Brussell, 3.12.2021

COM(2021) 746 final

2021/0390(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir Agrikolu, tal-Kostruzzjoni u tal-Minjieri (il-Protokoll tal-MAC)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Taħt l-awspiċji tal-UNIDROIT (Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata), li hija organizzazzjoni intergovernattiva li għaliha jappartjenu l-Istati Membri kollha, f’Novembru 2001, f’Konferenza Diplomatika f’Cape Town, l-Afrika t’Isfel, ġew adottati Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli (“il-Konvenzjoni ta’ Cape Town”) u Protokoll dwar Kwistjonijiet Speċifiċi għat-Tagħmir tal-Inġenji tal-Ajru.

Is-sistema ta’ Cape Town għandha struttura flessibbli: din hija ffurmata minn Konvenzjoni qafas li tistabbilixxi regoli legali applikabbli għall-kategoriji kollha ta’ tagħmir mobbli li huma kkomplementati minn Protokolli speċifiċi li fihom regoli speċjali relatati ma’ tipi partikolari ta’ tagħmir.

Il-Konvenzjoni tipprovdi regoli għall-istabbiliment u l-effetti ta’ interess internazzjonali (ftehim ta’ sigurtà, ftehim ta’ riżerva ta’ titolu jew kuntratt ta’ lokazzjoni) relatati ma’ ċerti kategoriji ta’ tagħmir mobbli ddeżinjati fil-Protokolli relatati mal-kategoriji li ġejjin: tagħmir tal-inġenji tal-ajru (oqfsa tal-inġenji tal-ajru, magni tal-inġenji tal-ajru u ħelikopters), vetturi ferrovjarji u assi spazjali.

Dawn il-Protokolli jistgħu jemendaw il-Konvenzjoni meta l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur rilevanti jkunu jeħtieġu dan. Huwa għalhekk il-Protokoll u mhux il-Konvenzjoni li jipprevali fir-rigward ta’ kull kategorija ta’ tagħmir mobbli. L-obbligi tal-Istati taħt il-Konvenzjoni jvarjaw skont il-Protokoll li huma jaderixxu miegħu. Il-Konvenzjoni tista’ tapplika għal kategorija ta’ tagħmir mobbli biss meta l-Protokoll rilevanti jidħol fis-seħħ u bejn il-Partijiet għal dak il-Protokoll biss. Iżda l-Konvenzjoni u l-Protokoll imbagħad iridu jinqraw flimkien bħala strument uniku.

Il-kategoriji tal-minjieri, tal-agrikoltura u tal-kostruzzjoni huma oqsma ta’ attività kummerċjali ta’ importanza universali, speċjalment fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Huwa għalhekk li, mill-2006 ’l hawn, it-tħejjija tar-raba’ Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir Agrikolu, tal-Kostruzzjoni u tal-Minjieri (minn hawn ’il quddiem: il-“Protokoll tal-MAC”) ġiet inkluża fil-Programm ta’ Ħidma tal-UNIDROIT. Hemm żewġ raġunijiet għalfejn it-tagħmir agrikolu, tal-kostruzzjoni u tal-minjieri ġie propost mill-UNIDROIT għar-raba’ protokoll. L-ewwel nett, dan jippermetti lill-intrapriżi involuti fl-agrikoltura, fil-kostruzzjoni u fil-minjieri l-kapaċità li jiksbu tagħmir li kieku ma jkunux jistgħu jiksbu u b’hekk ikunu jistgħu jottimizzaw l-attività tagħhom. It-tieni nett, dan jippermetti lill-produtturi tat-tagħmir jesportaw lejn swieq li mingħajr tali protokoll jibqgħu magħluqin għalihom.

Wara ħidma preparatorja, inklużi bosta laqgħat ta’ Grupp ta’ Studju u konsultazzjonijiet mal-industrija privata, fil-95 sessjoni tiegħu (it-18-20 ta’ Mejju 2016), il-Kunsill Governattiv tal-UNIDROIT ikkunsidra l-abbozz tat-test prodott mill-Grupp ta’ Studju bħala żviluppat biżżejjed biex jiġġustifika t-tlaqqigħ ta’ Kumitat ta’ Esperti Governattivi.

Saru żewġ sessjonijiet tal-Kumitat ta’ Esperti Governattivi f’Ruma: l-ewwel sessjoni saret mill-20 sal-24 ta’ Marzu 2017 u t-tieni waħda saret mit-2 sas-6 ta’ Ottubru 2017, meta t-test tal-Protokoll tqies matur biex titlaqqa’ Konferenza Diplomatika għall-adozzjoni tiegħu. Il-Kummissjoni rrappreżentat lill-UE - li għandha status ta’ osservatur fil-UNIDROIT - abbażi ta’ pożizzjoni koordinata tal-UE 1 . Fit-23 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar il-konklużjoni tal-Protokoll tal-MAC. Ir-Rakkomandazzjoni 2 u d-Direttivi 3 ġew adottati mill-Kunsill fid-9 ta’ Marzu 2018.

Fil-11-22 ta’ Novembru 2019 saret Konferenza Diplomatika fi Pretoria, fejn it-test tal-Protokoll tal-MAC ġie adottat uffiċjalment mill-UNIDROIT. Il-Kummissjoni rrappreżentat lill-UE għad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll li jaqgħu taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-UE abbażi tad-direttivi ta’ negozjati li ġew adottati fl-2018 u d-direttivi supplimentari ta’ negozjati li ġew adottati fl-2019 4 .

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

L-UE diġà ħadet azzjoni fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town, billi ssieħbet mal-Konvenzjoni u l-Protokoll tagħha dwar l-Inġenji tal-Ajru fl-2009 5 , billi ffirmat il-Protokoll Ferrovjarju fl-2009 6 u billi approvatu fl-2014 7 .

