Brussell, 15.12.2021

COM(2021) 802 final

2021/0426(COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulata)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 430 final} - {SWD(2021) 453 final} - {SWD(2021) 454 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.    KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) hija parti mill-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” tal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 u tikkumplimenta l-komponenti l-oħra tal-pakkett propost f’Lulju 2021 1 , li jistabbilixxi l-viżjoni għall-kisba ta’ stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050. Kif diġà indikat fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Klima 2 , ir-reviżjoni hija strument leġiżlattiv ewlieni biex jitwettqu l-objettivi ta’ dekarbonizzazzjoni għall-2030 u l-2050. Hija ssegwi l-komponenti ewlenin tat-tliet oqsma ta’ prijorità 3 tal-Istrateġija Mewġa ta’ Rinnovazzjoni 4 , inkluż il-ħsieb li jiġu proposti standards minimi obbligatorji tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, wara valutazzjoni tal-impatt li teżamina l-kamp ta’ applikazzjoni, l-iskedi ta’ żmien, id-dħul gradwali u l-politiki ta’ appoġġ ta’ akkumpanjament tagħhom. Minħabba l-ħtieġa ta’ proċessi xierqa ta’ konsultazzjoni u ta’ valutazzjoni tal-impatt, ir-reviżjoni proposta tista’ tasal biss ftit wara l-ewwel sett ta’ inizjattivi “Lesti għall-mira ta’ 55 %” adottati f’Lulju 2021.

Il-proposta hija partikolarment importanti minħabba li l-bini jammonta għal 40 % tal-enerġija kkonsmata u 36 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra diretti u indiretti relatati mal-enerġija. Fl-UE, it-tisħin, it-tkessiħ u l-ilma sħun domestiku jammontaw għal 80 % tal-enerġija kkonsmata mill-unitajiet domestiċi. Biex l-Ewropa ssir aktar reżiljenti, hemm bżonn tar-rinnovazzjoni tal-bini tal-UE, biex isiru aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u anqas dipendenti fuq il-fjuwils fossili. Ir-rinnovazzjoni hija kruċjali għat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija tal-bini, għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u għat-tnaqqis tal-kontijiet tal-enerġija. Barra minn hekk, ir-rinnovazzjoni tiġġenera l-impjiegi lokali u t-tkabbir ekonomiku. Minħabba ż-żmien twil meħtieġ biex jiġu kkawżati bidliet fis-settur tal-bini, hija meħtieġa reviżjoni f’waqtha tad-Direttiva biex tiġi appoġġata l-kisba tal-objettivi “Lesti għall-mira ta’ 55 %”.

1.1.Interazzjoni bejn il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u b’mod partikolari l-ETS il-ġdida

Il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” jikkonsisti f’sett ta’ proposti interkonnessi appoġġati mill-analiżi tal-valutazzjoni tal-impatt b’kont meħud ta’ dan. L-analiżi 5 wriet li sovradipendenza fuq il-politiki regolatorji msaħħa twassal għal piżijiet ekonomiċi għoljin bla bżonn, filwaqt li l-ipprezzar tal-karbonju waħdu ma jegħlibx il-fallimenti persistenti tas-suq u l-ostakli mhux ekonomiċi. It-taħlita ta’ politiki magħżula għalhekk tibbilanċja bir-reqqa l-ipprezzar, il-miri, l-istandards u l-miżuri ta’ appoġġ. Ir-reviżjoni proposta tal-EPBD hija stabbilita fi ħdan l-istess qafas. Bħala konsegwenza, bidla fil-bilanċ tat-taħlita ġenerali titlob l-aġġustament ta’ partijiet differenti tal-politika. Tnaqqis fl-ipprezzar u fil-miżuri fil-mira li jrawmu d-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini jitlob miżuri regolatorji aktar stretti b’mod korrispondenti fir-reviżjoni tal-EPBD, l-aktar fir-rigward tat-tneħħija gradwali tal-fjuwils fossili u l-istandards minimi obbligatorji tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Il-valutazzjonijiet tal-impatt rilevanti tal-Kummissjoni wrew li l-kisba tal-miri tkun anqas ċerta u aktar għalja fin-nuqqas ta’ sinjal tal-prezz tal-karbonju fuq il-fjuwils għat-tisħin, bħas-sistema l-ġdida tal-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) proposta għall-bini u t-trasport bit-triq. Dan jaħdem l-aħjar id f’id mal-miżuri regolatorji tal-UE u l-miżuri nazzjonali kumplimentari, kif inċentivizzat mill-ambizzjoni ogħla proposta fir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi (ESR), id-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (EED) u d-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED).

L-ETS il-ġdida toħloq inċentivi ekonomiċi ġodda għad-dekarbonizzazzjoni tal-bini u tiġġenera d-dħul għall-appoġġ pubbliku, immirat b’mod partikolari lejn l-appoġġ għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli. L-EPBD riveduta tindirizza l-ostakli mhux ekonomiċi għar-rinnovazzjoni 6 . Din toħloq qafas abilitanti biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju għar-rinnovazzjoni mingħajr ma l-finanzjament meħtieġ jiġi mmobilizzat direttament. EPBD riveduta tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kisba tal-objettivi tal-2030. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-EPBD 7 turi li fin-nuqqas tagħha, it-tnaqqis ġenerali tal-emissjonijiet meħtieġ se jkun biss madwar nofs dak li hu meħtieġ fis-settur residenzjali u tas-servizzi biex jinkiseb l-għan tal-2030.

Mingħajr dawn ir-reviżjonijiet, ikunu meħtieġa aktar miżuri fil-livell tal-Istati Membri biex ipattu għal din id-diskrepanza, iżda l-inċertezza dwar l-effettività, it-tempestività u l-konsistenza tagħhom mal-objettiv tad-dekarbonizzazzjoni tal-2050 minqux fil-Liġi Ewropea dwar il-Klima 8 ddgħajjef l-inċentivi għal espansjoni rapida fir-rati tar-rinnovazzjoni. Fin-nuqqas ta’ miżuri regolatorji tal-UE jew nazzjonali msaħħa li jagħtu spinta lir-rata tar-rinnovazzjonijiet, il-prezz tal-karbonju jkun jeħtieġ li jkun aktar għali 9  u fl-aħħar mill-aħħar, l-ostakli mhux ekonomiċi għar-rinnovazzjonijiet jibqgħu ma jiġux indirizzati.

Se jkun importanti li tinżamm il-konsistenza fid-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-bini fil-pakkett waqt in-negozjati biex jintlaħaq qbil dwar qafas koerenti u robust għall-bini biex jiġu ssodisfati l-miri tal-UE għall-2030 u l-2050.

1.2.Kwistjonijiet dwar il-vulnerabbiltà, l-affordabbiltà u l-faqar enerġetiku

Novità ewlenija tar-reviżjoni hija l-introduzzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija biex tiġi skattata t-trasformazzjoni meħtieġa tas-settur. Ir-rinnovazzjoni tal-bini għandha żewġ impatti ekonomiċi rikonoxxuti b’mod wiesgħa: 1. it-tnaqqis tal-kostijiet tal-enerġija, li jnaqqas il-faqar enerġetiku, u 2. iż-żieda tal-valur ta’ aktar bini effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Benefiċċji oħra jinkludu kwalità ta’ ħajja aħjar u perjodi vakanti medji iqsar.

Il-benefiċċji ta’ kontijiet tal-enerġija orħos huma saħansitra aktar rilevanti fil-kuntest ta’ prezzijiet għoljin tal-enerġija. Il-persuni li qed jgħixu fil-bini bl-agħar rendiment u dawk li qed jiffaċċjaw il-faqar enerġetiku se jgawdu minn bini li jkun aħjar u rinnovat, kif ukoll minn kostijiet tal-enerġija mnaqqsa, u jkunu protetti minn żidiet oħra u volatilità fil-prezzijiet tas-suq.

Min-naħa l-oħra, sidien il-kera jista’ jkollhom it-tentazzjoni li jittrasferixxu l-kostijiet tar-rinnovazzjoni lill-inkwilini biex ikopru l-investiment bil-quddiem tagħhom. Barra minn hekk, enfasi aktar qawwija fuq l-indirizzar tan-nuqqasijiet tal-bini bl-agħar rendiment eżistenti tista’ tbaxxi aktar il-prezzijiet tagħhom fit-tranżazzjonijiet tas-suq, anke jekk illum diġà teżisti ċerta korrelazzjoni bejn il-klassijiet ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija u l-valur.

L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija madwar l-UE kollha ġew imfassla bir-reqqa biex jimmitigaw l-effetti soċjali negattivi possibbli u jimmassimizzaw il-benefiċċji soċjali tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-għajxien fil-bini bl-agħar rendiment u t-tnaqqis jew saħansitra l-prevenzjoni tal-faqar enerġetiku. L-Istati Membri se jkunu meħtieġa jappoġġaw il-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija b’qafas ta’ appoġġ adegwat li jinkludi l-appoġġ finanzjarju, l-assistenza teknika, it-tneħħija tal-ostakli regolatorji u l-monitoraġġ tal-impatti soċjali, b’mod partikolari fuq dawk l-aktar vulnerabbli.

Il-pjanijiet nazzjonali għar-rinnovazzjoni tal-bini se jagħtu attenzjoni lill-monitoraġġ tat-tnaqqis tal-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u tal-popolazzjoni li tgħix f’akkomodazzjoni inadegwata (eż. ħitan jew soqfa li jnixxu) jew b’kondizzjonijiet ta’ kumdità termika inadegwati. Il-pjanijiet se jippreżentaw ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri nazzjonali li jagħtu s-setgħa u jipproteġu lill-unitajiet domestiċi vulnerabbli, itaffu l-faqar enerġetiku u jiżguraw l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni.

Il-miżuri f’din il-proposta huma koerenti mal-politika u l-miżuri fl-istrumenti tal-UE li jappoġġaw tranżizzjoni soċjalment ġusta. Dawn jinkludu r-rapportar dwar il-progress lejn l-objettivi nazzjonali indikattivi biex jitnaqqas in-numru ta’ unitajiet domestiċi fil-faqar enerġetiku skont il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-investimenti ppjanati biex jiġu mmitigati l-effetti distributtivi u biex jiġu promossi s-soluzzjonijiet strutturali — b’mod partikolari r-rinnovazzjoni enerġetika tal-bini inkluż il-miżuri għat-titjib fl-effiċjenza fl-enerġija tal-bini jew l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, id-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ tagħhom — biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils fossili f’konformità mal-Pjanijiet Soċjali għall-Klima proposti, kif ukoll maċ-Ċentru ta’ Konsulenza għall-Faqar Enerġetiku, li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri fit-tnaqqis u l-monitoraġġ tal-faqar enerġetiku.

1.3.Id-disponibbiltà tal-finanzjament, il-fondi tal-UE u l-miżuri ta’ appoġġ nazzjonali

Il-proposta hija kkoordinata sew ma’ strumenti rilevanti oħra, b’mod partikolari fir-rigward tal-fondi nazzjonali u tal-UE. Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF) qed tiskatta investimenti sinifikanti fir-rinnovazzjoni tal-bini bis-saħħa tal-komponenti ewlenin b’saħħithom ta’ “Rinnovazzjoni” fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan se jkompli minn issa sal-2025-2026 u se jwitti t-triq biex iseħħ it-titjib skattat mill-EPBD.

Skont il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (“QFP”) attwali, hemm id-disponibbiltà tal-fondi tal-UE fi programmi differenti, li identifikaw is-settur tal-bini bħala prijorità: il-fondi reġjonali skont il-Politika ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, u l-InvestEU huma essenzjali f’dan ir-rigward. Dawn huma kkumplimentati mill-appoġġ u l-assistenza teknika ddedikati mill-Kummissjoni Ewropea lill-amministrazzjonijiet nazzjonali pubbliċi sabiex jiġu ffaċilitati r-riformi neċessarji u sabiex il-preparazzjonijiet għall-investimenti jkunu effettivi.

Il-Fond Soċjali għall-Klima l-ġdid propost tal-ETS inaqqas id-diskrepanza bejn l-RRF, u t-tranżizzjoni bejn dan il-QFP attwali u l-perjodu ta’ wara l-2027, u jimmobilizza EUR 72.2 biljun għall-perjodu mill-2025-2032 biex jiġu appoġġati l-unitajiet domestiċi, b’mod partikolari dawk li jgħixu fil-bini bl-agħar rendiment. Dan il-Fond ikopri l-kostijiet bil-quddiem u jiffaċilita l-konformità tal-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija proposti fl-EPBD. L-investimenti skont il-Pjanijiet Soċjali għall-Klima nazzjonali se jkunu parti integrali mill-miżuri ta’ finanzjament li jinsabu fil-pjanijiet Nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini skont l-EPBD.

Sabiex tkun ikklassifikata bħala attività ekonomika sostenibbli skont l-Att Delegat tat-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima, ir-rinnovazzjoni tal-bini jeħtieġ li jew tikseb 30 % tal-iffrankar tal-enerġija, jew li tikkonforma mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għar-rinnovazzjoni maġġuri jew tikkonsisti f’miżuri individwali jew li tkun tikkonsisti f’miżuri individwali speċifiċi li huma kklassifikati bħala sostenibbli. Ir-rinnovazzjoni biex ikun hemm konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija proposti madwar l-Unjoni kollha hija tipikament konformi mal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE relatati mal-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni attwalment qiegħda tirrevedi l-qafas rilevanti tal-għajnuna mill-Istat u għandha l-għan li tagħmilha aktar favorevoli għall-ħtiġijiet tar-reviżjoni tal-EPBD u b’mod partikolari tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (MEPS) fil-livell tal-UE. Id-dispożizzjonijiet tal-għajnuna mill-Istat li jirriżultaw ikunu importanti biex tiġi inċentivizzata l-konformità bikrija mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbilita fil-livell tal-UE fir-rigward tat-titjib tal-bini bl-agħar rendiment fl-użu tal-enerġija.

1.4.Objettivi tal-proposta

L-objettivi ewlenin ta’ din ir-reviżjoni huma li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) u l-konsum finali tal-enerġija tal-bini sal-2030 u li tiġi stabbilita viżjoni fit-tul għall-bini lejn in-newtralità klimatika madwar l-UE kollha fl-2050. Sabiex jintlaħqu, l-inizjattiva hija bbażata fuq diversi objettivi speċifiċi: li tiżdied ir-rata u l-profondità tar-rinnovazzjonijiet tal-bini, li tittejjeb l-informazzjoni dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u s-sostenibbiltà tal-bini, u li jiġi żgurat li l-bini kollu jkun konformi mar-rekwiżiti tan-newtralità klimatika tal-2050. L-appoġġ finanzjarju msaħħaħ u l-modernizzazzjoni u l-integrazzjoni tas-sistema huma lievi għat-twettiq ta’ dawn l-objettivi.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Kif spjegat hawn fuq, ir-reviżjoni proposta għandha l-għan li trawwem kemm il-fatturi ta’ spinta u ta’ ġibda li jappoġġaw id-dekarbonizzazzjoni tal-bini flimkien mal-inċentivi għal azzjoni nazzjonali stabbilita fl-ESR kif ukoll l-impatti tal-ipprezzar tal-karbonju tas-sistema l-ġdida għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-bini u t-trasport bit-triq 10 . Il-proposta tirrevedi għodda leġiżlattiva eżistenti. Bħala tali, ma tistax tkun sostitut għal mira, bħal dawk stabbiliti skont l-ESR, iżda tappoġġa l-kisba tagħhom. Il-proposta taħdem id f’id mal-ETS il-ġodda proposti, li waħda minnhom trawwem id-dekarbonizzazzjoni tal-fjuwils u t-teknoloġiji għat-tisħin u l-oħra tnaqqas il-konsum tal-enerġija.

L-EPBD se tistabbilixxi l-viżjoni ġenerali għall-bini ġdid u eżistenti li tapplika għad-dispożizzjonijiet relatati mal-bini tal-inizjattivi “Lesti għall-mira ta’ 55 %” 11 l-oħra. Billi żżid l-azzjonijiet biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fis-settur tal-bini, l-EPBD se tikkontribwixxi wkoll biex jintlaħqu l-miri ġenerali tal-effiċjenza fl-enerġija stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (EED). In-numru ogħla ta’ rinnovazzjonijiet skattati mill-proposta tal-EPBD u mir-rekwiżit li l-bini ġdid jinstalla sistemi ta’ tisħin b’emissjonijiet diretti żero tal-gassijiet serra u li jintegra l-enerġiji rinnovabbli sabiex isir bini b’emissjonijiet żero se jippermetti l-mira indikattiva tal-2030 għas-sehem ta’ sorsi rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija tal-bini f’konformità mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED). Il-proposta se tappoġġa s-sostituzzjoni tal-bojlers ineffiċjenti li jaħdmu bil-fjuwils fossili b’sistemi mingħajr emissjonijiet diretti tal-GHG, bħall-pompi tas-sħana u teknoloġiji oħra bbażati fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Il-proposta taġġorna l-infrastruttura tal-irriċarġjar privata fil-parkeġġi u maġenb il-bini, u b’hekk tikkumplimenta r-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi (AFIR) u tistabbilixxi ambizzjonijiet aktar b’saħħithom għall-miri ġenerali, inkluż dwar l-infrastruttura tal-irriċarġjar pubblikament disponibbli għall-vetturi elettriċi. F’konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u mal-Qafas il-ġdid tal-UE għall-mobbiltà urbana, il-proposta tinkludi wkoll dispożizzjonijiet dwar it-titjib tal-infrastruttura tal-parkeġġ għar-roti.

Bl-istess mod, il-proposta tikkumplimenta l-leġiżlazzjoni marbuta mal-prodotti, eż. ir-Regolament dwar it-Tikkettar tal-Enerġija (ELR), li jinċentiva lill-konsumaturi biex jixtru l-prodotti u l-apparati relatati mal-enerġija tal-aqwa kwalità, biex jiġu installati fil-bini. L-EPBD taħdem id f’id mad-Direttiva dwar l-Ekodisinn (ED), li tistabbilixxi r-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u rekwiżiti oħra tar-rendiment ambjentali dwar il-prodotti relatati mal-enerġija, b’mod partikolari għas-sistemi tekniċi tal-bini (eż. il-bojlers, il-pompi tas-sħana jew is-sorsi tad-dawl) u t-tagħmir użat fil-bini (eż. l-apparat domestiku). Ir-rendiment tal-prodotti għall-bini huwa indirizzat fir-Regolament dwar il-Prodotti għall-Bini (CPR) u l-proposta tikkontribwixxi wkoll għall-progress kontinwu lejn l-adattament għat-tibdil fil-klima, permezz tad-dispożizzjonijiet relatati mat-tisħiħ tar-reżiljenza għall-klima tal-bini.

B’mod parallel, l-għodod ta’ informazzjoni msaħħa tal-EPBD, li se jkunu jinkludu wkoll metrika tal-karbonju, se jgħinu lill-investituri finanzjarji jimmonetizzaw il-benefiċċji tad-dekarbonizzazzjoni tal-bini u lill-unitajiet domestiċi jew l-atturi kummerċjali biex iqisu aħjar il-benefiċċji ekonomiċi tar-rinnovazzjoni tal-bini u tal-pjanijiet ta’ ħlas lura tagħhom. Dawn l-aspetti huma allinjati wkoll mal-elementi relatati mal-bini tat-tassonomija tal-UE għall-attivitajiet sostenibbli 12 .

2.    BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-bażi ġuridika għall-politika tal-Unjoni dwar l-enerġija. Il-miżuri proposti għandhom l-għan li “[jippromwovu] l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar fl-użu tal-enerġija kif ukoll l-iżvilupp ta’ forom ta’ enerġija ġodda u rinnovabbli” (l-Artikolu 194(1)(c) TFUE).

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

2.1.    Ħtieġa ta’ azzjoni mill-UE

Il-politika dwar l-enerġija hija kompetenza kondiviża bejn l-UE u l-Istati Membri u qasam ta’ politika tal-UE stabbilit sew. Fil-biċċa l-kbira, il-bidliet fl-EPBD proposti jirriflettu l-ħtieġa li din tiġi aġġornata biex tirrifletti l-ambizzjoni akbar tal-miri dwar il-klima u l-enerġija tal-UE. Dan huwa b’żieda mal-fatt li l-valutazzjoni tal-impatt tal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (“NECP”) madwar l-UE kollha li l-Kummissjoni ppubblikat f’Settembru 2020 13 uriet diskrepanza fl-ambizzjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija: 2.8 punti perċentwali għall-konsum tal-enerġija primarja u 3.1 punti għall-konsum finali tal-enerġija fl-UE, meta mqabbla mal-għanijiet tal-2030 attwalment fis-seħħ. Għalhekk, huma meħtieġa aktar miżuri għall-UE kollha fl-EPBD riveduta f’konformità ma’ dak li huwa previst fir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija 14 .

Il-bini huwa infrastruttura lokali iżda r-rati u l-profondità insuffiċjenti ta’ rinnovazzjoni huma kwistjoni komuni ffaċċjata mill-Istati Membri kollha tal-UE. Il-kawżi sottostanti fil-biċċa l-kbira huma ta’ natura mhux ekonomika u rilevanti fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, l-istabbiliment ta’ qafas komuni tal-UE għat-trajettorja ta’ dekarbonizzazzjoni tal-bini u r-rekwiżiti relatati, filwaqt li jippermetti l-adattament għaċ-ċirkostanzi nazzjonali, iġib miegħu ċ-ċertezza tant meħtieġa għall-atturi kollha fil-katina tal-provvista tar-rinnovazzjoni u tal-kostruzzjoni, u l-prevedibbiltà u t-tħejjija għall-partijiet ikkonċernati kollha, mill-industriji, għall-forzi tax-xogħol lokali u nazzjonali, l-investituri privati u l-istituzzjonijiet finanzjarji. L-esperjenza tal-passat fl-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul tissottolinja l-importanza li tiġi żgurata aħjar it-taħlita t-tajba bejn il-flessibbiltà u r-rekwiżiti armonizzati biex jiġu xprunati sforzi suffiċjenti fl-Istati Membri kollha għall-kisba tal-miri fil-livell tal-UE.

2.2.    Valur miżjud tal-UE

Qafas komuni msaħħaħ tal-UE se jipprovdi l-inċentivi għall-Istati Membri b’livelli differenti ta’ ambizzjoni biex jgħaġġlu, b’mod ikkoordinat u fl-iskala neċessarja, it-tranżizzjoni tal-enerġija lejn bini aktar effiċjenti u b’rendiment ogħla fl-użu tal-enerġija.

Sinjali regolatorji b’saħħithom biżżejjed — kemm għall-istokk eżistenti kif ukoll għall-bini ġdid — se jixprunaw l-investimenti fir-rinnovazzjoni tal-bini, joħolqu l-impjiegi, jistimulaw l-innovazzjoni, iżidu l-benefiċċji tas-suq intern għall-prodotti u l-apparati għall-bini u jkollhom impatt pożittiv fuq il-kompetittività tal-ekosistema tal-kostruzzjoni u s-setturi relatati. Dan, flimkien ma’ “lingwa kondiviża” msaħħa ta’ standards komuni u aċċess għall-informazzjoni, se jiżgura wkoll li s-settur tal-bini jnaqqas l-emissjonijiet tal-GHG tiegħu bl-aktar mod kosteffettiv, eż. permezz tal-ekonomiji ta’ skala.

Il-bini ma jiċċaqlaqx min-naħa għall-oħra tal-fruntiera, iżda l-finanzjament relatat mal-bini kif ukoll it-teknoloġiji u s-soluzzjonijiet li huma installati fihom jiċċaqilqu, mill-iżolament, sal-pompi tas-sħana, il-ħġieġ effiċjenti, jew il-pannelli fotovoltajċi. L-azzjoni tal-UE twassal għal modernizzazzjoni tar-regolamenti nazzjonali fis-settur tal-bini biex jintlaħqu l-objettivi tad-dekarbonizzazzjoni, jinfetħu swieq usa’ għall-prodotti innovattivi madwar id-dinja u twassal għat-tnaqqis tal-kostijiet meta jkun l-aktar meħtieġ, u t-tkabbir industrijali.

Finalment, l-azzjoni tal-UE permezz tal-EPBD riveduta ġġib magħha bosta benefiċċji, minn saħħa u benesseri aħjar għaċ-ċittadini, il-ħolqien tal-impjiegi lokali li jappoġġa l-irkupru, it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, l-inklużjoni soċjali, il-kondizzjonijiet tal-għajxien imtejba, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mnaqqsa, ir-reżiljenza għall-klima, sat-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija u l-kostijiet tal-enerġija. Hija konformi wkoll mal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 15 , li titlob li s-sostenibbiltà tal-bini u l-ambjent mibni jingħaqdu mal-kwalità tal-ħajja u l-inklużjoni soċjali.

Proporzjonalità

Il-miżuri inklużi fil-proposta leġiżlattiva huma meqjusa proporzjonati u jibnu sa fejn possibbli fuq id-disinn eżistenti tad-Direttiva oriġinali tal-2002 u r-reviżjonijiet tal-2010 u l-2018. Kif iddettaljat fit-taqsima 3 hawn taħt, it-tħassib espress mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fl-opinjonijiet negattivi tiegħu dwar il-proporzjonalità u l-livell ta’ armonizzazzjoni tal-UE tal-għażla ppreferuta identifikata fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ta’ akkumpanjament, ġew indirizzati permezz tal-modifikazzjoni tal-proposta biex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

Għażla tal-istrument

Il-proposta tinvolvi emendi sostanzjali lill-EPBD, li diġà ġiet emendata fl-2018 16 . Għalhekk, din il-proposta hija għal riformulazzjoni tad-Direttiva eżistenti, f’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni skont il-paragrafu 46 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tfassil aħjar tal-liġijiet 17 . L-att legali l-ġdid se jissostitwixxi u jħassar id-Direttiva preċedenti (UE) 2010/31/UE.

3.    RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

L-EPBD ġiet evalwata fl-2016 18 . Il-miżuri li jirriżultaw mill-aħħar rieżami tal-EPBD (2018) ġew trasposti reċentement (2020), u ma ppermettewx li tinġabar biżżejjed data dwar l-impatt biex jiġġustifikaw evalwazzjoni ġdida.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Intużaw metodi kumplimentari biex iseħħ proċess komprensiv ta’ konsultazzjoni li jagħmilha possibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha biex isemmgħu leħinhom.

Ġiet ippubblikata Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu (Pjan direzzjonali) fil- portal Semma’ Leħnek tal-Kummissjoni fit-22 ta’ Frar 2021. Dan kien miftuħ għall-feedback għal 4 ġimgħat u rċieva 243 tweġiba;

Ġiet ippubblikata konsultazzjoni pubblika, ibbażata fuq kwestjonarju strutturat online fl-għodda ta’ Stħarriġ tal-UE u f’konformità mar-regoli ta’ Regolamentazzjoni Aħjar tal-Kummissjoni fil- portal Semma’ Leħnek mit-30 ta’ Marzu 2021, għal 12-il ġimgħa. Din kopriet il-kamp ta’ applikazzjoni, it-tip u d-disinn tal-għażliet ta’ politika possibbli, abbażi ta’ mistoqsijiet b’għażla multipla u mistoqsijiet miftuħa. Bħall-Pjan direzzjonali, kienet miftuħa għal kulħadd. Waslu 535 tweġiba. Il-maġġoranza tal-parteċipanti kienu assoċjazzjonijiet tal-impriżi u kumpaniji (52 %), segwiti minn ċittadini tal-UE (15 %), l-NGOs (12 %) u awtoritajiet pubbliċi lokali u nazzjonali (7 %).

Ġew organizzati ħames workshops iddedikati u mmirati bejn il-31 ta’ Marzu u t-3 ta’ Ġunju 2021. Dawn l-avvenimenti ġew organizzati b’mod tematiku biex jindirizzaw l-oqsma speċifiċi għall-għażliet ta’ politika, dwar “L-istabbiliment ta’ viżjoni għall-bini u għal stokk tal-bini dekarbonizzat”, “L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti”, “It-tisħiħ tal-għodod ta’ informazzjoni tal-bini (b’enfasi fuq iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija)”, “It-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali” u “Finanzjament aċċessibbli u affordabbli — il-faqar enerġetiku”. Bħala medja, aktar minn 200 parteċipant ħadu sehem f’kull workshop.

L-impenn addizzjonali mal-partijiet ikkonċernati seħħ fuq bażi ad hoc.

Il-Kummissjoni infurmat ukoll lid-delegazzjonijiet u lill-amministrazzjonijiet nazzjonali u ġabret il-fehmiet tagħhom fil-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-Enerġija, il-Kumitat tar-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u l-laqgħat plenarji tal-Azzjoni Konċertata.

3.1.    Sommarju tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati

Maġġoranza ċara tar-rispondenti għall-konsultazzjoni pubblika esprimew l-appoġġ tagħhom għall-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (75 % tar-rispondenti kienu favur). 61 % tal-parteċipanti esprimew il-fehma li d-dispożizzjonijiet tal-EPBD dwar l-Istrateġiji ta’ Rinnovazzjoni fit-Tul jenħtieġ li jiġu mmodifikati u 89 % appoġġaw l-għażla li jissaħħaħ il-monitoraġġ tal-objettivi identifikati mill-Istati Membri fl-Istrateġiji ta’ Rinnovazzjoni fit-Tul tagħhom. 84 % kienu favur li l-bini b’emissjonijiet żero jiġi definit fl-EPBD. 73 % tar-rispondenti kienu tal-opinjoni li l-EPBD tista’ tikkontribwixxi biex tagħmel disponibbli u aċċessibbli firxa usa’ ta’ data relatata mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Skont maġġoranza ċara (65 %), iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jeħtieġ li jiġu aġġornati u l-kwalità tagħhom jeħtieġ tittejjeb u maġġoranza saħansitra aktar b’saħħitha (76 %) appoġġat l-armonizzazzjoni taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Aktar minn żewġ terzi tar-rispondenti (68 %) iffavorew l-inklużjoni tal-miżuri fl-EPBD biex jiġu rrapportati l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu (il-manifattura u l-kostruzzjoni, l-użu u t-tmiem tal-ħajja). Dwar l-elettromobbiltà, ir-rispondenti esprimew appoġġ ġenerali għal rekwiżiti msaħħa. Aktar minn tliet kwarti (77 %) kienu favur li l-finanzjament ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni jingħaqad mal-profondità tar-rinnovazzjoni u 68 % kienu tal-fehma li jkun ta’ benefiċċju li tiġi pprovduta definizzjoni legali ta’ “rinnovazzjoni profonda”. Finalment, dwar il-finanzjament, il-fehma ġenerali espressa, anke fil-workshops, kienet li jenħtieġ li jkun aktar aċċessibbli permezz ta’ taħlita ta’ għotjiet diretti, inċentivi tat-taxxa, ipoteki tal-effiċjenza fl-enerġija u tipi oħra ta’ mekkaniżmi ta’ inċentivi, u li jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn dispożizzjonijiet dwar l-aċċess għall-punti uniċi ta’ servizz. L-appoġġ finanzjarju mmirat għall-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx u medju ġie identifikat bħala l-aktar miżura politika importanti li tindirizza l-faqar enerġetiku.

Il-workshops ta’ politika qablu mal-konsultazzjoni pubblika f’termini tad-direzzjoni ġenerali u pprovdew informazzjoni intuwittiva utli addizzjonali.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Din il-proposta tibni fuq l-evalwazzjoni tal-2016 u fuq id-data u l-esperjenzi mill-implimentazzjoni tal-EPBD. Il-JRC ipprovda appoġġ dwar l-analiżi u l-valutazzjoni tal-konformità u tal-prattiki nazzjonali. L-inizjattiva ta’ Azzjoni Konċertata tal-EPBD ipproduċiet analiżi tal-esperjenzi nazzjonali tal-implimentazzjoni tal-EPBD. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-korp dejjem jikber ta’ riċerka empirika rieżaminata bejn il-pari u tagħmel użu minn diversi kuntratti ta’ appoġġ li għadhom għaddejjin jew li ġew kompluti reċentement.

Il-valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tal-impatti u tal-kostijiet amministrattivi u l-analiżi tal-input mill-partijiet ikkonċernati kienet appoġġata minn kuntratt speċifiku ta’ appoġġ tekniku 19 . L-analiżi fi ħdan dan il-kuntratt twettqet bl-użu ta’ sett ta’ għodod għall-immudellar biex jirrappreżenta l-istokk tal-bini u l-impatti makroekonomiċi u soċjali usa’. L-istatistika u d-data ewlenija użati, anke biex jippopolaw is-sett tad-data sottostanti għall-mudelli użati, jirreferu għall-indikaturi tal-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini u tal-EUROSTAT. Ir-riżultati minn diversi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni li għadhom għaddejjin iffinanzjati skont il-programm Orizzont 2020 ukoll ġew ivvalutati u pprovdew input għall-analiżi.

Din il-proposta tibbenefika wkoll mill-evidenza miġbura fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030, u mill-evidenza rilevanti kkompilata f’inizjattivi oħra tal-Patt Ekoloġiku. Bħal proposti oħra tal-pakkett ta’ politika “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, il-linja bażi għall-valutazzjoni tqis ix-Xenarju ta’ Referenza aġġornat tal-UE, il-projezzjoni tal-evoluzzjoni tas-sistemi nazzjonali tal-enerġija u tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont il-qafas tal-politika attwali li jinkludi l-impatti tal-COVID-19.

Valutazzjoni tal-impatt

L-analiżi fil-valutazzjoni tal-impatt ikkonfermat li l-qafas tal-EPBD huwa insuffiċjenti biex jinkisbu l-objettivi klimatiċi tal-2030. B’mod partikolari, ma hemm l-ebda miżura speċifika fis-seħħ biex tindirizza l-ostakli mhux ekonomiċi li jillimitaw ir-rinnovazzjoni enerġetika tal-bini.

L-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt ġie sottomess darbtejn lill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju tal-Kummissjoni. Wara l-ewwel opinjoni negattiva, il-Bord ħareġ opinjoni negattiva finali oħra 20 , li ssottolinjat il-ħtieġa ta’ gwida politika dwar jekk, u skont liema kondizzjonijiet, tkun tista’ tipproċedi aktar il-proposta tar-rieżami tal-EPBD. Il-Bord spjega li huwa żamm l-opinjoni negattiva tiegħu minħabba li l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt naqas milli (1) jidentifika biċ-ċar id-diskrepanza addizzjonali li jkollha titnaqqas bir-reviżjoni tal-EPBD fid-dawl tal-bqija tal-proposti “Lesti għall-mira ta’ 55 %”; (2) juri b’mod konvinċenti l-ħtieġa għal miżuri armonizzati fil-livell tal-UE minħabba l-eteroġeneità tas-settur tal-bini fl-Istati Membri; u (3) jikkjarifika b’mod suffiċjenti r-raġuni għall-għażla tad-diversi komponenti individwali tal-pakkett ippreferut ta’ għażliet ta’ politika.

Il-metodi ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea jagħtu s-setgħa lill-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva japprova l-kontinwazzjoni ta’ inizjattiva li kienet soġġetta għat-tieni opinjoni negattiva mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju.

Minħabba l-importanza politika ta’ din l-inizjattiva, ir-rwol tagħha fi ħdan il-pakkett ta’ proposti “Lesti għall-mira ta’ 55 %” ta’ Lulju 2021, l-urġenza li tittieħed azzjoni fil-qasam tar-rinnovazzjoni tal-bini u l-fatt li l-ħtieġa għall-iggwidar tal-politika espressa mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jistgħu jintlaħqu b’mod sodisfaċenti fil-proposta legali adattata, il-Kummissjoni, anke fid-dawl tal-qbil mill-Viċi President għar-Relazzjonijiet Interistituzzjonali u l-Prospettiva, qieset li kien opportun li tipproċedi bir-reviżjoni tal-EPBD.

Il-Kummissjoni tqis li s-sejba tal-Bord fir-rigward taċ-ċarezza insuffiċjenti dwar ir-rwol tal-EPBD fi ħdan il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” tirrifletti l-valutazzjoni tagħha dwar il-kwalità tal-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt aktar milli tħassib fundamentali dwar it-taħlita ta’ politiki ġenerali tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”. Huwa importanti li jiġi indikat ukoll li l-opinjonijiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju huma valutazzjoni tal-kwalità tal-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt u mhux valutazzjoni tal-proposti leġiżlattivi relatati. L-interazzjoni bejn il-miżuri regolatorji, il-mekkaniżmi tal-ipprezzar u l-miri ġiet spjegata fit-taqsimiet preċedenti ta’ dan il-memorandum ta’ spjegazzjoni. Dan jinkwadra r-reviżjoni proposta tal-EPBD bl-istess mod ta’ kif inkwadra l-proposti l-oħra kollha tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, li lkoll kienu appoġġati mir-rapporti tal-valutazzjoni tal-impatt individwali li ġew ivvalutati b’mod pożittiv mill-Bord.

