet kawżali

Il-Moulin à Vent, li tinsab stabbilita fuq il-ġnub ta’ għolja tonda tal-blat tal-granit, hija magħrufa bħala l-eqdem vendemmja mill-Crus du Beaujolais.

Il-vinja trabbi l-għeruq f’sottoswol ta’ granit omoġenju, b’għadd ta’ saffi mifruxa ta’ manganiż, viżibbli fil-forma ta’ frammenti mxerrda fil-ħamrija. L-istorja tgħid li dan il-minerali iswed huwa l-oriġini tal-karattru partikolari tal-inbejjed.

L-irqajja' tad-dwieli mħawla bil-varjetà gamay N huma mifruxa fuq għoljiet mhux daqstant wieqfa, esposti sew fil-Lvant u fix-Xlokk, u protetti mill-irjieħ li jiġu mill-Punent mill-Monts du Beaujolais. Il-fatt li huma orjentati b’dan il-mod, jgħin biex jibdew jisħnu mal-ewwel raġġi tax-xemx ta’ sbieħ il-jum.

Il-bażi tal-granit, minħabba l-fertilità baxxa tagħha, tiffavorixxi r-rendiment moderat u tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-aromi tal-frott li jintiegħem fl-inbejjed.

Il-produtturi jħobbu jiżolaw l-aħjar irqajja’ u jpoġġu l-ismijiet tal-iktar lokalitajiet famużi fuq it-tikketti tal-inbid.

Il-Moulin-à-Vent ilu magħruf. Il-fama tiegħu diġà kienet ikkonfermata fis-seklu tmintax, f’ilment ta’ Pierre-Étienne CHALANDON, negozjant minn Mâcon, li pprotesta kontra produttur issuspettat li joffri nbejjed tat-tielet jew tar-raba’ kategorija taħt l-isem ta’ Moulin-à-Vent. Fit-“Topographie de tous les vignobles connus” tiegħu, JULLIEN, fl-1816, faħħar l-inbejjed Moulin-à-Vent, li dak iż-żmien kienu kklassifikati bħala tal-“ewwel klassi” minħabba li jibqgħu tajbin għal iktar minn għaxar snin fil-fliexken.

Il-produtturi, min-naħa tagħhom, għadhom jidentifikaw ruħhom mal-mitħna, simbolu tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u preżenti fuq bosta tikketti u reklami, li nebbħet lill-pittur Maurice UTRILLO.

Fl-1996, il-produtturi tal-Moulin-à-Vent ingħaqdu ma’ dawk ta’ Chénas biex ħolqu l-“Confrérie des Maîtres Vignerons de Chénas et Moulin-à-Vent”, u b’hekk ikkonfermaw solennement ir-reputazzjoni tal-inbejjed taż-żewġ denominazzjonijiet ta’ oriġini kkontrollata.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Iż-żona fil-viċinanza immedjata ddefinita b’deroga għall-vinifikazzjoni, il-produzzjoni u t-tqaddim tal-inbejjed hija magħmula mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin, abbażi tal-Kodiċi Ġeografiku Uffiċjali tas-sena 2019:

Département ta’ Côte-d’Or:

Agencourt, Aloxe-Corton, Ancey, Arcenant, Argilly, Autricourt, Auxey-Duresses, Baubigny, Beaune, Belan-sur-Ource, Bévy, Bissey-la-Côte, Bligny-lès-Beaune, Boncourt-le-Bois, Bouix, Bouze-lès-Beaune, Brion-sur-Ource, Brochon, Cérilly, Chamboeuf, Chambolle-Musigny, Channay, Charrey-sur-Seine, Chassagne-Montrachet, Châtillon-sur-Seine, Chaumont-le-Bois, Chaux, Chenôve, Chevannes, Chorey-lès-Beaune, Clémencey, Collonges-lès-Bévy, Combertault, Comblanchien, Corcelles-les-Arts, Corcelles-les-Monts, Corgoloin, Cormot-Vauchignon, Corpeau, Couchey, Curley, Curtil-Vergy, Daix, Dijon, Ebaty, Echevronne, Epernay-sous-Gevrey, L'Etang-Vergy, Etrochey, Fixin, Flagey-Echézeaux, Flavignerot, Fleurey-sur-Ouche, Fussey, Gerland, Gevrey-Chambertin, Gilly-lès-Cîteaux, Gomméville, Grancey-sur-Ource, Griselles, Ladoix-Serrigny, Lantenay, Larrey, Levernois, Magny-lès-Villers, Mâlain, Marcenay, Marey-lès-Fussey, Marsannay-la-Côte, Massingy, Mavilly-Mandelot, Meloisey, Merceuil, Messanges, Meuilley, Meursanges, Meursault, Molesme, Montagny-lès-Beaune, Monthelie, Montliot-et-Courcelles, Morey-Saint-Denis, Mosson, Nantoux, Nicey, Noiron-sur-Seine, Nolay, Nuits-Saint-Georges, Obtrée, Pernand-Vergelesses, Perrigny-lès-Dijon, Plombières-lès-Dijon, Poinçon-lès-Larrey, Pommard, Pothières, Premeaux-Prissey, Prusly-sur-Ource, Puligny-Montrachet, Quincey, Reulle-Vergy, La Rochepot, Ruffey-lès-Beaune, Saint-Aubin, Saint-Bernard, Saint-Philibert, Saint-Romain, Sainte-Colombe-sur-Seine, Sainte-Marie-la-Blanche, Santenay, Savigny-lès-Beaune, Segrois, Tailly, Talant, Thoires, Vannaire, Velars-sur-Ouche, Vertault, Vignoles, Villars-Fontaine, Villebichot, Villedieu, Villers-la-Faye, Villers-Patras, Villy-le-Moutier, Vix, Volnay, Vosne-Romanée, Vougeot;