Fir-rigward tal-Protokoll Spazjali wkoll, abbażi tad-direttivi ta’ negozjati li ġew adottati mill-Kunsill fl-10 ta’ Frar 2004 8 , il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-UE, segwiet mill-qrib il-laqgħat tal-ħames sessjonijiet tal-Kumitat tal-Esperti Governattivi tal-UNIDROIT għall-adozzjoni tal-abbozz tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Interessi Internazzjonali fuq Tagħmir Mobbli għal Kwistjonijiet Speċifiċi tal-Assi Spazjali u pparteċipat fil-Konferenza Diplomatika tal-2012 meta ġie adottat il-Protokoll Spazjali.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija konsistenti mal-politika ġenerali tal-UE li tieħu azzjoni biex tiżgura li l-kompetenza esterna esklużiva tal-UE tiġi rrispettata fil-qafas internazzjonali, billi tissieħeb ma’ konvenzjonijiet internazzjonali inklużi d-dispożizzjonijiet taħt il-kompetenza esterna esklużiva tal-UE, meta dan ikun permess mill-preżenza ta’ klawżola tar-REIO, li tippermetti (bħal f’dan il-każ) lill-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika jiffirmaw jew jirratifikaw strument internazzjonali, jew billi tawtorizza lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu dan f’isem l-Unjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill hija bbażata fuq l-Artikolu 81(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tat-TFUE, peress li l-Protokoll tal-MAC huwa strument internazzjonali. Il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali hija rregolata mill-Artikolu 81 tat-TFUE, li huwa għalhekk il-bażi ġuridika tal-kompetenza tal-UE f’dan il-qasam.

F’konformità mal-Artikolu 3(2) tat-TFUE, xi dispożizzjonijiet tal-Protokoll tal-MAC tal-UNIDROIT jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza esterna esklużiva tal-UE peress li “jistgħu jaffettwaw xi regoli komuni jew ibiddlu l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom”. 

Il-Protokoll tal-MAC fih dispożizzjonijiet rigward il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent, l-infurzar, il-miżuri proviżorji u protettivi li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (l-Artikolu IX tal-Protokoll MAC - Modifika tad-dispożizzjonijiet rigward l-eżenzjoni sakemm issir determinazzjoni finali).

Barra minn hekk, il-Protokoll tal-MAC fih dispożizzjonijiet dwar ir-rimedji għall-insolvenza u dwar l-assistenza għall-insolvenza, li jistgħu jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2015/848 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (l-Artikolu X - Rimedji għall-Insolvenza u l-Artikolu XI - Assistenza għall-Insolvenza).

Fl-aħħar nett, l-Artikolu VI tal-Protokoll tal-MAC (Għażla tal-liġi applikabbli) jipprevedi li l-partijiet għal ftehim jew għal kuntratt ta’ garanzija relatat jew għal ftehim ta’ subordinazzjoni jistgħu jagħżlu l-liġi applikabbli. Għalhekk, huwa jirregola kwistjoni koperta mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I).

Dikjarazzjonijiet dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea

Huwa meħtieġ mill-Artikolu XXIV (Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika) li l-Unjoni Ewropea, meta jiġi ffirmat il-Protokoll tal-MAC, tagħmel id-dikjarazzjoni lid-Depożitarju li tispeċifika l-kwistjonijiet rregolati mill-Protokoll li fir-rigward tagħhom tkun ġiet ittrasferita kompetenza lill-Unjoni Ewropea mill-Istati Membri tagħha. Din id-dikjarazzjoni hija annessa ma’ din il-proposta.

Barra minn hekk, bosta regoli tal-Protokoll tal-MAC jeħtieġu jew jippermettu lill-partijiet kontraenti jagħmlu dikjarazzjonijiet dwar l-applikabbiltà jew il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu jew dwar il-mod kif se jiġu implimentati. Dawn kollha huma dispożizzjonijiet ta’ inklużjoni fakultattiva u huma applikabbli biss jekk, fiż-żmien tar-ratifika tal-Protokoll, tal-approvazzjoni tiegħu jew tal-adeżjoni miegħu, issir dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVIII tal-Protokoll tal-MAC (Dikjarazzjonijiet rigward ċerti dispożizzjonijiet).

L-Unjoni Ewropea għandha s-setgħa li tagħmel dikjarazzjonijiet għall-Artikoli VI, IX, X u XI tal-Protokoll tal-MAC, li s-suġġetti tagħhom jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tagħha. Madankollu, kif meħtieġ mill-Artikolu XXVIII tal-Protokoll tal-MAC, din il-kwistjoni tiġi ttrattata biss fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar ir-ratifika tal-Protokoll, tal-approvazzjoni tiegħu, jew tal-adeżjoni miegħu mill-Unjoni Ewropea.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Mhux applikabbli.