Il-Kummissjoni qieset bir-reqqa l-fehma tal-Bord li l-abbozz tar-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ma pprovdiex biżżejjed evidenza soda li tappoġġa s-sett ta’ miżuri politiċi ppreferut, b’mod partikolari fir-rigward tal-grad tal-armonizzazzjoni tal-UE propost fih. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni ddevjat mill-għażla indikata fl-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt biex tintroduċi ssikkar b’mod gradwali u marbut mal-ħin tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (MEPS) fil-livell tal-UE, għal ċertu tip ta’ bini flimkien ma’ obbligu għall-Istati Membri biex jintroduċu MEPS nazzjonali għall-bini l-ieħor kollu. Issa, il-MEPS nazzjonali huma proposti bħala volontarji u d-differenzi fl-istokk tal-bini nazzjonali qed jitqiesu aħjar billi ngħatat aktar flessibbiltà lill-Istati Membri fit-tfassil tal-pjanijiet tagħhom biex jiksbu l-għan ta’ stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050.

Madankollu, l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-UE għall-bini bl-agħar rendiment inżammu biex jiġi żgurat sforz inizjali suffiċjenti minn kulħadd fir-rigward ta’ dak il-bini fejn jistgħu jinkisbu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza fl-enerġija, fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG u fil-kobenefiċċji soċjetali. L-Istati Membri huma liberi biex jistabbilixxu l-iskedi ta’ żmien speċifiċi għal dan il-bini biex jikseb klassijiet ogħla ta’ rendimenti fl-użu tal-enerġija sal-2040 u l-2050. Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu MEPS nazzjonali, dawn jenħtieġ li jitfasslu bil-ħsieb tal-pjan direzzjonali nazzjonali u l-miri nazzjonali għall-2030, l-2040 u l-2050 li l-Istati Membri se jistabbilixxu bħala parti mill-Pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom biex jiksbu l-objettiv ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni sal-2050.

B’mod kruċjali, il-bini bl-agħar rendiment kopert mill-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-UE huwa l-istess bini li fih huma meħtieġa sforzi aktar profondi ta’ rinnovazzjoni u li għalih, l-inċentivi pprovduti mill-prezzijiet tal-karbonju huma l-aktar probabbli li jkunu insuffiċjenti, minħabba l-fallimenti tas-suq mifruxa li jaffettwaw dan is-sottosettur fl-Istati Membri kollha. B’mod importanti, peress li s-settur residenzjali ta’ dak il-bini huwa l-istess wieħed li fih hemm tendenza li jgħixu l-unitajiet domestiċi l-aktar vulnerabbli, il-miżura proposta (u l-qafas finanzjarju ta’ sostenn tagħha) hija meqjusa kruċjali għal tranżizzjoni klimatika li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. Barra minn hekk, il-proposta tagħti skedi ta’ żmien itwal għall-bini residenzjali biex jintroduċi b’mod gradwali l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-UE u jikkonforma magħhom, meta mqabbel mal-bini li hu proprjetà tal-korpi pubbliċi u ma’ bini mhux residenzjali ieħor.

Barra minn dan ta’ hawn fuq, il-proposta ġiet immodifikata wkoll u b’hekk għamlet numru sinifikanti ta’ elementi fiċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija fakultattivi. Meta mqabbla mal-għażla ppreferuta fl-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt fejn il-biċċa l-kbira tal-miżuri kienu obbligatorji, din il-proposta tipprovdi aktar flessibbiltà lill-Istati Membri. Il-mekkaniżmi eżistenti wkoll ingħataw prijorità fuq il-ħolqien ta’ rekwiżiti ġodda, b’mod partikolari billi naqqsu r-rekwiżiti għall-Pjanijiet Nazzjonali għar-Rinnovazzjoni tal-Bini u billi integrawhom bis-sħiħ mal-NECPs.

Il-proposta li rriżultat tħalli marġni wiesa’ ta’ manuvrar għall-Istati Membri biex jadattaw il-politiki regolatorji u ta’ finanzjament tal-bini tagħhom għaċ-ċirkostanzi nazzjonali u lokali bil-għan li tintlaħaq ambizzjoni ġenerali komuni. Il-kontribuzzjoni tar-reviżjoni tal-EPBD għall-pakkett ġenerali “Lesti għall-mira ta’ 55 %” mhijiex imnaqqsa iżda r-responsabbiltà ewlenija għar-realizzazzjoni tagħha taqa’ aktar fuq l-Istati Membri minn kif kien oriġinarjament previst, b’rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà. L-Istati Membri huma mitluba jfasslu u jimplimentaw Pjanijiet Nazzjonali għar-Rinnovazzjoni tal-Bini ambizzjużi kif xieraq, li jqisu b’mod xieraq il-miri tal-ESR tagħhom u tal-limitu massimu propost fuq l-emissjonijiet mill-użu tal-fjuwils għat-tisħin fis-settur tal-bini. Il-Kummissjoni se tivvaluta l-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Rinnovazzjoni tal-Bini f’dan l-isfond.

Il-klawżola ta’ rieżami tagħmel referenza espliċita għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk il-miżuri relatati mal-bini tal-UE, inkluż l-ipprezzar tal-karbonju, humiex se jwasslu għal titjib suffiċjenti biex jitwassal stokk tal-bini dekarbonizzat bis-sħiħ u b’emissjonijiet żero sal-2050, jew jekk jeħtieġx li jiġu introdotti aktar miżuri vinkolanti fil-livell tal-Unjoni, bħal standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msaħħa madwar l-UE kollha, sa mhux aktar tard minn tmiem l-2027.

Aktar kummenti speċifiċi dwar is-sejbiet tal-Bord jistgħu jinstabu fl-Anness I tal-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja din il-proposta. Il-valutazzjoni tal-impatt tipprovdi analiżi tal-problema u tidentifika l-miżuri possibbli biex jiżdiedu r-rati u l-profondità tar-rinnovazzjoni, tiġi permessa d-dekarbonizzazzjoni tal-bini ġdid u eżistenti u tiżdied il-modernizzazzjoni tal-bini ffaċilitata permezz tad-diġitalizzazzjoni. Din tiġborhom f’erba’ għażliet ewlenin, li jirrappreżentaw żieda progressiva fil-livell ta’ ambizzjoni: ambizzjoni baxxa, moderata, għolja u ogħla. L-Għażla 3 hija identifikata fiha bħala dik preferuta. Wara s-sejbiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju dwar din tal-aħħar, il-proposta tal-EPBD ġiet riveduta u issa hija bbażata fuq taħlita tal-għażla 2 (b’ambizzjoni moderata) għall-bini eżistenti u l-għażla 3 (b’ambizzjoni għolja) għall-għodod ta’ informazzjoni u l-bini ġdid.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Objettiv ewlieni tar-reviżjoni tal-EPBD fl-2018 kien li jitnaqqas il-piż amministrattiv. Kien ġie stmat li meta meqjusa flimkien, il-miżuri tal-għażla ta’ politika ppreferuta jnaqqsu l-piż amministrattiv bi kważi EUR 100 miljun fis-sena 21 .

L-iskop ewlieni ta’ din ir-reviżjoni flimkien mal-aspetti relatati mal-bini tal-proposti l-oħra “Lesti għall-mira ta’ 55 %” huwa li tallinja lis-settur tal-bini mal-ambizzjonijiet klimatiċi msaħħa tal-Unjoni. Sabiex tiġi żgurata l-effettività, huma meħtieġa rekwiżiti ġodda u aġġornati. Dawk ir-rekwiżiti se jħallu l-akbar impatt fuq l-awtoritajiet amministrattivi fil-livell nazzjonali u lokali fl-Istati Membri, u sa ċertu punt, fuq is-sidien tal-bini, u se jiddependu l-aktar fuq il-proċeduri u l-istrutturi eżistenti li diġà qegħdin fis-seħħ. Huma għandhom il-livell it-tajjeb ta’ ambizzjoni — fuq naħa waħda li jilħqu l-miri tagħna tal-Patt Ekoloġiku u fl-istess ħin li jagħtu lin-negozji u lill-utenti finali ż-żmien biex jadattaw.

Kif indikat fil-valutazzjoni tal-impatt, id-diġitalizzazzjoni taċ-Ċertifikati tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija u d-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar l-iskambju tad-data u l-bażijiet tad-data xorta għandhom inaqqsu l-kostijiet amministrattivi u tal-konformità u jiffaċilitaw l-proċeduri amministrattivi marbuta mar-rinnovazzjonijiet tal-bini.

Drittijiet fundamentali

Il-Proposta hija konformi mal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali 22 tal-Unjoni Ewropea, li tirrikjedi li livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent u t-titjib fil-kwalità tal-ambjent għandhom jiġu integrati fil-politika tal-Unjoni u għandhom jiġu żgurati f’konformità mal-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli.

Hija mfassla biex tirrispetta d-dritt għall-proprjetà stabbilit fl-Artikolu 17 tal-Karta, u tibni fuq l-Artikolu 34 tal-Karta li “tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt għal [...] għajnuna għall-akkomodazzjoni sabiex tiżgura l-eżistenza dinjituża għal dawk kollha li huma neqsin minn riżorsi suffiċjenti, skont ir-regoli stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni u mil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali.”

4.    IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-UE. Hija temenda Direttiva eżistenti u tiddependi ħafna fuq l-istrutturi u r-regoli li diġà qegħdin fis-seħħ.

5.    ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Wara l-adozzjoni mill-koleġiżlaturi ta’ din id-Direttiva Riformulata, il-Kummissjoni se twettaq l-azzjonijiet li ġejjin biex tiffaċilita t-traspożizzjoni tagħha:

Se tabbozza tabella ta’ korrelazzjoni biex isservi bħala lista ta’ kontroll għat-traspożizzjoni kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni;

Se torganizza laqgħat mal-esperti tal-Istati Membri inkarigati mit-traspożizzjoni tal-partijiet differenti tad-Direttiva biex issir diskussjoni dwar kif iridu jiġu trasposti u biex jissolvew id-dubji, u dan fil-kuntest tal-Azzjoni Konċertata għall-EPBD (CA-EED) jew b’format ta’ kumitat;

Se tkun disponibbli għal laqgħat bilaterali u sejħiet mal-Istati Membri f’każ ta’ mistoqsijiet speċifiċi dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva;

Wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni komprensiva dwar jekk l-Istati Membri ttrasponewx id-Direttiva b’mod sħiħ u korrett.

Il-proposta tikkumplimenta r-Regolament dwar il-Governanza 23 , li jiżgura li jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ ppjanar, rapportar u monitoraġġ trasparenti u affidabbli, ibbażata fuq l-NECPs u r-rapporti dwar il-progress issimplifikati mill-Istati Membri. Mill-2023, l-Istati Membri jridu jirrapportaw fuq bażi biennali dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet u barra minn hekk, sat-30 ta’ Ġunju 2023 iridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-abbozzi tal-aġġornamenti tagħhom tal-pjanijiet, bl-aġġornamenti finali dovuti fit-30 ta’ Ġunju 2024. Is-sottomissjoni tal-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini se jsegwu ċ-ċikli tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima (NECP), għajr għall-ewwel pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

L-Artikolu 32(1) jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw il-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom flimkien ma’ tabella ta’ korrelazzjoni. Dan huwa f’konformità mas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja (il-kawża C-543/17), skont liema l-Istati Membri jridu jakkumpanjaw in-notifiki tagħhom tal-miżuri tat-traspożizzjoni nazzjonali b’informazzjoni ċara u preċiża biżżejjed li tindika liema dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali qed jittrasponu liema dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Dan irid jiġi pprovdut għal kull obbligu, mhux biss fil-“livell tal-artikolu”. Jekk l-Istati Membri jikkonformaw ma’ dan l-obbligu, fil-prinċipju ma jkollhomx bżonn jibagħtu dokumenti ta’ spjegazzjoni dwar it-traspożizzjoni lill-Kummissjoni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Id-Direttiva 2010/31/UE hija emendata kif ġej biex tallinja d-dispożizzjonijiet dwar il-bini ġdid u eżistenti, u dwar l-għodod ta’ informazzjoni, mal-Patt Ekoloġiku Ewropew, biex taġġorna l-kontenut tagħha fid-dawl tal-progress tekniku u tissimplifika l-istabbiliment tagħha u tiżgura mekkaniżmi ta’ finanzjament u ta’ infurzar imsaħħa:

Is-suġġett huwa emendat biex jissottolinja li l-proposta għal EPBD riformulata tistabbilixxi l-viżjoni biex jinkiseb stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050 u biex tiġi riflessa metrika tal-karbonju kumplimentari ġdida biex tidderieġi l-għażliet lejn is-soluzzjonijiet dekarbonizzati. Filwaqt li l-enfasi tal-proposta hija t-tnaqqis tal-emissjonijiet operattivi tal-gassijiet serra, ittieħdu l-ewwel passi biex jiġu indirizzati l-emissjonijiet tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini.

Definizzjoni ġdida ta’ bini b’emissjonijiet żero hija introdotta fl-Artikolu 2: bini b’rendiment għoli ħafna fl-użu tal-enerġija konformi mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, u fejn l-ammont ta’ enerġija baxx ħafna li għadu meħtieġ huwa kopert bis-sħiħ mill-enerġija mis-sorsi rinnovabbli fil-livell tal-bini jew tad-distrett jew tal-komunità fejn ikun teknikament fattibbli (b’mod partikolari dawk iġġenerati fuq il-post, minn komunità tal-enerġija rinnovabbli jew mill-enerġija rinnovabbli jew is-sħana mormija minn sistema ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali). Il-bini b’emissjonijiet żero isir l-istandard il-ġdid għall-bini ġdid, il-livell li għandu jinkiseb minn rinnovazzjoni profonda mill-2030 u l-viżjoni għall-istokk tal-bini fl-2050. L-Artikolu 2 jikkjarifika wkoll id-definizzjoni ta’ “bini b’użu ta’ kważi żero enerġija”, li jibqa’ l-istandard għall-bini ġdid sal-applikazzjoni tal-istandard ta’ bini b’emissjonijiet żero, u jsir il-livell li għandu jinkiseb permezz ta’ rinnovazzjoni profonda sal-2030. Dan jiddefinixxi mill-ġdid ir-“rinnovazzjoni profonda” bħala kriterju ta’ referenza għar-rinnovazzjoni tal-bini u r-“rinnovazzjoni profonda fi stadji” biex jiffaċilita t-twassil tagħha. L-Artikolu 2 jintroduċi definizzjoni tal-“istandards ta’ portafoll ipotekarju” bħala mekkaniżmu li jinċentiva lis-selliefa b’ipoteka biex itejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-portafoll ta’ bini tagħhom, u jħeġġeġ lill-klijenti potenzjali biex jagħmlu l-proprjetajiet tagħhom aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija.

L-Artikolu 3 dwar il-Pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini (preċedentement imsemmija strateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul) isir aktar operattiv. Il-qafas ta’ monitoraġġ huwa msaħħaħ bl-introduzzjoni ta’ valutazzjoni tal-abbozz tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini mill-Kummissjoni u l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet bħala parti mill-proċess tal-NECP. Sabiex tiġi ffaċilitata l-preżentazzjoni tal-informazzjoni u l-valutazzjoni tagħha mill-Kummissjoni u tittejjeb il-komparabbiltà tal-pjanijiet nazzjonali, huwa pprovdut mudell komuni bl-elementi obbligatorji u volontarji fl-Anness II. L-elementi obbligatorji li għandhom jiġu rrapportati jinkludu l-approċċi distrettwali u tal-viċinat, inkluż ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunità tal-enerġija taċ-ċittadini. Il-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini għandhom jiġu sottomessi bħala parti mill-NECPs u l-aġġornamenti tagħhom; b’mod eċċezzjonali, l-ewwel abbozz tal-pjan għandu jiġi sottomess sat-30 ta’ Ġunju 2024 biex jitqies iż-żmien għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-EPBD riveduta. Il-progress fil-kisba tal-miri nazzjonali u l-kontribuzzjoni tal-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini għall-miri nazzjonali u tal-Unjoni se jiġu rrapportati bħala parti mir-rapportar biennali skont ir-Regolament dwar il-Governanza.

L-Artikolu 4 (ex Artikolu 3) dwar il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija flimkien mal-Anness I ġie aġġornat biex jikkjarifika l-użu possibbli tal-użu tal-enerġija mmetrata biex jiġi kkalkulat ir-rendiment fl-użu tal-enerġija, u tiġi vverifikata l-korrettezza tal-użu tal-enerġija kkalkulat. L-Artikolu jispeċifika kif għandu jitqies l-użu tal-enerġija fuq il-post minn sorsi rinnovabbli, bħal fil-każ tal-punti tal-irriċarġjar, u għall-enerġija fornuta mill-komunitajiet tal-enerġija.

L-Artikolu 5 (ex Artikolu 4) dwar l-iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huwa emendat biex jadatta l-eżenzjoni totali preċedenti possibbli tal-bini protett għall-progress tekniku, li jippermetti t-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ dan il-bini mingħajr ma jibdel il-karattru tekniku u d-dehra tiegħu.

L-Artikolu 6 (ex Artikolu 5) dwar il-kalkolu tal-livelli kostottimali huwa allinjat mal-Patt Ekoloġiku, billi jispeċifika li l-kostijiet tal-kwoti tal-gassijiet serra kif ukoll l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija għandhom jitqiesu meta jiġu ddeterminati l-inqas kostijiet. Il-Kummissjoni se tirrevedi l-metodoloġija kostottimali sat-30 ta’ Ġunju 2026.

L-Artikolu 7 jgħaqqad id-dispożizzjonijiet kollha dwar il-bini ġdid:

(a)Dan jispeċifika li sa mill-2030, il-bini ġdid irid ikun bini b’emissjonijiet żero; mill-2027, il-bini pubbliku ġdid irid ikun b’emissjonijiet żero. Dawn ir-rekwiżiti speċifiċi għall-bini b’emissjonijiet żero huma stabbiliti fl-Anness III;

(b)Mill-2030, il-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini ġdid se jkollu jiġi kkalkulat f’konformità mal-qafas Level(s), u b’hekk jagħti informazzjoni dwar l-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-kostruzzjoni ġdida. L-emissjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu huma partikolarment rilevanti għall-bini kbir, u huwa għalhekk li l-obbligu li jiġu kkalkulati diġà se jkun japplika għall-bini kbir (bi spazju ta’ art utilizzabbli ta’ akbar minn 2000 metru kwadru) mill-2027.

(c)Għall-bini ġdid, l-Istati Membri għandhom jindirizzaw id-dimensjonijiet importanti li jmorru lil hinn mir-rendiment fl-użu tal-enerġija, jiġifieri l-kondizzjonijiet klimatiċi interni tajbin għas-saħħa, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati mal-attività siżmika intensa u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà. Għandhom jindirizzaw ukoll l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin tal-karbonju fil-bini jew fuqu.

L-Artikolu 8 – 10 u 15 dwar il-bini eżistenti u l-appoġġ finanzjarju jgħaqqdu:

(a)Id-dispożizzjonijiet attwali dwar ir-rinnovazzjoni maġġuri, li joffru l-opportunità li jiġu applikati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ (biex tiġi żgurata profondità tar-rinnovazzjoni minima), kif ukoll li jiġi indirizzat it-titjib strutturali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà, huma kkumplimentati bi standards minimi ġodda tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-livell tal-UE (li jiskattaw żieda fir-rati ta’ rinnovazzjoni) għall-bini pubbliku (jiġifieri l-bini u l-unitajiet ta’ bini li huma l-proprjetà ta’ korpi pubbliċi) u l-bini mhux residenzjali bl-agħar rendiment. Dawn jeħtieġu li l-bini bi klassi G tal-EPC jiġi rinnovat u mtejjeb għal mill-inqas il-klassi F tar-rendiment fl-użu tal-enerġija sa mhux aktar tard mill-2027 u għal mill-inqas il-klassi E tar-rendiment fl-użu tal-enerġija sa mhux aktar tard mill-2030, u l-bini residenzjali bl-agħar rendiment għal mill-inqas il-klassi F sal-2030 u għal mill-inqas il-klassi E sal-2033. L-enfasi fuq il-klassijiet bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini tiżgura li l-isforzi jiffokaw fuq il-bini bl-ogħla potenzjal għad-dekarbonizzazzjoni, it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi estiżi. L-Istati Membri għandhom ukoll, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, jistabbilixxu skedi ta’ żmien speċifiċi għall-kisba ta’ klassijiet ogħla ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija (għall-bini li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 9(1)) sal-2040 u l-2050, f’konformità mat-triq tagħhom għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero. Barra mill-istandards minimi ewlenin tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 9(1), l-Istati Membri għandhom l-għażla li jintroduċu standards minimi ewlenin tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jridu jappoġġaw il-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija b’qafas abilitanti li jinkludi l-appoġġ finanzjarju, b’mod partikolari mmirat lejn l-unitajiet domestiċi vulnerabbli u l-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku jew li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, l-assistenza tekniku u l-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ. Id-dispożizzjonijiet proposti jippermettu lill-Istati Membri jeskludu diversi kategoriji ta’ bini mill-obbligu li jkun konformi mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

(b)L-introduzzjoni ta’ passaporti ta’ rinnovazzjoni volontarji għas-sidien tal-bini li qed jippjanaw rinnovazzjoni fi stadji tal-bini tagħhom. L-Istati Membri se jkollhom jintroduċu skema ta’ passaporti ta’ rinnovazzjoni bbażati fuq il-qafas komuni li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni sa tmiem l-2024, sabiex iċ-ċittadini tagħhom jingħataw aċċess għall-użu ta’ din l-għodda.

(c)Dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom dwar it-tneħħija tal-ostakli u l-ostakli għar-rinnovazzjoni, u dwar il-mobilizzazzjoni tal-inċentivi finanzjarji b’punti uniċi ta’ servizz aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha tal-ekosistema tal-bini, sabiex jiġu indirizzati l-ostakli kollha għar-rinnovazzjoni tal-bini, u mhux biss il-kostijiet, u l-Istati Membri jippromwovu t-taħriġ xieraq. Inċentivi finanzjarji ogħla u miżuri ta’ appoġġ tekniku huma diretti lejn il-proġetti ta’ rinnovazzjoni profonda u lejn dawk li huma mmirati lejn numru mdaqqas ta’ bini u li jwasslu għall-iffrankar ġenerali tal-enerġija konsiderevoli. Fid-dawl tal-istess objettiv, minħabba li abbażi t-tul tal-ħajja standard, bojler li jkun inxtara f’nofs id-deċennju 2020, jista’ jkun għadu jintuża fl-2050, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jkunux permessi jissussidjaw il-bojlers li jaħdmu bil-fjuwils fossili mill-2027.

(d)Sabiex jiġi mħeġġeġ l-użu rapidu tas-sistemi ta’ tisħin b’emissjonijiet diretti żero, u biex jiġi evitat li l-investimenti f’ġenerazzjonijiet ġodda ta’ bojlers ibbażati fuq il-fjuwils fossili jsiru assi mhux rekuperabbli, il-bini b’emissjonijiet żero jenħtieġ li ma jiġġenerax emissjonijiet tal-karbonju fuq il-post u l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw fattur tal-enerġija primarja għall-elettriku allinjat mal-medja tal-UE 24 .

(e)Finalment, l-Istati Membri huma meħtieġa jiffukaw l-appoġġ finanzjarju tagħhom fuq it-tnaqqis tal-faqar enerġetiku u fuq l-appoġġ għall-akkomodazzjoni soċjali, u biex l-inkwilini jiġu protetti mil-livelli ta’ kera sproporzjonati wara rinnovazzjoni.

Bħala segwitu għall-opinjonijiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju, l-għażla miżmuma dwar l-Istandards Minimi tar-Rendiment fl-Użu tal-Enerġija ma tikkorrispondi direttament ma’ ebda waħda mill-erba’ għażliet analizzati fl-abbozz tal-valutazzjoni tal-impatt sottomessi lill-Bord. Il-proposta ġiet emendata bir-reqqa fid-dawl tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, b’kont meħud tad-differenzi fl-istokkijiet tal-bini fl-Istati Membri differenti u filwaqt li ngħatat il-flessibbiltà lill-Istati Membri fir-rigward ta’ kif jindirizzaw iċ-ċirkostanzi speċifiċi tagħhom u jiksbu t-titjib neċessarju tal-istokk tal-bini nazzjonali tagħhom. Din tpoġġi enfasi madwar l-UE kollha fuq il-15 % tal-bini bl-agħar rendiment fl-istokkijiet tal-bini nazzjonali korrispondenti sabiex jiġu mmassimizzati l-iffrankar tal-enerġija, il-kosteffettività u l-impatti tat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku kif ukoll il-kobenefiċċji soċjali u ekonomiċi aktar komprensivi assoċjati mal-kisba tal-objettivi klimatiċi u tal-enerġija tal-UE.

L-Artikolu 8 preċedenti jiġi ristrutturat. L-Artikolu 11 jiffoka fuq is-sistemi tekniċi tal-bini biss, u fih tiġi introdotta bażi ġuridika ċara għall-projbizzjonijiet nazzjonali tal-bojlers ibbażati fuq il-fjuwils fossili, li tippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-ġeneraturi tas-sħana abbażi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jew it-tip ta’ fjuwil użat. Diversi Stati Membri jqisu dawn il-miżuri bħala essenzjali biex jinkiseb stokk tal-bini dekarbonizzat u biex tittejjeb il-kwalità tal-arja u s-saħħa. Din id-dispożizzjoni tindirizza l-inċertezza legali attwali dwar jekk dawn il-projbizzjonijiet humiex permessi skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva dwar l-Ekodisinn u r-regoli tas-suq ħieles skont it-Trattati. B’rikonoxximent tal-importanza ta’ kwalità tajba tal-arja interna biex jiġi żgurat bini tajjeb għas-saħħa, l-installazzjoni tal-apparati ta’ kejl u kontroll għall-monitoraġġ u r-regolar tal-kwalità tal-arja interna hija meħtieġa fil-bini ġdid u, fejn ikun fattibbli, fil-bini eżistenti li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri.

L-Artikolu 12 dwar l-infrastruttura għall-mobilità sostenibbli huwa allinjat mal-ambizzjoni klimatika miżjuda, li ssaħħaħ ir-rekwiżiti attwali. Il-kablaġġ mgħoddi minn qabel isir in-norma għall-bini ġdid kollu u l-bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, u l-introduzzjoni tal-punti tal-irriċarġjar fil-bini ta’ uffiċċji ġodda u rinnovati hija msaħħa b’mod partikolari. Il-punti tal-irriċarġjar jeħtieġ li jippermettu l-iċċarġjar intelliġenti u l-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli għall-installazzjoni tal-punti tal-irriċarġjar fil-bini residenzjali, filwaqt li jiżguraw id-“dritt għall-ipplaggjar” f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-proposta għal Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi. Barra minn hekk, ġew introdotti spazji għall-parkeġġ tar-roti obbligatorji fil-bini ġdid u fil-bini li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri biex jitneħħew l-ostakli għaċ-ċikliżmu bħala element ċentrali tal-mobbiltà sostenibbli, mingħajr emissjonijiet.

L-Artikolu 13 isaħħaħ l-Indikatur tal-Potenzjal ta’ Intelliġenza għall-bini kbir, mhux residenzjali mill-2026. Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ servizzi ġodda relatati mal-bini, l-Artikolu 14 ġdid li hu speċifiku għad-data dwar il-bini jiżgura li s-sidien tal-bini, l-inkwilin u l-maniġer jew il-partijiet terzi jista’ jkollhom aċċess għad-data tas-sistemi tal-bini. Regoli ġodda dwar l-interoperabbiltà tad-data u l-aċċess għad-data għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni.

L-Artikoli 16 sa 19 itejbu d-dispożizzjonijiet diġà eżistenti dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-ħruġ u l-espożizzjoni tagħhom, u l-bażijiet tad-data tagħhom:

(a)Sabiex tiġi żgurata l-komparabbiltà fl-Unjoni, sal-2025, iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kollha jridu jkunu bbażati fuq skala armonizzata tal-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u jikkonformaw mal-mudell stabbilit fl-Anness V.

(b)Il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija se jiġu rriklassifikati bil-ħsieb tal-viżjoni komuni ta’ stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050, filwaqt li jitqiesu d-differenzi nazzjonali tal-istokkijiet tal-bini: l-ogħla klassi A tirrappreżenta bini b’emissjonijiet żero, filwaqt li l-aktar klassi baxxa G għandha tinkludi l-15 % tal-bini bl-agħar rendiment fl-istokk nazzjonali tal-bini. Ir-riklassifikazzjoni se tiżgura sforzi komparabbli fl-Istati Membri biex jikkonformaw mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija madwar l-Unjoni kollha skont l-Artikolu 9. L-indikatur fuq il-bażi ta’ liema bini għandu jiġi kklassifikat (l-użu tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y)) jibqa’ mhux mibdul, u huwa kkumplimentat minn indikatur dwar l-emissjonijiet operazzjonali ta’ gassijiet serra u l-enerġija rinnovabbli. L-indikaturi l-oħra jibqgħu volontarji għall-Istati Membri biex jagħżlu minnhom, filwaqt li joffru approċċ ta’ sett ta’ għodod li jista’ jiġi aġġustat għall-kondizzjonijiet nazzjonali.

(c)Il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-klassijiet aktar baxxi minn D sa G titnaqqas għal ħames snin sabiex jiġi żgurat li dawn jinkludu informazzjoni aġġornata li tgħin liċ-ċittadini jnaqqsu l-konsum tagħhom. Il-proċeduri ssimplifikati jridu jkunu disponibbli għall-aġġornamenti taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’ċerti każijiet sempliċi u ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jridu jinħarġu f’format diġitali. Ġew introdotti miżuri biex tiżdied l-affidabilità taċ-ċertifikati maħruġa (żjarat fuq il-post u kontroll tal-kwalità).

(d)Kopertura aħjar tal-istokk tal-bini bl-EPCs hija prekondizzjoni għat-titjib tiegħu, iżda fl-istess ħin l-Istati Membri jkollhom jiżguraw li huma affordabbli. L-obbligu li ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġġedded għall-bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, għall-bini li għalih jiġi estiż kuntratt tal-kiri u għall-bini pubbliku kollu. Il-bini jew l-unitajiet ta’ bini li jitpoġġew għall-bejgħ jew għall-kera jrid ikollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u l-klassi u l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tiġi ddikjarata fir-reklami kollha, filwaqt li tiżgura r-rilevanza tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-suq għall-bejgħ jew għall-kera. Il-bini kollu okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi u li l-pubbliku jżur ta’ spiss irid juri ċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tiegħu, irrispettivament mid-daqs tiegħu.

(e)L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu bażijiet tad-data nazzjonali għaċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, li jippermettu wkoll il-ġbir tad-data relatata mal-passaporti ta’ rinnovazzjoni tal-bini u l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza. L-informazzjoni mill-bażijiet tad-data nazzjonali għandha tiġi ttrasferita lejn l-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini, abbażi ta’ mudell li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni.

Id-dispożizzjonijiet attwali dwar l-ispezzjonijiet ġew miġbura flimkien u kkjarifikati biex l-implimentazzjoni tagħhom tiġi ffaċilitata, filwaqt li jinkludu s-sistemi ta’ ventilazzjoni bħala parti mill-miżuri tal-EPBD immirati lejn l-indirizzar tal-kwalità tal-arja interna. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità u l-affidabbiltà tar-rinnovazzjonijiet jew ta’ xogħlijiet ġodda ta’ kostruzzjoni, huwa previst li l-iskemi ta’ spezzjoni nazzjonali jew għodod alternattivi għandhom jiġu stabbiliti biex jivverifikaw li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ rinnovazzjoni mwassla jissodisfaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija mfassal u jtejbu s-sodisfazzjoni u l-fiduċja taċ-ċittadini. Bl-istess mod, il-fornituri ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni integrati jrid ikollhom aċċess għall-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew kwalifikazzjoni biex tiġi żgurata l-kwalità affidabbli ta’ dawk ix-xogħlijiet. Il-livell limitu għall-installazzjoni obbligatorja tas-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u ta’ kontroll jenħtieġ li jitbaxxa għall-bini mhux residenzjali mill-2030, u l-bini residenzjali ġdid u l-bini residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri jrid ikun mgħammar b’ċerti funzjonalitajiet ta’ monitoraġġ u kontroll biex itejbu u jottimizzaw il-ġestjoni u t-tħaddim tagħhom.

L-infurzar tal-politika tal-bini hija essenzjali biex jiġi żgurat li tagħmel progress reali fuq il-post. Is-sistemi ta’ kontroll indipendenti attwali ġew estiżi biex jinkludu l-passaporti ta’ rinnovazzjoni u l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza. Il-monitoraġġ u l-infurzar, inkluż permezz ta’ pieni, se jiffokaw b’mod partikolari fuq l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u fuq it-titjib tal-istokk tal-bini eżistenti.

Dispożizzjonijiet finali u l-klawżola ta’ rieżami: bil-ħsieb tar-rieżami tal-EPBD fl-2021 fil-kuntest tat-twettiq tal-Patt Ekoloġiku, id-data għar-rieżami li jmiss skont l-Artikolu 25 hija stabbilita sa mhux aktar tard minn tmiem l-2027. Il-klawżola ta’ rieżami tagħmel referenza espliċita għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk il-miżuri relatati mal-bini fil-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluż l-ipprezzar tal-karbonju, humiex se jġibu biżżejjed titjib biex jitwassal stokk tal-bini dekarbonizzat bis-sħiħ u b’emissjonijiet żero sal-2050, jew jekk jeħtieġx li jiġu introdotti aktar miżuri vinkolanti fil-livell tal-Unjoni bħal standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msaħħa. L-Artikolu 32 dwar it-traspożizzjoni jikkjarifika li l-Istati Membri għandhom jipprovdu tabella ta’ korrelazzjoni flimkien mal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom.

🡻 2010/31/UE

2021/0426 (COD)

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulata)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 25 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 26 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

🡻 2010/31/UE premessa 1 (adattat)

(1)Id-Direttiva 2002/91/KE  2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 27  tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini 28 ġiet emendata sostanzjalment  diversi drabi 29 . Billi għandhom isiru aktar emendi sostantivi, għandha  dik id-Direttiva jenħtieġ li tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

 ġdid

(2)Skont il-Ftehim ta’ Pariġi, adottat f’Diċembru 2015 skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Partijiet tiegħu qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jkomplu bl-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali. L-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi jinsab fil-qalba tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” tal-11 ta’ Diċembru 2019 30 . L-Unjoni impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha tal-Unjoni b’mill-inqas 55 % sal-2030 taħt il-livelli tal-1990 fil-kontribut aġġornat stabbilit fil-livell nazzjonali ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-17 ta’ Diċembru 2020.

(3)Kif imħabbar fil-Patt Ekoloġiku, il-Kummissjoni ppreżentat l-istrateġija tagħha tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni fl-14 ta’ Ottubru 2020 31 . L-istrateġija fiha pjan ta’ azzjoni b’miżuri regolatorji, ta’ finanzjament u ta’ abilitazzjoni konkreti, bl-objettiv li tal-inqas tiġi rduppjata r-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini sal-2030 u li jitrawmu rinnovazzjonijiet profondi. Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija hija meħtieġa bħala waħda mill-vetturi biex tinkiseb il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Se tikkontribwixxi wkoll għat-twettiq tal-inizjattiva Bauhaus Ewropew Ġdid u l-missjoni Ewropea dwar bliet newtrali għall-klima u intelliġenti.

(4)Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 32 , il-“Liġi Ewropea dwar il-Klima”, inaqqax il-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050 fil-leġiżlazzjoni u jistabbilixxi impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(5)Il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %” imħabbar fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni Ewropea għall-2021 għandu l-għan li jimplimenta dawk l-objettivi. Ikopri firxa ta’ oqsma ta’ politika li jinkludu l-effiċjenza enerġetika, l-enerġija rinnovabbli, l-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, it-tassazzjoni tal-enerġija, il-kondiviżjoni tal-isforzi, l-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet u l-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2010/31/UE hija parti integrali minn dak il-pakkett.

🡻 2010/31/UE premessa 2

L-użu effiċjenti, prudenti, razzjonali u sostenibbli tal-enerġija japplika inter alia għal prodotti taż-żejt, gass naturali u karburanti solidi, li huma sorsi essenzjali ta’ enerġija, iżda huma wkoll is-sorsi ewlenin ta’ ħruġ ta’ dijossidu tal-karbonju.