Département ta’ Rhône:

Alix, Anse, L'Arbresle, Les Ardillats, Arnas, Bagnols, Beaujeu, Belleville-en-Beaujolais, Belmont-d’Azergues, Blacé, Le Breuil, Bully, Cercié, Chambost-Allières, Chamelet, Charentay, Charnay, Chasselay, Châtillon, Chazay-d’Azergues, Chessy, Chiroubles, Cogny, Corcelles-en-Beaujolais, Dardilly, Denicé, Deux Grosnes (għall-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju ta’ dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Avenas), Dracé, Emeringes, Fleurie, Fleurieux-sur-l'Arbresle, Frontenas, Gleizé, Juliénas, Jullié, Lacenas, Lachassagne, Lancié, Lantignié, Légny, Létra, Limas, Lozanne, Lucenay, Marchampt, Marcy, Moiré, Montmelas-Saint-Sorlin, Morancé, Odenas, Le Perréon, Pommiers, Porte des Pierres Dorées. Quincié-en-Beaujolais, Régnié-Durette, Rivolet, Sain-Bel, Saint-Clément-sur-Valsonne, Saint-Cyr-le-Chatoux, Saint-Didier-sur-Beaujeu, Saint-Etienne-des-Oullières, Saint-Etienne-la-Varenne, Saint-Georges-de-Reneins, Saint-Germain-Nuelles, Saint-Jean-des-Vignes, Saint-Julien, Saint-Just-d’Avray, Saint-Lager, Saint-Romain-de-Popey, Saint-Vérand, Sainte-Paule, Salles-Arbuissonnas-en-Beaujolais, Sarcey, Taponas, Ternand, Theizé, Val d'Oingt, Vaux-en-Beaujolais, Vauxrenard, Vernay, Villefranche-sur-Saône, Ville-sur-Jarnioux, Villié-Morgon, Vindry-sur-Turdine (għall-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Dareizé, Les Olmes u Saint-Loup);

Département ta’ Saône-et-Loire:

Aluze, Ameugny, Azé, Barizey, Beaumont-sur-Grosne, Berzé-la-Ville, Berzé-le-Châtel, Bissey-sous-Cruchaud, Bissy-la-Mâconnaise, Bissy-sous-Uxelles, Bissy-sur-Fley, Blanot, Bonnay, Bouzeron, Boyer, Bray, Bresse-sur-Grosne, Burgy, Burnand, Bussières, Buxy, Cersot, Chagny, Chaintré, Chalon-sur-Saône, Chamilly, Champagny-sous-Uxelles, Champforgeuil, Chânes, Change, Chapaize, La Chapelle-de-Bragny, La Chapelle-de-Guinchay, La Chapelle-sous-Brancion, Charbonnières, Chardonnay, La Charmée, Charnay-lès-Mâcon, Charrecey, Chasselas, Chassey-le-Camp, Château, Châtenoy-le-Royal, Chaudenay, Cheilly-lès-Maranges, Chenôves, Chevagny-les-Chevrières, Chissey-lès-Mâcon, Clessé, Cluny, Cormatin, Cortambert, Cortevaix, Couches, Crêches-sur-Saône, Créot, Cruzille, Culles-les-Roches, Curtil-sous-Burnand, Davayé, Demigny, Dennevy, Dezize-lès-Maranges, Donzy-le-Pertuis, Dracy-le-Fort, Dracy-lès-Couches, Epertully, Etrigny, Farges-lès-Chalon, Farges-lès-Mâcon, Flagy, Fleurville, Fley, Fontaines,Fragnes-La-Loyère (għall-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju ta’ dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ La Loyère), Fuissé, Genouilly, Germagny, Givry, Granges, Grevilly, Hurigny, Igé, Jalogny, Jambles, Jugy, Jully-lès-Buxy, Lacrost, Laives, Laizé, Lalheue, Leynes, Lournand, Lugny, Mâcon, Malay, Mancey, Martailly-lès-Brancion, Massilly, Mellecey, Mercurey, Messey-sur-Grosne, Milly-Lamartine, Montagny-lès-Buxy, Montbellet, Montceaux-Ragny, Moroges, Nanton, Ozenay, Paris-l'Hôpital, Péronne, Pierreclos, Plottes, Préty, Prissé, Pruzilly, Remigny, La Roche-Vineuse, Rosey, Royer, Rully, Saint-Albain, Saint-Ambreuil, Saint-Amour-Bellevue, Saint-Boil, Saint-Clément-sur-Guye, Saint-Denis-de-Vaux, Saint-Désert, Saint-Gengoux-de-Scissé, Saint-Gengoux-le-National, Saint-Germain-lès-Buxy, Saint-Gervais-sur-Couches, Saint-Gilles, Saint-Jean-de-Trézy, Saint-Jean-de-Vaux, Saint-Léger-sur-Dheune, Saint-Mard-de-Vaux, Saint-Martin-Belle-Roche, Saint-Martin-du-Tartre, Saint-Martin-sous-Montaigu, Saint-Maurice-de-Satonnay, Saint-Maurice-des-Champs, Saint-Maurice-lès-Couches, Saint-Pierre-de-Varennes, Saint-Rémy, Saint-Sernin-du-Plain, Saint-Symphorien-d’Ancelles, Saint-Vallerin, Saint-Vérand, Saint-Ythaire, Saisy, La Salle, Salornay-sur-Guye, Sampigny-lès-Maranges, Sancé, Santilly, Sassangy, Saules, Savigny-sur-Grosne, Sennecey-le-Grand, Senozan, Sercy, Serrières, Sigy-le-Châtel, Sologny, Solutré-Pouilly, Taizé, Tournus, Uchizy, Varennes-lès-Mâcon, Vaux-en-Pré, Vergisson, Vers, Verzé, Le Villars, La Vineuse sur Fregande (għall-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Donzy-le-National, Massy u La Vineuse), Vinzelles, Viré;