Proporzjonalità

Din il-proposta hija simili għal dawk adottati għall-Protokolli l-oħra tal-Konvenzjoni ta’ Cape Town u ma tmurx lil hinn mill-għan li jiġi żgurat li l-kompetenza esterna esklużiva tal-UE dwar ċerti dispożizzjonijiet tal-Protokoll tal-MAC tiġi rrispettata u li l-Istati Membri jitħallew japplikaw id-dritt tal-Unjoni bejniethom.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minn meta l-UNIDROIT laqqa’ l-ewwel laqgħa tal-Esperti Governattivi f’Settembru 2016, l-Istati Membri ġew infurmati u kkonsultati regolarment fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar Materji ta’ Dritt Ċivili (Mistoqsijiet Ġenerali) dwar il-linji kkoordinati li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-pożizzjoni tal-UE. Il-pożizzjoni kkoordinata tal-UE għall-ewwel laqgħa tal-Esperti Governattivi tinsab fid-dokument imsemmi tal-Kunsill 7083/17 EU RESTRICTED. Barra minn hekk, id-delegati tal-Istati Membri ġew infurmati fuq il-post f’Ruma matul il-laqgħa ta’ koordinazzjoni ad hoc tal-UE. Il-Kummissjoni rrappurtat dwar l-eżitu tal-ewwel u tat-tieni sessjoni fil-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar Materji ta’ Dritt Ċivili (Mistoqsijiet Ġenerali) fl-2019. Fl-2018 u fl-2019 saru diskussjonijiet ulterjuri fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-linji gwida ta’ negozjati bi tħejjija għall-Konferenza Diplomatika f’Novembru 2019.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Fit-93 sessjoni tal-Kunsill Governattiv tal-UNIDROIT fl-2014 kien miftiehem li jitlaqqa’ Grupp ta’ Studju inkarigat mit-tħejjija tal-ewwel abbozz tal-Protokoll tal-MAC qabel il-95 sessjoni tiegħu. Il-Grupp ta’ Studju huwa magħmul minn diversi esperti internazzjonali fil-liġi tat-tranżazzjonijiet garantiti u ltaqa’ erba’ darbiet mill-2014 ’l hawn. Qabel l-ewwel laqgħa tal-Esperti Governattivi, l-UNIDROIT stieden lill-Istati Membri tiegħu u lill-Istati partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Cape Town biex fit-2 ta’ Diċembru 2016 jattendu simpożju ta’ nofstanhar biex jiddiskutu aspetti ewlenin tal-proġett.

Seħħew inizjattivi oħra qabel il-Konferenza Diplomatika, bħal pereżempju Konferenza Internazzjonali f’Londra “Il-Protokoll tal-MAC: Benefiċċji legali u ekonomiċi għall-Istati, il-kummerċ u l-iżvilupp internazzjonali” fit-12 ta’ Settembru 2019, li fiha pparteċipaw ukoll il-Kummissjoni u bosta Stati Membri.

Il-konsultazzjonijiet mal-industrija privata wrew interess u appoġġ ġenerali għall-Protokoll tal-MAC u ġew organizzati bosta inizjattivi mill-UNIDROIT sabiex titqajjem kuxjenza dwar il-Protokoll, qabel u wara l-adozzjoni tiegħu.

Valutazzjoni tal-impatt

Kif kien il-każ għall-inizjattivi l-oħra li jikkonċernaw il-Konvenzjoni ta’ Cape Town u l-Protokolli tagħha, ma twettqet l-ebda valutazzjoni tal-impatt speċifika.

Madankollu, kif huwa indikat hawn fuq, twettqu konsultazzjonijiet/studji preliminari intensivi fil-kuntest tal-UNIDROIT qabel ma l-ħidma fuq l-abbozz tal-Protokoll tqieset lesta biżżejjed biex titlaqqa’ l-ewwel laqgħa ta’ Esperti Governattivi.

Din il-ħidma tinkludi wkoll dokument imħejji fl-2013 mid-Direttur tar-Riċerka fiċ-Ċentru għall-Analiżi Ekonomika tal-Liġi (CEAL), dwar il-benefiċċji ekonomiċi potenzjali tal-Protokoll tal-MAC. Valutazzjoni Ekonomika oħra tal-Protokoll tal-MAC ġiet ippubblikata f’Awwissu 2018 taħt l-awspiċji tal-UNIDROIT, li tenfasizza l-benefiċċji għall-kummerċ internazzjonali billi jitjieb l-aċċess għall-finanzi u jitnaqqas ir-riskju ta’ kreditu.

Drittijiet fundamentali

Ma japplikax

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Xejn.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Ma japplikax

2021/0390 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir Agrikolu, tal-Kostruzzjoni u tal-Minjieri (il-Protokoll tal-MAC)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81(2), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)L-Unjoni Ewropea qed taħdem għat-twaqqif ta’ żona ġudizzjarja komuni bbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji.

(2)Il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir Agrikolu, tal-Kostruzzjoni u tal-Minjieri, li ġie adottat fi Pretoria fit-22 ta’ Novembru 2019, jagħti kontribut utli għar-regolament fil-livell internazzjonali. Hu għalhekk preferibbli li d-dispożizzjonijiet ta’ dak l-istrument ikunu applikati mill-aktar fis possibbli.

(3)Il-Kummissjoni nnegozjat il-Protokoll tal-MAC f’isem l-Unjoni Ewropea, għall-partijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

(4)L-Artikolu XXIV(1) tal-Protokoll tal-MAC jipprevedi li l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika, li għandhom kompetenza fuq ċerti kwistjonijiet irregolati mill-Protokoll Ferrovjarju, jistgħu jiffirmaw, jaċċettaw, japprovaw jew jaderixxu ma’ dan il-Protokoll.

(5)Uħud mill-kwistjonijiet irregolati mir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 9 , (UE) Nru 1215/2012 10 , u (UE) 2015/848 11 huma wkoll fil-Protokoll MAC.

(6)L-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva fuq uħud mill-materji rregolati mill-Protokoll MAK.

(7)L-Artikolu XXIV(2) tal-Protokoll tal-MAC jipprovdi li, fil-mument tal-iffirmar, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni jew tal-adeżjoni, għandha ssir dikjarazzjoni minn Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li tispeċifika l-materji regolati minn dak il-Protokoll li fir-rigward tagħhom l-Istati Membri tagħha jkunu ddelegaw lil dik l-organizzazzjoni l-kompetenza.

(8)L-Irlanda hija marbuta bir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008, (UE) Nru 1215/2012 u (UE) 2015/848 u għalhekk qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(9)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, li huwa anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhux qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u ma hijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

(10)Għaldaqstant, il-Protokoll tal-MAC jenħtieġ li jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett li jkun konkluż f’data aktar tard u li d-Dikjarazzjoni mehmuża tkun approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir Agrikolu, tal-Kostruzzjoni u tal-Minjieri (il-Protokoll tal-MAC) li ġie adottat fi Pretoria fit-22 ta’ Novembru 2019, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

It-test tal-Protokoll jinsab anness ma’ din id-Deċiżjoni.