🡻 2010/31/UE premessa 3 (adattat)

ġdid

(6)Il-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum finali  totali tal-enerġija fl-Unjoni  u 36% tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha relatati mal-enerġija  . Is-settur qiegħed jespandi, u għalhekk x’aktarx jiżdied il-konsum tiegħu tal-enerġija. Għaldaqstant, it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija  , f’konformità mal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” kif stipulat fl-Artikolu 3 [EED riveduta] u ddefinit fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 33   u l-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini jikkostitwixxu miżuri importanti biex jitnaqqsu d-dipendenza fuq l-enerġija u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni. Flimkien ma’ użu akbar ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli, miżuri meħuda biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fl-Unjoni jippermettu lill-Unjoni tikkonforma mal-Protokoll ta’ Kjoto tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), u tonora kemm l-impenn tagħha għall-perijodu fit-tul li żżomm iż-żieda fit-temperatura dinjija taħt it-2 °C, kif ukoll l-impenn tagħha li, sal-2020, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inġenerali jitnaqqsu b’mill-inqas 20 % taħt il-livelli tal-1990, u bi 30 % fil-każ li jintlaħaq ftehim internazzjonali. Il-konsum imnaqqas tal-enerġija u użu akbar ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli għandhom ukoll sehem importanti  fit-tnaqqis tad-dipendenza enerġetika tal-Unjoni,  fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija,  u tal-iżviluppi teknoloġiċi, u fil-ħolqien ta’ opportunitajiet għall-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari  fil-gżejjer u fiż-żoni rurali.

 ġdid

(7)Il-bini huwa responsabbli għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra qabel, matul u wara l-ħajja operattiva tiegħu. Il-viżjoni tal-2050 għal stokk tal-bini dekarbonizzat tmur lil hinn mill-enfasi attwali fuq l-emissjonijiet operattivi ta’ gassijiet serra. Għalhekk, l-emissjonijiet kollha tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini jenħtieġ li jitqiesu progressivament, u għandna nibdew mill-bini ġdid. Il-bini huwa bank materjali sinifikanti, peress li huwa repożitorju tar-riżorsi għal għexieren ta’ snin, u l-għażliet tad-disinn jinfluwenzaw fil-biċċa l-kbira l-emissjonijiet kollha taċ-ċiklu tal-ħajja kemm għall-bini ġdid kif ukoll għar-rinnovazzjonijiet. Ir-rendiment taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini jenħtieġ li titqies mhux biss fil-kostruzzjoni l-ġdida, iżda wkoll fir-rinnovazzjonijiet permezz tal-inklużjoni ta’ politiki għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu fil-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini tal-Istati Membri.

(8)Il-minimizzazzjoni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini teħtieġ l-effiċjenza fir-riżorsi u ċ-ċirkolarità. Dan jista’ jiġi kkombinat ukoll mat-trasformazzjoni ta’ partijiet tal-istokk tal-bini f’bir tal-karbonju temporanju.

(9)Il-potenzjal ta’ tisħin globali matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu jindika l-kontribut ġenerali tal-bini għall-emissjonijiet li jwasslu għat-tibdil fil-klima. Dan jiġbor flimkien l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati fil-prodotti għall-bini b’emissjonijiet diretti u indiretti mill-istadju tal-użu. Rekwiżit biex jiġi kkalkulat il-potenzjal ta’ tisħin globali taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini ġdid għalhekk jikkostitwixxi l-ewwel pass lejn kunsiderazzjoni akbar tar-rendiment taċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-bini u ta’ ekonomija ċirkolari.

(10)Il-bini huwa responsabbli għal madwar nofs l-emissjonijiet tal-materja partikolata fina primarja (PM2.5) fl-UE li jikkawżaw mewt u mard qabel iż-żmien. It-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini jista’ u jenħtieġ li jnaqqas l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa fl-istess ħin, f’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 34 .

🡻 2010/31/UE premessa 4

L-amministrazzjoni tad-domanda għall-enerġija hija għodda importanti sabiex il-Komunità tkun tista’ tinfluwenza s-suq globali tal-enerġija u b’ hekk is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fuq tul ta’ żmien medju u twil.

🡻 2010/31/UE premessa 5 (adattat)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 saħaq dwar il-ħtieġa li titkabbar l-effiċjenza tal-enerġija fl-Unjoni sabiex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis b’20 % tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni sal-2020 u sejjaħ għal implimentazzjoni bir-reqqa u rapida tal-prijoritajiet stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Pjan ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza tal-Enerġija: it-Twettiq tal-Potenzjal”. Dak il-Pjan ta’ Azzjoni identifika l-potenzjal sinifikanti għal iffrankar tal-enerġija b’mod kost-effettiv fis-settur tal-bini. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-31 ta’ Jannar 2008, sejjaħ għat-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/91/KE. u appella f’diversi okkażjonijiet, l-aktar reċenti fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 dwar it-Tieni Reviżjoni Strateġika relatata mal-Enerġija, biex il-mira ta’ effiċjenza tal-enerġija ta’ 20 % fl-2020 issir vinkolanti. Barra minn hekk, id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 35 , tistabbilixxi miri li jorbtu fuq livell nazzjonali għat-tnaqqis tas-CO2 fir-rigward tal-użu effiċjenti tal-enerġija fis-settur tal-bini ser tkun kruċjali, u d-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli 36 tipprevedi l-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija li trid tintlaħaq għall-enerġija minn sorsi rinovabbli li jammontaw għal 20 % tal-konsum tal-enerġija totali tal-Unjoni sal-2020.

🡻 2010/31/UE premessa 6 (adattat)

Il-Kunsill Ewropew ta’ Marzu 2007 afferma mill-ġdid l-impenn tal-Unjoni għall-iżvilupp tal-enerġija minn sorsi rinovabbli fl-Unjoni kollha billi approva mira obbligatorja li sal-2020 20 % tal-enerġija tkun tiġi minn sorsi rinovabbli. Id-Direttiva 2009/28/KE tistabbilixxi qafas komuni għall-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinovabbli.

🡻 2010/31/UE premessa 7 (adattat)

Jeħtieġ li jiġu stabbiliti aktar azzjonijiet konkreti sabiex jinkiseb il-potenzjal enormi għall-iffrankar tal-enerġija fil-bini u jitnaqqsu d-differenzi kbar fir-riżultati tal-Istati Membri f’dan is-settur.

🡻 2010/31/UE premessa 8 (adattat)

ġdid

(11)Il-miżuri li jkomplu jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jqisu l-kundizzjonijiet klimatiċi , inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima,  u  il-kundizzjonijiet  lokali kif ukoll l-ambjent klimatiku intern u l-kosteffettività. Dawn  Dawk  il-miżuri jenħtieġ li ma jkunux jaffettwaw rekwiżiti oħra dwar bini bħall-aċċessibbiltà, is-sikurezza   fil-każ ta’ nirien u attività siżmika  u l-użu intiż għal dak il-bini.

🡻 2010/31/UE premessa 9

ġdid

(12)Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jkun ikkalkolat abbażi ta’ metodoloġija, li tista’ tvarja bejn il-livell nazzjonali u dak reġjonali. Dik tkun tinkludi, minbarra l-karatteristiċi termiċi, fatturi oħra li jaqdu rwol dejjem aktar importanti bħal installazzjonijiet tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata, l-applikazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli,  sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini, soluzzjonijiet intelliġenti,  elementi ta’ tisħin u tkessiħ passiv, dell, il-kwalità tal-arja interna, dawl naturali adegwat u d-disinn tal-bini. Il-metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tkun ibbażata mhux biss fuq l-istaġun li matulu jkunu meħtieġa t-tisħin  jew l-arja kkundizzjonata  , iżda jenħtieġ li jkopri r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija matul is-sena kollha. Dik il-metodoloġija jenħtieġ li tqis l-istandards Ewropej eżistenti.  Il-metodoloġija jenħtieġ li tiżgura r-rappreżentazzjoni tal-kundizzjonijiet operattivi reali u tippermetti l-użu ta’ enerġija mmetrata biex tiġi vverifikata l-korrettezza u għall-komparabbiltà, u l-metodoloġija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq perjodi ta’ ħin fis-siegħa jew ta’ porzjoni minn siegħa. Biex jitħeġġeġ l-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post, u flimkien mal-qafas ġenerali komuni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex il-benefiċċji tal-massimizzazzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fuq il-post, inkluż għal użi oħra (bħall-punti tal-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi), jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati fil-metodoloġija għall-kalkolu.

🡻 2010/31/UE premessa 10 (adattat)

ġdid

(13)Hija r-responsabbiltà unikament tal-IL-Istati Membri  jenħtieġ li  li jiffissaw rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini u tal-elementi tal-bini fl-użu tal-enerġija. Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ffissati bil-għan li jinkiseb bilanċ kostottimali bejn l-investimenti involuti u l-kostijiet tal-enerġija ffrankati tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu rekwiżiti minimi aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija mil-livelli kostottimali tal-effiċjenza fl-enerġija. Jenħtieġ li jkun hemm provvediment għall-possibilità li l-Istati Membri jwettqu rieżami regolari tar-rekwiżiti minimi tagħhom tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-dawl tal-progress tekniku.

🡻 2010/31/UE premessa 11

L-objettiv ta’ livelli ta’ effiċjenza kost-effettivi jew kost-ottimali fl-enerġija, jista’, f’ċerti ċirkustanzi fid-dawl ta’ differenzi klimatiċi, jiġġustifika l-iffissar mill-Istati Membri ta’ rekwiżiti kost-effettivi jew kost-ottimali għall-elementi tal-bini li fil-prattika jillimitaw l-installazzjoni ta’ prodotti tal-bini li jikkonformaw mal-istandards stabbiliti mill-leġislazzjoni tal-Unjoni, sakemm tali rekwiżiti ma jikkostitwux ostaklu mhux ġustifikabbli għas-suq.

 ġdid

(14)Żewġ terzi tal-enerġija użata għat-tisħin u t-tkessiħ tal-bini għadha qed tiġi mill-fjuwils fossili. Biex is-settur tal-bini jiġi dekarbonizzat, huwa ta’ importanza partikolari li jiġu eliminati gradwalment il-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jindikaw il-politiki u l-miżuri nazzjonali tagħhom biex jeliminaw gradwalment il-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ fil-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom, u jenħtieġ li ma jingħata l-ebda inċentiv finanzjarju għall-installazzjoni ta’ bojlers tal-fjuwils fossili permezz tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss mill-2027, għajr għal dawk magħżula għall-investiment, qabel l-2027, permezz tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni. Il-politiki u l-miżuri nazzjonali ta’ eliminazzjoni gradwali jenħtieġ li jkollhom l-appoġġ ta’ bażi legali ċara għall-projbizzjoni tal-ġeneraturi tas-sħana, abbażi tal-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra jew it-tip ta’ fjuwil użat.

🡻 2010/31/UE premessa 12

ġdid

(15)Ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal sistemi tekniċi użati fil-bini jenħtieġ li japplikaw għas-sistemi sħaħ, kif installati fil-bini, u mhux għar-rendiment ta’ komponenti awtonomi, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ regolamenti speċifiċi għall-prodott skont id-Direttiva 2009/125/KE. Waqt l-iffissar ta’ rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jużaw, fejn disponibbli u adattati, strumenti armonizzati, b’mod partikolari metodi ta’ ttestjar u kalkolu u klassijiet ta’ effiċjenza tal-enerġija żviluppati skont miżuri li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija 37 u Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar l-indikazzjoni permezz ta’ tikettar u permezz ta’ informazzjoni standard fuq il-prodott dwar il-konsum tal-enerġija u riżorsi oħra minn prodotti relatati mal-enerġija 38  r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 , bil-ħsieb li tiġi żgurata l-koerenza ma’ inizjattivi relatati u biex, sa fejn hu possibbli, tiġi minimizzata l-frammentazzjoni potenzjali tas-suq.

🡻 2010/31/UE premessa 13

(16)Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Għalhekk, it-terminu “inċentiv” użat f’din id-Direttiva jenħtieġ li ma jiġix interpretat li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

🡻 2010/31/UE premessa 14 (adattat)

ġdid

(17)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu ta’ livelli kostottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Reviżjoni ta’ dan il-qafas jenħtieġ li tippermetti l-kalkolu tar-rendiment tal-enerġija kif ukoll tal-emissjonijiet u jenħtieġ li tqis l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa, kif ukoll l-estensjoni tal-ETS u l-prezzijiet tal-karbonju.  L-Istati Membri jenħtieġ li jużaw dan  dak  il-qafas biex iqabblu r-riżultati mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jkunu adottaw. Jekk ikunu jeżistu diskrepanzi sinifikanti, jiġifieri li jaqbżu l-15 %, bejn il-livelli kostottimali kkalkolati tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġġustifikaw id-differenza jew jippjanaw passi adattati biex inaqqsu d-diskrepanza. Iċ-ċiklu stmat tal-ħajja ekonomika ta’ binja jew ta’ element ta’ binja jenħtieġ li jiġi determinat mill-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-prattiċi attwali u l-esperjenza fid-definizzjoni ta’ ċikli tipiċi tal-ħajja ekonomika. Ir-riżultati ta’ dan  dak  it-tqabbil u d-data użata biex jinkisbu dawn  dawk  ir-riżultati jenħtieġ li jiġu rrappurtati regolarment lill-Kummissjoni. Dawn  Dawk  ir-rapporti jenħtieġ li jippermettu lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fl-Istati Membri biex intlaħqu livelli kostottimali dwar ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2010/31/UE premessa 15

Il-bini għandu impatt fit-tul fuq il-konsum tal-enerġija. Minħabba ċ-ċiklu twil ta’ rinovazzjoni għal bini eżistenti, bini ġdid u bini eżistenti li huwa soġġett għal rinovazzjoni maġġuri, għandu għaldaqstant jissodisfa rekwiżiti minimi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija adattati għall-klima lokali. Ladarba l-applikazzjoni ta’ sistemi alternattivi ta’ provvista tal-enerġija ma tiġix ġeneralment mistħarrġa sal-potenzjal kollu tagħha, sistemi ta’ provvista ta’ enerġija alternattiva għandhom ikunu meqjusa għal bini ġdid, ikun xi jkun id-daqs tagħhom skont il-prinċipju li l-ewwel ikun żgurat li l-ħtiġijiet ta’ enerġija għat-tisħin u t-tkessiħ jitnaqqsu għal livelli kost-ottimali.

🡻 2010/31/UE premessa 16

(18)Rinnovament maġġuri f’bini eżistenti, ikun xi jkun id-daqs tiegħu, jipprovdi opportunità biex jittieħdu miżuri kosteffettivi li jtejbu r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Għal raġunijiet ta’ kosteffettività, jenħtieġ li jkun possibbli jiġu limitati r-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-aktar partijiet rinnovati rilevanti għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jagħżlu li jiddefinixxu “rinnovazzjoni maġġuri” f’termini ta’ persentaġġ tal-erja totali tal-uċuħ ta’ barra tal-bini jew f’termini tal-valur tal-bini. Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jiddefinixxi rinnovazzjoni maġġuri f’termini tal-valur tal-bini, jistgħu jintużaw valuri bħall-valur attwarjali, jew il-valur kurrenti bbażat fuq il-kost tar-rikostruzzjoni, mingħajr il-valur tal-art li fuqha jkun jinsab il-bini.

🡻 2010/31/UE premessa 17

Huma meħtieġa miżuri biex jiżdied l-għadd ta’ bini li mhux biss jissodisfa r-rekwiżiti minimi kurrenti tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, imma li huwa ukoll aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, biex b’hekk jitnaqqsu kemm il-konsum tal-enerġija kif ukoll l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u jirrapportaw regolarment tali pjanijiet lill-Kummissjoni.

 ġdid

(19)L-ambizzjoni msaħħa tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija teħtieġ viżjoni ġdida għall-bini: il-bini b’emissjonijiet żero, li d-domanda baxxa ħafna għall-enerġija tiegħu tkun koperta għalkollox minn enerġija minn sorsi rinnovabbli meta jkun teknikament fattibbli. Il-bini l-ġdid kollu jenħtieġ li jkun bini b’emissjonijiet żero, u l-bini eżistenti kollu jenħtieġ li jiġi ttrasformat f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050.

(20)Hemm bosta alternattivi differenti disponibbli li jkopru l-ħtiġijiet tal-enerġija ta’ binja effiċjenti b’enerġija minn sorsi rinnovabbli: sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fuq il-post bħall-enerġija solari, moduli fotovoltajċi solari, pompi tas-sħana u l-bijomassa, enerġija rinnovabbli pprovduta minn komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew minn komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini, u tisħin u tkessiħ distrettwali bbażati fuq sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jew sħana mormija.

(21)Id-dekarbonizzazzjoni meħtieġa tal-istokk tal-bini tal-Unjoni teħtieġ rinnovazzjoni tal-enerġija fuq skala kbira: kważi 75 % ta’ dak l-istokk tal-bini huwa ineffiċjenti skont l-istandards attwali tal-bini, u 85-95 % tal-bini tal-lum se jkun għadu eżistenti fl-2050. Madankollu, ir-rata annwali ponderata ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija hija persistentement baxxa, madwar 1 %. Bil-pass attwali, id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-bini teħtieġ sekli sħaħ. Għalhekk għan ewlieni ta’ din id-Direttiva hu l-iskattar u l-appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-bini, li jinkludi bidla lejn sistemi ta’ tisħin mingħajr emissjonijiet.

(22)L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma l-għodda regolatorja essenzjali biex tiskatta r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti fuq skala kbira, għax dawn jindirizzaw l-ostakli ewlenin għar-rinnovazzjoni bħal inċentivi opposti u strutturi ta’ sjieda konġunta, li ma jistgħux jingħelbu bl-inċentivi ekonomiċi. L-introduzzjoni ta’ standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li twassal għal eliminazzjoni gradwali tal-bini bl-agħar rendiment u għal titjib kontinwu fl-istokk tal-bini nazzjonali, u dan jikkontribwixxi għall-għan fit-tul ta’ stokk tal-bini dekarbonizzat sal-2050.

(23)L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li jiffukaw fuq ir-rinnovazzjoni tal-bini bl-ogħla potenzjal f’termini ta’ dekarbonizzazzjoni, tnaqqis tal-faqar enerġetiku, u benefiċċji soċjali u ekonomiċi estiżi, b’mod partikolari fuq il-bini bl-agħar rendiment, li jeħtieġ li jiġi rinnovat bħala prijorità.

(24)Fir-rigward tal-bqija tal-istokk tal-bini nazzjonali, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu jekk jixtiqux jintroduċu standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, imfassla fil-livell nazzjonali u adattati għall-kundizzjonijiet nazzjonali. Meta twettaq rieżami ta’ din id-Direttiva, l-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk hemmx bżonn jiġu introdotti aktar standards minimi vinkolanti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija biex jinkiseb stokk ta’ bini dekarbonizzat sal-2050.

(25)L-introduzzjoni ta’ standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn qafas ta’ abilitazzjoni li jinkludi assistenza teknika u miżuri finanzjarji. L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti fil-livell nazzjonali mhumiex “standards tal-Unjoni” skont it-tifsira tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, filwaqt li l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha jistgħu jitqiesu li jikkostitwixxu tali “standards tal-Unjoni”. F’konformità mar-regoli riveduti dwar l-għajnuna mill-Istat, l-Istati Membri jistgħu jagħtu għajnuna mill-Istat għar-rinnovazzjoni tal-bini biex jikkonformaw mal-istandards tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha, jiġifieri biex tinkiseb ċerta klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, sakemm dawk l-istandards għall-Unjoni kollha jsiru obbligatorji. Ladarba l-istandards ikunu obbligatorji, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu għajnuna mill-Istat għar-rinnovazzjoni tal-bini u tal-unitajiet tal-bini li jaqgħu taħt l-istandards tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha, diment li r-rinnovazzjoni tal-bini timmira għal standard ogħla mill-klassi minima speċifikata tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

(26)It-Tassonomija tal-UE tikklassifika l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli fl-ekonomija kollha, inkluż għas-settur tal-bini. Skont l-Att Delegat dwar it-Tassonomija tal-UE dwar il-Klima, ir-rinnovazzjoni tal-bini titqies bħala attività sostenibbli meta din tikseb iffrankar enerġetiku ta’ mill-inqas 30 %, tikkonforma mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal rinnovazzjoni maġġuri ta’ bini eżistenti, jew tikkonsisti f’miżuri individwali relatati mar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, bħall-installazzjoni, il-manutenzjoni jew it-tiswija ta’ tagħmir tal-effiċjenza enerġetika jew ta’ strumenti u apparat għall-kejl, ir-regolazzjoni u l-kontroll tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, meta tali miżuri individwali jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti. Ir-rinnovazzjoni tal-bini konformi mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-Unjoni kollha hija tipikament konformi mal-kriterji tat-Tassonomija tal-UE relatati mal-attivitajiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini.

(27)L-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-Unjoni kollha jenħtieġ li jkunu bbażati fuq klassijiet armonizzati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Bid-definizzjoni tal-klassi G, l-aktar kassi baxxa tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħala l-15 % bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali ta’ kull Stat Membru, l-armonizzazzjoni tal-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tiżgura sforzi simili mill-Istati Membri kollha; filwaqt li d-definizzjoni tal-klassi A, l-aqwa klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, tiżgura l-konverġenza tal-iskala armonizzata tal-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija lejn viżjoni komuni ta’ bini b’emissjonijiet żero.

(28)Ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u għall-elementi tal-bini eżistenti kienu diġà jinsabu fil-predeċessuri ta’ din id-Direttiva u jenħtieġ li jkomplu japplikaw. Filwaqt li l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li għadhom kif ġew introdotti jistabbilixxu livell minimu għar-rendiment minimu tal-enerġija tal-bini eżistenti u jiżguraw li sseħħ ir-rinnovazzjoni ta’ bini ineffiċjenti, ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u għall-elementi tal-bini eżistenti jiżguraw il-profondità meħtieġa tar-rinnovazzjoni meta sseħħ xi rinnovazzjoni.

(29)Biex jinkiseb stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u biex issir it-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, li jissostitwixxu l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul u jsiru għodda ta’ ppjanar ferm aktar b’saħħitha u kompletament operazzjonali għall-Istati Membri, b’enfasi aktar qawwija fuq il-finanzjament u l-iżgurar li ħaddiema b’ħiliet xierqa jkunu disponibbli biex iwettqu rinnovazzjonijiet tal-bini. Fil-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu l-miri nazzjonali tagħhom stess għar-rinnovazzjoni tal-bini. F’konformità mal-Artikolu 21(b)(7) tar-Regolament (UE) 2018/1999 u mal-kundizzjonijiet abilitanti stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 40 , l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-miżuri ta’ finanzjament, kif ukoll deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment u tar-riżorsi amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom.

(30)Il-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li jkunu bbażati fuq mudell armonizzat biex tiġi żgurata l-komparabbiltà tal-pjanijiet. Biex tiġi żgurata l-ambizzjoni meħtieġa, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

(31)Jenħtieġ li l-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini jkunu marbuta mill-qrib mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima skont ir-Regolament (UE) 2018/1999, u jenħtieġ li l-progress fil-kisba tal-miri nazzjonali u l-kontribut tal-pjanijiet ta’ rinnovazzjoni tal-bini għall-miri nazzjonali u tal-Unjoni jiġu rrapportati bħala parti mir-rappurtar biennali skont ir-Regolament (UE) 2018/1999. Meta titqies l-urġenza li tiżdied ir-rinnovazzjoni abbażi ta’ pjanijiet nazzjonali solidi, id-data għas-sottomissjoni tal-ewwel pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini jenħtieġ li tiġi stabbilita malajr kemm jista’ jkun.

(32)Ir-rinnovazzjoni fi stadji tista’ tkun soluzzjoni biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-kostijiet inizjali għaljin u d-diffikultajiet li jista’ jkollhom l-abitanti meta jagħmlu r-rinnovazzjonijiet f’daqqa. Madankollu, tali rinnovazzjoni fi stadji jeħtieġ li tiġi ppjanata bir-reqqa biex jiġi evitat li pass wieħed ta’ rinnovazzjoni jipprekludi l-passi sussegwenti meħtieġa. Il-passaporti ta’ rinnovazzjoni jipprovdu pjan direzzjonali ċar għal rinnovazzjoni fi stadji, u dan jgħin lis-sidien u lill-investituri jippjanaw iż-żmien opportun u l-ambitu għall-interventi. Għalhekk, il-passaporti ta’ rinnovazzjoni jenħtieġ li jkunu disponibbli bħala għodda volontarja għas-sidien tal-bini fl-Istati Membri kollha.

(33)Il-kunċett ta’ “rinnovazzjoni profonda” għadu ma ġiex definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Bil-ħsieb li tinkiseb il-viżjoni fit-tul għall-bini, ir-rinnovazzjoni profonda jenħtieġ li tiġi definita bħala rinnovazzjoni li tittrasforma l-bini f’bini b’emissjonijiet żero; bħala l-ewwel pass, bħala rinnovazzjoni li tittrasforma l-bini f’bini b’użu ta’ kważi żero enerġija. Din id-definizzjoni sservi l-iskop li żżid ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Rinnovazzjoni profonda għall-finijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija hija opportunità ewlenija biex jiġu indirizzati aspetti oħra bħall-kundizzjonijiet tal-għajxien tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli, iż-żieda fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza kontra r-riskji ta’ diżastri inkluż ir-reżiljenza siżmika, is-sikurezza kontra n-nirien, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltà.

(34)Biex titrawwem rinnovazzjoni profonda, li hija waħda mill-għanijiet tal-istrateġija tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu appoġġ finanzjarju u amministrattiv imsaħħaħ lir-rinnovazzjoni profonda.

(35)L-Istati Membri jenħtieġ li jappoġġaw titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini eżistenti li jikkontribwixxi biex jinkiseb ambjent intern tajjeb għas-saħħa, inkluż permezz tat-tneħħija ta’ asbestos u sustanzi oħra ta’ ħsara, il-prevenzjoni tat-tneħħija illegali ta’ sustanzi ta’ ħsara, u l-iffaċilitar tal-konformità ma’ atti leġiżlattivi eżistenti bħad-Direttivi 2009/148/KE 41 u (UE) 2016/2284 42 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(36)Il-vetturi elettriċi mistennija jkollhom rwol kruċjali fid-dekarbonizzazzjoni u l-effiċjenza tas-sistema tal-elettriku, jiġifieri permezz tal-forniment ta’ servizzi ta’ flessibbiltà, ibbilanċjar u ħażna, speċjalment permezz tal-aggregazzjoni. Dan il-potenzjal tal-vetturi elettriċi li jintegraw mas-sistema tal-elettriku u jikkontribwixxu għall-effiċjenza tas-sistema u għall-assorbiment ulterjuri tal-elettriku rinnovabbli jenħtieġ li jiġi sfruttat bis-sħiħ. L-iċċarġjar fir-rigward tal-bini huwa partikolarment importanti, peress li dan huwa fejn il-vetturi elettriċi jipparkjaw regolarment u għal perjodi twal ta’ żmien. L-iċċarġjar bil-mod huwa ekonomiku u l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar fi spazji privati tista’ tipprovdi ħażna tal-enerġija lill-binja relatata u integrazzjoni tas-servizzi ta’ ċċarġjar intelliġenti u tas-servizzi ta’ integrazzjoni tas-sistema b’mod ġenerali.

(37)Flimkien ma’ sehem akbar tal-produzzjoni rinnovabbli tal-elettriku, il-vetturi elettriċi jipproduċu inqas emissjonijiet tal-gassijiet serra. Il-vetturi elettriċi jikkostitwixxu komponent importanti tat-transizzjoni lejn enerġija nadifa bbażata fuq miżuri ta’ effiċjenza enerġetika, fjuwils alternattivi, enerġija rinnovabbli u soluzzjonijiet innovattivi għall-ġestjoni tal-flessibbiltà enerġetika. Il-kodiċijiet tal-bini jistgħu jintużaw b’mod effettiv biex jiġu introdotti rekwiżiti mmirati li jappoġġaw l-użu tal-infrastruttura tal-irriċarġjar fil-parkeġġi tal-bini residenzjali u dak mhux residenzjali. L-Istati Membri jenħtieġ li jneħħu l-ostakli bħal inċentivi opposti u kumplikazzjonijiet amministrattivi li jiltaqgħu magħhom is-sidien individwali meta jkunu qed jippruvaw jinstallaw punt tal-irriċarġjar fl-ispazju tal-parkeġġ tagħhom.

(38)Il-kablaġġ mgħoddi minn qabel jipprovdi l-kundizzjonijiet it-tajba għall-iskjerament rapidu tal-punti tal-irriċarġjar jekk u fejn ikunu meħtieġa. Infrastruttura faċilment disponibbli tnaqqas il-kostijiet tal-installazzjoni tal-punti tal-irriċarġjar għas-sidien individwali u tiżgura li l-utenti tal-vetturi elettriċi jkollhom aċċess għal punti tal-irriċarġjar. L-istabbiliment ta’ rekwiżiti għall-elettromobbiltà fil-livell tal-Unjoni dwar l-attrezzar minn qabel tal-ispazji tal-parkeġġ u l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar huwa mod effettiv biex fil-futur qrib jiġu promossi l-vetturi elettriċi filwaqt li jitħalla lok għal aktar żvilupp b’inqas kostijiet fuq terminu ta’ żmien medju sa twil. Meta jkun teknikament fattibbli, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw l-aċċessibbiltà tal-punti tal-irriċarġjar għall-persuni b’diżabbiltà.

(39)L-iċċarġjar intelliġenti u l-iċċarġjar bidirezzjonali jippermettu l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija tal-bini. Il-punti tal-irriċarġjar fejn il-vetturi elettriċi tipikament jiġu pparkjati għal perjodi ta’ ħin estiżi, bħal fejn in-nies jipparkjaw għal raġunijiet ta’ residenza jew ta’ impjieg, huma rilevanti ħafna għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, u għalhekk iridu jiġu żgurati funzjonalitajiet ta’ ċċarġjar intelliġenti. Meta l-iċċarġjar bidirezzjonali jkun jassisti aktar penetrazzjoni tal-elettriku rinnovabbli mill-flotot tal-vetturi elettriċi fit-trasport u fis-sistema tal-elettriku b’mod ġenerali, tali funzjonalità jenħtieġ li tkun disponibbli wkoll.

(40)Il-promozzjoni tal-mobbiltà ekoloġika hija parti ewlenija tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-bini jista’ jkollu rwol importanti fil-provvista tal-infrastruttura meħtieġa, mhux biss għall-irriċarġjar tal-vetturi elettriċi iżda wkoll għar-roti. It-tranżizzjoni lejn il-mobbiltà ratba bħaċ-ċikliżmu tista’ tnaqqas b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport. Kif stabbilit fil-Pjan dwar il-Mira Klimatika għall-2030, iż-żieda fl-ishma modali ta’ trasport privat u pubbliku nadif u effiċjenti, bħaċ-ċikliżmu, se tnaqqas drastikament it-tniġġis mit-trasport u ġġib benefiċċji kbar għaċ-ċittadini u l-komunitajiet individwali. In-nuqqas ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti huwa ostaklu ewlieni għall-użu taċ-ċikliżmu, kemm fil-bini residenzjali kif ukoll fil-bini mhux residenzjali. Il-kodiċijiet tal-bini jistgħu jappoġġaw b’mod effettiv it-tranżizzjoni lejn mobbiltà aktar nadifa billi jistabbilixxu rekwiżiti għal għadd minimu ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti.

(41)L-aġendi tas-Suq Uniku Diġitali u tal-Unjoni tal-Enerġija jenħtieġ li jkunu allinjati u jenħtieġ li jservu għanijiet komuni. Id-diġitalizzazzjoni tas-sistema tal-enerġija qed tbiddel malajr ix-xenarju tal-enerġija, mill-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli sal-grilji intelliġenti u l-bini lest għat-teknoloġiji intelliġenti. Biex is-settur tal-bini jkun diġitalizzat, il-miri ta’ konnettività tal-Unjoni u l-ambizzjonijiet għall-użu ta’ networks tal-komunikazzjoni b’kapaċità għolja huma importanti biex ikollna djar intelliġenti u komunitajiet konnessi tajjeb. Jenħtieġ li jiġu pprovduti inċentivi mmirati biex ikunu promossi sistemi lesti għat-teknoloġiji intelliġenti u soluzzjonijiet diġitali fl-ambjent mibni. Dan joffri opportunitajiet ġodda għal iffrankar enerġetiku, billi l-konsumaturi jingħataw informazzjoni aktar preċiża dwar ix-xejriet tal-konsum tagħhom, u billi l-operatur tas-sistema jkun jista’ jimmaniġġa l-grilja b’mod aktar effettiv.

(42)Biex jiġi ffaċilitat suq kompetittiv u innovattiv għas-servizzi tal-bini intelliġenti li jikkontribwixxi għall-użu effiċjenti tal-enerġija u għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-bini u jiġu appoġġati l-investimenti fir-rinnovazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw aċċess dirett għad-data tas-sistemi tal-bini mill-partijiet interessati. Biex jiġu evitati kostijiet amministrattivi eċċessivi għall-partijiet terzi, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi u tal-iskambju tad-data fl-Unjoni.

(43)L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ li jintuża biex titkejjel il-kapaċità tal-bini li juża t-teknoloġiji ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi elettroniċi biex jadatta l-operat tal-bini għall-ħtiġijiet tal-okkupanti u l-grilja u biex itejjeb l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tal-bini fl-użu tal-enerġija. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza jenħtieġ li jqajjem għarfien fost is-sidien u l-okkupanti tal-bini dwar il-valur tal-awtomatizzazzjoni tal-bini u tal-monitoraġġ elettroniku tas-sistemi tekniċi tal-bini u jenħtieġ li jagħti fiduċja lill-okkupanti fl-iffrankar reali ta’ dawk il-funzjonalitajiet imtejba ġodda. L-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza huwa partikolarment ta’ benefiċċju għall-bini kbir b’domanda qawwija għall-enerġija. Għall-binjiet l-oħra, l-iskema għall-valutazzjoni tal-istat tat-tħejjija għat-teknoloġiji intelliġenti tal-bini jenħtieġ li tkun fakultattiva għall-Istati Membri.

🡻 2010/31/UE premessa 18 (adattat)

ġdid

(44) L-aċċess għal finanzjament suffiċjenti huwa kruċjali biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-2030 u tal-2050.  Qed jiġu  Ġew stabbiliti jew adattati Strumenti finanzjarji tal-Unjoni u miżuri oħra bil-għan  li jappoġġaw ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija  jkunu stimulati miżuri relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. L-aktar inizjattivi riċenti biex tiżdied id-disponibbiltà tal-finanzjament fil-livell tal-Unjoni jinkludu, fost l-oħrajn, il-komponent ewlieni “Rinnovazzjoni” tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita bir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 u l-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE).../.... Hemm diversi programmi ewlenin oħra tal-UE li jistgħu jappoġġaw ir-rinnovazzjoni tal-enerġija permezz tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, inkluż il-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-Fond InvestEU stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 44 . Permezz ta’ Programmi Qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni, l-Unjoni tinvesti f’għotjiet jew self biex timbotta l-aqwa teknoloġija u ttejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inkluż permezz ta’ sħubijiet mal-industrija u mal-Istati Membri bħat-Tranżizzjoni lejn Enerġija Nadifa u s-Sħubijiet Ewropej Built4People. Tali strumenti finanzjarji fil-livell tal-Unjoni jinkludu, inter alia, ir-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 45 , emendat biex ikunu possibbli aktar investimenti għall-użu effiċjenti tal-enerġija fl-akkomodazzjoni; is-sħubija pubbliku-privat dwar inizjattiva “Bini Ewropew Effiċjenti fl-Użu tal-Enerġija” biex ikunu promossi teknoloġiji favur l-ambjent u l-iżvilupp ta’ sistemi u materjali effiċjenti fl-użu tal-enerġija f’bini ġdid u rinovat; l-inizjattiva KE-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) “Inizjattiva tal-UE għall-Finanzjament ta’ Enerġija Rinovabbli” li għandha l-għan li tippermetti, inter alia, investimenti għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-“Fond Marguerite” mmexxi mill-BEI: il-Fond Ewropew għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura 2020; id-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE tal-5 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud 46 ; l-istrument tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni Jeremie (Riżorsi Ewropej Konġunti għall-Intrapriżi minn Mikro sa Daqs Medju); il-Faċilità ta’ Finanzjament għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija; il-Programm ta’ Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, inkluż il-Programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa II, iffokat speċifikament fuq it-tneħħija tal-ostakli għas-suq relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija minn sorsi rinovabbli permezz, pereżempju, tal-faċilità ta’ assistenza teknika ELENA (Assistenza Ewropea għall-Enerġija Lokali); il-Patt tas-Sindki; il-Programm ta’ Intraprenditorija u Innovazzjoni; il-Programm ta’ Appoġġ għall-Politika tal-ICT 2010, u s-Seba’ Programm Qafas dwar ir-Riċerka. Il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp jipprovdi ukoll finanzjament bil-għan li jkunu stimulati miżuri relatati mal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija.

🡻 2010/31/UE premessa 19

ġdid

(45)L-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jintużaw biex jingħata effett prattiku lill-objettivi ta’ din id-Direttiva, iżda mingħajr ma jiġu sostitwiti l-miżuri nazzjonali. B’mod partikolari,   minħabba l-iskala tal-isforz ta’ rinnovazzjoni meħtieġ, dawn jenħtieġ li jintużaw biex ikunu pprovduti mezzi adattati u innovattivi ta’ finanzjament biex jiġi katalizzat l-investiment  fir-rendiment tal-bini  f’miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Dawn jista’ jkollhom rwol importanti fl-iżvilupp ta’ fondi, strumenti, jew mekkaniżmi nazzjonali, reġjonali u lokali għall-effiċjenza enerġetika, li joħolqu dawn il-possibbiltajiet ta’ finanzjament lis-sidien tal-proprjetajiet privati, lill-intrapriżi żgħar u medji u lill-kumpaniji li joffru servizzi ta’ effiċjenza enerġetika.