Département ta’ Yonne:

Aigremont, Annay-sur-Serein, Arcy-sur-Cure, Asquins, Augy, Auxerre, Avallon, Bazarnes, Beine, Bernouil, Béru, Bessy-sur-Cure, Bleigny-le-Carreau, Censy, Chablis, Champlay, Champs-sur-Yonne, Chamvres, La Chapelle-Vaupelteigne, Charentenay, Châtel-Gérard, Chemilly-sur-Serein, Cheney, Chevannes, Chichée, Chitry, Collan, Coulangeron, Coulanges-la-Vineuse, Courgis, Cruzy-le-Châtel, Dannemoine, Deux Rivières, Dyé, Epineuil, Escamps, Escolives-Sainte-Camille, Fleys, Fontenay-près-Chablis, Gy-l’Evêque, Héry, Irancy, Island, Joigny, Jouancy, Junay, Jussy, Lichères-près-Aigremont, Lignorelles, Ligny-le-Châtel, Lucy-sur-Cure, Maligny, Mélisey, Merry-Sec, Migé, Molay, Molosmes, Montigny-la-Resle, Montholon (għall-parti biss li tikkorrispondi għat-territorju ta’ dawk li qabel kienu l-muniċipalitajiet ta’ Champvallon, Villiers sur Tholon u Volgré), Mouffy, Moulins-en-Tonnerrois, Nitry, Noyers, Ouanne, Paroy-sur-Tholon, Pasilly, Pierre-Perthuis, Poilly-sur-Serein, Pontigny, Préhy, Quenne, Roffey, Rouvray, Saint-Bris-le-Vineux, Saint-Cyr-les-Colons, Saint-Père, Sainte-Pallaye, Sainte-Vertu, Sarry, Senan, Serrigny, Tharoiseau, Tissey , Tonnerre, Tronchoy, Val-de-Mercy, Vallan, Venouse, Venoy, Vermenton, Vézannes, Vézelay, Vézinnes, Villeneuve-Saint-Salves, Villy, Vincelles, Vincelottes, Viviers, Yrouerre.

Tikkettar

Qafas legali:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

a)

It-tikkettar tal-inbejjed li jgawdu mid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, bil-kundizzjoni li:

ikun l-isem ta’ post irreġistrat;

dak il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

L-isem tal-post irreġistrat għandu jinkiteb immedjatament wara l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata u jiġi stampat b’ittri li d-daqs tagħhom ma jkunx ogħla u usa’ mid-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

b)

It-tikkettar tal-inbejjed tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jista’ jispeċifika l-unità ġeografika ikbar “Vin du Beaujolais” jew “Grand Vin du Beaujolais” jew “Cru du Beaujolais”.

Id-daqs tal-ittri tal-unità ġeografika ikbar ma għandux ikun akbar, kemm fl-għoli u kemm fil-wisa’, minn żewġ terzi tad-daqs tal-ittri li jiffurmaw l-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-10009261-9fab-4519-9359-c1535d713844


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.