                       Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha taħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tiddepożita, f’isem l-Unjoni, l-istrument tal-iffirmar tal-Protokoll tal-MAC soġġett għall-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 3.

Artikolu 3

Meta tiffirma l-Protokoll tal-MAC, l-Unjoni Ewropea għandha tagħmel id-dikjarazzjoni stabbilita fl-Anness, f’konformità mal-Artikolu XXIV(2) tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-pożizzjoni tal-UE stabbilita fid-dokument tal-Kunsill 7083/17 EU RESTRICTED
(2)    Id-Dokument tal-Kunsill 5109/18
(3)    Id-Dokument tal-Kunsill 6287/18 EU RESTRICTED
(4)    Kif stabbilit fid-Dokument tal-Kunsill 13444/1/19 REV 1 EU RESTRICTED
(5)    2009/370/KE: id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 dwar l-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Konvenzjoni dwar Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli u mal-Protokoll tagħha dwar affarijiet li jolqtu b’mod speċifiku apparat użat fl-ajruplani, adottati konġuntament f’Cape Town fis-16 ta’ Novembru 2001, ĠU L 121, 15.5.2009, p. 3-7.
(6)    2009/940/KE: id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar l-iffirmar mill-Komunità Ewropea tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, adottat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007, ĠU L 331, 16.12.2009, p. 1–16.
(7)    2014/888/UE: id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Diċembru 2014 dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq Tagħmir Mobbli għal Kwistjonijiet Speċifiċi tal-Vetturi Ferrovjarji, adottat fil-Lussemburgu fit-23 ta’ Frar 2007, ĠU L 353, 10.12.2014, p. 9–12.
(8)    5609/04 JUSTCIV 9 TRANS 35 OC 46 RESTREINT UE
(9)    Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).
(10)    Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).
(11)    Ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19).

Brussell, 3.12.2021

COM(2021) 746 final

ANNESSI

tal-Proposta

għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-

Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir Agrikolu, tal-Kostruzzjoni u tal-Minjieri (il-Protokoll tal-MAC)


ANNESS

Dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXIV(2) li tikkonċerna l-kompetenza tal-Unjoni Ewropea dwar kwistjonijiet irregolati mill-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir Agrikolu, tal-Kostruzzjoni u tal-Minjieri (il-Protokoll tal-MAC), li ġie adottat fi Pretoria fit-22 ta’ Novembru 2019, li fir-rigward tiegħu l-Istati Membri ttrasferew il-kompetenza tagħhom lill-Unjoni Ewropea

1.L-Artikolu XXIV tal-Protokoll tal-MAC jipprevedi li l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li huma kkostitwiti minn Stati sovrani u li għandhom kompetenza fuq ċerti kwistjonijiet irregolati mill-Protokoll jistgħu jiffirmawh bil-kundizzjoni li jagħmlu d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu XXIV(2). L-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tiffirma l-Protokoll tal-MAC u b'dan qed tagħmel din id-dikjarazzjoni.

2.Il-Membri kurrenti tal-Unjoni Ewropea huma r-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tan-Netherlands, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju tal-Iżvezja.

3. Madankollu, din id-dikjarazzjoni ma tapplikax għar-Renju tad-Danimarka, f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għat-Trattati.

4.Din id-dikjarazzjoni ma hijiex applikabbli fil-każ tat-territorji tal-Istati Membri li fihom it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma japplikax u hija mingħajr preġudizzju għal tali atti jew pożizzjonijiet li jistgħu jiġu adottati skont il-Protokoll tal-MAC mill-Istati Membri ikkonċernat f’isem u fl-interessi ta’ dawk it-territorji.

5.L-Unjoni Ewropea eżerċitat il-kompetenza tagħha, fost l-oħrajn, billi adottat ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 , ir-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza 2 u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) 3 .

6.I-kompetenza tal-Unjoni Ewropea taħt it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, hi minnha nnifisha, suġġetta għal żvilupp kontinwu. Fil-qafas tat-Trattati, l-istituzzjonijiet kompetenti jistgħu jieħdu deċiżjonijiet li jiddeterminaw il-firxa tal-kompetenza tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-Unjoni tirriżerva d-dritt li temenda din id-dikjarazzjoni kif xieraq, mingħajr ma dan jikkostitwixxi prerekwiżit għall-eżerċizzju tal-kompetenza tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet irregolati mill-Protokoll tal-MAC.

ANNESS II

PROTOKOLL GĦALL-KONVENZJONI DWAR L-INTERESSI INTERNAZZJONALI FIT-TAGĦMIR MOBBLI DWAR KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI GĦAT-TAGĦMIR TAL-MINJIERI, AGRIKOLU U TAL-KOSTRUZZJONI

 

L-ISTATI PARTIJIET GĦAL DAN IL-PROTOKOLL,

 

FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW il-benefiċċji sinifikanti tal-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Konvenzjoni”), li tiffaċilita l-finanzjament u l-lokazzjoni ta’ tagħmir mobbli ta’ valur għoli identifikabbli b’mod uniku,

 

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU r-rwol importanti li t-tagħmir tal-minjieri, tal-agrikoltura u tal-kostruzzjoni għandu fl-ekonomija globali,

 

FILWAQT LI HUMA KONXJI mill-benefiċċji tal-estensjoni tal-Konvenzjoni għat-tagħmir tal-minjieri, agrikolu u tal-kostruzzjoni,

 

FILWAQT LI HUMA KONXJI mill-ħtieġa li l-Konvenzjoni tiġi adattata għar-rekwiżiti partikolari tas-setturi tal-minjieri, tal-agrikoltura u tal-kostruzzjoni u tal-finanzi tagħhom,

 

FILWAQT LI JINNOTAW li s-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali rregolata mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti tippermetti d-determinazzjoni tal-kategoriji ta’ tagħmir tal-minjieri, agrikolu u tal-kostruzzjoni li għalihom hija ġġustifikata l-estensjoni tal-Konvenzjoni,

 

QABLU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin relatati mat-tagħmir tal-minjieri, agrikolu u tal-kostruzzjoni:

 

KAPITOLU I

 

SFERA TA’ APPLIKAZZJONI U DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

 

Artikolu I — Termini ddefiniti

 

1.F’dan il-Protokoll, ħlief fejn il-kuntest ikun jeħtieġ mod ieħor, it-termini użati fih għandhom it-tifsiriet stabbiliti fil-Konvenzjoni.