 ġdid

(46)Il-mekkaniżmi finanzjarji, l-inċentivi u l-mobilizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għal rinnovazzjonijiet tal-enerġija fil-bini jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini u jiġu promossi b’mod attiv mill-Istati Membri. Tali miżuri jenħtieġ li jinkludu l-inkoraġġiment ta’ ipoteki tal-effiċjenza enerġetika għal rinnovazzjonijiet ta’ bini ċċertifikati effiċjenti fl-użu tal-enerġija, il-promozzjoni ta’ investimenti biex l-awtoritajiet pubbliċi jkunu fi stokk ta’ bini effiċjenti fl-enerġija, pereżempju bi sħubijiet pubbliċi privati jew kuntratti ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija jew bi tnaqqis tar-riskju perċepit tal-investimenti.

(47)Il-finanzjament waħdu mhux se jissodisfa l-ħtiġijiet tar-rinnovazzjoni. Minbarra l-finanzjament, hu indispensabbli li jinħolqu għodod ta’ konsulenza aċċessibbli u trasparenti u strumenti ta’ assistenza bħal punti uniċi ta’ servizz li jipprovdu servizzi integrati ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija jew faċilitaturi, u li jiġu implimentati miżuri u inizjattivi oħra bħal dawk imsemmija fl-Inizjattiva tal-Kummissjoni dwar Finanzjament Intelliġenti għal Bini Intelliġenti, biex jinkiseb il-qafas it-tajjeb ta’ abilitazzjoni u jitneħħew l-ostakli għar-rinnovazzjoni.

(48)Il-bini ineffiċjenti ħafna drabi huwa marbut mal-faqar enerġetiku u mal-problemi soċjali. L-unitajiet domestiċi vulnerabbli huma partikolarment esposti għal żieda fil-prezzijiet tal-enerġija għax jonfqu proporzjon akbar tal-baġit tagħhom fuq il-prodotti tal-enerġija. Bi tnaqqis fil-kontijiet eżaġerati tal-enerġija, ir-rinnovazzjoni tal-bini tista’ terfa’ lin-nies mill-faqar enerġetiku u tipprevenih ukoll. Fl-istess ħin, ir-rinnovazzjoni tal-bini ma ssirx b’xejn, u huwa essenzjali li jiġi żgurat kontroll tal-impatt soċjali tal-kostijiet għar-rinnovazzjoni tal-bini, b’mod partikolari fuq l-unitajiet domestiċi vulnerabbli. Jenħtieġ li l-mewġa ta’ rinnovazzjoni ma tħalli lil ħadd lura u tissarraf f’opportunità li ttejjeb is-sitwazzjoni tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli, u jenħtieġ li tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika. Għalhekk, l-inċentivi finanzjarji u miżuri oħra ta’ politika jenħtieġ li, bħala prijorità, ikunu mmirati lejn l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, u l-Istati Membri jenħtieġ li jieħdu miżuri biex jipprevjenu l-evizzjonijiet minħabba r-rinnovazzjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-iżgurar ta’ tranżizzjoni ġusta lejn in-newtralità klimatika tipprovdi qafas komuni u fehim kondiviż tal-politiki u l-investimenti komprensivi meħtieġa biex jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta.

🡻 2010/31/UE premessa 20

Sabiex jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni adegwata, l-Istati Membri għandhom ifasslu listi ta’ miżuri eżistenti u proposti, inkluż dawk ta’ natura finanzjarja, minbarra dawk meħtieġa minn din id-Direttiva, li jippromwovu l-objettivi ta’ din id-Direttiva. Il-miżuri eżistenti u proposti elenkati mill-Istati Membri jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-ostakli legali eżistenti u dawk għas-suq u li jħeġġu l-investimenti u/jew attivitajiet oħra biex jiżdied ir-rendiment tal-bini ġdid u eżistenti fl-użu tal-enerġija, biex b’hekk jikkontribwixxu sabiex potenzjalment titnaqqas l-iskarsezza tal-enerġija. Tali miżuri jistgħu jinkludu, iżda m’għandhomx ikunu limitati għal, assistenza u konsulenza teknika mingħajr ħlas jew sussidjati, sussidji diretti, skemi ta’ self sussidjat jew self b’rati ta’ interessi baxxi, skemi ta’ għotjiet u skemi ta’ granazija ta’ self. L-awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet oħra li jipprovdu dawk il-miżuri ta’ natura finanzjarja jistgħu jorbtu l-applikazzjoni ta’ tali miżuri mar-rendiment fl-użu tal-enerġija indikata u r-rakkomandazzjonijiet miċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2010/31/UE premessa 21

Sabiex jiġi limitat il-piż tar-rapportar tal-Istati Membri, għandu jkun possibbli li jiġu integrati r-rapporti meħtieġa minn din id-Direttiva fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija msemmija fl-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2006 dwar effiċjenza fl-użu finali tal-enerġija u dwar servizzi ta’ enerġija 47 . Is-settur pubbliku f’kull Stat Membru għandu jkun minn ta’ quddiem fil-qasam tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u għalhekk il-pjanijiet nazzjonali għandhom jistabbilixxu miri aktar ambizzjużi għall-bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi.

🡻 2010/31/UE premessa 22 (adattat)

ġdid

(49)Biex jiġi żgurat li r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jkun jista’ jitqies minn xerrejja jew inkwilini prospettivi kmieni fil-proċess, il-bini jew l-unitajiet tal-bini li jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri jenħtieġ li jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u l-klassi u l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li jiġu ddikjarati fir-reklamar kollu.  Ix-xerrej u  jew  l-inkwilin prospettiv ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini jenħtieġ li, fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jingħataw informazzjoni korretta dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u pariri prattiċi dwar it-titjib ta’ tali rendiment. Kampanji ta’ informazzjoni jistgħu jservu biex iħeġġu ulterjorment lill-proprjetarji u l-inkwilini biex itejbu r-rendiment tal-bini jew l-unità tal-bini tagħhom fl-użu tal-enerġija. Il-proprjetarji u l-inkwilini ta’ bini kummerċjali għandhom ukoll ikunu mħeġġa jiskambjaw informazzjoni dwar il-konsum reali ta’ enerġija sabiex ikun żgurat li tkun disponibbli d-data kollha biex jittieħdu deċiżjonijiet informati dwar it-titjib neċessarju. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ ukoll li jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt attwali tat-tisħin u tat-tkessiħ fuq il-ħtiġijiet tal-enerġija tal-bini, dwar il-konsum tal-enerġija primarja tiegħu , dwar il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli tiegħu u dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi tiegħu tad-dijossidu tal-karbonju.

 ġdid

(50)Il-monitoraġġ tal-istokk tal-bini huwa ffaċilitat bid-disponibbiltà ta’ data miġbura minn għodod diġitali, u b’hekk jitnaqqsu l-kostijiet amministrattivi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti bażijiet ta’ data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, u l-informazzjoni li tkun tinsab fihom jenħtieġ li tiġi trasferita lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini tal-UE.

🡻 2010/31/UE premessa 23

L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu ta’ eżempju u għandhom jagħmlu ħilithom kollha biex jimplimentaw r-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. Fil-pjanijiet nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkludu miżuri biex jappoġġaw lill-awtoritajiet pubbliċi biex jadottaw kmieni titjib fl-użu effiċjenti tal-enerġija u biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija malli dan ikun fattibbli.

🡻 2010/31/UE premessa 24 (adattat)

ġdid

(51)Bini okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u bini li spiss jintuża mill-pubbliku jenħtieġ li jkunu ta’ eżempju billi juru li qed jitqiesu konsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ enerġija u għaldaqstant dan il-bini jenħtieġ li jkun soġġett għal ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fuq bażi regolari. Id-disseminazzjoni tal-informazzjoni lill-pubbliku dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jenħtieġ li titjieb billi dawn  dawk  iċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija jintwerew b’mod ċar u, b’mod partikolari fil-bini ta’ ċertu daqs li jkun okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi jew li jintuża ta’ spiss mill-pubbliku bħas- swali muniċipali, l-iskejjel,  il-ħwienet u il-kumplessi tal-ħwienet, is-supermarkets, ir-ristoranti, it-teatri, il-banek u l-lukandi.

🡻 2010/31/UE premessa 25 (adattat)

(52)Fl-aħħar snin żdiedu s-sistemi tal-arja kkondizzjonata fil-pajjiżi Ewropej. Dan  Dak  jikkawża problemi konsiderevoli fl-aktar ħinijiet intensivi, li jżidu l-kost tal-elettriku u jfixklu l-bilanċ tal-enerġija. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-istrateġiji li jtejbu r-rendiment termiku tal-bini fis-sajf. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ssir enfasi fuq miżuri li jevitaw it-tisħin żejjed tal-bini, bħal ħolqien ta’ dellijiet u kapaċità termali suffiċjenti fil-kostruzzjoni tal-bini, u jenħtieġ li jiġu żviluppati u applikati aktar tekniki ta’ tkessiħ passiv, primarjament dawk li jtejbu l-kundizzjonijiet klimatiċi interni u l-mikroklima madwar il-bini.

🡻 2010/31/UE premessa 26

ġdid

(53)Il-manutenzjoni u l-ispezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin  , tal-ventilazzjoni  u tal-arja kkondizzjonata minn persuni kkwalifikati jikkontribwixxu biex jibqgħu aġġustati sew skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott u b’hekk jiġi żgurat ir-rendiment ottimali minn perspettiva ambjentali, ta’ sikurezza u tal-użu tal-enerġija. Jenħtieġ li ssir valutazzjoni indipendenti tas-sistema kollha tat-tisħin  , tal-ventilazzjoni  u tal-arja kkondizzjonata f’intervalli regolari tul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sistema, b’mod partikolari qabel ma tiġi sostitwita jew aġġornata. Biex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv fuq is-sidien jew l-inkwilini tal-bini, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex kemm jista’ jkun jikkombinaw l-ispezzjonijiet u ċ-ċertifikazzjonijiet.

🡻 2010/31/UE premessa 27 (adattat)

ġdid

(54)Approċċ komuni għaċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija , il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u għal l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u l-arja kkondizzjonata, magħmula minn esperti kkwalifikati u/ jew  iċċertifikati  akkreditati, li l-indipendenza tagħhom trid tkun żgurata abbażi ta’ kriterji objettivi, se jikkontribwixxi għal livell ekwu fejn jidħlu l-isforzi fl-Istati Membri għall-iffrankar enerġetiku fil-qasam tal-bini u se jintroduċi trasparenza għas-sidien u l-utenti prospettivi fejn jidħol ir-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-suq tal-proprjetà fl-Unjoni. Biex tkun żgurata l-kwalità taċ-ċertifikati tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija , tal-passaporti tar-rinnovazzjoni, tal-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza u tal-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata madwar l-Unjoni, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta’ kontroll indipendenti f’kull Stat Membru.

🡻 2010/31/UE premessa 28

(55)Peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess ta’ din id-Direttiva, dawn jenħtieġ li jiġu kkonsultati u involuti, skont kif u meta jkun meħtieġ f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, dwar kwistjonijiet ta’ ppjanar, l-iżvilupp ta’ programmi li jipprovdu informazzjoni, taħriġ u sensibilizzazzjoni, u dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Tali konsultazzjonijiet jistgħu jservu wkoll biex ikun promoss l-għoti ta’ gwida adegwata lill-pjanifikaturi u lill-ispetturi tal-bini lokali biex iwettqu l-kompiti neċessarji. Barra minn hekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jippermettu u jħeġġu lill-periti u lill-pjanifikaturi biex jikkunsidraw sew kif se jikkombinaw bl-aħjar mod it-titjib fl-effiċjenza enerġetika l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu tat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali waqt l-ippjanar, id-disinjar, il-bini u r-rinnovazzjoni taż-żoni industrijali jew residenzjali.

🡻 2010/31/UE premessa 29

(56)L-installaturi u l-bennejja huma kritiċi biex tirnexxli l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Għaldaqstant, permezz ta’ taħriġ u miżuri oħra, jenħtieġ li jkun hemm numru adegwat ta’ installaturi u bennejja li jkollhom il-livell adattat ta’ kompetenza fl-installazzjoni u fl-integrazzjoni tat-teknoloġija tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli meħtieġa.

🡻 2010/31/UE premessa 30

L-Istati Membri għandhom jieħdu kont tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali 48 fir-rigward tar-rikonoxximent reċiproku ta’ esperti professjonali li huma indirizzati minn din id-Direttiva, u l-Kummissjoni għandha tkompli bl-attivitajiet tagħha taħt il-Programm Enerġija Intelliġenti-Ewropa fir-rigward ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet għal standards għat-taħriġ ta’ tali esperti professjonali.

🡻 2010/31/UE premessa 31 (adattat)

Sabiex tiġi msaħħa t-trasparenza tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-settur tal-proprjeta’ mhux residenzjali fl-Unjoni, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għal skema għaċ-ċertifikazzjoni volontarja komuni tar-rendiment ta’ bini mhux residenzjali fl-użu tal-enerġija. Skont l-Artikolu 291 TFUE, regoli u prinċipji ġenerali li jikkonċernaw mekkaniżmi għal kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni għandhom jiġu stabbiliti minn qabel permezz ta’ Regolament adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja. Sa meta ssir l-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament il-ġdid, għandha tkompli tapplika d-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni 49 , ħlief għal proċedura regolatorja bi skrutinju, li mhijiex applikabbli.

🡻 2010/31/UE premessa 32 (adattat)

ġdid

(57) Biex tkompli timmira għat-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati b’mod konformi mal-Artikolu 290 TFEU fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku ta’ ċerti partijiet tal-qafas ġenerali stabbilit fl-Anness I, u fir-rigward tal-iffissar ta’ qafas metodoloġiku għall-kalkolu ta’ livelli kostottimali ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija  , fir-rigward tal-adattament tal-limiti għall-binjiet b’emissjonijiet żero u l-metodoloġija għall-kalkolu tal-Potenzjal ta’ Tisħin Globali taċ-ċiklu tal-ħajja, fir-rigward tal-istabbiliment ta’ qafas Ewropew komuni għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, u fir-rigward ta’ skema tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-istat tat-tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, ukoll fil-livell ta’ esperti,  u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 50 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ekwa fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati  .

 ġdid

(58)Biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, il-Kummissjoni tappoġġa lill-Istati Membri permezz ta’ diversi għodod, bħall-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 51 li jipprovdi għarfien espert tekniku mfassal apposta biex jitfasslu u jiġu implimentati riformi, inkluż dawk immirati biex tiżdied ir-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija tal-bini residenzjali u mhux residenzjali sal-2030 u biex jitrawmu rinnovazzjonijiet profondi tal-enerġija. L-appoġġ tekniku jirrigwarda, pereżempju, it-tisħiħ tal-kapaċità amministrattiva, l-appoġġ għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika, u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki rilevanti.

🡻 2010/31/UE premessa 33 (adattat)

ġdid

(59)Ladarba l-għan  l-objettivi  ta’ din id-Direttiva, jiġifieri t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini , ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-kumplessità tas-settur tal-bini u n-nuqqas ta’ ħila tas-swieq nazzjonali tal-proprjetà li jindirizzaw b’mod xieraq l-isfidi tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, u  iżda  jista’ minflok , minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità stabbiliti fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipjui tal-proporzjonalità, kif stabbiliti f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan  jintlaħqu dawk l-objettivi  .

 ġdid

(60)Il-bażi ġuridika ta’ din l-inizjattiva hija l-Artikolu 194(2) tat-TFUE, li jagħti s-setgħa lill-Unjoni biex tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fir-rigward tal-politika dwar l-enerġija. Il-proposta tikkontribwixxi għall-objettivi tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni kif deskritt fl-Artikolu 194(1) TFUE, b’mod partikolari t-titjib tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tiegħu, li jikkontribwixxi għall-preservazzjoni u t-titjib tal-ambjent.

🡻 2010/31/UE premessa 36 (adattat)

ġdid

(61)F’konformità mal-punt 4434 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-tTfassil aAħjar tal-lLiġijiet 52 , l-Istati Membri huma mħeġġa  jenħtieġ li jfasslu, għalihom stess u fl-interess tal-Unjoni, it-tabelli tagħhom stess, li kemm jista’ jkun juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u jagħmluhom pubbliċi, F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li man-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom, f’każijiet ġustifikati, iżidu dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet ekwivalenti tal-istrumenti nazzjonali ta’ traspożizzjoni. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur jidhirlu li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata, b’mod partikolari wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża l-Kummissjoni vs il-Belġju (Kawża C-543/17).

🡻 2010/31/UE premessa 34 (adattat)

(62)L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw bidla  emenda  sostantiva meta mqabbla mad-Direttiva  ta’ qabel  2002/91/KE. L-obbligu ta’ traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula joħroġ minn dik mid-Direttiva  ta’ qabel .

🡻 2010/31/UE premessa 35 (adattat)

(63)Din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri marbuta mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u  d-dati tal-applikazzjoni   l-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE.  tad-Direttivi stipulati fl-AnnessVIII, il-Parti B. 

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Suġġett

1.    Din id-Direttiva tippromwovi t-titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija  u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini  fi ħdan l-Unjoni, bil-ħsieb li jinkiseb stokk tal-bini b’emissjonijiet żero sal-2050 filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet klimatiċi esterni u l-kundizzjonijiet lokali, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-klima interna u l-kosteffettività.

2.    Din id-Direttiva tispeċifika rekwiżiti dwar:

(a)il-qafas ġenerali komuni għall-metodoloġija tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini u tal-unitajiet tal-bini fl-użu integrat tal-enerġija;

(b)l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini ġdid u tal-unitajiet tal-bini ġdid fl-użu tal-enerġija;

(c)l-applikazzjoni tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’:

(i)il-bini eżistenti,  u l-unitajiet tal-bini u elementi tal-bini li huma soġġetti għal rinnovazzjoni maġġuri,

(ii)l-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involukru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu rinnovati jew sostitwiti; u

(iii)is-sistemi tekniċi tal-bini kull darba li dawn jiġu installati, sostitwiti jew aġġornati;

 ġdid

(d)l-applikazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti u l-unitajiet tal-bini eżistenti;

(e)il-passaporti tar-rinnovazzjoni;

(f)il-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini;

(g)l-infrastruttura tal-mobbiltà sostenibbli fil-bini u maġenb il-bini; u

(h)il-bini intelliġenti;

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

(d)pjanijiet nazzjonali għal żieda fl-għadd ta’ bini b’użu ta’ enerġija ta’ kważi żero;

(ie)iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-użu tal-enerġija fil-bini jew fl-unitajiet tal-bini;

(jf)spezzjoni regolari tas-sistemi tat-tisħin  , tal-ventilazzjoni  u tal-arja kkondizzjonata fil-bini; u

(kg)sistemi tal-kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija , il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi għall-potenzjal intelliġenti u rapporti ta’ spezzjonijiet.

3.    Ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva huma rekwiżiti minimi u ma għandhomx jipprevjenu lil xi Stat Membru milli jżomm jew jintroduċi miżuri aktar stretti. Dawn il-miżuri għandhom ikunu kompatibbli mat-TFUE  mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandhom jiġu notifikati lill-Kummissjoni.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.“bini” tfisser kostruzzjoni msaqqfa u bil-ħitan, li fiha tintuża l-enerġija biex tikkondizzjona l-klima interna;

 ġdid

2.“bini b’emissjonijiet żero” tfisser bini b’rendiment għoli ħafna fl-użu tal-enerġija, kif determinat f’konformità mal-Anness I, fejn l-ammont baxx ħafna ta’ enerġija li jkun għadu meħtieġ ikun kopert għalkollox b’enerġija minn sorsi rinnovabbli ġġenerata fuq il-post, minn komunità tal-enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata] jew minn sistema tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali, skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness III;

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

32.“bini b’użu ta’ kważi żero enerġija” tfisser bini li għandu   b’rendiment tajjeb ħafna fl-użu tal-enerġija kif determinat skont l-Anness I  , li ma jistax jitbaxxa iktar mil-livell kostottimali tal-2023 rrappurtat mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 6(2) u fejn  .iIl-kważi żero enerġija jew l-ammont baxx ħafna ta’ enerġija meħtieġa għandha tiġi  jkunu koperti ħafna minnhom minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli, inkluż minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli ġġenerata fuq il-post jew fil-qrib;

 ġdid

4.“standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija” tfisser regoli li jirrikjedu li l-bini eżistenti jkun jissodisfa rekwiżit ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija bħala parti minn pjan ta’ rinnovazzjoni wiesa’ għal stokk ta’ bini jew f’xi punt ta’ skattar fis-suq (bejgħ jew kiri), f’perjodu ta’ żmien jew sa data speċifika, u b’hekk tiskatta r-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti;

5.“korpi pubbliċi” tfisser “awtoritajiet kontraenti” kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 ;

🡻 2018/844 Art. 1.1(a)

 ġdid

63.“sistema teknika użata fil-bini” tfisser tagħmir tekniku għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-ventilazzjoni, għall-ilma sħun domestiku, għad-dawl integrat, għall-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini, għall-ġenerazzjoni u l-ħżin tal-enerġija rinnovaabbli  tal-elettriku fuq il-post, jew għal taħlita tagħhom, inkluż dawk is-sistemi li jużaw enerġija minn sorsi rinnovabbli, ta’ binja jew ta’ unità ta’ bini;

🡻 2018/844 Art. 1.1(b)

73a.“sistema tal-awtomatizzazzjoni u l-kontroll tal-bini” tfisser sistema li tinkludi l-prodotti, is-software u s-servizzi ta’ inġinerija kollha li jistgħu jappoġġaw it-tħaddim effiċjenti fl-użu tal-enerġija, ekonomiku u sikur tas-sistemi tekniċi tal-bini permezz ta’ kontrolli awtomatiċi u permezz tal-iffaċilitar tal-ġestjoni manwali ta’ dawk is-sistemi tekniċi użati fil-bini;

🡻 2010/31/UE (adattat)

84.“rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija ta’ binja” tfisser l-ammont ta’ enerġija kkalkolata jew immetrata imkejjla meħtieġa biex tilħaq id-domanda tal-enerġija assoċjata mal-użu tipiku tal-binja, li jista’ jinkludi fost l-oħrajn l-enerġija użata għat-tisħin, għat-tkessih, għall-ventilazzjoni, għall-misħun u għat-tidwil;

95.“enerġija primarja” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli jew mhux rinnovabbli li ma għaddiet mill-ebda proċess ta’ konverżjoni jew trasformazzjoni;

 ġdid

10.“fattur tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli” tfisser enerġija primarja mhux rinnovabbli għal vettur tal-enerġija partikolari, inkluż l-enerġija fornuta u l-ispejjeż ġenerali tal-enerġija kkalkulati għat-twassil lejn il-punti tal-użu, diviżi bl-enerġija fornuta;

11.“fattur tal-enerġija primarja rinnovabbli” tfisser enerġija primarja rinnovabbli minn sors tal-enerġija fuq il-post, fil-qrib jew imbiegħed li tiġi kkonsenjata permezz ta’ vettur tal-enerġija partikolari, inkluż l-enerġija fornuta u l-ispejjeż ġenerali tal-enerġija kkalkulati għat-twassil lejn il-punti tal-użu, diviżi bl-enerġija fornuta;

12.“fattur totali tal-enerġija primarja” tfisser it-total ponderat tal-fatturi tal-enerġija primarja rinnovabbli u mhux rinnovabbli għal vettur tal-enerġija partikolari;

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

136.“enerġija minn sorsi rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli, jiġifieri l-enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, b’ mod partikolari enerġija mir-riħ, mix-xemx  (solari termali u solari fotovoltajka)  , dik aerotermika,  u   enerġija ġeotermika, idrotermika enerġija tal-ambjent, enerġija tal-marea, tal-mewġ u enerġija oċeanika oħra , idroenerġija, bijomassa, gass mil-landfills, gass minn impjanti għat-trattament tad-dranaġġ, u bijogassijiet;

147.“involukru tal-bini” tfisser l-elementi integrati tal-bini li jifirdu l-intern tiegħu mill-ambjent estern;

158.“unità ta’ bini” tfisser taqsima, sular jew appartament f’bini li hi ddisinjata jew mibdula biex tkun tista’ tintuża separatament;

169.“element tal-bini” tfisser sistema teknika użata fil-bini jew element tal-involukru tal-bini;

 ġdid

17.“abitazzjoni” tfisser kamra jew sett ta’ kmamar f’bini permanenti jew f’parti strutturalment separata ta’ bini li hija ddisinjata għall-abitazzjoni minn unità domestika privata waħda matul is-sena kollha;

18.“passaport tar-rinnovazzjoni” tfisser dokument li jipprovdi pjan direzzjonali mfassal apposta għar-rinnovazzjoni ta’ binja speċifika f’diversi stadji li se jtejjeb b’mod sinifikanti r-rendiment fl-użu tal-enerġija tagħha;

19.“rinnovazzjoni profonda” tfisser rinnovazzjoni li tittrasforma binja jew unità ta’ bini

(a)qabel l-1 ta’ Jannar 2030, f’binja b’użu ta’ kważi żero enerġija;

(b)mill-1 ta’ Jannar 2030, f’binja b’emissjonijiet żero;

20.“rinnovazzjoni profonda fi stadji” tfisser rinnovazzjoni profonda mwettqa f’diversi stadji, skont il-passi stabbiliti f’passaport tar-rinnovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 10;

🡻 2010/31/UE (adattata)

2110.“rinnovazzjoni maġġuri” tfisser rinnovazzjoni ta’ binja meta:

(a)il-kost totali għar-rinovazzjoni marbuta mal-involukru tal-bini jew is-sistemi tekniċi użati fil-bini tkun ogħla minn 25 % tal-valur tal-bini, eskluż il-valur tal-art li fuqha qiegħed il-bini; jew

(b)aktar minn 25 % tal-erja tal-uċuħ tal-involukru tal-bini tkun rinnovata.

   L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw il-possibbiltà (a) jew (b);

 ġdid

22.“emissjonijiet operattivi tal-gassijiet serra” tfisser l-emissjonijiet tal-gassijiet serra assoċjati mal-konsum tal-enerġija tas-sistemi tekniċi tal-bini matul l-użu u t-tħaddim tal-bini;

23.“emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu” tfisser l-emissjonijiet ikkombinati ta’ gassijiet serra assoċjati mal-bini fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, mill-“benniena” (l-estrazzjoni tal-materja prima li tintuża fil-kostruzzjoni tal-bini) matul il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-materjal, u l-istadju tat-tħaddim tal-bini, sal-”qabar” (id-dekostruzzjoni tal-bini u l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ, irkupru ieħor u r-rimi tal-materjali tiegħu);

24.“Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja” tfisser indikatur li jikkwantifika l-kontribuzzjonijiet potenzjali ta’ tisħin globali ta’ bini tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tiegħu;

25.“inċentivi opposti” tfisser inċentivi maqsuma kif definiti fl-Artikolu 2(52) ta’ [EED riformulata];

26.“faqar enerġetiku” tfisser faqar enerġetiku kif definit fl-Artikolu 2(49) ta’ [EED riformulata];

27.“unitajiet domestiċi vulnerabbli” tfisser unitajiet domestiċi f’faqar enerġetiku jew unitajiet domestiċi, inklużi dawk b’introjtu medju baxx, li huma partikolarment esposti għal kostijiet għoljin tal-enerġija u li ma għandhomx il-mezzi biex jirrinnovaw il-bini li jokkupaw;

🡻 2010/31/UE (adattat)

2811.“standard Ewropew” tfisser standard adottat mill-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni, il-Kumitat Ewropew dwar l-Istandardizzazzjoni Elettroteknika jew l-Istitut Ewropew dwar l-Istandards tat-Telekomunikazzjoni, u magħmul disponibbli għall-użu pubbliku;

2912.“ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija” tfisser ċertifikat rikonoxxut minn Stat Membru jew minn persuna ġuridika magħżula minnu, li jindika r-rendiment ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini fl-użu tal-enerġija, kkalkolata skont metodoloġija adottata skont l-Artikolu 43;

3013.“koġenerazzjoni” tfisser il-ġenerazzjoni simultanja fi proċess wieħed ta’ enerġija termika u enerġija elettrika u/jew mekkanika;

3114.“livell kostottimali” tfisser il-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li jwassal għall-anqas spiża tul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika tal-bini, fejn:

(a)l-anqas spejjeż jiġu ddeterminati billi jittieħed kont: 

 ġdid

i) tal-kategorija u l-użu tal-bini kkonċernat:

🡻 2010/31/UE

 ġdid

ii) tal-ispejjeż relatati mal-investiment fuq l-enerġija abbażi tat-tbassir uffiċjali  ;,

iii) tal-ispejjeż tal-manutenzjoni u tal-operat , (inklużi l-ispejjeż u l-iffrankar tal-enerġija  b’kont meħud tal-kost tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra; 

 ġdid

iv) tal-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija;

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

v) il-kategorija tal-bini kkonċernat, tal-qligħ mill-enerġija prodotta)  fuq il-post  , fejn applikabbli;,

vi) u spejjeż tar-rimi  tal-ispejjeż tal-ġestjoni tal-iskart costs, fejn applikabbli; u

(b)iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika għandu jiġi ddeterminat minn kull Stat Membru. Dan  u jirreferi għall-bqija taċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika ta’ bini fejn ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jkunu stabbiliti għall-bini kollu, jew għaċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika mistenni ta’ element tal-bini fejn ir-rekwiżiti tar-rendiment fl-użu tal-enerġija huma stabbiliti għall-elementi tal-bini.

Il-livell kostottimali għandu jkun fil-firxa ta’ livelli li joħorġu mir-rendiment meta l-analiżi tal-kostbenefiċċju kkalkolat matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika jirriżulta pożittiv;

 ġdid

32.“punt tal-irriċarġjar” tfisser punt tal-irriċarġjar kif definit fl-Artikolu 2(41) ta’ [AFIR];

33.“sistema iżolata mikro” tfisser kwalunkwe sistema b’konsum ta’ anqas minn 500 GWh fis-sena 2022, fejn ma jkun hemm l-ebda konnessjoni ma’ sistemi oħra;

34.“iċċarġjar intelliġenti” tfisser iċċarġjar intelliġenti kif definit fl-Artikolu 2(14 l) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];

35.“iċċarġjar bidirezzjonali” tfisser iċċarġjar bidirezzjonali kif definit fl-Artikolu 2(14n) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];

36.“standards tal-portafoll ipotekarju” tfisser mekkaniżmi li jinċentivaw lis-selliefa ipotekarji biex iżidu r-rendiment enerġetiku medjan tal-portafoll ta’ bini kopert mill-ipoteki tagħhom u biex jinkoraġġixxu lill-klijenti potenzjali biex jagħmlu l-proprjetà tagħhom aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija skont l-ambizzjoni ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Unjoni u l-miri tal-enerġija rilevanti fil-qasam tal-konsum tal-enerġija fil-bini, abbażi tad-definizzjoni ta’ attivitajiet ekonomiċi sostenibbli fit-Tassonomija tal-UE;

37.“reġistru diġitali tal-bini” tfisser repożitorju komuni għad-data rilevanti kollha dwar il-bini, inkluża data relatata mar-rendiment fl-użu tal-enerġija bħaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, il-passaporti ta’ rinnovazzjoni u l-indikaturi tal-potenzjal ta’ intelliġenza, li jiffaċilita t-teħid ta’ deċiżjonijiet infurmati u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni, fost is-sidien u l-okkupanti tal-bini, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-awtoritajiet pubbliċi;

🡻 2010/31/UE

3815.“sistema ta’ arja kkondizzjonata” tfisser numru ta’ komponenti magħqudin li jkunu meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta’ trattament tal-arja interna, li permezz tagħhom it-temperatura hija kkontrollata jew tista’ titbaxxa;

🡻 2018/844 Art. 1.1(c)

ġdid

3915 a.“sistema tat-tisħin” tfisser taħlita tal-komponenti meħtieġa biex tkun ipprovduta forma ta’ trattament tal-arja interna, li permezz tagħha tiżdied it-temperatura;

4015b.‘ġeneratur tas-sħana’ tfisser il-parti ta’ sistema tat-tisħin li tiġġenera sħana utli għall-użi identifikati fl-Anness I, bl-użu ta’ wieħed jew aktar mill-proċessi li ġejjin:

(a)il-kombustjoni ta’ fjuwils, pereżempju, f’bojler;

(b)l-effett Joule, li jseħħ fl-elementi tat-tisħin ta’ sistema tat-tisħin b’reżistenza elettrika;

(c)il-ġbir ta’ sħana mill-arja ambjentali, mill-arja tal-egżost tal-ventilazzjoni, jew mill-ilma jew minn sors ta’ sħana ta’ taħt l-art bl-użu ta’ pompa tas-sħana;

4115c.“kuntratt għar-rendiment tal-enerġija” tfisser kuntratt għar-rendiment tal-enerġija kif definit fil-punt (27)  fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) …/… [id-Direttiva dwar l-Effiċjenza tal-Enerġija riformolata]tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 ;

🡻 2010/31/UE

4216.“bojler” tfisser il-qafas tal-bojler ikkumbinat mal-unità tal-ħruq li ġew iddisinjati biex flimkien jittrażmettu s-sħana li tinħoloq bil-ħruq u tiġi trażmessa fil-fluwidi;

4317.“saħħa effettiva” tfisser l-ogħla saħħa kalorifika, espress f’ kW speċifikata u ggarantita mill-manifattur bħala dik li toħroġ waqt tħaddim kontinwu b’konformita’ mal-effiċjenza utilizzabbli indikata mill-manifattur;

18.“pompa tas-sħana” tfisser magna, apparat jew installazzjoni li tittrasferixxi s-sħana minn ambjenti naturali bħall-arja, l-ilma jew l-art għal ġewwa l-bini jew applikazzjonijiet industrijali billi jreġġgħu lura l-fluss naturali tas-sħana b’mod li timxi minn temperatura aktar baxxa għal waħda aktar għolja. Għall-pompi tas-sħana riversibbli, jistgħu wkoll imexxu s-sħana mill-bini għall-ambjent naturali tal-madwar;

4419.“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta’ enerġija termika f’forma ta’ fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sors ta’ produzzjoni ċentrali permezz ta’ network lill-bini jew siti multipli, għall-użu ta’ tisħin jew tkessiħ ta’ spazju jew proċess;

 ġdid

45.“erja utli tal-art” tfisser l-erja tal-art ta’ bini meħtieġa bħala parametru biex jiġu kkwantifikati l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu li huma espressi għal kull unità tal-erja tal-art u għall-applikazzjoni tas-simplifikazzjonijiet u r-regoli tat-tqassim f’żoni u tar-riallokazzjoni;

46.“erja tal-art ta’ referenza” tfisser l-erja tal-art użata bħala daqs ta’ referenza għall-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini, ikkalkulata bħala s-somma tal-erjas utli tal-art tal-ispazji fl-involukru tal-bini speċifikat għall-valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

47.“konfini tal-valutazzjoni” tfisser il-konfini fejn titkejjel jew tiġi kkalkulata l-enerġija kkonsenjata u esportata;

48.“fuq il-post” tfisser il-proprjetà u l-art li fuqha jinsab il-bini u l-bini nnifsu;

49.“enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta fil-qrib” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta f’perimetru fil-livell lokali jew distrettwali tal-bini vvalutat, li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)tista’ titqassam u tintuża biss f’dak il-perimetru fil-livell lokali u distrettwali permezz ta’ netwerk ta’ distribuzzjoni ddedikat;

(b)tippermetti l-kalkolu ta’ fattur speċifiku tal-enerġija primarja validu biss għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli prodotta f’dak il-perimetru fil-livell lokali jew distrettwali; u

(c) tista’ tintuża fuq il-post tal-bini vvalutat permezz ta’ konnessjoni ddedikata mas-sors tal-produzzjoni tal-enerġija, u l-konnessjoni ddedikata tirrikjedi tagħmir speċifiku għall-provvista sikura u l-metraġġ tal-enerġija għall-użu proprju tal-bini vvalutat;

50.“servizzi tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (EPB)” tfisser is-servizzi, bħat-tisħin, it-tkessiħ, il-ventilazzjoni, l-ilma sħun domestiku u d-dawl u oħrajn li għalihom l-użu tal-enerġija jitqies fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija;

51.“ħtiġijiet tal-enerġija” tfisser l-enerġija li trid titwassal lil, jew tiġi estratta minn, spazju kkundizzjonat biex jinżammu l-kundizzjonijiet tal-ispazju maħsuba matul perjodu ta’ żmien partikolari mingħajr ma jitqiesu l-ineffiċjenzi ta’ kwalunkwe sistema teknika użata fil-bini;

52.“użu tal-enerġija” tfisser input tal-enerġija għal sistema teknika użata fil-bini li tipprovdi servizz EPBP maħsub biex jissodisfa ħtieġa ta’ enerġija;

53.“użu proprju” tfisser parti minn enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post jew fil-qrib użata minn sistemi tekniċi fuq il-post għal servizzi EPB;

54.“użi oħra fuq il-post” tfisser enerġija użata fuq il-post għal użi għajr servizzi EPB, u tista’ tinkludi tagħmir, tagħbijiet mixxellanji u anċillari jew punti tal-irriċarġjar tal-elettromobbiltà;

55.“intervall tal-kalkolu” tfisser l-intervall ta’ ħin diskret użat għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

56.“enerġija fornuta” tfisser enerġija, espressa għal kull vettur tal-enerġija, fornuta lis-sistemi tekniċi tal-bini permezz tal-konfini tal-valutazzjoni, biex tissodisfa l-użi meqjusa jew biex tipproduċi l-enerġija esportata;

57.“enerġija esportata” tfisser, espressa għal kull vettur tal-enerġija u għal kull fattur tal-enerġija primarja, il-proporzjon tal-enerġija rinnovabbli li tiġi esportata lejn il-grilja tal-enerġija minflok ma tintuża fuq il-post għall-użu proprju jew għal użi oħra fuq il-post.

🡻 2018/844 Art. 1.1(d)

20.“sistema iżolata mikro” tfisser sistema iżolata mikro kif definit fil-punt 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 55 .

🡻 2018/844 Art. 1.2 (adattat)

Artikolu 32a

 Pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini  Strateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul

🡻 2018/1999 Art. 53.1(a)

 ġdid

1.    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi strateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul  pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini  b’appoġġ għar-  biex jiżgura r- rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali u bini mhux residenzjali, kemm pubbliku kif ukoll privat, fi stokk ta’ bini effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat sal-2050, biex hekk tkun iffaċilitata t-trasformazzjoni kosteffettiva tal-  bl-objettiv tat-trasformazzjoni tal- bini eżistenti f’bini  b’emissjonijiet żero  b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero.

Kull strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul għandha tinkludi  pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini għandu jinkludi:

🡻 2018/844 Art. 1.2

 ġdid

(a)ħarsa ġenerali tal-istokk tal-bini nazzjonali  għal tipi ta’ bini, perjodu ta’ kostruzzjoni u żoni klimatiċi differenti  , abbażi, skont il-każ, ta’ teħid ta’ kampjuni statistiċi u s-sehem mistenni ta’ bini rinnovat fl-2020;  l-bażi tad-data nazzjonali għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 19, ħarsa ġenerali lejn l-ostakli tas-suq u l-fallimenti tas-suq u ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli  ;

(b)l-identifikazzjoni ta’ approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjonijiet rilevanti għat-tip tal-bini u ż-żona klimatika, b’konsiderazzjoni tal-punti ta’ attivazzjoni rilevanti potenzjali, fejn applikabbli, fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;

(c)politiki u azzjonijiet biex ikunu stimulati rinnovazzjonijiet profondi kosteffettivi tal-bini, inkluża rinnovazzjoni profonda fi stadji, u biex ikunu appoġġati miżuri u rinnovazzjonijiet immirati kosteffettivi, pereżempju billi tiġi introdotta skema fakultattiva għall-passaporti ta’ rinnovazzjoni tal-bini;

(d)ħarsa ġenerali tal-politiki u l-azzjonijiet li jimmiraw is-setturi tal-istokk tal-bini nazzjonali bl-agħar rendiment, dilemmi ta’ inċentivi opposti u fallimenti tas-suq, u deskrizzjoni tal-azzjonijiet nazzjonali rilevanti li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar enerġetiku;

(e)politiki u azzjonijiet li jolqtu l-bini pubbliku kollu;

(f)ħarsa ġenerali tal-inizjattivi nazzjonali għall-promozzjoni ta’ teknoloġiji intelliġenti u bini u komunitajiet konnessi sew, kif ukoll kompetenzi u edukazzjoni fis-setturi tal-kostruzzjoni u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; u

(g)stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa’ mistennija, bħal dawk relatati mas-saħħa, is-sikurezza u l-kwalità tal-arja.

 ġdid

(b)pjan direzzjonali b’miri stabbiliti fil-livell nazzjonali u indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu, favur l-għan tan-newtralità klimatika għall-2050, biex ikun żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u t-trasformazzjoni tal-bini eżistenti f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050;

(c)ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati, li jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali skont il-punt (b); u

(d)deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini, is-sorsi u l-miżuri ta’ finanzjament, u r-riżorsi amministrattivi għar-rinnovazzjoni tal-bini.

Il-pjan direzzjonali msemmi fil-punt (b) għandu jinkludi miri nazzjonali għall-2030, l-2040 u l-2050 fir-rigward tar-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-enerġija, il-konsum tal-enerġija primarja u finali tal-istokk tal-bini nazzjonali u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi tiegħu; skedi ta’ żmien speċifiċi għall-bini biex jinkisbu klassijiet ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija ogħla minn dawk skont l-Artikolu 9(1), sal-2040 u l-2050, f’konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero; stima bbażata fuq l-evidenza tal-iffrankar tal-enerġija u l-benefiċċji usa’ mistennija; u stimi għall-kontribut tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini biex tintlaħaq il-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont ir-Regolament (UE).../... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi rivedut], il-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata], il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli, inkluża l-mira indikattiva għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata], u l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119.

2.    Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-abbozz tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, bl-użu tal-mudell fl-Anness II. Kull Stat Membri għandu jibgħat l-abbozz tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu bħala parti mill-abbozz tal-pjan nazzjonali integrat għall-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, meta l-Istati Membri jippreżentaw abbozz ta’ aġġornament, l-abbozz tal-aġġornament tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament. B’deroga mill-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 14(1) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel abbozz tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2024.

🡻 2018/844 Art. 1.2

 ġdid

2.    Fl-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu, kul Stat Membru għandu jistabbilixxi pjan direzzjonali b’miżuri u indikaturi tal-progress li jistgħu jitkejlu stabbiliti domestikament, bil-ħsieb tal-għan fit-tul għall-2050 li l-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra fl-Unjoni jitnaqqsu bi 80-95 % meta mqabbel mal-1990, sabiex ikun żgurat stokk tal-bini nazzjonali effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u dekarbonizzat u sabiex tkun iffaċilitata t-trasformazzjoni kosteffettiva tal-bini eżistenti f’bini b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero. Il-pjan direzzjonali għandu jinkludi stadji importanti indikattivi għall-2030, l-2040 u l-2050, u jispeċifika kif dawn ser jikkontribwixxu għall-kisba tal-miri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2012/27/UE.

3.    Biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni ta’ investimenti fir-rinnovazzjoni meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għal mekkaniżmi adatti għal:

(a)l-aggregazzjoni ta’ proġetti, inkluż permezz ta’ pjattaformi jew gruppi ta’ investiment, u ta’ konsorzji ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, biex l-investituri jkollhom aċċess kif ukoll pakketti ta’ soluzzjonijiet għal klijenti potenzjali;

(b)it-tnaqqis tar-riskju perċepit ta’ operazzjonijiet ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija għall-investituri u għas-settur privat;

(c)l-użu ta’ finanzjament pubbliku biex jinkiseb investiment addizzjonali mis-settur privat jew ikunu indirizzati fallimenti speċifiċi tas-suq;

(d)l-iggwidar tal-investimenti fi stokk tal-bini pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija, f’konformità mal-gwida tal-Eurostat; u

(e)għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti, bħal punti uniċi ta’ servizz għall-konsumaturi u servizzi konsultattivi dwar l-enerġija, dwar rinnovazzjonijiet fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija rilevanti u strumenti ta’ finanzjament.

4.    Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tqassam, tal-inqas lill-awtoritajiet pubbliċi, l-aħjar prattiki dwar skemi ta’ finanzjament pubbliċi u privati ta’ suċċess għal rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif ukoll informazzjoni dwar skemi għall-aggregazzjoni ta’ proġetti fuq skala żgħira ta’ rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki dwar inċentivi finanzjarji għal rinnovazzjoni mill-perspettiva tal-konsumatur b’kont meħud ta’ differenzi fil-kosteffiċjenza bejn l-Istati Membri.

35.    Biex jappoġġaw l-iżvilupp tal-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul  pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, kull Stat Membru għandu jwettaq konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu l-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu qabel ma jippreżentah lill-Kummissjoni. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinvolvi b’mod partikolari lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u sħab soċjoekonomiċi oħra, inklużi s-soċjetà ċivili u l-korpi li jaħdmu ma’ unitajiet domestiċi vulnerabbli.  Kull Stat Membru għandu jannessa sommarju tar-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tiegħu għall-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul għall-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu.

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-modalitajiet għall-konsultazzjoni b’mod inklużiv tul l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu.

 ġdid

4.    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-abbozzi tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, b’mod partikolari:

(a)jekk il-livell ta’ ambizzjoni tal-miri stabbiliti fil-livell nazzjonali huwiex suffiċjenti u konformi mal-impenji nazzjonali dwar il-klima u l-enerġija stabbiliti fil-pjanijiet integrati nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima;

(b)jekk il-politiki u l-miżuri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri nazzjonali stabbiliti;

(c)jekk l-allokazzjoni tar-riżorsi baġitarji u amministrattivi hijiex biżżejjed għall-implimentazzjoni tal-pjan;

(d)jekk il-konsultazzjoni pubblika skont il-paragrafu 3 kinitx inklużiva biżżejjed; u

(e)jekk il-pjanijiet jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 u mal-mudell fl-Anness II.

Wara li tikkonsulta lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 30, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 9(2) u mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

Fir-rigward tal-ewwel abbozz tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-Istati Membri mhux aktar tard minn sitt xhur wara li l-Istat Membru jkun ippreżenta dak il-pjan.

5.    Kull Stat Membru għandu jqis kif xieraq kwalunkwe rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni fil-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini finali tiegħu. Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jindirizzax rakkomandazzjoni jew parti sostanzjali minnha, huwa għandu jipprovdi ġustifikazzjoni lill-Kummissjoni u jippubblika r-raġunijiet tiegħu.

6.    Kull ħames snin, kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu, bl-użu tal-mudell fl-Anness II. Kull Stat Membru għandu jippreżenta l-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tiegħu bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima msemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 u, meta l-Istati Membri jippreżentaw aġġornament, l-aġġornament tiegħu msemmi fl-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament. B’deroga mill-Artikolu 3(1) u mill-Artikolu 14(2) ta’ dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw l-ewwel pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2025.

🡻 2018/844 Art. 1.2

 ġdid

76.    Kull Stat Membru għandu jannessa d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul jew il-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini l-aktar riċenti tiegħu  mal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini finali li jmiss  għall-istrateġija ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu, inkluż dwar il-politiki u l-azzjonijiet ippjanati. Kull Stat Membru għandu jiddikjara jekk intlaħqux il-miri nazzjonali tiegħu.

 ġdid

8.    Kull Stat Membru għandu jinkludi fir-rapporti nazzjonali integrati tiegħu ta’ progress dwar l-enerġija u l-klima, f’konformità mal-Artikoli 17 u 21 tar-Regolament (UE) 2018/1999, informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-miri nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu u l-kontribut tal-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini għall-ksib tal-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istat Membru għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont ir-Regolament (UE).../... [ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi rivedut], il-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni f’konformità mad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata], il-miri tal-Unjoni għall-enerġija rinnovabbli, inkluża l-mira indikattiva għas-sehem tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini f’konformità mad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata], u l-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119.

🡻 2018/844 Art. 1.2

7.    Kull Stat Membru jista’ juża l-istrateġiji ta’ rinnovazzjoni fit-tul tiegħu biex jindirizzaw is-sikurezza kontra n-nirien u r-riskji relatati ma’ attività sismika qawwija li jaffettwaw r-rinnovazzjonijiet fl-effiċjenza tal-enerġija u t-tul tal-ħajja tal-bini.

🡻 2018/1999 Art. 53.1(b)

8.    L-istrateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul ta' kull Stat Membru għandha tintbagħat lill-Kummissjoni bħala parti mill-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima finali tagħha, imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 56 . B'deroga mill-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament, l-ewwel strateġija ta' rinnovazzjoni fit-tul skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tkun ippreżentata lill-Kummissjoni sal-10 ta' Marzu 2020.

🡻 2010/31/UE (adattat)

ġdid

Artikolu 43

Adozzjoni ta’ metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom japplikaw metodoloġija għall-kalkolu tar-rendiment ta’ bini fl-użu tal-enerġija skont il-qafas ġenerali komuni speċifikat fl-Anness I.

Din  Dik il-metodoloġija għandha tiġi adottata fuq livell nazzjonali jew reġjonali.

Artikolu 54

Iffissar tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li r-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini jew ta’ unitajiet ta’ bini fl-użu tal-enerġija, jiġu ffissati bil-għan li  mill-inqas  jinkisbu livelli kostottimali. Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija għandha tiġi kkalkolata skont il-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 43. Il-livelli kostottimali għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva msemmi fl-Artikolu 65 ladarba din il-metodoloġija tkun stabbilita.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jiġu ffissati għall-elementi tal-bini li jiffurmaw parti mill-involukru tal-bini u li għandhom impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involkru tal-bini fl-użu tal-enerġija meta jiġu mibdula jew rinnovati, bil-ħsieb li  mill-inqas  jinkisbu livelli kostottimali.

Meta jiffissaw ir-rekwiżiti, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn kategoriji ta’ bini ġdid u bini eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.

Dawn  Dawk ir-rekwiżiti għandhom jieħdu kont tal-kondizzjonijiet klimatiċi interni, biex jiġu evitati effetti negattivi possibbli bħal ventilazzjoni mhux adegwata, kif ukoll il-kondizzjonijiet lokali u l-funzjoni mogħtija u l-età tal-bini.

Stat Membru m’għandux ikun rikjest jiffissa rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, li mhumiex kost-effettivi matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika.

L-Istati Membri għandhom jirrevedu  Ir-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jiġu riveduti f’intervalli regolari li m’ għandhomx ikunu itwal minn ħames snin u għandhom , jekk ikun hemm bżonn, għandhom jiġu aġġornati jaġġornawhom biex jirriflettu progress tekniku fil-qasam tal-bini  , ir-riżultati tal-kalkolu kostottimali stabbilit fl-Artikolu 6, u l-miri u l-politiki nazzjonali aġġornati dwar l-enerġija u l-klima.  .

 ġdid

2.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jadattaw ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għal bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, sa fejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jbiddlu b’mod inaċċettabbli l-karattru jew id-dehra tiegħu.

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

32.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jiffissawx jew li ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu speċjali arkitettoniku jew storiku tiegħu, safejn il-konformità ma’ ċerti rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma talterax b’mod inaċċettabli il-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(ab)bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi;

(bc)bini temporanju b’perijodu ta’ użu ta’ sentejn jew anqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li huma użati minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(cd)bini residenzjali li huwa użat jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha;

(de)bini maqtugħ għalih b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ anqas minn 50 m2.

Artikolu 65

Il-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.    Il-Kummissjoni għandha  hija mogħtija s-setgħa permezz ta’  tadotta atti delegati skont l-Artikoli 2923,, 24 u 25 sat-30 ta’ Ġunju 2011,tistabbilixxi   li jikkonċernaw qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali għar-rekwiżiti minimi tar-rendiment ta’ bini u ta’ elementi ta’ bini fl-użu tal-enerġija. Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għall-kalkolu tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’bini eżistenti li qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri u għal elementi ta’ bini individwali.

Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jiġi stabbilit  stipulat skont l-Anness VIIIII u għandu jiddistingwi bejn bini ġdid u dak eżistenti u bejn kategoriji differenti ta’ bini.

2.    L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija billi jużaw il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva stabbilit skont il-paragrafu 1 u parametri rilevanti, bħall-kondizzjonijiet klimatiċi u l-aċċessibbiltà prattika tal-infrastruttura tal-enerġija, u jqabblu r-riżultati ta’ dan  dak il-kalkolu mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija li huma fis-seħħ.

L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni d-data kollha mdaħħla u l-assunzjonijiet kollha użati għal dawn il-kalkoli u r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli. L-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jippreżentaw dawk ir-rapporti lill-Kummissjoni f’intervalli regolari, li ma għandhomx ikunu itwal minn ħames snin. L-ewwel rapport għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2012. L-ewwel rapport ibbażat fuq il-qafas tal-metodoloġija rivedut skont il-paragrafu 1 għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta’ Ġunju 2028.

3.    Jekk ir-riżultat tal-paragun li jsir f’konformità mal-paragrafu 2 juri li r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ huma  iktar minn 15% b’mod sinifikanti anqas effiċjenti fl-użu tal-enerġija mill-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istat Membru kkonċernat għandu  jinkludi fir-rapport  jiġġustifika din id-differenza bil-miktub lill-Kummissjoni fir-rapport i msemmi fil-paragrafu 2, akkumpanjat, sal-punt li d-differenza ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata, bi pjan li juri passi xierqa għar-rieżami maħsuba biex inaqqsu b’mod sinifikanti id-differenza sar-reviżjoni li jmiss tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif imsemmi fl-Artikolu 54(1).

4.    Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar il-progress li intlaħaq mill-Istati Membri rigward il-livelli kostottimali tar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2018/844 Art. 1.3

Artikolu 76

Bini ġdid

 ġdid

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mid-dati li ġejjin, il-bini l-ġdid ikun bini b’emissjonijiet żero f’konformità mal-Anness III:

(a)mill-1 ta’ Jannar 2027, bini ġdid okkupat jew proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi; u

(b)mill-1 ta’ Jannar 2030, il-bini l-ġdid kollu.

🡻 2018/844 Art. 1.3 (adattat)

 ġdid

1.  Sal-applikazzjoni tar-rekwiżiti skont l-ewwel subparagrafu,  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-bini ġdid kollu   jkun bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u li  jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija stipulati f’konformità mal-Artikolu 55.

 ġdid

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja jiġi kkalkulat skont l-Anness III u żvelat permezz taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini:

(a)mill-1 ta’ Jannar 2027, għall-bini l-ġdid kollu b’erja tal-art utli akbar minn 2000 metru kwadru; u

(b)mill-1 ta’ Jannar 2030, għall-bini l-ġdid kollu.

3. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta din id-Direttiva biex tadatta l-Anness III għall-progress teknoloġiku u għall-innovazzjoni, biex tistabbilixxi limiti massimi adattati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fl-Anness III għal bini rinnovat u biex tadatta l-limiti massimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal bini b’emissjonijiet żero.

4.    L-Istati Membri għandhom jindirizzaw, fir-rigward ta’ bini ġdid, il-kwistjonijiet ta’ kundizzjonijiet klimatiċi interni tajbin għas-saħħa, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati ma’ attività siżmika intensa u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità. L-Istati Membri għandhom jindirizzaw ukoll l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin tal-karbonju fil-bini jew fuqu.

🡻 2018/844 Art. 1.3

2.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, qabel ma jibda l-bini ta’ bini ġdid, titqies il-fattibbiltà teknika, ambjentali u ekonomika ta’ sistemi alternattivi b’effiċjenza għolja, jekk din tkun disponibbli.

🡻 2010/31/UE (adattat)

Artikolu 87

Bini eżistenti

1.    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li meta xi bini jgħaddi minn rinovazzjoni maġġuri, ir-rendiment tal-bini jew tal-parti minnu rinnovata fl-użu tal-enerġija tiġi aġġornata biex tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont l-Artikolu 54 sa fejn dan  dak ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament vijabbli.

Dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu applikati għall-bini rinovat jew l-unità tal-bini li jiġi meqjus bħala ħaġa waħda. Addizzjonalment jew alternattivament, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti għall-elementi rinovati tal-bini.

2.    Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li meta element tal-bini li jifforma parti mill-involukru tal-bini u għandu impatt sinifikanti fuq ir-rendiment tal-involkru tal-bini fl-użu tal-enerġija, meta jkun ġie irranġat jew mibdul, ir-rendiment tal-element ta’ bini fl-użu tal-enerġija tissodisfa r-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija sa fejn dan  dak huwa teknikament, funzjonalment u eknomikament vijabbli.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw dawn ir-rekwiżiti minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 4.

🡻 2018/844 Art. 1.4 (adattat)

 ġdid

3.    L-Istati Membri għandhom iħeġġu, fir-rigward ta’ bini li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, sistemi alternattivi b’effiċjenza għolja, sa fejn dan  dak  ikun teknikament, funzjonalment u ekonomikament fattibbli. L-Istati Membri , u għandhom jindirizzaw  , f'rabta ma’ bini li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri,  il-kwistjonijiet ta’ kondizzjonijiet klimatiċi interni tajbin għas-saħħa,  l-adattament għall-bidla fil-klima,  is-sikurezza kontra n-nirien, u riskji relatati ma’ attività siżmika qawwija  , it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inklużi l-asbestos u l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità  .

 ġdid

Artikolu 9

Standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li

(a)il-bini u l-unitajiet tal-bini li huma proprjetà ta’ korpi pubbliċi jiksbu mhux aktar tard minn

(i)wara l-1 ta’ Jannar 2027, mill-inqas il-klassi F tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

(ii)wara l-1 ta’ Jannar 2030, mill-inqas il-klassi E tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(b)bini mhux residenzjali u unitajiet ta’ bini, minbarra dawk li huma proprjetà ta’ korpi pubbliċi, jiksbu mhux aktar tard minn

(i)wara l-1 ta’ Jannar 2027, mill-inqas il-klassi F tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

(ii)wara l-1 ta’ Jannar 2030, mill-inqas il-klassi E tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(c)il-bini residenzjali u l-unitajiet tal-bini jiksbu mhux aktar tard minn

(i)wara l-1 ta’ Jannar 2030, mill-inqas il-klassi F tar-rendiment fl-użu tal-enerġija; u

(ii)wara l-1 ta’ Jannar 2033, mill-inqas il-klassi E tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

Fil-pjan direzzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 3(1)(b), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skedi ta’ żmien speċifiċi għall-bini msemmi f’dan il-paragrafu biex jinkisbu klassijiet ogħla ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija sal-2040 u l-2050, f’konformità mal-perkors għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero.

2.    Minbarra l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija stabbiliti skont il-paragrafu 1, kull Stat Membru jista’ jistabbilixxi standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għar-rinnovazzjoni tal-bini eżistenti l-ieħor kollu.

Fejn stabbiliti, l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jitfasslu fid-dawl tal-pjan direzzjonali nazzjonali u l-miri għall-2030, l-2040 u l-2050 li jinsabu fil-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini tal-Istat Membru u għat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini nazzjonali f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050.

3.    F’konformità mal-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jappoġġaw il-konformità mal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-miżuri kollha li ġejjin:

(a)jiġu pprovduti miżuri finanzjarji xierqa, b’mod partikolari dawk immirati lejn unitajiet domestiċi vulnerabbli, persuni affettwati mill-faqar enerġetiku jew li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata];

(b)l-għoti ta’ assistenza teknika, inkluż permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz;

(c)it-tfassil ta’ skemi integrati ta’ finanzjament;

(d)it-tneħħija ta’ ostakli mhux ekonomiċi, inklużi inċentivi opposti; u

(e)il-monitoraġġ tal-impatti soċjali, b’mod partikolari fuq dawk l-aktar vulnerabbli.

4.    Meta bini jiġi rinnovat biex jikkonforma ma’ standard minimu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-elementi tal-bini skont l-Artikolu 5, fil-każ ta’ rinnovazzjoni maġġuri, mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini eżistenti skont l-Artikolu 8.

5.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-kategoriji tal-bini li ġejjin:

(a)bini protett uffiċjalment bħala parti minn ambjent deżinjat jew minħabba l-mertu arkitettoniku jew storiku speċjali tiegħu, safejn il-konformità mal-istandards tbiddel b’mod inaċċettabli l-karattru jew l-apparenza tiegħu;

(b)bini użat bħala postijiet ta’ qima u għal attivitajiet reliġjużi;

(c)bini temporanju b’perijodu ta’ użu ta’ sentejn jew anqas, siti industrijali, postijiet tax-xogħol u bini agrikolu mhux residenzjali b’domanda baxxa ta’ enerġija u bini agrikolu mhux residenzjali li jintużaw minn settur kopert minn ftehim settorjali dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(d)bini residenzjali li huwa użat jew maħsub biex jintuża jew għal inqas minn erba’ xhur ta’ matul is-sena jew, inkella, għal żmien limitat ta’ kull sena u b’konsum ta’ enerġija maħsub li jkun ta’ inqas minn 25 % ta’ dak li aktarx jirriżulta li kieku jintuża s-sena kollha;

(e)bini maqtugħ għalih b’erja totali ta’ art utilizzabbli ta’ anqas minn 50 m2.

6. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi mekkaniżmi xierqa ta’ monitoraġġ u penali f’konformità mal-Artikolu 31.

Artikolu 10

Passaport ta’ rinnovazzjoni

1.    Sal-31 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 29 li jissupplimentaw din id-Direttiva billi jistabbilixxu qafas Ewropew komuni għall-passaporti ta’ rinnovazzjoni, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3.

2.    Sal-31 ta’ Diċembru 2024, l-Istati Membri għandhom jintroduċu skema ta’ passaporti ta’ rinnovazzjoni bbażata fuq il-qafas komuni stabbilit f’konformità mal-paragrafu 1.

3.    Il-passaport ta’ rinnovazzjoni għandu jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)għandu jinħareġ minn espert kwalifikat u ċċertifikat, wara żjara fuq il-post;

(b)għandu jinkludi pjan direzzjonali ta’ rinnovazzjoni li jindika sekwenza ta’ passi ta’ rinnovazzjoni li jibnu fuq xulxin, bl-objettiv li l-bini jiġi ttrasformat f’bini b’emissjonijiet żero sa mhux aktar tard mill-2050;

(c)għandu jindika l-benefiċċji mistennija f’termini ta’ ffrankar tal-enerġija, iffrankar fil-kontijiet tal-enerġija u tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi kif ukoll il-benefiċċji usa’ relatati mas-saħħa u mal-kumdità u l-kapaċità ta’ adattament imtejba tal-bini għat-tibdil fil-klima; u

(d)għandu jkun fih informazzjoni dwar l-appoġġ finanzjarju u tekniku potenzjali.

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

 ġdid

Artikolu 118

Sistemi tekniċi użati fil-bini, elettromobbiltà u indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza

1.    L-Istati Membri għandhom, bl-għan li jtejbu bl-aħjar mod l-użu tal-enerġija tas-sistemi tekniċi użati fil-bini, jiffissaw rekwiżiti tas-sistema fir-rigward tar-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija, l-installazzjoni korretta, u d-dimensjonament, l-aġġustament u l-kontroll adattat tas-sistemi tekniċi tal-bini li huma installati fil-bini  ġdid jew eżistenti. L-Istati Membri jistgħu ukoll japplikaw dawn ir-rekwiżiti tas-sistema għal bini ġdid. Meta jistabbilixxu r-rekwiżiti, l-Istati Membri għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tad-disinn u l-kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.

Ir-rekwiżiti tas-sistema għandhom jiġu ffissati għal sistemi tekniċi użati fil-bini li jsiru mill-ġdid, jiġu sostitwiti u mtejba u għandhom jiġu applikati safejn ikunu teknikament, ekonomikament u funzjonalment vijabbli.

 ġdid

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti relatati mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-ġeneraturi tas-sħana, jew mat-tip ta’ karburant użat minnhom, dment li tali rekwiżiti ma jikkostitwixxux ostaklu għas-suq mhux ġustifikabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li jistabbilixxu għas-sistemi tekniċi użati fil-bini jilħqu mill-inqas l-aħħar livelli kostottimali.

🡻 2018/844 Art. 1.5

2.    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li bini ġdid, fejn teknikament u ekonomikament fattibbli, għandu jkun mgħammar b’apparati awtoregolatorji li jirregolaw separatament it-temperatura f’kull kamra jew, fejn iġġustifikat, f’żona partikolari tal-unità tal-bini li tkun imsaħħna. F’bini eżistenti, l-installazzjoni ta’ tali apparati awtoregolatorji għandha tkun meħtieġa meta jiġu sostitwiti ġeneraturi tas-sħana, fejn dan ikun teknikament u ekonomikament fattibbli.

 ġdid

3.    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bini b’emissjonijiet żero jkun mgħammar b’apparat ta’ kejl u kontroll għall-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-kwalità tal-arja interna. F’bini eżistenti, l-installazzjoni ta’ tali apparati għandha tkun meħtieġa, fejn teknikament u ekonomikament fattibbli, meta bini tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri.

4.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tiġi installata sistema teknika użata fil-bini, jiġi vvalutat ir-rendiment ġenerali fl-użu tal-enerġija tal-parti mibdula, u fejn rilevanti, tas-sistema kompluta mibdula. Ir-riżultati għandhom jiġu dokumentati u mgħoddija lil sid il-binja biex jibqgħu disponibbli u jkunu jistgħu jintużaw għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stabbiliti skont il-paragrafu 1 u għall-ħruġ ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

 ġdid

Artikolu 12

 Infrastruttura għal mobilità sostenibbli 

12.    Fir-rigward ta’ bini mhux residenzjali ġdid u bini mhux residenzjali li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn għaxar  ħames  spazji tal-parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:

(a)l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed skont it-tifsira tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 57 ;

 ġdid

(b)l-installazzjoni ta’ kablaġġ mgħoddi minn qabel għal kull spazju ta’ parkeġġ li jippermetti l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi; u

(c)mill-inqas spazju wieħed għall-parkeġġ għar-roti għal kull spazju għall-parkeġġ tal-karozzi;

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

u infrastruttura ta’ kanali, jiġifieri, kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku, għal mill-inqas wieħed minn kull ħames spazji tal-parkeġġ, biex hekk tkun possibbli l-installazzjoni fi stadju aktar tard ta’ punti tal-irriċarġjar għal vetturi elettriċi fejn: (a) il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini,; jew (b) il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ.

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ mgħoddi minn qabel ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju tal-għadd mistenni ta’ punti tal-irriċarġjar.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għal bini ġdid ta’ uffiċċji u bini ta’ uffiċċji li tkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn ħames spazji ta’ parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt tal-irriċarġjar wieħed għal kull żewġ spazji ta’ parkeġġ.

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

 ġdid

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta’ Jannar 2023 dwar il-kontribut potenzjali ta’ politika tal-Unjoni tal-bini fil-promozzjoni tal-elettromobbiltà u għandha, jekk opportun, tipproponi miżuri f’dak ir-rigward.

23.     Fir-rigward ta’  L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-rekwiżiti għall-installazzjoni ta’ għadd minimu ta’ punti tal-irriċarġjar għall- bini mhux residenzjali kollu b’aktar minn għoxrin spazju tal-parkeġġ, sal-1 ta’ Jannar 2025  l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-installazzjoni ta’ mill-inqas punt wieħed tal-irriċarġjar għal kull għaxar spazji tal-parkeġġ, u mill-inqas spazju wieħed tal-parkeġġ għar-roti għal kull spazju wieħed tal-parkeġġ għall-karozzi, sal-1 ta’ Jannar 2027. Fil-każ ta’ bini li jkun proprjetà tal-awtoritajiet pubbliċi jew okkupat minnhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kablaġġ mgħoddi minn qabel għal mill-inqas wieħed minn kull żewġ spazji ta’ parkeġġ sal-1 ta’ Jannar 2033.

ġdid

3.    L-Istati Membri jistgħu jaġġustaw ir-rekwiżiti għan-numru ta’ spazji għall-parkeġġ tar-roti skont il-paragrafi 1 u 2 għal kategoriji speċifiċi ta’ bini mhux residenzjali fejn ir-roti tipikament jintużaw inqas bħala mezz ta’ trasport.

🡻 2018/844 Art. 1.5

 ġdid

4.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx jew ma japplikawx ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għal bini li jkun proprjetà ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju jew okkupat minnhom kif iddefinit fit-Titolu I tal-Anness għar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE 58 .

45.    Fir-rigward ta’ bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li jkun qed issirlu rinnovazzjoni maġġuri, b’aktar minn għaxar  tliet spazji tal-parkeġġ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:

(a)l-installazzjoni tal-infrastruttura ta’ kanali, jiġifieri l-kondjuwits għall-kejbils tal-elettriku,  kablaġġ mgħoddi minn qabel għal kull spazju tal-parkeġġ biex fi stadju aktar tard tkun tista’ ssir l-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar għal vetturi elettriċi ;,  u

 ġdid

(b)mill-inqas żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull abitazzjoni.

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

fejn: (a)    il-parkeġġ jinsab ġewwa l-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-bini; jew (b)    il-parkeġġ jinsab fiżikament maġenb il-bini, u, għal rinnovazzjonijiet maġġuri, il-miżuri ta’ rinnovazzjoni jinkludu l-parkeġġ jew l-infrastruttura elettrika tal-parkeġġ.

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kablaġġ mgħoddi minn qabel ikun dimensjonat biex jippermetti l-użu simultanju tal-punti tal-irriċarġjar fl-ispazji kollha tal-parkeġġ. Fejn, fil-każ ta’ rinnovazzjoni maġġuri, l-iżgurar ta’ żewġ spazji għall-parkeġġ tar-roti għal kull abitazzjoni ma jkunx fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-ammont xieraq ta’ spazji għall-parkeġġ għar-roti.

🡻 2018/844 Art. 1.5

 ġdid

56. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx il-paragrafi 12, 23 and 45 għal kategoriji speċifiċi ta’ bini fejn: (a) fir-rigward tal-paragrafi 2 u 5, l-applikazzjonijiet għal permessi ta’ bini jew l-applikazzjonijiet ekwivalenti ġew ippreżentati sal-10 ta’ Marzu 2021; (b) l-infrastruttura ta’ kanali il-kablaġġ mgħoddi minn qabel meħtieġ a tkun ser titqabbad ma’ iserraħ fuq sistemi mikro iżolati jew il-bini jkun jinsab fir-reġjuni ultraperifiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 349 TFUE jekk dan ikun iwassal għal problemi sostanzjali għat-tħaddim tas-sistema tal-enerġija lokali u jkun iqiegħed f’periklu l-istabbiltà tal-grilja lokali;

(c)l-ispiża tal-irriċarġjar u tal-installazzjonijiet ta’ kanali taqbeż 7 % tal-ispiża totali tar-rinnovazzjoni maġġuri tal-bini;

(d)bini pubbliku huwa diġà kopert b’rekwiżiti komparabbli f’konformità mat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2014/94/UE.

 ġdid

6.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-punti tal-iċċarġjar imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 4 ikunu kapaċi jagħmlu ċċarġjar intelliġenti u, fejn xieraq, iċċarġjar bidirezzjonali, u li jitħaddmu abbażi ta’ protokolli u standards ta’ komunikazzjoni nonproprjetarji u nondiskriminatorji, b’mod interoperabbli, u f’konformità ma’ kull standard u protokoll legali fl-atti delegati adottati skont l-Artikolu 19(6) u l-Artikolu 19(7) tar-Regolament (UE).../... [AFIR].

7.    L-Istati Membri għandhom iħeġġu li l-operaturi ta’ punti tal-irriċarġjar mhux aċċessibbli għall-pubbliku joperawhom f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE).../... [AFIR], fejn applikabbli.

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

 ġdid

87.    L-Istati Membri għandhom jipprevedu miżuri għas-simplifikazzjoni tal-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali u mhux residenzjali, ġdid jew diġà eżistenti, u jindirizzaw  jneħħu ostakli regolatorji possibbli, inkluż fir-rigward tal-proċeduri tal-għoti ta’ permessi u approvazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Istati Membri dwar il-proprjetà u l-kera. L-Istati Membri għandhom ineħħu l-ostakli għall-installazzjoni ta’ punti tal-irriċarġjar f’bini residenzjali bi spazji ta’ parkeġġ, b’mod partikolari l-ħtieġa li jinkiseb kunsens mingħand sid il-kera jew il-kosidien għal punt tal-irriċarġjar privat għall-użu proprju.

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jiżguraw id-disponibbiltà ta’ assistenza teknika għas-sidien u għall-inkwilini tal-bini li jixtiequ jinstallaw punti tal-irriċarġjar.

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

 ġdid

98.    L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-ħtieġa għal politiki koerenti  jiżguraw il-koerenza tal-politiki għall-bini, il-mobbiltà ratba u ekoloġika u l-ippjanar urban.

9.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tkun installata, sostitwita jew imtejba sistema teknika tal-bini, għandu jkun ivvalutat ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ġenerali tal-parti mibdula, u fejn rilevanti, tas-sistema mibdula kollha. Ir-riżultati għandhom jiġu ddokumentati u mgħoddija lis-sid tal-bini, sabiex jibqgħu disponibbli u jkunu jistgħu jintużaw għall-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti minimi stipulati skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u l-ħruġ ta’ ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12, l-Istati Membri għandhom jiddeċiedu jekk jirrikjedux il-ħruġ ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ġdid.