2.F’dan il-Protokoll, it-termini li ġejjin jintużaw bit-tifsiriet stabbiliti hawn taħt:

(a)“tagħmir agrikolu” tfisser oġġett li jaqa’ taħt kodiċi tas-Sistema Armonizzata elenkat fl-Anness 2 tal-Protokoll, inklużi l-aċċessorji, il-komponenti u l-partijiet kollha installati, inkorporati jew mehmuża li ma jaqgħux taħt kodiċi tas-Sistema Armonizzata separat elenkat f’dan l-Anness, u d-data, il-manwali u r-rekords kollha relatati magħhom;

(b)“tagħmir tal-kostruzzjoni” tfisser oġġett li jaqa’ taħt kodiċi tas-Sistema Armonizzata elenkat fl-Anness 3 tal-Protokoll, inklużi l-aċċessorji, il-komponenti u l-partijiet kollha installati, inkorporati jew mehmuża li ma jaqgħux taħt kodiċi tas-Sistema Armonizzata separat elenkat f’dak l-Anness, u d-data, il-manwali u r-rekords kollha relatati magħhom;

(c)“proposta tal-Istat Kontraenti” tfisser proposta għal modifika tal-Annessi li ssir minn tal-inqas żewġ Stati Kontraenti;

(d)“negozjant” tfisser persuna (inkluż manifattur) li tbigħ jew li tikri tagħmir fil-kors ordinarju tan-negozju tagħha;

(e)“proposta tad-Depożitarju” tfisser notifika mid-Depożitarju skont l-Artikolu XXXV(2) relatata mal-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi, li huma affettwati minn reviżjoni tas-Sistema Armonizzata u li jkun fiha proposta ta’ aġġustamenti għal dawk il-kodiċijiet fl-Annessi;

(f)“tagħmir” tfisser tagħmir tal-minjieri, tagħmir agrikolu jew tagħmir tal-kostruzzjoni;

(g)“kuntratt ta’ garanzija” tfisser kuntratt konkluż minn persuna bħala garanti;

(h)“garanti” tfisser persuna li, biex jiġi żgurat it-twettiq ta’ kwalunkwe obbligu favur kreditur garantit minn ftehim ta’ sigurtà jew taħt ftehim, tagħti jew toħroġ garanzija jew titlob garanzija jew ittra ta’ kreditu irrevokabbli jew kwalunkwe forma oħra ta’ assigurazzjoni ta’ kreditu;

(i)“Sistema Armonizzata” tfisser is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifikazzjoni tal-Komodità, li hija rregolata mill-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti, kif emendata mill-Protokoll ta’ Emenda tal-24 ta’ Ġunju 1986;

(j)“reviżjoni tas-Sistema Armonizzata” tfisser reviżjoni tal-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata kif aċċettati mill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (stabbilita bħala l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni Doganali) skont il-proċeduri tagħha;

(k)“tagħmir assoċjat ma’ immobbli” tfisser tagħmir li tant huwa assoċjat ma’ proprjetà immobbli li interess fil-proprjetà immobbli jestendi għat-tagħmir skont il-liġi tal-Istat li fih tinsab il-proprjetà immobbli;

(l) “perjodu ta’ implimentazzjoni” tfisser:

(i)għall-finijiet tal-Artikolu XXXV, il-perjodu inizjali li jibda fid-data li fiha d-Depożitarju jibgħat notifika lill-Istati Kontraenti skont l-Artikolu XXXV(6) u li jintemm fid-data li fiha jidħlu fis-seħħ l-aġġustamenti kif speċifikat f’dak il-paragrafu; u

(ii)għall-finijiet tal-Artikolu XXXVI, il-perjodu inizjali li jibda fid-data li fiha d-Depożitarju jibgħat notifika lill-Istati Kontraenti skont l-Artikolu XXXVI(8) u li jintemm fid-data li fiha l-modifiki jidħlu fis-seħħ kif speċifikat f’dak il-paragrafu.

(m)“avveniment relatat ma’ insolvenza” tfisser:

(i)il-bidu tal-proċedimenti ta’ insolvenza; jew

(ii)l-intenzjoni ddikjarata li jiġu sospiżi jew is-sospensjoni proprja tal-pagamenti mid-debitur fejn id-dritt tal-kreditur li jiftaħ proċedimenti ta’ insolvenza kontra d-debitur jew li jeżerċita rimedji skont il-Konvenzjoni jiġi evitat jew sospiż bil-liġi jew b’azzjoni mill-Istat;

(n)“inventarju” tfisser tagħmir miżmum minn negozjant għall-bejgħ jew għall-kiri fil-kors ordinarju tan-negozju tiegħu;

(o)“tagħmir tal-minjieri” tfisser oġġett li jaqa’ taħt kodiċi tas-Sistema Armonizzata elenkat fl-Anness 1 tal-Protokoll, inklużi l-aċċessorji, il-komponenti u l-partijiet kollha installati, inkorporati jew mehmuża li ma jaqgħux taħt kodiċi tas-Sistema Armonizzata separat elenkat f’dak l-Anness, u d-data, il-manwali u r-rekords kollha relatati magħhom;

(p)“Stat Kontraenti ġdid” tfisser Stat li jsir Stat Kontraenti wara d-data li fiha d-Depożitarju jibgħat lill-Istati Kontraenti proposta għal Depożitarju jew notifika ta’ proposta ta’ Stat Kontraenti, kif applikabbli; u

(q)“ġuriżdizzjoni primarja ta’ insolvenza” tfisser l-Istat Kontraenti li fih jinsab iċ-ċentru tal-interessi ewlenin tad-debitur, li għal dan il-għan għandu jitqies bħala l-post tas-sede statutorja tad-debitur jew, jekk ma jkunx hemm, il-post fejn id-debitur ikun inkorporat jew iffurmat, sakemm ma jiġix ippruvat mod ieħor.