Artikolu 13

 Stat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti 

110.    Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2019, tadotta att iddelegat f’konformità mal-Artikolu 2923, , li jissupplimenta din id-Direttiva billi tistabbilixxi  dwar skema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti. Il-klassifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini li jadattaw l-operat tagħhom għall-ħtiġijiet tal-okkupant u tal-grilja u li jtejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-rendiment ġenerali tagħhom.

F’konformità mal-Anness IVIa, l-iskema komuni fakultattiva tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti għandha tistipula :

(a)tistabbilixxi id-definizzjoni tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti; u u

(b)tistabbilixxi metodoloġija li biha għandu jiġi kkalkulat.

 ġdid

2.    Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 29, li jirrikjedi l-applikazzjoni tal-iskema komuni tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġiji intelliġenti, f’konformità mal-Anness IV, għal bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, jew sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni tal-ispazju kkombinati ta’ aktar minn 290 kW.

🡻 2018/844 Art. 1.5 (adattat)

311.    Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2019, u wara li tkun ikkonsultat il-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti fid-dettall il-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-iskema msemmija fil-paragrafu 110 ta’ dan l-Artikolu, inkluża skeda ta’ żmien li ma torbotx għal fażi ta’ ttestjar fil-livell nazzjonali, u li jiċċara r-relazzjoni komplementari tal-iskema maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 1611.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 3026(3).

 ġdid

4.    Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta’ Diċembru 2025, u wara li tkun ikkonsultat mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, tadotta att ta’ implimentazzjoni li jagħti dettalji dwar il-modalitajiet tekniċi għall-implimentazzjoni effettiva tal-applikazzjoni tal-iskema msemmija fil-paragrafu 2 għal bini mhux residenzjali b’output nominali effettiv għas-sistemi tat-tisħin, jew sistemi għat-tisħin u l-ventilazzjoni kkombinati ta’ aktar minn 290 kW.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(3).

Artikolu 14

Skambju ta’ data

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini jista’ jkollhom aċċess dirett għad-data tas-sistemi tal-bini tagħhom. Fuq talba tagħhom, l-aċċess jew id-data għandhom ikunu disponibbli għal parti terza. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-interoperabbiltà sħiħa tas-servizzi u tal-iskambju tad-data fl-Unjoni skont il-paragrafu 5.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, id-data dwar is-sistemi tal-bini għandha tinkludi mill-inqas id-data kollha relatata mar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-elementi tal-bini, ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-servizzi tal-bini, is-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini, il-miters u l-punti tal-irriċarġjar għall-mobbiltà elettronika.

2.    Meta jistabbilixxu r-regoli dwar il-ġestjoni u l-iskambju tad-data, l-Istati Membri jew, fejn Stat Membru jkun ippreveda dan, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jispeċifikaw ir-regoli dwar l-aċċess għad-data dwar is-sistemi tal-bini minn partijiet eliġibbli f’konformità ma’ dan l-Artikolu u l-qafas legali applikabbli tal-Unjoni.

3.    L-ebda spiża addizzjonali ma għandha tiġi ddebitata lis-sid, lill-inkwilin jew lill-maniġer tal-bini għall-aċċess għad-data tagħhom jew għal talba biex id-data tagħhom tkun disponibbli għal parti terza. L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli biex jistabbilixxu t-tariffi rilevanti għall-aċċess għad-data minn partijiet eliġibbli oħra bħal istituzzjonijiet finanzjarji, aggregaturi, fornituri tal-enerġija, fornituri tas-servizzi tal-enerġija u Istituti Nazzjonali tal-Istatistika jew awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-istatistika Ewropea. L-Istati Membri jew, fejn applikabbli, l-awtoritajiet kompetenti maħtura, għandhom jiżguraw li kwalunkwe ħlas impost minn entitajiet regolati li jipprovdu servizzi tad-data jkun raġonevoli u debitament ġustifikat.

4.    Ir-regoli dwar l-aċċess għad-data u l-ħżin tad-data għall-finijiet ta’ din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. L-ipproċessar ta’ data personali fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jitwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 .

5.    Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu dettalji dwar ir-rekwiżiti tal-interoperabbiltà u l-proċeduri nondiskriminatorji u trasparenti għall-aċċess għad-data. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 30(2).

🡻 2010/31/UE

Artikolu 9

Bini b’użu ta’ kważi żero enerġija

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-bini kollu jkun bini li juża kważi żero enerġija; u

(b)wara l-31 ta’ Diċembru 2018, bini ġdid okkupat minn u proprjeta’ ta’ awtoritajiet pubbliċi jkun bini li juża kważi żero enerġija.

L-Istati Membri għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali biex jiżdied l-għadd ta’ bini li juża kważi żero enerġija. Dawn il-pjanijiet nazzjonali jistgħu jinkludu diversi miri skont il-kategoriji tal-bini.

2.    Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom, filwaqt li jsegwu l-eżempju mexxej tas-settur pubbliku, jiżviluppaw linji politiċi u jieħdu miżuri bħall-iffissar ta’ miri sabiex jistimulaw t-trasformazzjoni ta’ bini li jiġi rinovat f’bini li juża kważi żero enerġija, u jinfurmaw lill-Kummissjoni b’dan fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1.

3.    Il-pjanijiet nazzjonali għandhom jinkludu inter alia l-elementi li ġejjin:

(a)l-applikazzjoni dettaljata tal-Istati Membri fil-prattika tad-definizzjoni ta’ bini li juża kważi żero enerġija, filwaqt li jirriflettu l-kondizzjonijiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, u jinkuldu indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja espressa f’kWh/m2 fis-sena. Il-fatturi tal-enerġija primarja użati għad-determinazzjoni tal-enerġija primarja użata jistgħu jkunu bbażati fuq valuri medji annwali nazzjonali jew reġjonali u jistgħu jieħdu kont tal-istandards Ewropej rilevanti;

(b)miri intermedji għat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’bini ġdid sal-2015, bil-ħsieb li tiġi preparata l-implimentazzjoni tal-paragrafu 1;

(c)informazzjoni dwar il-linji politiċi u miżuri finanzjarji jew miżuri oħrajn adottati fil-kuntest tal-paragrafi 1 u 2 għall-promozzjoni ta’ bini li juża kważi żero enerġija, inklużi dettalji tar-rekwiżiti nazzjonali u miżuri dwar l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli f’bini ġdid u bini eżistenti li tkun qed issirlu rinovazzjoni maġġuri fil-kuntest tal-Artikolu 13(4) tad-Direttiva 2009/28/KE u l-Artikoli 6 u 7 ta’ din id-Direttiva.

4.    Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjanijiet nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1, b’mod partikolari l-adegwatezza tal-miżuri previsti mill-Istat Membru fir-rigward tal-objettivi ta’ din id-Direttiva. Il-Kummissjoni, filwaqt li tieħu kont dovut tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, tista’ titlob informazzjoni speċifika ulterjuri fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. F’dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta l-informazzjoni mitluba jew jipproponi emendi fi żmien disa’ xhur wara t-talba mill-Kummissjoni. Wara l-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tista’ toħroġ rakkomandazzjoni.

🡻 2018/1999 Art. 53.3

5.    Bħala parti mir-rapport tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2018/1999, il-Kummissjoni kull erba' snin għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-Istati Membri fiż-żieda tal-għadd ta' bini b'użu ta' kważi żero enerġija. Abbażi ta' din l-informazzjoni rrapportata, il-Kummissjoni għandha, meta jkun meħtieġ, tiżviluppa pjan ta' azzjoni u tipproponi rakkomandazzjonijiet u miżuri b'konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1999 biex jiżdied l-għadd ta' dak il-bini u tħeġġeġ li jintużaw l-aħjar prattiki fir-rigward tat-trasformazzjoni kosteffikaċi ta' bini eżistenti f'bini b'użu ta' kważi żero enerġija.

🡻 2010/31/UE

6.    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 f’każijiet speċifiċi u ġustifikabbli fejn l-analiżi tal-kost-benefiċċju matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tal-bini in kwistjoni tkun negattiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-prinċipji tar-reġimi leġislattivi rilevanti.

Artikolu 1510

Inċentivi Finanzjarji u ostakli għas-suq

1.    Fid-dawl tal-importanza li jipprovdu strumenti ta’ finanzjament u strumenti oħra adattati biex jitħaffef il-proċess tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u t-transizzjoni għal bini li juża kważi żero enerġija, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarji biex jikkunsidraw it-tali strumenti l-aktar rilevanti fid-dawl taċ-ċirkustanzi nazzjonali.

 ġdid

1.    L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament xieraq, miżuri ta’ appoġġ u strumenti oħra li kapaċi jindirizzaw l-ostakli tas-suq u jistimulaw l-investimenti meħtieġa fir-rinnovazzjonijiet tal-enerġija f’konformità mal-pjan nazzjonali tagħhom ta’ rinnovazzjoni tal-bini u bil-ħsieb li l-istokk tal-bini tagħhom jinbidel f’bini b’emissjonijiet żero sal-2050.

2.    L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri regolatorji xierqa biex ineħħu l-ostakli mhux ekonomiċi għar-rinnovazzjoni tal-bini. Fir-rigward ta’ bini b’aktar minn unità ta’ bini waħda, tali miżuri jistgħu jinkludu t-tneħħija ta’ rekwiżiti ta’ unanimità fi strutturi ta’ sjieda konġunta, jew li jippermettu li strutturi ta’ sjieda konġunta jkunu riċevituri diretti ta’ appoġġ finanzjarju.

3.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aħjar użu kosteffettiv tal-finanzjament nazzjonali u l-finanzjament disponibbli stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Soċjali għall-Klima, il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, InvestEU, id-dħul mill-irkant mill-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont id-Direttiva 2003/87/KE [ETS emendata] u sorsi oħra ta’ finanzjament pubbliku.

4.    Biex jappoġġaw il-mobilizzazzjoni tal-investimenti, l-Istati Membri għandhom jippromwovu l-introduzzjoni ta’ finanzjament u għodod finanzjarji abilitanti, bħal self għall-effiċjenza enerġetika u ipoteki għar-rinnovazzjoni tal-bini, kuntrattar għar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inċentivi fiskali, skemi fuq it-taxxa, skemi fuq il-kont, fondi ta’ garanzija, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet profondi, fondi mmirati lejn rinnovazzjonijiet b’limitu minimu sinifikanti ta’ ffrankar tal-enerġija mmirat u standards tal-portafoll ipotekarju. Huma għandhom jiggwidaw l-investimenti fi stokk ta’ bini pubbliku effiċjenti fl-użu tal-enerġija, f’konformità mal-gwida tal-Eurostat dwar ir-reġistrazzjoni tal-Ikkuntrattar għall-Prestazzjoni tal-Enerġija fil-kontijiet tal-gvern.

5.    L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw l-aggregazzjoni ta’ proġetti biex jippermettu l-aċċess tal-investituri kif ukoll soluzzjonijiet aggregati għal klijenti potenzjali.

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-prodotti ta’ self għall-effiċjenza enerġetika għar-rinnovazzjonijiet tal-bini jiġu offruti b’mod wiesa’ u mhux diskriminatorju mill-istituzzjonijiet finanzjarji u jkunu viżibbli u aċċessibbli għall-konsumaturi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-banek u istituzzjonijiet finanzjarji u investituri oħra jirċievu informazzjoni dwar opportunitajiet biex jipparteċipaw fil-finanzjament tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.

6.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ assistenza teknika, inkluż permezz ta’ punti uniċi ta’ servizz, immirati lejn l-atturi kollha involuti fir-rinnovazzjonijiet tal-bini, inkluż is-sidien tad-djar u l-atturi amministrattivi, finanzjarji u ekonomiċi, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji.

7.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri u finanzjament biex jippromwovu l-edukazzjoni u t-taħriġ biex jiżguraw li jkun hemm biżżejjed forza tax-xogħol bil-livell xieraq ta’ ħiliet li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet fis-settur tal-bini.

🡻 2010/31/UE

 ġdid

84.    Il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tassisti, fuq talba, lill-Istati Membri fl-iffissar ta’ programmi ta’ appoġġ finanzjarju nazzjonali jew reġjonali bil-għan li jiżdied ir-rendiment  tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini, speċjalment f’bini eżistenti, billi tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-awtoritajiet jew il-korpi nazzjonali jew reġjonali responsabbli.

Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tqassam, tal-inqas lill-awtoritajiet pubbliċi, l-aħjar prattiki dwar skemi ta’ finanzjament pubbliċi u privati ta’ suċċess għal rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija kif ukoll informazzjoni dwar skemi għall-aggregazzjoni ta’ proġetti fuq skala żgħira ta’ rinnovazzjoni effiċjenti fl-użu tal-enerġija. Il-Kummissjoni għandha tidentifika u xxerred l-aħjar prattiki dwar inċentivi finanzjarji għal rinnovazzjoni mill-perspettiva tal-konsumatur b’kont meħud ta’ differenzi fil-kosteffiċjenza bejn l-Istati Membri.

5.    Sabiex ittejjeb il-finanzjament b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u b’kont dovut meħud tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Kummissjoni għandha, preferibbilment sal-2011, tippreżenta, b’mod partikolari, analiżi dwar:

(a)l-effettività, kemm hu xieraq il-livell, u l-ammont propju li ntuża, ta’ fondi strutturali u programmi qafas li intużaw biex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini, speċjalment fl-akkomodazzjoni;

(b)l-effettività tal-użu ta’ fondi mill-BEI u istituzzjonijiet ta’ finanzjament pubbliku oħrajn;

(c)il-koordinazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni u nazzjonali u forom oħra ta’ appoġġ li jistgħu jaġixxu bħala lieva biex jiġi stimulat l-investiment fl-effiċjenza tal-użu tal-enerġija u l-adegwatezza ta’ tali fondi biex jinkisbu l-objettivi tal-Unjoni.

Abbażi ta’ dik l-analiżi, u skont il-qafas finanzjarju pluriennali, il-Kummissjoni tista’ sussegwentement u jekk tqis li dan huwa adatt, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, proposti fir-rigward tal-istrumenti tal-Unjoni.

🡻 2018/844 Art. 1.6

 ġdid

96.    L-Istati Membri għandhom jorbtu l-miżuri finanzjarji tagħhom għal titjib  fir-rendiment  fl-użu tal-enerġija fir-rinnovazzjoni ta’ bini mal-iffrankar fl-enerġija mmirat jew miksub, kif determinat bi kriterju wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

(a)ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tat-tagħmir jew tal-materjal użat għar-rinnovazzjoni, f’liema każ, it-tagħmir jew il-materjal użat għar-rinnovazzjoni għandu jiġi installat minn installatur bil-livell rilevanti ta’ ċertifikazzjoni jew kwalifika  u għandu jikkonforma mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-elementi tal-bini  ;

(b)valuri standard għall-kalkolu ta’ ffrankar fl-enerġija fil-bini;

(c)it-titjib miksub minħabba din ir-rinnovazzjoni billi jqabblu ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa qabel u wara r-rinnovazzjoni;

(de)ir-riżultati ta’ verifika tal-enerġija;

(e)ir-riżultati ta’ metodu ieħor rilevanti, trasparenti u proporzjonat li jindika t-titjib fir-rendiment fl-użu tal-enerġija.

 ġdid

10.    Sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2027, l-Istati Membri ma għandhom jipprovdu l-ebda inċentiv finanzjarju għall-installazzjoni ta’ bojlers li jaħdmu bil-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ dawk magħżula għall-investiment, qabel l-2027, f’konformità mat-tielet sing tal-Artikolu 7(1)(h) (i) tar-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 60 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u mal-Artikolu 73 tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 61 dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

11.    L-Istati Membri għandhom jinċentivaw rinnovazzjoni profonda u programmi mdaqqsa li jindirizzaw għadd kbir ta’ bini u jirriżultaw fi tnaqqis ġenerali ta’ mill-inqas 30 % tad-domanda għall-enerġija primarja b’appoġġ finanzjarju, fiskali, amministrattiv u tekniku ogħla.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li rinnovazzjoni profonda fi stadji li tirċievi inċentivi finanzjarji pubbliċi ssegwi l-passi stabbiliti f’passaport ta’ rinnovazzjoni.

12.    L-inċentivi finanzjarji għandhom ikollhom fil-mira, bħala prijorità, l-unitajiet domestiċi vulnerabbli, il-persuni affettwati mill-faqar enerġetiku u l-persuni li jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali, f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata].

13.    Meta jipprovdu inċentivi finanzjarji lis-sidien ta’ bini jew unitajiet ta’ bini għar-rinnovazzjoni ta’ bini mikri jew unitajiet ta’ bini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-inċentivi finanzjarji jkunu ta’ benefiċċju kemm għas-sidien kif ukoll għall-inkwilini, b’mod partikolari billi jipprovdu appoġġ għall-kera jew billi jimponu limiti massimi fuq iż-żidiet fil-kera.

🡻 2018/844 Art. 1.6

6a.    Bażijiet tad-data għall-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom jippermettu l-ġbir ta’ data dwar il-konsum tal-enerġija mkejjel jew ikkalkolat tal-bini kopert, inkluż mill-inqas bini pubbliku li għalih inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, kif imsemmi fl-Artikolu 13, skont l-Artikolu 12.

6b.    Tal-inqas data anonimizzata aggregata konformi mar-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data tal-Unjoni u dawk nazzjonali għandha tkun disponibbli meta mitluba għal finijiet ta’ statistika u ta’ riċerka u għas-sid tal-bini.

🡻 2010/31/UE

 ġdid

7.    Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma għandhomx iwaqqfu lill-Istati Membri milli jipprovdu inċentivi għal bini ġdid, rinovazzjonijiet ġodda jew elementi ġodda tal-bini li jmorru lil hinn mil-livelli kost-ottimali.

Artikolu 1611

Ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.    L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa biex tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija.

Iċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi r-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija  espress b’indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y),  u valuri ta’ referenza bħal rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija  , standards minimi tar-rendiment tal-enerġija, rekwiżiti ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija u rekwiżiti ta’ bini b’emissjonijiet żero,  biex ikun possibbli għas-sidien u l-inkwilini tal-binja jew unità tal-bini jqabblu u jivvalutaw ir-rendiment tiegħu fl-użu tal-enerġija. Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jista’ jinkludi informazzjoni addizzjonali bħall-konsum tal-enerġija annwali għal bini mhux residenzjali u l-persentaġġ ta’ enerġija minn sorsi rinovabbli fil-konsum totali tal-enerġija.

 ġdid

2.    Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2025, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jikkonforma mal-mudell fl-Anness V. Għandu jispeċifika l-klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, fuq skala magħluqa bl-użu ta’ ittri biss minn A sa G. L-ittra A għandha tikkorrispondi għal bini b’emissjonijiet żero kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), u l-ittra G għandha tikkorrispondi għall-15 % tal-bini bl-agħar rendiment fl-istokk tal-bini nazzjonali fiż-żmien tal-introduzzjoni tal-iskala. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassijiet li jifdal (B sa F) ikollhom distribuzzjoni ugwali tal-firxa tal-indikaturi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fost il-klassijiet tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jiżguraw identità viżiva komuni għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fit-territorju tagħhom.

3.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità, l-affidabbiltà u l-affordabbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Huma għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħarġu minn esperti indipendenti wara żjara fuq il-post.

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

42.    Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kostottimali jew kosteffettiv tar-rendiment  u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra operattivi  ta’ bini jew ta’ unità ta’ bini fl-użu tal-enerġija, dment li  il-bini jew l-unità tal-bini diġà tkun konformi mal-istandard relevanti tal-bini b’emissjonijiet żero  ma jkun hemm l-ebda potenzjal raġonevoli għal titjib tali meta mqabbel mar-rekwiżit tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fis-seħħ.

Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikopru:

(a)miżuri mwettqa b’rabta ma’ rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema/i teknika/ċi  jew is-sistemi tekniċi tal-bini; u

(b)miżuri għal elementi ta’ bini individwali indipendenti minn rinovazzjoni maġġuri tal-involukru tal-bini jew is-sistema/i teknika/ċi jew is-sistemi tekniċi tal-bini.

53.    Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandhom ikunu teknikament fattibbli għall-bini speċifiku u għandhom jipprovdu stima għall-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra operattivi. Dawnu jistgħu jipprovdu stima għall-firxa ta’ perijodi ta’ ħlas lura jew kostbenefiċċji matul iċ-ċiklu tal-ħajja ekonomika tiegħu.

 ġdid

6.    Ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jinkludu valutazzjoni dwar jekk is-sistema tat-tisħin jew tal-arja kundizzjonata tistax tiġi adattata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti, bħal emittenti ta’ temperatura baxxa għal sistemi tat-tisħin ibbażati fuq l-ilma, inkluż id-disinn meħtieġ tal-output tal-enerġija termali u r-rekwiżiti tat-temperatura/fluss.

🡻 2010/31/UE

 ġdid

74.    Iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jipprovdi indikazzjoni dwar fejn is-sid jew l-inkwilin jista’ jirċievi informazzjoni dettaljata ulterjuri inkluż fir-rigward tal-kosteffettività tar-rakkomandazzjonijiet magħmula fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-evalwazzjoni tal-kosteffettività għandha tkun ibbażata fuq sett ta’ kundizzjonijiet standard, bħall-valutazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija u prezzijiet tal-enerġija sottostanti u previżjoni tal-kost preliminari. Barra minn hekk, għandu jkun fih informazzjoni dwar il-passi li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet. Informazzjoni oħra dwar suġġetti relatati, bħall-verifiki tal-enerġija jew inċentivi ta’ natura finanzjarja jew natura oħra u possibbiltajiet ta’ finanzjament  , jew pariri dwar kif tiżdied ir-reżiljenza klimatika tal-bini, jistgħu wkoll jiġu pprovduti lis-sid jew lill-inkwilin.

5.    Soġġett għar-regoli nazzjonali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu lill-awtoritajiet pubbliċi biex jieħdu kont tar-rwol mexxej li għandu jkollhom fil-qasam tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, inter alia billi jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġ għal bini fil-pussess tagħhom fil-perijodu ta’ validità tiegħu.

86.    Iċ-ċertifikazzjoni għal unitajiet tal-bini tista’ tkun ibbażata fuq:

(a)ċertifikazzjoni komuni tal-bini kollu; jew

(b)l-istima ta’ unità tal-bini rappreżentattiva oħra bl-istess karatteristiċi rilevanti għall-enerġija fl-istess bini.

97.    Iċ-ċertifikazzjoni għad-djar ta’ familja waħda tista’ tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni ta’ bini rappresentattiv ieħor ta’ disinn u daqs simili bi kwalità ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija simili jekk tali korrispondenza tkun tista’ tiġi ggarantita mill-espert li jkun qed joħroġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

108.    Il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija m’għandhiex teċċedi l-għaxar  l-ħames  snin.  Madankollu, għal bini bi klassi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija A, B jew C stabbilita skont il-paragrafu 2, il-validità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ma għandhiex taqbeż l-10 snin.  9.    Il-Kummissjoni għandha, sal-2011, f’konsultazzjoni mas-setturi rilevanti, tadotta skema ta’ ċertifikazzjoni komuni u volontarja tal-Unjoni Ewropea għar-rendiment ta’ bini mhux residenzjali fl-użu tal-enerġija. Din il-miżura għandha tiġi adottata skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 26(2). L-Istati Membri huma mħeġġa jirrikonoxxu jew jużaw l-iskema, jew jużaw parti minnha billi jadattawha għaċ-ċirkostanzi nazzjonali.

 ġdid

11.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija fejn l-elementi individwali biss jiġu aġġornati (miżuri uniċi jew awtonomi).

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli proċeduri simplifikati għall-aġġornament ta’ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meta jiġu stabbiliti miżuri identifikati f’passaport ta’ rinnovazzjoni.

🡻 2010/31/UE (adattat)

ġdid

Artikolu 1712

Il-ħruġ taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċertifikat  diġitali  tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jinħareġ għal:

(a)bini jew unitajiet ta’ bini li huma mibnija , li saritilhom rinnovazzjoni maġġuri, li huma mibjugħa jew mikrija lil inkwilin ġdid jew li għalihom iġġedded il-kuntratt tal-kiri ; u

(b)bini fejn erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 500m2 hija  proprjetà jew okkupata minn awtorità  korpi pubbliċi pubblika u ta’ spiss miżjura mill-pubbliku. Fid-9 ta’ Lulju 2015, dan il-limitu ta’ 500 m2 għandu jitnaqqas għal 250 m2.

Ir-rekwiżit li jinħareġ ċertifikat dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ma japplikax meta ċertifikat, maħruġ jew skont id-Direttiva  2010/31/UE  2002/91/KE jew skont din id-Direttiva, għall-bini jew l-unità tal-bini kkonċernati, huwa disponibbli u validu.

2.    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, meta bini jew unitajiet tal-bini jinbnew, jinbiegħu jew jinkrew  jew meta jiġġeddu l-kuntratti tal-kiri , iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jew kopja tiegħu, għandu jintwera lill-inkwilin jew ix-xerrej prospettivi l-ġodda u jingħataw lix-xerrej jew lill-inkwilin il-ġdid.

3.    Fejn bini jinbiegħ jew jinkera qabel il-kostruzzjoni  jew rinnovazzjoni maġġuri  , l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-bejjiegħ jipprovdi valutazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija futura tiegħu, bħala deroga mill-paragrafi 1 u 2; f’dan  dak il-każ, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu jinħareġ sa mhux aktar tard minn meta l-bini jkun inbena  jew ġie rinnovat u għandu jirrifletti l-istat tal-bini kif inbena .

4.    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li meta:bini li jkollu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, unitajiet ta’ bini f’bini li jkollu ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u unitajiet ta’ bini li jkollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġij, binjiet jew unitajiet ta’ bini  li jiġu offruti għall-bejgħ jew għall-kiri  ikollhom ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija  ,  u li  l-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi  taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini jew tal-unità tal-bini, kif applikabbli, jitniżżel fir-reklami  online u offline, inkluż  fil-  websites tal-portali tat-tiftix tal-proprjetà  media kummerċjali. 

ġdid

L-Istati Membri għandhom iwettqu verifiki ta’ kampjuni jew kontrolli oħra biex jiżguraw il-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti. 

🡻 2010/31/UE

5.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli għas-sjieda konġunta jew għal proprjetà komuni.

6.    L-Istati Membri jistgħu jeskludu l-kategoriji ta’ bini msemmija fl-Artikolu 4(2) mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu.

67.    L-effetti possibbli ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija f’termini ta’ proċeduri legali, jekk ikun hemm, għandhom jiġu deċiżi f’konformità mar-regoli nazzjonali.

ġdid

7.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikati kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa jittellgħu fil-bażi tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija msemmija fl-Artikolu 19. L-applowdjar għandu jkun fih iċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluża d-data kollha meħtieġa għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini.

🡻 2010/31/UE (adattat)

Artikolu 1813

Il-wiri ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija

1.    L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li meta l-erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 500 m2 ta’ bini li għalih ikun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija f’konformità mal-Artikolu 1712(1) jkun okkupat minn awtoritajiet pubbliċi u li spiss iżuru l-pubbliku iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f’post prominenti viżibbli b’mod ċar għall-pubbliku. Fid-9 ta’ Lulju 2015, dan il-limitu ta’ 500 m2 għandu jitnaqqas għal 250 m2.

2.    L-Istati Membri għandhom jiirikjedu li meta l-erja totali utli tal-art ta’ aktar minn 500 m2 li għaliha jkun inħareġ ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 1712(1) iżurha spiss il-pubbliku, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jitpoġġa f’post prominenti ċarament viżibbli għal pubbliku.

3.    Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu  tal-paragrafi 1 u2 ma jinkludux obbligu li jintwerew ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

 ġdid

Artikolu 19

Bażijiet tad-data għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

1.    Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija li tippermetti li tinġabar data dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u dwar ir-rendiment ġenerali tal-bini fl-użu tal-enerġija tal-istokk tal-bini nazzjonali.

Il-bażi tad-data għandha tippermetti li tinġabar data relatata maċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-ispezzjonijiet, il-passaport tar-rinnovazzjoni tal-bini, l-indikatur tal-potenzjal ta’ intelliġenza u l-konsum tal-enerġija kkalkulat jew immetrat tal-bini kopert.

2.    Il-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku, f’konformità mar-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. L-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għas-sidien, l-inkwilini u l-maniġers tal-bini, u għall-istituzzjonijiet finanzjarji fir-rigward tal-bini fil-portafoll tal-investiment tagħhom. Għall-bini offrut għall-kiri jew għall-bejgħ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw aċċess għaċ-ċertifikat sħiħ tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal kerrejja jew xerrejja prospettivi.

3.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku informazzjoni dwar is-sehem tal-bini fl-istokk tal-bini nazzjonali kopert miċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u d-data aggregata jew anonimizzata dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tal-bini kopert. L-informazzjoni pubblika għandha tiġi aġġornata mill-inqas darbtejn fis-sena. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni anonimizzata jew aggregata disponibbli għall-pubbliku u għall-istituzzjonijiet ta’ riċerka bħall-Istituti Nazzjonali tal-Istatistika, fuq talba.

4.    Mill-inqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasferiment tal-informazzjoni fil-bażi tad-data nazzjonali lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini.

5.    Il-Kummissjoni għandha, sat-30 ta’ Ġunju 2024, tadotta att ta’ implimentazzjoni b’mudell komuni għat-trasferiment tal-informazzjoni lill-Osservatorju tal-Istokk tal-Bini.

Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(3).

6.    Biex jiġu żgurati l-koerenza u l-konsistenza tal-informazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija tkun interoperabbli u integrata ma’ bażijiet tad-data amministrattivi oħra li jkun fihom informazzjoni dwar il-bini, bħall-katast tal-bini nazzjonali u r-reġistri diġitali tal-bini.

🡻 2018/844 Art. 1.7 (adattat)

 ġdid

Artikolu 2014

Spezzjoni ta’ sistemi tat-tisħin  Spezzjonijiet 

1.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa biex jiġu stabbiliti spezzjonijiet regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tat-tisħin  , tal-ventilazzjoni u tal-arja kkondizzjonata  jew ta’ sistemi tat-tisħin tal-ispazju kkombinat mal-ventilazzjoni, b’output nominali effettiv ta’ aktar minn 70 kW, bħall-ġeneratur tas-sħana, is-sistema ta’ kontroll u l-pompa/i ta’ ċirkolazzjoni użati għat-tisħin tal-bini. Il-klassifikazzjoni effettiva tas-sistema għandha tkun ibbażata fuq is-somma tal-output nominali tal-ġeneraturi tat-tisħin u tal-arja kundizzjonata. 

 ġdid

2.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta’ spezzjoni separati għall-ispezzjonijiet ta’ sistemi residenzjali u mhux residenzjali.

3.    L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu frekwenzi ta’ spezzjoni differenti skont it-tip u l-output nominali effettiv tas-sistema filwaqt li jqisu l-ispejjeż tal-ispezzjoni tas-sistema u l-iffrankar stmat tal-ispejjeż tal-enerġija li jista’ jirriżulta mill-ispezzjoni. Is-sistemi għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas kull ħames snin. Sistemi b’ġeneraturi b’output nominali effettiv ta’ aktar minn 290 kW għandhom jiġu spezzjonati mill-inqas kull sentejn.

4.    L-ispezzjoni għandha tinkludi l-valutazzjoni tal-ġeneratur jew tal-ġeneraturi, tal-pompi taċ-ċirkolazzjoni, tal-fannijiet u tas-sistema ta’ kontroll. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jinkludu fl-iskemi ta’ spezzjoni kwalunkwe sistema ta’ bini addizzjonali identifikata fl-Anness I.

🡻 2018/844 Art. 1.7 (adattat)

 ġdid

L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza u tad-dimensjonament tal-ġeneratur tas-sħana  jew tal-ġeneraturi u tal-komponenti ewlenin tiegħu  meta mqabbel mar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini u, fejn rilevanti, tikkunsidra, l-kapaċitajiet tas-sistema tat-tisħin jew tas-sistema tat-tisħin tal-ispazju u l-ventilazzjoni kkombinati biex ikun ottimizzat ir-rendiment tagħha taħt kondizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.  Fejn rilevanti, l-ispezzjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà tas-sistema li topera f’settings tat-temperatura differenti u aktar effiċjenti, filwaqt li tiżgura t-tħaddim sikur tas-sistema.

 ġdid

L-iskema tal-ispezzjonijiet għandha tinkludi valutazzjoni tad-dimensjonament tas-sistema tal-ventilazzjoni meta mqabbel mar-rekwiżiti tal-bini u tikkunsidra l-kapaċitajiet tas-sistema tal-ventilazzjoni biex ikun ottimizzat ir-rendiment tagħha f’kundizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.

🡻 2018/844 Art. 1.7 (adattat)

 ġdid

Fejn ma jkun sar l-ebda tibdil fis-sistema tat-tisħin jew għas-sistema tat-tisħin tal-ispazju u l-ventilazzjoni kkombinati jew fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tisħin tal-bini wara li tkun saret spezzjoni f’konformità ma’ dan l-Artikolu il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirrikjedux li l-valutazzjoni tad-dimensjonament  tal-komponent ewlieni  tal-ġeneratur tas-sħana  jew li l-valutazzjoi tal-operazzjoni f’temperaturi differenti  tiġi ripetuta.

52.    Is-sistemi tekniċi tal-bini li huma espliċitament koperti minn kriterju miftiehem dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jew arranġament kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta’ titjib ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bħall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jew li huma mħaddma minn operatur ta’ utilità jew ta’ netwerk u li għalhekk huma soġġetti għal miżuri ta’ monitoraġġ tar-rendiment min-naħa tas-sistema, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, dment li l-impatt ġenerali ta’ approċċ tali jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1.

63.    Bħala alternattiva għall-paragrafu 1 u  dDment li l-impatt ġenerali huwa ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri biex jiżguraw l-għoti ta’ pariri lill-utenti dwar is-sostituzzjoni ta’ ġeneraturi tas-sħana, modifiki oħra għas-sistema tat-tisħin jew għas-sistema tat-tisħin tal-ispazju u l-ventilazzjoni kkombinati u soluzzjonijiet alternattivi għall-valutazzjoni tal-effiċjenza tar-rendiment, u d-daqs adatt ta’ dawk is-sistemi.

Qabel ma japplika l-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu, billi jippreżenta rapport lill-Kummissjoni, jiddokumenta l-ekwivalenza tal-impatt ta’ dawk il-miżuri għall-impatt tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

🡻 2018/1999 Art. 53.5

Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

🡻 2018/844 Art. 1.7 (adattat)

 ġdid

74.    L-Istati Membri għandhom jistipulaw ir-rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn dan ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, bini mhux residenzjali b’sistemi tat-tisħin jew b’sistemi tat-tisħin tal-ispazju u l-ventilazzjoni kkombinati, b’output nominali effettiv ta’ aktar minn 290 kW ikun mgħammar b’sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini sal-31 ta’ Diċembru 2024 sal-2025. Il-limitu għall-output nominali effettiv għandu jitnaqqas għal 70 kW sal-31 ta’ Diċembru 2029.

Is-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini għandhom ikun kapaċi:

(a)b’mod kontinwu jimmonitorjaw, jirreġistraw, janalizzaw u jħallu lok għal aġġustamenti fl-użu tal-enerġija;

(b)iqabblu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini, jidentifikaw telf fl-effiċjenza ta’ sistemi tekniċi użati fil-bini, u jinformaw lill-persuna responsabbli mill-faċilitajiet jew mill-ġestjoni teknika tal-bini dwar opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; u

(c)jippermettu l-komunikazzjoni mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u apparati oħra konnessi ġewwa l-bini, u jkunu interoperabbli mas-sistemi tekniċi użati fil-bini bejn tipi differenti ta’ teknoloġiji bi privattiva, apparati u manifatturi.

85.    L-Istati Membri għandhomjistgħu jistipulaw rekwiżiti biex jiżguraw li mill-1 ta’ Jannar 2025, l-bini residenzjali ġdid u bini residenzjali li jkunu qed isirulu rinnovazzjonijiet maġġuri jkun mgħammar:

(a)bil-funzjonalità ta’ monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistemi u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini meta din tkun naqset b’mod sinifikattiv u meta jkun meħtieġ servizz ta’ manutenzjoni tas-sistema, u

(b)b’funzjonalitajiet ta’ kontroll effettivi biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu ottimali tal-enerġija.

96.    Binjiet li jikkonformaw mal-paragrafi 74 jew 85 għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.”.

 ġdid

10.    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu skemi ta’ spezzjoni jew miżuri alternattivi li jinkludu għodod diġitali, biex jiċċertifikaw li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u ta’ rinnovazzjoni mwassla jissodisfaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ddisinjat u jkunu konformi mar-rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif stabbiliti fil-kodiċijiet tal-bini.

11.    L-Istati Membri għandhom jinkludu analiżi fil-qosor tal-iskemi ta’ spezzjoni u r-riżultati tagħhom bħala anness għall-pjan ta’ rinnovazzjoni tal-bini msemmi fl-Artikolu 3. L-Istati Membri li għażlu l-miżuri alternattivi indikati fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu analiżi fil-qosor u r-riżultati tal-miżuri alternattivi.

🡻 2018/844 Art. 1.7

Artikolu 15

Spezzjoni tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata

1.    L-Istati Membri għandhom jistipulaw il-miżuri meħtieġa għall-istabbiliment ta’ spezzjonijiet regolari tal-partijiet aċċessibbli tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata jew ta’ sistemi tal-arja kkondizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati, b’output nominali effettiv ta’ ’l fuq minn 70 kW. L-ispezzjoni għandha tinkludi valutazzjoni tal-effiċjenza u tad-dimensjonament tas-sistema tal-arja kkondizzjonata meta mqabbla mar-rekwiżiti tat-tkessiħ tal-bini u fejn ikun rilevanti, tikkunsidra l-kapaċitajiet tas-sistema tal-arja kkondizzjonata jew tas-sistema ta’ arja kkondizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati biex ikun ottimizzat ir-rendiment tagħha taħt kondizzjonijiet operattivi tipiċi jew medji.

Fejn ma jkun sar l-ebda tibdil fis-sistema tal-arja kkondizzjonata jew fis-sistema tal-arja kkondizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati jew fir-rigward tar-rekwiżiti tat-tkessiħ tal-bini wara li tkun saret spezzjoni f’konformità ma’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jirrikjedux li l-valutazzjoni tad-dimensjonament tas-sistema ta’ arja kkondizzjonata tiġi ripetuta.

L-Istati Membri li jżommu rekwiżiti aktar stretti skont l-Artikolu 1(3) għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jinnotifikawhom lill-Kummissjoni.

2.    Is-sistemi tekniċi tal-bini li huma espliċitament koperti minn kriterju miftiehem dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija jew arranġament kuntrattwali li jispeċifika livell miftiehem ta’ titjib ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bħall-ikkuntrattar tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, jew li huma mħaddma minn operatur ta’ utilità jew ta’ netwerk u li għalhekk huma soġġetti għal miżuri ta’ monitoraġġ tar-rendiment min-naħa tas-sistema, għandhom ikunu eżentati mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, dment li l-impatt ġenerali ta’ approċċ tali jkun ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1.

3.    Bħala alternattiva għall-paragrafu 1 u dment li l-impatt ġenerali huwa ekwivalenti għal dak li jirriżulta mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jieħdu miżuri biex jiżguraw l-għoti ta’ pariri lill-utenti dwar is-sostituzzjoni ta’ sistemi tal-arja kkondizzjonata jew ta’ sistemi tal-arja kkondizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati, modifiki oħra għas-sistema tal-arja kkondizzjonata jew ta’ sistemi tal-arja kkondizzjonata u tal-ventilazzjoni kkombinati u soluzzjonijiet alternattivi biex jiġu vvalutati l-effiċjenza u d-daqs adatt ta’ dawk is-sistemi.

Qabel ma japplika l-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kull Stat Membru għandu, billi jippreżenta rapport lill-Kummissjoni, jiddokumenta l-ekwivalenza tal-impatt ta’ dawk il-miżuri għall-impatt tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

🡻 2018/1999 Art. 53.6

Dan ir-rapport għandu jintbagħat lill-Kummissjoni, bħala parti mill-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima, imsemmija fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2018/1999.

🡻 2018/844 Art. 1.7

4.    L-Istati Membri għandhom jistipulaw rekwiżiti biex jiżguraw li, fejn dan ikun teknikament u ekonomikament fattibbli, bini mhux residenzjali b’sistemi tal-arja kkondizzjonata jew b’sistemi tal-arja kkondizzjonata u l-ventilazzjoni kkombinati b’output nominali effettiv ta’ aktar minn 290 kW ikun mgħammar b’sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini sal-2025.

Is-sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini għandhom ikun kapaċi:

(a)b’mod kontinwu jimmonitorjaw, jirreġistraw, janalizzaw u jħallu lok għal aġġustamenti fl-użu tal-enerġija;

(b)iqabblu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-bini, jidentifikaw telf fl-effiċjenza ta’ sistemi tekniċi użati fil-bini, u jinformaw lill-persuna responsabbli mill-faċilitajiet jew mill-ġestjoni teknika tal-bini dwar opportunitajiet għal titjib fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija; u

(c)jippermettu l-komunikazzjoni mas-sistemi tekniċi użati fil-bini u apparati oħra konnessi ġewwa l-bini, u jkunu interoperabbli mas-sistemi tekniċi użati fil-bini bejn tipi differenti ta’ teknoloġiji bi privattiva, apparati u manifatturi.

5.    L-Istati Membri jistgħu jistipulaw rekwiżiti biex jiżguraw li l-bini residenzjali jkun mgħammar:

(a)bil-funzjonalità ta’ monitoraġġ elettroniku kontinwu li jkejjel l-effiċjenza tas-sistemi u jinforma lis-sidien jew lill-maniġers tal-bini meta din tkun naqset b’mod sinifikattiv u meta jkun meħtieġ servizz ta’ manutenzjoni tas-sistema, u

(b)b’funzjonalitajiet ta’ kontroll effettivi biex jiżguraw il-ġenerazzjoni, id-distribuzzjoni, il-ħażna u l-użu ottimali tal-enerġija.

6.    Bini li jikkonforma mal-paragrafu 4 jew 5 għandu jiġi eżentat mir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

🡻 2010/31/UE (adattat)

ġdid

Artikolu 2116

Rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin  , tal-ventilazzjoni  u tal-arja kkondizzjonata

1.    Rapport ta’ spezzjoni għandu jinħareġ wara kull spezzjoni ta’ sistema ta’ tisħin , tal-ventilazzjoni  jew tal-arja kkondizzjonata Ir-rapport ta’ spezzjoni għandu jkun fih ir-riżultat tal-ispezzjoni mwettqa f’konformità mal-Artikolu 2014 jew 15 u jinkludi rakkomandazzjonijiet għat-titjib kosteffettiv tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema spezzjonata.

Ir-  Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jkunu bbażati fuq tqabbil tar-rendiment fl-użu tal-enerġija tas-sistema spezzjonata ma’ dik tal-aħjar sistema fattibbli disponibbli u sistema ta’ tip simili li għaliha l-komponenti rilevanti kollha jilħqu l-livell tar-rendiment fl-użu tal-enerġija meħtieġ mil-leġislazzjoni applikabbli;

2.    Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jingħata lill-proprjetarju jew lill-inkwilin tal-bini.

 ġdid

3.    Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jittella’ fil-bażi tad-data nazzjonali għar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 19.

🡻 2010/31/UE (adattat)

ġdid

Artikolu 2217

Esperti indipendenti

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija  , l-istabbiliment tal-passaporti tar-rinnovazzjoni, il-valutazzjoni tal-istat ta’ tħejjija għat-teknoloġiji intelliġenti, , u l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tas-sistemi tal-arja kkondizzjonata jitwettqu b’mod indipendenti minn esperti kkwalifikati u jew  iċċertifikati  akkreditati, kemm jekk jaħdmu għal rashom kif ukoll jekk impjegati minn entitajiet pubbliċi jew impriżi privati.

L-esperti għandhom jiġu akkreditati  ċċertifikati f’konformità mal-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) …/… [EED riformolata] b’kont meħud tal-kompetenza tagħhom.

2.    L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-pubbliku l-informazzjoni rigward it-taħriġ u l-akkreditazzjonijiet  ċ-ċertifikazzjonijiet . L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli għall-pubbliku jew listi aġġornati regolarment ta’ esperti kwalifikati u/jew akkreditati  iċċertifikati jew listi aġġornati regolarment ta’ kumpaniji akkreditati  ċċertifkati li joffru s-servizzi ta’ esperti bħal dawn.

 ġdid

Artikolu 23

Ċertifikazzjoni ta’ professjonisti tal-bini

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-livell xieraq ta’ kompetenza għall-professjonisti tal-bini li jwettqu xogħlijiet integrati ta’ rinnovazzjoni f’konformità mal-Artikolu 26 [EED riformulata].

2.    Fejn xieraq u fattibbli, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti jkunu disponibbli għall-fornituri ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni integrati fejn dan ma jkunx kopert mill-Artikolu 18(3) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata] jew l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata].

🡻 2010/31/UE (adattat)

ġdid

Artikolu 2418

Sistemi ta’ kontroll indipendenti

1.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija  jiġu stabbiliti f’konformità mal-Anness VI, u li s-sistemi ta’ kontroll indipendenti għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, għall-indikaturi tal-potenzjal tal-intelliġenza   u għar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata jiġu stabbiliti skont l-Anness II. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistemi separati għall-kontroll taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija  , għall-passaporti tar-rinnovazzjoni, għall-indikaturi tal-potenzjal tal-intelliġenza  u għall-kontroll tar-rapporti dwar l-ispezzjoni tas-sistemi tat-tisħin u tal-arja kkondizzjonata.

2.    L-Istati Membri jistgħu jiddelegaw ir-responsabbiltajiet għall-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll indipendenti.

Meta l-Istati Membri jiddeċidu li jagħmlu hekk, għandhom jiżguraw li s-sistemi ta’ kontroll indipendenti jiġu implimentati f’konformità mal-Anness VIII.

3.    L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li ċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija  , il-passaporti tar-rinnovazzjoni, l-indikaturi tal-potenzjali tal-intelliġenza  u r-rapporti tal-ispezzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ikunu magħmula disponibbli, fuq talba, lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kompetenti.

🡻 2018/844 Art. 1.8 (adattat)

 ġdid

Artikolu 2519

Rieżami

Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat stabbilit bl-  imsemmi fl-Artikolu 3026, għandha teżamina din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn tmiem l-2027  mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2026 fid-dawl tal-esperjenza miksuba u l-progress magħmul matul l-applikazzjoni tagħha, u, jekk ikun neċessarju, tagħmel proposti.

Bħala parti minn dak ir-rieżami,  il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva flimkien ma strumenti leġiżlattivi oħra li jindirizzaw l-effiċjenza enerġetika u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-bini, partikolarment permezz tal-ipprezzar tal-karbonju, iwasslu għal biżżejjed progress lejn il-ksib ta’ stokk tal-bini b’emissjonijiet żero, kompletament dekarbonizzat sal-2050, jew jekk jeħtieġx li jiġ introdotti aktar miżuri vinkolanti fil-livell tal-Unjoni, partikolarment standards mandatorji minimi għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-istokk kollu tal-bini.  iIl-Kummissjoni għandha teżamina wkoll b’liema mod l-Istati Membri jistgħu japplikaw approċċi integrati ta’ distrettwalità jew ta’ viċinaza fil-politika tal-Unjoni dwar il-bini u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jiżguraw li kull bini jissodisfa r-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, pereżempju permezz ta’ skemi ta’ rinnovazzjoni ġenerali li japplikaw għal numru ta’ bini f’kuntest ta’ żona minflok għal bini uniku. Il-Kummissjoni, b’mod partikolari, għandha tivvaluta l-ħtieġa għal titjib ulterjuri taċ-ċertifikati ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 11.

🡻 2018/844 Art. 1.9 (adattat)

Artikolu 19 a

Studju ta’ fattibbiltà

Il-Kummissjoni, qabel l-2020, għandha tikkonkludi studju ta’ fattibbiltà, li jiċċara l-possibbiltajiet u l-iskeda ta’ żmien biex tkun introdotta l-ispezzjoni ta’ sistemi tal-ventilazzjoni awtonomi u passaport ta’ rinnovazzjoni tal-bini fakultattiv li jkun komplementari għaċ-ċertifikati ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija, sabiex ikun ipprovdut pjan direzzjonali għar-rinnovazzjoni pass pass u fit-tul għal bini speċifiku abbażi ta’ kriterji ta’ kwalità, wara verifika tal-enerġija, u li jiddeskrivi l-miżuri rilevanti u r-rinnovazzjonijiet li jistgħu jtejbu r-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2010/31/UE

ġdid

Artikolu 2620

Informazzjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jinfurmaw lis-sidien jew lill-inkwilini tal-bini jew tal-unitajiet ta’ bini u l-atturi tas-suq relevanti kollha dwar il-prattika u l-metodi differenti li jservu biex jittejjeb ir-rendiment fl-użu tal-enerġija. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprovdu informazzjoni mfassla apposta għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli.

🡻 2018/844 Art. 1.10

2.    L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jipprovdu lis-sidien jew lill-okkupanti tal-bini b’informazzjoni dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, inkluż l-għan u l-objettivi tagħhom, dwar miżuri kosteffettivi u, fejn ikun il-każ, dwar strumenti finanzjarji, biex jittejjeb ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u dwar is-sostituzzjoni ta’ bojlers tal-fjuwils fossili b’alternattivi aktar sostenibbli. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni permezz ta’ għodod konsultattivi aċċessibbli u trasparenti bħal pariri dwar ir-rinnovazzjoni u punti uniċi ta’ servizz.

🡻 2010/31/UE (adattat)

 ġdid

Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tassisti lill-Istati Membri biex iwettqu kampanji informattivi għall-għanijiet tal-paragrafu 1 u tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li jistgħu jkunu trattati f’programmi tal-Unjoni.

3.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu disponibbli gwida u taħriġ għal dawk responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Tali gwida u taħriġ għandhom jindirizzaw l-importanza tat-titjib tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, u għandhom jippermettu li titqies il-kombinazzjoni ottimali ta’ titjib fl-effiċjenza tal-enerġija, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-użu tal-enerġija minn sorsi rinovabbli u l-użu ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali meta jiġu ppjanati, iddisinjati, mibnija u rinovati ż-żoni industrijali jew residenzjali. Tali gwida u taħriġ jistgħu jindirizzaw ukoll it-titjib strutturali, l-adattament għat-tibdil fil-klima, is-sikurezza kontra n-nirien, ir-riskji relatati ma’ attività siżmika intensa, it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos, l-emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu l-arja (inkluża materja partikolata fina) u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità.

4.    Il-Kummissjoni hija mistiedna ttejjeb kontinwament is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha, b’mod partikolari s-sit elettroniku li ġie stabbilit bħala portal Ewropew għall-effiċjenza fl-enerġija fil-bini indirizzat għaċ-ċittadini, il-professjonisti u l-awtoritajiet, biex jassisti lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni. L-informazjoni murija fuq dan  dak is-sit elettroniku tista’ tinkludi links għal-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni Ewropea, dik nazzjonali, reġjonali u lokali, links għas-siti elettroniċi EUROPA li juru l-Pjanijiet ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija, links għall-istrumenti finanzjarji disponibbli, kif ukoll eżempji tal-aħjar prattika fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. Fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, the il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, il-Kummissjoni għandha tkompli u tintensifika aktar is-servizzi ta’ informazzjoni tagħha bil-għan li tiffaċilita l-użu tal-fondi disponibbli billi tipprovdi assistenza u informazzjoni lill-partijiet interessati, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, dwar il-possibbiltajiet ta’ finanzjament, b’kont meħud tal-aħħar tibdil fil-qafas regolatorju.

Artikolu 2721

Konsultazzjoni

Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva tad- ta’ din id- Direttiva, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lill-partijiet interessati involuti, inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, f’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli u skont kif ikun rilevanti. Tali konsultazzjoni hija ta’ importanza partikolari għall-applikazzjoni tal-Artikolui 9 and 2620

Artikolu 2822

Adattament tal-Anness I għall-progress tekniku

Il-Kummissjoni għandha tadatta l-punti 3 u 4 tal-Anness I għall-progress tekniku permezz ta’  tadotta atti delegati skont l-Artikolui 2923, 24 u 25  dwar l-adattament tal-punti 4 u 5 tal-Anness Annex I għall-progress tekniku .

🡻 2018/844 Art. 1.11 (adattat)

 ġdid

Artikolu 2923

Eżerċizzju tad-delega

1.    Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.    Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 65,  7, 10  118 138 u 2822 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu  indeterminat   ta’ żmien minn  ta’ ħames snin  [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]  mid-9 ta’ Lulju 2018. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. 

3.    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 65,  7, 10,   1318 u 2822 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.    Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.    Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.    Att delegat adottat skont l-Artikolu 65,  7, 10,   118 138 jew 2822 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

🡻 2018/844 Art. 1.13

Artikolu 3026

Proċedura ta' kumitat

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.    Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

🡻 2010/31/UE (adattat)

ġdid

Artikolu 3127

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jrid ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni dawk id-disposizzjonijet sa mhux aktar tard mid- 9 ta’ Jannar 2013 u għandhom jinnotifikawha  lill-Kummissjoni mingħajr dewmien b’kull emenda sussegwenti li taffettwahom  d-dispożizzjonijiet ikkomunikati f’konformità mal-Artikolu 27 tad-Direttiva 2010/31/UE .

Artikolu 3228

Traspożizzjoni

1.    L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mid-9 ta’ Lulju 2012,  idaħħlu fis-seħħ  il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw mal-Artikoli 2 sa 18  1 sa 3, 5 sa 26, 29 u 32 , u mal-Artikoli 20 u 27 mal-Annessi I sa III u V sa IX sa […] .  Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.  

Għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11, 12, 13, 17, 18, 20 u 27, sa minn mhux aktar tard mid-9 ta’ Jannar 2013. Għandhom japplikaw dawn id-dipożizzjonijiet sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 14, 15 u 16 fir-rigward ta’ bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi sa minn mhux aktar tard mid-9 ta’ Jannar 2013 u fir-rigward ta’ bini ieħor sa minn mhux aktar tard mid-9 ta’ Lulju 2013.Huma jistgħu jiddifferixxu l-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1) u (2) għal unitajiet singoli ta’ bini li huma mikrija, sal-31 ta’ Diċembru 2015. Madankollu, dan m’għandux jirriżulta fil-ħruġ ta’ inqas ċertifikati milli kien ikun il-każ bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2002/91/KE attwali fl-Istat Membru kkonċernat. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’tali ir-referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Għandhom jinkludu wkoll dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva 2002/91/KE  mħassra b’din id-Direttiva għandhom jittieħdu bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir dik ir-referenza u kif għandha titfassal dik id-dikjarazzjoni.

2.    L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3329

Tħassir

Id-Direttiva 2010/31/UE  2002/91/KE, kif emendata mir-Regolament  mill-atti elenkati  indikat fl-Anness VIIIIV, Parti A, hija b’ dan imħassra b’effett mill- […]  1 ta’ Frar 2012, bla ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-limiti ta’ żmien  tal-limiti ta’ żmien għat-trasposizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati tal-applikazzjoni  tad- Direttiva Direttivi stabbiliti fl-Anness VIIIIV, Parti B.

Referenzi għad-Direttiva mħassra  2002/91/KE għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IXV.

Artikolu 3430

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 4, 27, 28, 30, 31 u 33 sa 35 u l-Anness IV għandhom japplikaw minn [il-jum wara d-data fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 32(1)].

Artikolu 3531

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    https://ec.europa.eu/clima/news-your-voice/news/delivering-european-green-deal-2021-07-14_en
(2)    Pjan dwar il-Mira Klimatika: It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna COM/2020/562 final
(3)    L-indirizzar tal-faqar enerġetiku u l-bini bl-agħar rendiment; il-bini pubbliku u l-infrastruttura soċjali juru t-triq ’il quddiem; u d-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u tat-tkessiħ.
(4)    Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa — l-ekoloġizzazzjoni tal-bini tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja
(5)    https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021DC0550&from=MT
(6)    Nidderieġu r-rinnovazzjoni lejn il-bini bl-ogħla potenzjal u bl-ogħla ostakli strutturali tal-averżjoni għar-riskju, l-inċentivi opposti u l-istrutturi tas-sjieda konġunta u nistimulaw ir-rinnovazzjonijiet profondi aktar kumplessi.
(7)    SWD (2021) 453, Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt li jakkumpanja d-dokument, Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni)
(8)    Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (https://data.consilium.europa.eu/doc/document/PE-27-2021-INIT/mt/pdf)
(9)    Ara x-xenarju MIX-CP li jirfed il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-ETS: https://ec.europa.eu/energy/data-analysis/energy-modelling/policy-scenarios-delivering-european-green-deal_en  
(10)    Kif muri fil-valutazzjoni tal-impatt rilevanti, il-parametri għall-ETS il-ġdida dwar it-trasport bit-triq u l-bini ġew stabbiliti b’mod konsistenti mal-livell mira tal-effiċjenza fl-enerġija fil-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija u maż-żieda mistennija fir-rata tar-rinnovazzjoni li għandha tiġi kkawżata minn dak li qabel kien il-proposta għar-reviżjoni tal-EPBD li jmiss.
(11)    Lista ta’ proposti: https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/european-green-deal/delivering-european-green-deal_mt
(12)     https://ec.europa.eu/info/business-economy-euro/banking-and-finance/sustainable-finance/eu-taxonomy-sustainable-activities_en  
(13)     https://ec.europa.eu/info/news/commission-publishes-assessment-national-energy-climate-plans-2020-sep-17_en  
(14)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/PDF/?uri=CELEX:32018R1999&from=mt  
(15)     https://europa.eu/new-european-bauhaus/system/files/2021-09/COM%282021%29_573_EN_ACT.pdf  
(16)    Fl-2018 bid-Direttiva (UE) 2018/844
(17)    ĠU L 123, 12 ta’ Mejju 2016, p.1.
(18)    COM(2016) 765 final https://ec.europa.eu/info/sites/default/files/swd-2016-408-final_en_0.pdf  
(19)    Assistenza teknika għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika dwar il-bini u ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni għall-valutazzjoni tal-impatt ex ante u r-reviżjoni tad-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, talba għal servizz 2020/28 – ENER/CV/FV2020-608/07; DĠ Azzjoni Klimatika CLIMA.A4/FRA/2019/0011.
(20)     https://ec.europa.eu/transparency/documents-register/  
(21)     https://eur-lex.europa.eu/resource.html?uri=cellar:4908dc52-b7e5-11e6-9e3c-01aa75ed71a1.0014.02/DOC_1&format=PDF  
(22)     https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=CELEX:12012P/TXT  
(23)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika
(24)    F’konformità mad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Użu tal-Enerġija.
(25)    ĠU C […], […], p. […].
(26)    ĠU C […], […], p. […].
(27)    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).
(28)    ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65.
(29)    Ara l-Anness VIIIIV, il-Parti A.
(30)    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019) 640 final.
(31)    Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa - l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja, COM/2020/662 final.
(32)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (‘il-Liġi Ewropea dwar il-Klima’) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(33)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(34)    Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(35)    ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(36)    ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
(37)    Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10)
(38)    Ara paġna 1 ta’ din il-Ġurnal Uffiċjali.
(39)    Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
(40)    Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
(41)    Id-Direttiva 2009/148/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol (ĠU L 330, 16.12.2009, p. 28).
(42)    Id-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1).
(43)    Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021).
(44)    Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, p. 30).
(45)    ĠU L 210, 31.7.2006, p. 1.
(46)    ĠU L 116, 9.5.2009, p. 18.
(47)    ĠU L 114, 27.4.2006, p. 64.
(48)    ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22.
(49)    ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(50)    ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(51)    Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(52)    ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.
(53)    ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(54)    Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).
(55)    Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).
(56)    Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1).
(57)    Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).
(58)    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(59)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(60)    Ir-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar il-Fond ta’ Koeżjoni (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60).
(61)    Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 06.12.2021, p. 1).

Brussell, 15.12.2021

COM(2021) 802 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulata)

{SEC(2021) 430 final} - {SWD(2021) 453 final} - {SWD(2021) 454 final}


🡻 2010/31/EU

ANNESS I

Qafas ġenerali komuni għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija

(imsemmi fl-Artikolu 43)

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(a) (adattat)

 ġdid

1.    Ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-użu kkalkulat jew attwali  mmetrat tal-enerġija u jirrifletti l-użu tipiku ta’ enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra tal-bini.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu tipiku tal-enerġija jkun rappreżentattiv tal-kundizzjonijiet operattivi attwali għal kull tipoloġija rilevanti u jirrifletti l-imġiba tipika tal-utenti. Fejn possibbli, l-użu tipiku tal-enerġija u l-imġiba tipika tal-utenti għandhom ikunu bbażati fuq l-istatistika nazzjonali disponibbli, il-kodiċijiet tal-bini u d-data mmetrata.

 ġdid

Meta l-enerġija mmetrata tkun il-bażi għall-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, il-metodoloġija tal-kalkolu għandha tkun kapaċi tidentifika l-influwenza tal-imġiba tal-okkupanti u tal-klima lokali, li ma għandhiex tiġi riflessa fir-riżultat tal-kalkolu. L-enerġija mmetrata li għandha tintuża għall-finijiet tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija għandha teħtieġ qari ta’ mill-inqas kull siegħa u għandha tiddistingwi bejn il-vetturi tal-enerġija.

L-Istati Membri jistgħu jużaw il-konsum tal-enerġija mmetrata bil-miter f’kundizzjonijiet operattivi tipiċi biex jivverifikaw il-korrettezza tal-użu tal-enerġija kkalkulat u jippermettu t-tqabbil bejn ir-rendiment ikkalkulat u dak reali. Il-konsum tal-enerġija mmetrata għall-finijiet ta’ verifika u tqabbil jista’ jkun ibbażat fuq qari ta’ kull xahar.

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(a) (adattat)

 ġdid

Ir-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini għandu jkun espress b’indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja  għal kull unità ta’ erja tal-art ta’ referenza kull sena,  f’kWh/(m2.y) għall-fini kemm taċ-ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija kif ukoll tal-konformità mar-rekwiżiti minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija. Il-metodoloġija applikata għad-determinazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija ta’ bini għandha tkun trasparenti u miftuħa għall-innovazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-metodoloġija tal-kalkolu nazzjonali tagħhom abbażi tal-Anness A  skont l-annessi nazzjonali tal-istandards  Ewropej ewlenin  ġenerali  dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, jiġifieri EN ISO 52000-1, EN ISO 52003-1, EN ISO 52010-1, EN ISO 52016-1, u  EN ISO 52018-1,  EN 16798-1 u EN 17423 jew dokumenti li jiġu warajhom  żviluppati taħt il-mandat M/480 mogħti lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN). Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tikkostitwixxi kodifika legali ta’ dawk l-istandards.

 ġdid

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, fejn il-bini jiġi fornut minn sistemi tat-tisħin jew tat-tkessiħ distrettwali, il-benefiċċji ta’ tali provvista jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati fil-metodoloġija tal-kalkolu permezz ta’ fatturi tal-enerġija primarja ċċertifikati jew rikonoxxuti individwalment.

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(b) (adattat)

 ġdid

2.    Il-ħtiġijiet tal-enerġija u tal-użu tal-enerġija għat-tisħin tal-ispazju, għat-tkessiħ tal-ispazju, għall-misħun domestiku, għall-ventilazzjoni, għat-tidwil integrat u għal sistemi tekniċi oħra tal-bini għandhom jiġu kkalkulati  bl-użu ta’ intervalli ta’ kalkolu tal-ħin fis-siegħa jew inqas minn siegħa sabiex jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet differenti li jaffettwaw b’mod sinifikanti t-tħaddim u r-rendiment tas-sistema u l-kundizzjonijiet ta’ ġewwa, u sa biex ikunu ottimizzati l-livelli tas-saħħa, tal-kwalità tal-arja interna u tal-kumdità definiti mill-Istati Membri fil-livell nazzjonali jew dak reġjonali.

 ġdid

Fejn regolamenti speċifiċi għall-prodott għal prodotti relatati mal-enerġija adottati skont ir-Regolament 2009/125/KE ikunu jinkludu rekwiżiti speċifiċi ta’ informazzjoni dwar il-prodott għall-finijiet tal-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont din id-Direttiva, il-metodi ta’ kalkolu nazzjonali ma għandhomx jeħtieġu informazzjoni addizzjonali.

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(b) (adattat)

 ġdid

Il-kalkolu tal-enerġija primarja għandu jkun ibbażat fuq fatturi tal-enerġija primarja, (li jiddistingwi bejn mhux rinnovabbli, rinnovabbli u totali)  jew fuq fatturi ta’ ponderazzjoni għal kull vettur tal-enerġija, li għandhom jiġu rikonoxxuti mill-awtoritajiet nazzjonali. Dawk il-fatturi tal-enerġija primarja jistgħu jkunu bbażati fuq  informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-fatturi tal-enerġija primarja jistgħu jiġu stabbliti fuq bażi  annwali, u possibbilment anki staġonali , jew ta’ kull xahar,  ta’ kuljum jew fis-siegħa  medji ponderatijew fuq informazzjoni aktar speċifika li titqiegħed għad-dispożizzjoni għal sistemi  sistema distrettwali individwali.

Il-fatturi tal-enerġija primarja jew il-fatturi ta’ ponderazzjoni għandhom jiġu definiti mill-Istati Membri.  L-għażliet magħmula u s-sorsi tad-data għandhom jiġu rrapportati skont EN 17423 jew kwalunkwe dokument ta’ li jeħodlu postu. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu fattur medju tal-enerġija primarja tal-UE għall-elettriku stabbilit skont id-Direttiva (UE).../... [EED riformulata] minflok fattur tal-enerġija primarja li jirrifletti t-taħlita tal-elettriku fil-pajjiż. 

Fl-applikazzjoni ta’ dawk il-fatturi għall-kalkolu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jipprova jintlaħaq ir-rendiment ottimali fl-użu tal-enerġija tal-involukru tal-bini.

Fil-kalkoli tal-fatturi tal-enerġija primarja għall-fini tal-kalkolu tar-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-Istati Membri jistgħu jqisu sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fornuti permezz tal-portatur tal-enerġija u sorsi ta’ enerġija rinnovabbli li huma ġġenerati u użati fuq il-post, dment li japplika fuq bażi mhux diskriminatorja.

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(c) (adattat)

 ġdid

32a.    Bil-għan li jiġi espress r-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini, l-Istati Membri jistgħu jiddefinixxu indikaturi numeriċi addizzjonali tal-użu ta’ enerġija primarja totali, mhux rinnovabbli u rinnovabbli, u emissjoni  emissjonijiet ta’ gass serra operattivi prodotti fi kgCO2eq/(m2.y).

🡻 2010/31/EU (adattat)

43.    Il-metodoloġija għandha tiġi stabbilita filwaqt li mill-anqas jitqiesu l-aspetti li ġejjin:

(a)il-karatteristiċi termali attwali li ġejjin tal-bini inkluż it-taqsimiet interni tiegħu:

(i)kapaċità termali;

(ii)insulazzjoni;

(iii)tisħin passiv;

(iv)elementi tat-tkessiħ; u

(v)pontijiet termali;

(b)installazzjonijiet tat-tisħin u provvista tal-misħun, inkluż il-karatteristiċi ta’ insulazzjoni tagħhom;

(c)installazzjonijiet tal-arja kkondizzjonata;

(d)ventilazzjoni naturali u mekkanika, li tista’ tinkludi sikkar tal-arja;

(e)installazzjonijiet ta’ tidwil fissi (l-aktar fis-settur mhux residenzjali);

(f)id-disinn, pożizzjonament u orjentazzjoni tal-bini, inkluż il-klima ta’ barra;

(g)sistemi solari passivi u protezzjoni solari;

(h)kundizzjonijiet klimatiċi interni, inkluż il-klima interna ddisinjata;

(i)tagħbijiet interni.

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .1(d)

54.    Għandha titqies l-influwenza pożittiva tal-aspetti li ġejjin:

🡻 2010/31/EU

(a)kindizzjonijiet ta’ esponiment solari lokali, sistemi solari attivi u sistemi oħra ta’ tisħin u elettriku bbażati fuq enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b)elettriku ġġenerat mill-koġenerazzjoni;

(c)sistemi tat-tisħin u tat-tkessiħ distrettwali jew ta’ blokka;

(d)tidwil naturali.

65.    Għall-għan tal-kalkolu, l-bini għandu jiġi kklassifikat kif xieraq fil-kategoriji li ġejjin:

(a)djar ta’ diversi tipi għal familja waħda;

(b)blokki ta’ appartamenti;

(c)uffiċċji;

(d)bini tal-edukazzjoni;

(e)sptarijiet;

(f)lukandi u ristoranti;

(g)faċilitajiet sportivi;

(h)bini għal servizzi bl-ingrossa u bl-imnut;

(i)tipi oħra ta’ binjiet li jużaw l-enerġija.