 

Artikolu II — Applikazzjoni tal-Konvenzjoni fir-rigward tat-tagħmir

 

1.Il-Konvenzjoni għandha tapplika fir-rigward ta’ tagħmir tal-minjieri, tagħmir agrikolu u tagħmir tal-kostruzzjoni, kif previst mit-termini ta’ dan il-Protokoll u l-Annessi 1, 2 u 3, irrispettivament minn kwalunkwe użu intenzjonat jew reali tat-tagħmir.

2.Stat Kontraenti jista’, fiż-żmien tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew tal-adeżjoni miegħu, jiddikjara li huwa jkun se jillimita l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll għat-tagħmir kollu inkluż f’wieħed jew f’tnejn mill-Annessi.

3.Dan il-Protokoll ma japplikax għal oġġetti li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta’ “oġġetti tal-ajruplan” skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Interessi Internazzjonali fl-Apparat Mobbli dwar Affarijiet li jolqtu b’mod Speċifiku apparat użat fl-Ajruplani, “vetturi ferrovjarji” skont il-Protokoll tal-Lussemburgu għall-Konvenzjoni dwar il-Garanziji Internazzjonali fuq it-Tagħmir Mobbli li jirrigwarda Materji Speċifiċi għall-Vetturi Ferrovjarji, jew “assi spazjali” skont il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli għal Kwistjonijiet Speċifiċi tal-Assi Spazjali.

4.Il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll għandhom ikunu magħrufa bħala l-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli kif applikata għat-tagħmir tal-minjieri, għat-tagħmir agrikolu u għat-tagħmir tal-kostruzzjoni.

 

 

Artikolu III — Deroga

 

Il-partijiet jistgħu, bi ftehim bil-miktub, jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu X, u fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ xulxin, jidderogaw minn, jew ivarjaw l-effett ta’ kwalunkwe waħda mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll, ħlief l-Artikolu VIII (2) – (4).

 

Artikolu IV — Kapaċitajiet ta’ rappreżentanza

 

Fir-rigward tat-tagħmir, persuna tista’ tidħol fi ftehim, twettaq reġistrazzjoni kif definita mill-Artikolu 16(3) tal-Konvenzjoni u tasserixxi d-drittijiet u l-interessi skont il-Konvenzjoni f’aġenzija, kumpanija fiduċjarja jew kapaċità rappreżentattiva.

 

 

Artikolu V — Identifikazzjoni tat-tagħmir

 

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 7(c) tal-Konvenzjoni u tal-Artikolu XXI, deskrizzjoni tat-tagħmir hija biżżejjed biex jiġi identifikat it-tagħmir jekk ikun fiha:

(a)deskrizzjoni tat-tagħmir skont l-oġġett;

(b)deskrizzjoni tat-tagħmir skont it-tip;

(c)dikjarazzjoni li l-ftehim ikopri t-tagħmir kollu preżenti u futur; jew

(d)dikjarazzjoni li l-ftehim ikopri t-tagħmir kollu preżenti u futur ħlief għal oġġetti jew tipi speċifikati.

 

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 7 tal-Konvenzjoni, interess f’tagħmir futur identifikat f’konformità mal-paragrafu preċedenti għandu jiġi kostitwit bħala interess internazzjonali malli s-sid tal-proprjetà, il-bejjiegħ kondizzjonali jew il-lokatur jiksbu s-setgħa li jeħilsu mit-tagħmir, mingħajr il-ħtieġa ta’ ebda att ġdid ta’ trasferiment.

 

 

Artikolu VI — Għażla tal-liġi applikabbli

 

1.Dan l-Artikolu japplika biss meta Stat Kontraenti jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVIII(1).

2.Il-partijiet għal ftehim jew għal kuntratt ta’ garanzija jew ftehim ta’ subordinazzjoni relatat jistgħu jaqblu dwar il-liġi li għandha tirregola d-drittijiet u l-obbligi kuntrattwali tagħhom, kompletament jew parzjalment.

3.Sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, ir-referenza fil-paragrafu preċedenti għal-liġi magħżula mill-partijiet hija għar-regoli nazzjonali tal-liġi tal-Istat maħtur jew, fejn dak l-Istat jinkludi bosta unitajiet territorjali, għal-liġi nazzjonali tal-unità territorjali maħtura.

 

Artikolu VII — Assoċjazzjoni ma’ proprjetà immobbli

 

1.Meta tagħmir assoċjat ma’ immobbli jkun jinsab fi Stat mhux Kontraenti, dan il-Protokoll ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe liġi ta’ dak l-Istat li tiddetermina jekk jistax jinħoloq interess internazzjonali fit-tagħmir assoċjat ma’ immobbli, jekk ikunx għadu jeżisti, jekk ikunx subordinat għal kwalunkwe dritt jew interess ieħor fit-tagħmir assoċjat ma’ immobbli, jew inkella jkunx affettwat mill-assoċjazzjoni tat-tagħmir ma’ proprjetà immobbli.