 ġdid

ANNESS II

Mudell għall-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini

(imsemmi fl-Artikolu 3)

L-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija

Indikaturi Obbligatorji

Indikaturi Fakultattivi / kummenti

(a) Ħarsa ġenerali lejn l-istokk tal-bini nazzjonali

L-għadd ta’ binjiet u l-erja totali tal-art (m2):

għal kull tip ta’ binja (inkluż bini pubbliku u akkomodazzjoni soċjali)

għal kull klassi tar-rendiment tal-enerġija

NZEB

l-agħar rendiment (inkluż definizzjoni)

L-għadd ta’ binjiet u l-erja totali tal-art (m2):

għal kull età tal-bini

għal kull daqs ta’ bini

għal kull żona klimatika

twaqqigħ (l-għadd u l-erja totali tal-art)

Għadd ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija:

għal kull tip ta’ bini (inkluż bini pubbliku)

għal kull klassi tar-rendiment tal-enerġija

Għadd ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija:

-għal kull perjodu ta’ kostruzzjoni

Rati annwali ta’ rinnovazzjoni: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2)

għal kull tip ta’ bini

għal livelli ta’ bini bi kważi żero enerġija

għal kull fond tar-rinnovazzjoni (rinnovazzjoni medja ponderata)

rinnovazzjonijiet profondi

bini pubbliku

Il-konsum tal-enerġija annwali primarja u finali (ktoe):

għal kull tip ta’ bini

għal kull użu finali

Iffrankar enerġetiku (Ktoe):

għal kull tip ta’ bini

bini pubbliku

Is-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW iġġenerat):

għal użi differenti

fuq il-post

mhux fuq il-post

Tnaqqis fl-kostijiet tal-enerġija (EUR) għal kull unità domestika (medja)

Id-domanda għall-enerġija primarja ta’ bini li tikkorrispondi għall-ogħla 15 % (livell limitu ta’ kontribuzzjoni sostanzjali) u l-ogħla 30 % (ma ssir l-ebda ħsara sinifikanti) tal-istokk tal-bini nazzjonali, skont l-Att Delegat tal-UE dwar it-Tassonomija Klimatika

Sehem tas-sistema tat-tisħin fis-settur tal-bini għal kull tip ta’ bojler/sistema tat-tisħin

Emissjonijiet annwali ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):

għal kull tip ta’ bini (inkluż bini pubbliku)

Tnaqqis annwali tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):

   għal kull tip ta’ bini (inkluż bini pubbliku)

Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):

Inċentivi maqsuma

Il-kapaċità tas-settur tal-kostruzzjoni u tal-enerġija

Ħarsa ġenerali lejn il-kapaċitajiet fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli

Ostakli u fallimenti tas-suq (deskrizzjoni):

Amministrattivi

Finanzjarji

Tekniċi

Għarfien

Oħrajn

Għadd ta’:

Kumpaniji tas-servizzi tal-enerġija

kumpaniji tal-kostruzzjoni

periti u inġiniera

ħaddiema tas-sengħa

punti uniċi ta’ servizz

SMEs fis-settur tal-kostruzzjoni/rinnovazzjoni

Projezzjonijiet tal-forza tax-xogħol tal-kostruzzjoni:

-Periti/inġiniera/ħaddiema tas-sengħa rtirati

-Periti/inġiniera/ħaddiema tas-sengħa li deħlin fis-suq

-Iż-żgħażagħ fis-settur

-In-nisa fis-settur

Ħarsa ġenerali u tbassir tal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-materjali tal-kostruzzjoni u l-iżviluppi tas-suq nazzjonali

Il-faqar enerġetiku (definizzjoni):

% ta’ nies milquta mill-faqar enerġetiku

proporzjon tal-introjtu disponibbli tal-unitajiet domestiċi użat fuq l-enerġija

popolazzjoni li tgħix f’kundizzjonijiet ta’ abitazzjoni inadegwati (eż. saqaf inixxi) jew b’kundizzjonijiet inadegwati ta’ kumdità termali

Fatturi ta’ enerġija primarja:

għal kull vettur tal-enerġija

fattur tal-enerġija primarja mhux rinnovabbli

fattur tal-enerġija primarja rinnovabbli

fattur totali tal-enerġija primarja

Definizzjoni ta’ bini b’użu ta’ kważi żero enerġija għal bini ġdid u eżistenti

ħarsa ġenerali lejn il-qafas legali u amministrattiv

Rekwiżiti minimi kostottimali għal bini ġdid u eżistenti

Pjan direzzjonali għall-2030, għall-2040 u għall-2050

Miri għar-rati annwali ta’ rinnovazzjoni: l-għadd u l-erja totali tal-art (m2):

għal kull tip ta’ bini

l-agħar rendiment

Miri għas-sehem mistenni (%) ta’ bini rinnovat:

għal kull tip ta’ bini

għal kull profondità ta’ rinnovazzjoni

Mira għall-konsum annwali mistenni tal-enerġija primarja u finali (ktoe):

għal kull tip ta’ bini

għal kull użu finali

L-iffrankar enerġetiku mistenni:

għal kull tip ta’ bini

Sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini (MW iġġenerat)

Miri għall-emissjonijiet mistennija ta’ gassijiet serra (kgCO2eq/(m2.y):

għal kull tip ta’ bini

Miri għat-tnaqqis mistenni tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (%):

   għal kull tip ta’ bini

Maqsuma bejn l-emissjonijiet koperti mill-Kapitolu III [installazzjonijiet stazzjonarji], il-Kapitolu IVa [skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ġodda għall-bini u t-trasport bit-triq] tad-Direttiva 2003/87/KE, u stokk ieħor;



Benefiċċji usa’ mistennija

   Il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda

   % ta’ tnaqqis ta’ nies affettwati mill-faqar enerġetiku

   Żieda fil-PDG (sehem u biljuni ta’ euro)

Kontribut għall-mira nazzjonali vinkolanti tal-Istati Membri għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont [ir-Regolament rivedut dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi]

Kontribut għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE).../.... [EED riformulata] (sehem u ċifra f’ktoe, konsum primarju u finali):

imqabbla mal-mira ġenerali tal-effiċjenza enerġetika

Kontribut għall-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni skont il-mira tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata] (sehem u ċifra f’ktoe, konsum primarju u finali):

skont il-mira tal-Artikolu 8 tal-EED (obbligu tal-iffrankar enerġetiku)

Kontribuzzjoni għall-miri tal-enerġija rinnovabbli tal-Unjoni skont id-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata] (sehem, MW iġġenerat):

imqabbla mal-mira ġenerali għall-enerġija minn sorsi rinnovabbli

imqabbla mal-mira indikattiva għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini

Il-kontribut għall-mira klimatika tal-Unjoni għall-2030 u l-mira tan-newtralità klimatika għall-2050 f’konformità mar-Regolament (UE) 2021/1119 (sehem u ċifra fi (kgCO2eq/(m2.y)):

imqabbla mal-mira ġenerali tad-dekarbonizzazzjoni

(c) Ħarsa ġenerali lejn il-politiki u l-miżuri implimentati u ppjanati

Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a) l-identifikazzjoni ta’ approċċi kosteffettivi għar-rinnovazzjoni ta’ tipi ta’ bini u żoni klimatiċi differenti, b’konsiderazzjoni tal-punti ta’ attivazzjoni rilevanti potenzjali fiċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini;

(b) standards minimi nazzjonali tar-rendiment fl-użu tal-enerġija skont l-Artikolu 9 politiki u azzjonijiet oħra li jimmiraw lejn is-segmenti bl-agħar rendiment tal-istokk tal-bini nazzjonali;

(c) il-promozzjoni ta’ rinnovazzjoni profonda tal-bini, inkluża rinnovazzjoni profonda fi stadji;

(d) l-għoti tas-setgħa u l-protezzjoni lill-klijenti vulnerabbli u t-tnaqqis tal-faqar enerġetiku, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata], u l-affordabbiltà tal-akkomodazzjoni;

(e) il-ħolqien ta’ punti uniċi ta’ servizz jew mekkaniżmi simili għall-għoti ta’ pariri u assistenza tekniċi, amministrattivi u finanzjarji;

(f) id-dekarbonizzazzjoni tat-tisħin u t-tkessiħ, inkluż permezz ta’ networks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali, u l-eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u t-tkessiħ bil-ħsieb tal-eliminazzjoni gradwali kompleta sa mhux aktar tard mill-2040;

(g) il-promozzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-bini f’konformità mal-mira indikattiva għas-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fis-settur tal-bini stabbilita fl-Artikolu 15a(1) tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata];

(h) it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu għall-kostruzzjoni, ir-rinnovazzjoni, it-tħaddim u t-tmiem tal-ħajja tal-bini, u l-użu tal-assorbimenti tal-karbonju;

(i) il-prevenzjoni u t-trattament ta’ kwalità għolja tal-iskart tal-kostruzzjoni u d-demolizzjoni f’konformità mad-Direttiva 2008/98/KE, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġerarkija tal-iskart, u l-objettivi tal-ekonomija ċirkolari;

(j) approċċi distrettwali u tal-viċinat, inkluż ir-rwol tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini;

(k) it-titjib tal-bini li huwa proprjetà ta’ korpi pubbliċi, inklużi politiki u miżuri skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tal-[EED riformulata];

(l) il-promozzjoni ta’ teknoloġiji u infrastruttura intelliġenti għall-mobbiltà sostenibbli fil-bini;

(m) l-indirizzar tal-ostakli għas-suq u l-fallimenti tas-suq;

(n) l-indirizzar tad-diskrepanzi fil-ħiliet u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet fil-kapaċitajiet umani, u l-promozzjoni tal-edukazzjoni, it-taħriġ, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid fis-setturi tal-kostruzzjoni, tal-effiċjenza settorjali u enerġetika u tal-enerġija rinnovabbli; u

(o) kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi oħra.

Għall-politiki u l-miżuri kollha:

L-isem tal-politika jew tal-miżura

Deskrizzjoni qasira (kamp ta’ applikazzjoni, objettiv u modalitajiet ta’ operazzjoni preċiżi)

Objettiv kwantifikat    

Tip ta’ politika jew miżura (eż. leġiżlattiva; ekonomiċa; fiskali; ta’ taħriġ, ta’ għarfien)

Baġit ippjanat u sorsi ta’ finanzjament

Entitajiet responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politika

Impatt mistenni    

Status ta’ implimentazzjoni    

Data tad-dħul fis-seħħ

Perjodu ta’ implimentazzjoni    

Politiki u miżuri fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a) iż-żieda fir-reżiljenza tal-bini għat-tibdil fil-klima;

(b) il-promozzjoni tas-suq tas-servizzi tal-enerġija;

(c) iż-żieda fis-sikurezza kontra n-nirien;

(d) iż-żieda fir-reżiljenza għar-riskji ta’ diżastri, inkluż ir-riskji relatati ma’ attività siżmika intensa;

(e) it-tneħħija ta’ sustanzi perikolużi inkluż l-asbestos; u

(f) l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità.

Għall-politiki u l-miżuri kollha:

- riżorsi u kapaċitajiet amministrattivi

- oqsma koperti:

l-agħar rendiment

standards minimi tar-rendiment tal-enerġija

il-faqar enerġetiku, l-akkomodazzjoni soċjali

bini pubbliku

residenzjali (familja waħda, aktar minn familja waħda)

mhux residenzjali

l-industrija

sorsi ta’ enerġija rinnovabbli

eliminazzjoni gradwali tal-fjuwils fossili fit-tisħin u fit-tkessiħ

emissjonijiet ta’ gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu

l-ekonomija ċirkolari u l-iskart

punti uniċi ta’ servizz

passaporti tar- rinnovazzjoni

teknoloġiji intelliġenti

mobilità sostenibbli fil-bini

approċċi distrettwali u tal-viċinat

ħiliet, taħriġ

kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u għodod konsultattivi

Deskrizzjoni tal-ħtiġijiet ta’ investiment, is-sorsi baġitarji u r-riżorsi amministrattivi

Ħtiġijiet ta’ investiment totali għall-2030, l-2040, l-2050 (f’miljuni ta’ EUR)

Investimenti pubbliċi (f’miljuni ta’ EUR)

Investimenti privati (f’miljuni ta’ EUR)

Riżorsi baġitarji

Baġit garantit

Baġit garantit

 ġdid

ANNESS III

Rekwiżiti għal bini ġdid u rinnovat b’emissjonijiet żero u l-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) tul iċ-ċiklu tal-ħajja

(imsemmi fl-Artikolu 2(2) u fl-Artikolu 7)

I. Rekwiżiti għal bini b’emissjonijiet żero

L-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta’ bini ġdid b’emissjonijiet żero għandu jikkonforma mal-limiti massimi indikati fit-tabella ta’ hawn taħt.

Iż-żona klimatika tal-UE 1

Binja residenzjali

Binja ta’ uffiċċji

Binja mhux residenzjali oħra*

Il-Mediterran

<60 kWh/(m2.y)

<70 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

Oċeaniku

<60 kWh/(m2.y)

<85 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

Kontinentali

<65 kWh/(m2.y)

<85 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

Nordiku

<75 kWh/(m2.y)

<90 kWh/(m2.y)

< NZEB użu tal-enerġija primarja totali definit fil-livell nazzjonali

*Nota: il-livell limitu jenħtieġ li jkun iżgħar mil-livell limitu għall-użu totali tal-enerġija primarja stabbilit fil-livell tal-Istat Membru għal bini mhux residenzjali b’użu ta’ enerġija qrib iż-żero għajr l-uffiċċji

L-użu annwali totali tal-enerġija primarja ta’ bini ġdid jew rinnovat mingħajr emissjonijiet għandu jkun kopert bis-sħiħ, fuq bażi annwali netta, minn

enerġija minn sorsi rinnovabbli ġġenerata fuq il-post u li tissodisfa l-kriterji tal-Artikolu 7 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata],

enerġija rinnovabbli pprovduta minn komunità tal-enerġija rinnovabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 [RED emendata], jew

enerġija rinnovabbli u sħana mormija minn sistema effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali f’konformità mal-Artikolu (24 (1) tad-Direttiva (UE).../... [EED riformulata].

Bini b’emissjonijiet żero ma għandu jikkawża l-ebda emissjonijiet tal-karbonju fuq il-post mill-fjuwils fossili.

Huwa biss fejn, minħabba n-natura tal-bini jew in-nuqqas ta’ aċċess għal komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli jew sistemi ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali eliġibbli, ma jkunx teknikament fattibbli li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont l-ewwel paragrafu, l-użu annwali totali tal-enerġija primarja jista’ jkun kopert ukoll minn enerġija mill-grilja li tikkonforma mal-kriterji stabbiliti fil-livell nazzjonali.

II. Kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(2)

Għall-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ bini ġdid skont l-Artikolu 7(2), il-GWP jiġi kkomunikat bħala indikatur numeriku għal kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja espress bħala kgCO2e/m2 (ta’ erja utli tal-art) fuq medja ta’ sena ta’ perjodu ta’ studju ta’ referenza ta’ 50 snin. L-għażla tad-data, id-definizzjoni tax-xenarju u l-kalkoli għandhom jitwettqu skont EN 15978 (EN 15978: 2011. Sostenibbiltà tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni. Valutazzjoni tar-rendiment ambjentali tal-bini. Metodu tal-kalkolu). L-ambitu tal-elementi ta’ bini u tat-tagħmir tekniku huwa kif iddefinit fil-qafas tal-Livell(i) komuni tal-UE għall-indikatur 1.2. Fejn teżisti għodda nazzjonali għall-kalkolu, jew tkun meħtieġa biex isir żvelar jew biex jinkisbu permessi tal-bini, dik l-għodda tista’ tintuża biex tipprovdi l-iżvelar meħtieġ. Jistgħu jintużaw għodod oħra ta’ kalkolu jekk jissodisfaw il-kriterji minimi stabbiliti mill-qafas komuni tal-UE tal-Livell(i). Id-data dwar prodotti speċifiċi għall-bini kkalkulata skont [ir-Regolament rivedut dwar il-Prodotti għall-Bini] għandha tintuża meta tkun disponibbli.

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .2

ANNESS IVIA

QAFAS ĠENERALI KOMUNI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-ISTAT TA’ TĦEJJIJA TAL-BINI GĦAT-TEKNOLOĠIJI INTELLIĠENTI

1.    Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-definizzjoni tal-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti u tistabbilixxi metodoloġija li biha għandha tiġi kkalkulata, sabiex tivvaluta l-kapaċità ta’ binja jew ta’ unità tal-bini li tadatta l-operat tagħha għall-ħtiġijiet tal-okkupant u l-grilja u biex itejbu l-effiċjenza enerġetika u r-rendiment ġenerali tagħhom.

L-indikatur tal-istat ta’ tħejjija tal-bini għat-teknoloġija intelliġenti għandu jkopri karatteristiċi biex jitjiebu l-iffrankar enerġetiku, it-tqabbil u l-flessibbiltà, titjib fil-funzjonalitajiet u l-kapaċitajiet li jirriżultaw minn apparat aktar interkonness u intelliġenti.

Il-metodoloġija għandha tqis karatteristiċi bħal miters intelliġenti, awtomatizzazzjoni tal-bini u sistemi ta’ kontroll, apparat awtoregolatorju għar-regolazzjoni tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa, apparati integrati tad-dar, punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi, ħażna tal-enerġija u funzjonalitajiet dettaljati u l-interoperabbiltà ta’ dawk il-karatteristiċi, kif ukoll il-benefiċċji għall-kundizzjoni klimatika ta’ ġewwa, l-effiċjenza enerġetika, il-livelli ta’ rendiment u l-possibbiltà ta’ flessibbiltà.

2.    Il-metodoloġija għandha sserraħ fuq tliet funzjonalitajiet prinċipali relatati mal-bini u s-sistemi tekniċi tal-bini tiegħu:

(a)l-abbiltà li jżomm ir-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-operat tal-bini permezz tal-adattament tal-konsum tal-enerġija pereżempju permezz tal-użu ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli;

(b)l-abbiltà li jadatta l-mod tal-operat tiegħu bi tweġiba għall-ħtiġijiet tal-okkupant filwaqt li tingħata attenzjoni dovuta għad-disponibbiltà tal-faċilità tal-użu mill-utent, iż-żamma ta’ kondizzjonijiet klimatiċi ta’ ġewwa tajbin għas-saħħa u l-abbiltà ta’ rappurtar dwar l-użu tal-enerġija; u

(c)il-flessibbiltà tad-domanda għall-elettriku ġenerali tal-bini, inkluża l-abbiltà tiegħu li jippermetti l-parteċipazzjoni b’mod ta’ domanda-risposta attiva u passiva kif ukoll impliċita u espliċita, fir-rigward tal-grilja, pereżempju permezz ta’ kapaċitajiet ta’ flessibbiltà u ta’ trasferiment tat-tagħbija.

3.    Il-metodoloġija tista’ tqis ukoll:

(a)l-interoperabbiltà bejn is-sistemi (miters intelliġenti, sistemi ta’ awtomatizzazzjoni u kontroll tal-bini, apparati integrati tad-dar, apparat awtoregolatorju għar-regolar tat-temperatura tal-arja ta’ ġewwa fil-bini u sensuri tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa u ventilazzjonijiet); u

(b)l-influwenza pożittiva ta’ networks eżistenti tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari l-eżistenza ta’ infrastruttura fiżika ta’ veloċità għolja fil-bini, bħat-tikketta volontarja “broadband ready”, u l-eżistenza ta’ punt ta’ aċċess għal bini b’ħafna abitazzjonijiet, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2 .

4.    Il-metodoloġija ma għandhiex taffettwa b’mod negattiv l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni tar-rendiment fl-użu tal-enerġija nazzjonali eżistenti u għandha tibni fuq inizjattivi relatati fil-livell nazzjonali, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-pussess mill-okkupant, il-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà, f’konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza kif ukoll l-aqwa tekniki disponibbli għaċ-ċibersigurtà.

5.    Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi l-aktar format adattat tal-parametru indikatur tal-istat ta’ tħejjija għat-teknoloġija intelliġenti u għandha tkun sempliċi, trasparenti u li tinftiehem faċilment għall-konsumaturi, is-sidien, l-investituri, u l-parteċipanti tas-suq tar-rispons għad-domanda.

 ġdid

ANNESS V

Mudell għaċ-ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija

(imsemmi fl-Artikolu 16)

1. Fuq il-paġna ta’ quddiem tiegħu, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għandu juri mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)    il-klassi tar-rendiment tal-enerġija;

(b)    l-użu annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f’kWh/(m2 sena);

(c)    il-konsum annwali tal-enerġija primarja kkalkulat f’kWh jew MWh;

(d)    l-użu finali annwali tal-enerġija kkalkulat f’kWh/(m2 sena);

(e)    il-konsum finali annwali tal-enerġija kkalkulat f’kWh jew MWh;

(f)    il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’kWh jew MWh;

(g)    l-enerġija rinnovabbli f’% tal-użu tal-enerġija;

(h)    emissjonijiet operattivi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra (kg ta’ Co2/(m2 sena));

(i)    il-klassi tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra (jekk applikabbli).

2. Barra minn hekk, iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jista’ jinkludi l-indikaturi li ġejjin:

(a)    l-użu tal-enerġija, it-tagħbija massima, id-daqs tal-ġeneratur jew tas-sistema, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ewlieni ta’ element għal kull wieħed mill-użi: it-tisħin, it-tkessiħ, il-misħun domestiku, il-ventilazzjoni u t-tidwil intrinsiku;

(b)    l-enerġija rinnovabbli prodotta fuq il-post, il-vettur ewlieni tal-enerġija u t-tip ta’ sors ta’ enerġija rinnovabbli;

(c)    indikazzjoni ta’ iva/le jekk sarx kalkolu tal-Potenzjal ta’ Tisħin Globali għall-bini;

(d)    il-valur taċ-ċiklu tal-ħajja tal-Potenzjal ta’ Tisħin Globali (jekk disponibbli);

(e)    informazzjoni dwar l-assorbimenti tal-karbonju assoċjati mal-ħżin temporanju tal-karbonju fil-bini jew fuqu;

(e)    indikazzjoni ta’ iva/le jekk huwiex disponibbli passaport ta’ rinnovazzjoni għall-bini;

(f)    il-valur U medju għall-elementi opaki tal-involukru tal-bini;

(g)    il-valur U medju għall-elementi trasparenti tal-involukru tal-bini;

(h)    it-tip tal-aktar element trasparenti komuni (eż. tieqa bi ħġieġ doppju);

(i)    ir-riżultati tal-analiżi dwar ir-riskju ta’ tisħin żejjed (jekk disponibbli);

(j)    il-preżenza ta’ sensuri fissi li jimmonitorjaw il-livelli tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa;

(k)    il-preżenza ta’ kontrolli fissi li jirrispondu għal-livelli tal-kwalità tal-arja ta’ ġewwa;

(l)    l-għadd u t-tip ta’ punti tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi;

(m)    il-preżenza, it-tip u d-daqs tas-sistemi tal-ħżin tal-enerġija;

(n)    il-fattibbiltà li s-sistema tat-tisħin tiġi adattata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti;

(o)    il-fattibbiltà tal-adattament tas-sistema tal-arja kundizzjonata biex topera f’settings tat-temperatura aktar effiċjenti;

p)    il-konsum tal-enerġija mmetrata;

q)    emissjonijiet operattivi ta’ materja partikolata fina (PM2.5).

Iċ-ċertifikat tar-rendiment tal-enerġija jista’ jinkludi r-rabtiet li ġejjin ma’ inizjattivi oħra jekk dawn japplikaw fl-Istat Membru rilevanti:

(a)    indikazzjoni ta’ iva/le jekk saritx valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza għall-bini;

(b)    il-valur tal-valutazzjoni tal-potenzjal ta’ intelliġenza (jekk disponibbli);

(c)    indikazzjoni ta’ iva/le jekk ir-Reġistru Diġitali dwar il-Bini huwiex disponibbli għall-bini.

Il-persuni b’diżabilità għandu jkollhom aċċess ugwali għall-informazzjoni fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2010/31/EU (adattat)

ANNESS VIII

Sistemi ta’ kontroll indipendenti għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u rapporti ta’ spezzjoni

 ġdid

1.    Definizzjoni tal-kwalità taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara ta’ x’jitqies bħala ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Id-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment tal-enerġija għandha tiżgura:

🡻 2010/31/EU (adattat)

🡺1 2018/844 Art. 1.14 u Anness .3(a)

 ġdid

1.    🡺1 L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu ddelegawlhom ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla aleatorja taċ-ċertifikati kollha tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġin kull sena u jissoġġettawhom għal verifika. Il-kampjun għandu jkun ta’ daqs suffiċjenti biex jiżgura riżultati ta’ konformità statistikament sinifikanti. 🡸

Il-verifika għandha tkun ibbażata fuq l-għażliet indikati hawn taħt jew fuq miżuri ekwivalenti:

(a)  verifika tal-validità tad-data mogħtija  (inkluż verifiki fuq il-post)  dwar il-bini, użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat;

 ġdid

(b)il-validità tal-kalkoli;

(c)devjazzjoni massima għar-rendiment tal-enerġija ta’ bini, preferibbilment espressa mill-indikatur numeriku tal-użu tal-enerġija primarja (kWh/(m2 sena));

(d)numru minimu ta’ elementi li jvarjaw mill-valuri prestabbiliti jew standard.

🡻 2010/31/EU

(b)il-verifika tad-data mogħtija u l-verifika tar-riżultati taċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet magħmula;

(c)verifika sħiħa tad-data mogħtija dwar il-bini użata biex jinħareġ iċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u r-riżultati ddikjarati fiċ-ċertifikat, verifika sħiħa tar-riżultati dikjarati fiċ-ċertifikat, inklużi r-rakkomandazzjonijiet magħmula, u żjara fuq is-sit tal-bini, jekk ikun possibbli, sabiex tiġi vverifikata l-korrispondenza bejn l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fiċ-ċertfikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-bini ċċertifikat.

2.    L-awtoritajiet jew il-korpi kompetenti li lilhom l-awtoritajiet kompetenti ddelegaw ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll indipendenti għandhom jagħmlu għażla mhux regolari ta’ mill-inqas persentaġġ statistikament sinifikanti tar-rapporti ta’ ispezzjoni maħruġa kull sena u jassuġġettaw dawk ir-rapporti għal verifika.

 ġdid

L-Istati Membri jistgħu jinkludu elementi addizzjonali fid-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, bħal devjazzjoni massima għal valuri speċifiċi ta’ data tal-input.

2.    Il-kwalità tas-sistema ta’ kontroll għaċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija

L-Istati Membri għandhom jipprovdu definizzjoni ċara tal-għanijiet tal-kwalità u l-livell ta’ fiduċja statistika li l-qafas taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija jentħtieġ li jilħaq. Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tiżgura mill-inqas 90 % taċ-ċertifikati validi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija maħruġa b’fiduċja statistika ta’ 95 % għall-perjodu evalwat, li ma għandux jaqbeż sena.

Il-livell ta’ kwalità u l-livell ta’ fiduċja għandhom jitkejlu bl-użu ta’ kampjunar aleatorju u għandhom iqisu l-elementi kollha pprovduti fid-definizzjoni ta’ ċertifikat validu tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu verifika minn parti terza għall-evalwazzjoni ta’ mill-inqas 25 % tal-kampjun aleatorju meta s-sistemi ta’ kontroll indipendenti jkunu ġew iddelegati lil korpi mhux governattivi.

Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata b’informazzjoni pprovduta mill-espert indipendenti. Tali informazzjoni tista’ tinkludi ċertifikati tal-prodott, speċifikazzjonijiet jew pjanijiet tal-bini li jinkludu dettalji dwar ir-rendiment tal-elementi differenti inklużi fiċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

Il-validità tad-data tal-input għandha tiġi vverifikata permezz ta’ żjarat fuq il-post f’mill-inqas 10 % taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija li huma parti mill-kampjunar aleatorju użat biex tiġi vvalutata l-kwalità ġenerali tal-iskema.

Minbarra l-kampjunar aleatorju minimu biex jiġi ddeterminat il-livell ġenerali tal-kwalità, l-Istati Membri jistgħu jużaw strateġiji differenti biex jidentifikaw u jimmiraw b’mod speċifiku l-kwalità fqira fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija bil-għan li jtejbu l-kwalità ġenerali tal-iskema. Tali analiżi mmirata ma tistax tintuża bħala l-bażi biex titkejjel il-kwalità ġenerali tal-iskema.

L-Istati Membri għandhom jużaw miżuri preventivi u reattivi biex jiżguraw il-kwalità tal-qafas ġenerali taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu taħriġ addizzjonali għal esperti indipendenti, kampjunar immirat, obbligu li jerġgħu jiġu ppreżentati ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, multi proporzjonali u projbizzjonijiet temporanji jew permanenti għall-esperti.

Fejn l-informazzjoni tiżdied f’bażi tad-data, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà jidentifikaw l-oriġinatur ta’ din iż-żieda, għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika.

3.    Id-disponibbiltà ta’ ċertifikati dwar ir-rendiment fl-użu tal-enerġija

Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tivverifika d-disponibbiltà taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija għal xerrejja u inkwilini prospettivi sabiex jiġi żgurat li jkun possibbli li jitqies ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija fid-deċiżjoni tagħhom li jixtru jew jikru.

Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tivverifika l-viżibbiltà tal-indikatur tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-klassi fil-midja tar-reklamar.

4.    Trattament ta’ tipoloġiji tal-bini

Is-sistema ta’ kontroll indipendenti għandha tqis tipoloġiji differenti ta’ bini, b’mod partikolari għal dawk it-tipoloġiji tal-bini li huma l-aktar prevalenti fis-suq tal-proprjetà immobbli, bħal residenzi uniċi, uffiċċji jew bejgħ bl-imnut.

5.    Divulgazzjoni pubblika

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw regolarment, fil-bażi tad-data nazzjonali dwar iċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, mill-inqas l-informazzjoni li ġejja dwar is-sistema tal-kwalità:

(a)    id-definizzjoni tal-kwalità fiċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(b)    l-għanijiet tal-kwalità għall-iskema taċ-ċertifikat tar-rendiment fl-użu tal-enerġija;

(c)    ir-riżultati tal-valutazzjoni tal-kwalità, inkluż l-għadd ta’ ċertifikati evalwati u d-daqs relattiv għall-għadd totali ta’ ċertifikati maħruġa fil-perjodu partikolari (għal kull tipoloġija);

(d)    miżuri ta’ kontinġenza biex tittejjeb il-kwalità ġenerali taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2018/844 Art. 1.14 u Anness .3(b)

3.    Fejn l-informazzjoni tiżdied f’bażi ta’ data, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom il-possibbiltà jidentifikaw l-oriġinatur ta’ din iż-żieda, għall-finijiet ta’ monitoraġġ u ta’ verifika.

🡻 2010/31/EU (adattat)

 ġdid

ANNESS VIIIII

Qafas ta’ metodoloġija komparattiva biex jiġu identifikati l-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija għall-bini u l-elementi tal-bini

Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-rendiment fl-użu tal-enerġija tal-bini u l-elementi  u tal-emissjonijiet  tal-bini u l-aspetti ekonomiċi tal-miżuri relatati mar-rendiment fl-użu tal-enerġija  u tal-emissjonijiet  , u jgħaqqduhom bil-ħsieb li jidentifikaw il-livell kostottimali.

Mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandhom jinhemżu linji gwida li jiddeskrivu fil-qosor kif jiġi applikat dan  dak il-qafas fil-kalkolu tal-livelli ta’ rendiment kostottimali.

Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jippermetti li jitqiesu l-mudelli tal-użu, il-kundizzjonijiet klimatiċi ta’ barra  u t-tibdil futuri tagħhom skont l-aqwa xjenza tal-klima disponibbli , il-kostijiet tal-investiment, il-kategorija tal-bini, il-kostijiet għall-manutenzjoni u l-funzjonament (inkluż il-kostijiet u l-iffrankar enerġetiċi), id-dħul mill-enerġija prodotta, fejn applikabbli,  l-esternalitajiet ambjentali u tas-saħħa tal-użu tal-enerġija,  u l-kostijiet tar-rimi  tal-ġestjoni tal-iskart, fejn applikabbli. Dan għandu jkun ibbażat fuq standards Ewropej rilevanti relatati ma’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tipprovdi:

linji gwida mehmużin mal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva; dawn  dawk il-linji gwida se jservu biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jwettqu l-passi elenkati hawn taħt;,

informazzjoni dwar l-iżviluppi fit-tul stmati fil-prezzijiet tal-enerġija.

Għall-applikazzjoni tal-qafas ta’ metodoloġija komparattiva mill-Istati Membri, għandhom jiġu stabbiliti kondizzjonijiet ġenerali, espressi permezz ta’ parametri, fil-livell tal-Istati Membri.

Il-qafas ta’ metodoloġija komparattiva għandu jeħtieġ li l-Istati Membri:

jiddefinixxu bini ta’ referenza li huma kkaratterizzati minn u rappreżentattivi għall-funzjonalità u l-post ġeografiku tagħhom, inklużi l-kondizzjonijiet klimatiċi interni u esterni. Il-bini ta’ referenza għandu jkopri bini residenzjali u mhux residenzjali, kemm dawk ġodda kif ukoll dawk eżistenti;,

jiddefinixxu l-miżuri tal-effiċjenza enerġetika li jridu jiġu vvalutati għall-bini ta’ referenza. Dawn  Dawk jistgħu jkunu miżuri għal bini individwali fl-intier tagħhom, għall-elementi individwali tal-bini jew għal kombinazzjoni ta’ elementi tal-bini;,

jivvalutaw il-ħtieġa finali u primarja tal-enerġija  u l-emissjonijiet li jirriżultaw  tal-bini ta’ referenza u l-bini ta’ referenza bil-miżuri definiti tal-effiċjenza enerġetika applikati;,

jikkalkolaw il-kostijiet (jiġifieri l-valuri net attwali) tal-miżuri ta’ effiċjenza enerġetika (kif imsemmi fit-tieni inċiż) matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika applikati għall-bini ta’ referenza (kif imsemmi fl-ewwel inċiż) bl-applikazzjoni tal-prinċipji tal-qafas metodoloġiku komparattiv.

Permezz tal-kalkolu tal-kostijiet tal-miżuri tal-effiċjenza enerġetika matul iċ-ċiklu skont kif stmat tal-ħajja ekonomika, tiġi kkalkolata l-kosteffettività ta’ livelli differenti ta’ rekwiżiti minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija mill-Istati Membri. Dan  Dak se jippermetti d-determinazzjoni tal-livelli kostottimali tar-rekwiżiti għar-rendiment fl-użu tal-enerġija.

🡻 2010/31/EU (adattat)

ANNESS VIIIIV

PARTI A

Direttiva mħassra bl-emendi suċċessivi tagħha

(kif imsemmi fl-Artikolu 29)

Direttiva 2002/91/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 65)

Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, 21.11.2008, p. 1)

il-punt 9.9 tal-Anness biss

PARTI B

Limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni

(kif imsemmi fl-Artikolu 29)

Direttiva

Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

Data ta' applikazzjoni

 2002/91/EU

fl-4 ta’ Jannar 2006

4 ta’ Jannar 2009 fir-rigward tal-Artikoli 7, 8 u 9 biss

Parti A


Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi [tiegħu/tagħha] (kif imsemmi fl-Artikolu 33)

Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13)

Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75)

Artikolu 1 biss

Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1)

Artikolu 53 biss

Parti B

Limiti ta' żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u d-dati ta applikazzjoni

(kif imsemmi fl-Artikolu 33)

Direttiva

Limitu ta' żmien għat-traspożizzjoni

Data ta’ applikazzjoni

2010/31/EU

id-9 ta’ Lulju 2012

sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 2, 3, 9, 11, 12, 13, 17, 18, 20 u 27, id-9 ta’ Jannar 2013;

sa fejn huma kkonċernati l-Artikoli 4, 5, 6, 7, 8, 14, 15 u 16, id-9 ta’ Jannar 2013 fir-rigward ta’ bini okkupat mill-awtoritajiet pubbliċi u d-9 ta’ Lulju 2013 fir-rigward ta’ bini ieħor

(UE) 2018/844

L-10 ta’ Marzu 2020

🡻 2010/31/EU (adattat)

ANNESS IXV

Tabella ta' korrelazzjoni

Id-Direttiva 2002/91/KE  2010/31/UE

Din id-Direttiva

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 2, punti (4) u (5)

Artikolu 2, punti (3), (3a), (4) u (5)

Artikolu 2, punti (6), (7), (8) u (9)

Artikolu 2, punti (10), (11) u (12)

Artikolu 2, punti (6), (7), (8) u (9)

Artikolu 2, punti (13), (14), (15) u (16)

Artikolu 2, punti (17), (18), (19) u (20)

Artikolu 2, punt (10)

Artikolu 2, punt (21)

Artikolu 2, punti (22), (23), (24), (25), (26) u (27)

Artikolu 2, punti (11), (12), (13) u (14)

Artikolu 2, punti (28), (29), (30) u (31)

Artikolu 2, punti (32), (33), (34), (35), (36) u (37)

Artikolu 2, punt (15)

Artikolu 2, punt (37)

Artikolu 2, punti (15), (15a), (15b), (15c), (16) u (17)

Artikolu 2, punti (38), (39), (40), (41), (42) u (43)

Artikolu 2, punt (18)

Artikolu 2, punt (19)

Artikolu 2, punt (44)

Artikolu 2, punti (45), (46), (47), (48), (49), (50), (51), (52), (53), (54), (55), (56) u (57)

Artikolu 2, punt (20)

Artikolu 2a

Artikolu 3

Artikolu 3

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikoli 6 u 9

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 10

Artikolu 8(1), (9)

Artikolu 11

Artikolu 8(2) sa (8)

Artikolu 12

Artikolu 8(10), (11)

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 10

Artikolu 15

Artikolu 11

Artikolu 16

Artikolu 12

Artikolu 17

Artikolu 13

Artikolu 18

Artikolu 19

Artikoli 14 u 15

Artikolu 20

Artikolu 16

Artikolu 21

Artikolu 17

Artikolu 22

Artikolu 23

Artikolu 18

Artikolu 24

Artikolu 19

Artikolu 25

Artikolu 19 a

Artikolu 20

Artikolu 26

Artikolu 21

Artikolu 27

Artikolu 22

Artikolu 28

Artikolu 23

Artikolu 29

Artikolu 26

Artikolu 30

Artikolu 27

Artikolu 31

Artikolu 28

Artikolu 32

Artikolu 29

Artikolu 33

Artikolu 30

Artikolu 34

Artikolu 31

Artikolu 35

Anness I

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IA

Anness IV

Anness V

Anness II

Anness VI

Anness III

Anness VII

Anness IV

Anness VIII

Anness V

Anness IX

Artikolu 1

Artikolu 1

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punt (1)

Artikolu 2, punti (2) u (3)

Artikolu 2, punt (2)

Artikolu 2, punt (4) u l-Anness I

Artikolu 2, punti (5), (6), (7), (8), (9), (10) u (11)

Artikolu 2, punt (3)

Artikolu 2, punt (12)

Artikolu 2, punt (4)

Artikolu 2, punt (13)

Artikolu 2, punt (14)

Artikolu 2, punt (5)

Artikolu 2, punt (15)

Artikolu 2, punt (6)

Artikolu 2, punt (16)

Artikolu 2, punt (7)

Artikolu 2, punt (17)

Artikolu 2, punt (8)

Artikolu 2, punt (18)

Artikolu 2, punt (19)

Artikolu 3

Artikolu 3 u Anness I

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(2)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6(1)

Artikolu 6(2) u (3)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikoli 8, 9 u 10

Artikolu 7(1) l-ewwel subparagrafu

Artikolu 11(8) u l-Artikolu 12(2)

Artikolu 7(1) it-tieni subparagrafu

Artikolu 11(6)

Artikolu 7(1) it-tielet subparagrafu

Artikolu 12(6)

Artikolu 7(2)

Artikolu 11(1) u (2)

Artikolu 11(3), (4), (5), (7) u (9)

Artikolu 12(1), (3), (4), (5) u (7)

Artikolu 7(3)

Artikolu 13(1) u (3)

Artikolu 13(2)

Artikolu 8, punt (a)

Artikolu 14(1) u (3)

Artikolu 14(2)

Artikolu 8, punt (b)

Artikolu 14(4)

Artikolu 14(5)

Artikolu 9

Artikolu 15(1)

Artikolu 15(2), (3), (4) u (5)

Artikolu 16

Artikolu 10

Artikolu 17

Artikolu 18

l-Artikolu 11, kliem introduttiv

Artikolu 19

Artikolu 11, punti (a) u (b)

Artikolu 12

Artikolu 20(1) u l-Artikolu 20(2) it-tieni subparagrafu

Artikolu 20(2) l-ewwel subparagrafu u l-Artikolu 20(3) u (4)

Artikolu 21

Artikolu 13

Artikolu 22

Artikoli 23, 24 u 25

Artikolu 14(1)

Artikolu 26(1)

Artikolu 14(2) u (3)

Artikolu 26(2)

Artikolu 27

Artikolu 15(1)

Artikolu 28

Artikolu 15(2)

Artikolu 29

Artikolu 16

Artikolu 30

Artikolu 17

Artikolu 31

Anness

Anness I

Annessi II sa V

(1)    Il-Mediterran: CY, HR, IT, EL, MT, ES, PT, Oċeaniku: BE, DK, IE, DE, FR, LU, NL, Kontinentali: AT, BG, CZ, HU, PL, RO, SL, SK, Nordiku: EE, FI, LV, LT, SE.
(2)    Id-Direttiva 2014/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar miżuri biex tonqos l-ispiża għall-installazzjoni ta’ networks tal-komunikazzjoni elettronika b’veloċità għolja (ĠU L 155, 23.5.2014, p. 1).