2.Stat Kontraenti għandu, fiż-żmien tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew tal-adeżjoni miegħu, jiddikjara li l-Alternattiva A, B, jew C kollha ta’ dan l-Artikolu se tapplika fir-rigward ta’ interess internazzjonali f’tagħmir assoċjat ma’ immobbli li jinsab fl-Istat Kontraenti.

 

Alternattiva A

 

1.Jekk it-tagħmir assoċjat ma’ immobbli jkun jista’ jitneħħa mill-proprjetà immobbli, l-assoċjazzjoni tiegħu mal-proprjetà immobbli ma taffettwax l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, inkluż il-ħolqien, l-eżistenza, il-prijorità jew l-infurzar ta’ kwalunkwe interess internazzjonali f’dak it-tagħmir. Dan il-Protokoll ma japplikax għal tagħmir assoċjat ma’ immobbli li ma jkunx jista’ jitneħħa mill-proprjetà immobbli.

2.It-tagħmir assoċjat ma’ immobbli jkun jista’ jitneħħa mill-proprjetà immobbli biss jekk il-valur stmat tiegħu wara t-tneħħija fiżika tat-tagħmir mill-proprjetà immobbli jkun akbar mill-kost stmat tat-tneħħija u ta’ kwalunkwe restawr tal-proprjetà immobbli.

3.Jekk it-tagħmir assoċjat ma’ immobbli jkun jista’ jitneħħa mill-proprjetà immobbli fil-mument li jsir tagħmir assoċjat ma’ immobbli jew meta jinħoloq interess internazzjonali fit-tagħmir, skont liema jkun l-aħħar, ikun hemm preżunzjoni konfutabbli li dan jibqa’ jista’ jitneħħa minn dik il-proprjetà immobbli.

 

Alternattiva B

 

1.Dan il-Protokoll ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ ebda liġi tal-Istat fejn tinsab proprjetà immobbli li tiddetermina jekk jistax jinħoloq interess internazzjonali f’tagħmir assoċjat ma’ immobbli, ikunx waqaf jeżisti, ikunx subordinat għal kwalunkwe dritt jew interess ieħor fit-tagħmir assoċjat ma’ immobbli, jew inkella jiġix affettwat mill-assoċjazzjoni tat-tagħmir ma’ proprjetà immobbli jekk it-tagħmir ikun tilef l-identità legali individwali tiegħu f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat.

2.Meta tagħmir soġġett għal interess internazzjonali rreġistrat ikun tagħmir assoċjat ma’ immobbli u ma jkunx tilef l-identità legali individwali tiegħu f’konformità mal-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli, interess fil-proprjetà immobbli li jestendi għal dak it-tagħmir għandu prijorità fuq l-interess internazzjonali rreġistrat fit-tagħmir biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-interess fil-proprjetà immobbli jkun ġie rreġistrat f’konformità mar-rekwiżiti tal-liġi nazzjonali qabel iż-żmien tar-reġistrazzjoni tal-interess internazzjonali fit-tagħmir skont dan il-Protokoll u r-reġistrazzjoni tal-interess fil-proprjetà immobbli tibqa’ effettiva; u

(b)it-tagħmir ikun ġie assoċjat mal-proprjetà immobbli qabel iż-żmien tar-reġistrazzjoni tal-interess internazzjonali fit-tagħmir skont dan il-Protokoll.

 

Alternattiva C

 

1.Dan il-Protokoll ma jaffettwax l-applikazzjoni ta’ ebda liġi tal-Istat fejn tinsab proprjetà immobbli li tiddetermina jekk interess internazzjonali f’tagħmir assoċjat ma’ immobbli jistax jinħoloq, ikunx waqaf jeżisti, ikunx subordinat għal kwalunkwe dritt jew interess ieħor fit-tagħmir assoċjat ma’ immobbli, jew inkella jkunx affettwat mill-assoċjazzjoni tat-tagħmir ma’ proprjetà immobbli.  

 

KAPITOLU II

 

RIMEDJI U PRIJORITAJIET AWTOMATIĊI

 

Artikolu VIII — Modifika tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rimedji ta’ inadempjenza

 

1.Minbarra r-rimedji speċifikati fil-Kapitolu III tal-Konvenzjoni, il-kreditur jista’, sakemm id-debitur qabel dwar dan fi kwalunkwe ħin ikun u fiċ-ċirkostanzi speċifikati f’dak il-Kapitolu, iwettaq l-esportazzjoni u t-trasferiment fiżiku tat-tagħmir mit-territorju li fih jinsab.

2.Il-kreditur ma għandux jeżerċita r-rimedji speċifikati fil-paragrafu preċedenti mingħajr il-kunsens bil-miktub minn qabel tad-detentur ta’ kwalunkwe klassifikazzjoni tal-interess irreġistrata bi prijorità għal dik tal-kreditur.

3.L-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni ma għandux japplika għat-tagħmir. Kwalunkwe rimedju mogħti mill-Konvenzjoni fir-rigward tat-tagħmir għandu jiġi eżerċitat b’mod kummerċjalment raġonevoli. Rimedju għandu jitqies bħala eżerċitat b’mod kummerċjalment raġonevoli meta jiġi eżerċitat f’konformità ma’ dispożizzjoni tal-ftehim ħlief meta tali dispożizzjoni tkun manifestament mhux raġonevoli.

4.Persuna jew entità li tkun qed tagħti s-self, li tagħti avviż bil-miktub erbatax-il jum kalendarju jew aktar minn qabel, dwar bejgħ jew lokazzjoni propost lil persuni interessati, kif previst fl-Artikolu 8(4) tal-Konvenzjoni, għandha titqies li tissodisfa r-rekwiżit li tagħti l-“avviż raġonevoli minn qabel” speċifikat fih. Dan ma għandux jipprevjeni lill-persuna jew l-entità li tkun qed tagħti s-self u lis-sid tal-proprjetà jew lill-garanti milli jaqblu fuq perjodu itwal ta’ avviż minn qabel.

5.Soġġett għal kwalunkwe liġijiet u regolamenti applikabbli dwar is-sikurezza, Stat Kontraenti għandu jiżgura li l-awtoritajiet amministrattivi rilevanti jikkooperaw malajr mal-kreditur u jassistuh sa fejn ikun meħtieġ għall-eżerċitar tar-rimedji speċifikati fil-paragrafu 1.

6.Stat Kontraenti jista’, fiż-żmien tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew tal-adeżjoni miegħu, jiddikjara li mhux se japplika l-paragrafu preċedenti.

7.Persuna jew entità li tkun qed tagħti s-self li tipproponi li twettaq l-esportazzjoni ta’ tagħmir skont il-paragrafu 1 b’mod ieħor għajr skont ordni tal-qorti għandha tagħti avviż raġonevoli minn qabel bil-miktub tal-esportazzjoni proposta lil:

(a)persuni interessati speċifikati fl-Artikolu 1(m)(i) u (ii) tal-Konvenzjoni; u

(b)persuni interessati speċifikati fl-Artikolu 1(m)(iii) tal-Konvenzjoni li jkunu taw avviż tad-drittijiet tagħhom lill-persuna jew lill-entità li tkun qed tagħti s-self fi żmien raġonevoli qabel l-esportazzjoni.  

 

Artikolu IX — Modifika tad-dispożizzjonijiet rigward miżuri proviżorji sakemm issir determinazzjoni finali

 

1.Dan l-Artikolu japplika biss fi Stat Kontraenti li jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVIII(2) u sa fejn ikun iddikjarat f’tali dikjarazzjoni.

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni, fil-kuntest tal-kisba ta’ miżuri proviżorji, “malajr” tfisser f’tali għadd ta’ jiem kalendarji mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal miżuri proviżorji kif speċifikat f’dikjarazzjoni magħmula mill-Istat Kontraenti li fih issir l-applikazzjoni.

3.L-Artikolu 13(1) tal-Konvenzjoni japplika biż-żieda ta’ dan li ġej immedjatament wara s-subparagrafu (d):

“(e) jekk fi kwalunkwe ħin id-debitur u l-kreditur jaqblu speċifikament, il-bejgħ tal-oġġett u l-applikazzjoni tar-rikavati minnu”,

u l-Artikolu 43(2) japplika bl-inseriment tal-kliem “u (e)” wara l-kliem “l-Artikolu 13(1)(d)”.

4.Is-sjieda jew kwalunkwe interess ieħor tad-debitur li jgħaddi għal bejgħ skont il-paragrafu preċedenti huwa ħieles minn kwalunkwe interess ieħor li fuqu l-interess internazzjonali tal-kreditur ikollu prijorità skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 29 tal-Konvenzjoni.

5.Il-kreditur u d-debitur jew kwalunkwe persuna interessata oħra jistgħu jaqblu bil-miktub li jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2) tal-Konvenzjoni.

6.Fir-rigward tar-rimedji fl-Artikolu VIII(1):

(a)dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi fi Stat Kontraenti mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji wara li l-kreditur jinnotifika lil tali awtoritajiet li l-miżuri proviżorji speċifikati fl-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni jkun se jingħata, jew fil-każ ta’ miżuri proviżorji mogħtija minn qorti barranija, li dan ikun ġie rikonoxxut minn qorti ta’ dak l-Istat Kontraenti, u li l-kreditur huwa intitolat li jikseb dawk ir-rimedji f’konformità mal-Konvenzjoni; u

(b)l-awtoritajiet applikabbli għandhom jikkooperaw malajr mal-kreditur u jassistuh fl-eżerċizzju ta’ tali rimedji f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli dwar is-sikurezza.

7.Il-paragrafi 2 u 6 ma għandhom jaffettwaw l-ebda liġi u regolament applikabbli dwar is-sikurezza.

 

Artikolu X — Rimedji dwar l-Insolvenza

 

1.Dan l-Artikolu japplika biss meta Stat Kontraenti li jkun il-ġuriżdizzjoni primarja ta’ insolvenza jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVIII(3).

2.Ir-referenzi f’dan l-Artikolu għall-“amministratur tal-insolvenza” għandhom ikunu għal dik il-persuna fil-kapaċità uffiċjali tagħha, u mhux fil-kapaċità personali tagħha.

3.Malli jseħħ avveniment relatat ma’ insolvenza, l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif applikabbli, għandu, soġġett għall-paragrafu 7, jagħti l-pussess tat-tagħmir lill-kreditur mhux aktar tard:

(a)minn tmiem il-perjodu ta’ stennija; u

(b)mid-data li fiha l-kreditur ikun intitolat għall-pussess tat-tagħmir kieku dan l-Artikolu ma kienx japplika, skont liem data tiġi l-ewwel.

4.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-“perjodu ta’ stennija” għandu jkun il-perjodu speċifikat f’dikjarazzjoni tal-Istat Kontraenti li jkun il-ġuriżdizzjoni primarja ta’ insolvenza.

5.Sakemm il-kreditur ma jingħatax l-opportunità li jieħu pussess, u sa meta l-kreditur jingħata l-pussess, skont il-paragrafu 3:

(a)l-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif applikabbli, għandhom jippreservaw it-tagħmir u jżommu lilu u l-valur tiegħu f’konformità mal-ftehim; u

(b)il-kreditur għandu jkun intitolat li japplika għal kwalunkwe forma oħra ta’ miżuri proviżorji disponibbli skont il-liġi applikabbli.

6.Is-subparagrafu (a) tal-paragrafu preċedenti ma għandux jipprekludi l-użu tat-tagħmir taħt arranġamenti mfassla biex jippreservaw it-tagħmir u biex iżommu lilu u l-valur tiegħu.

7.L-amministratur tal-insolvenza jew id-debitur, kif applikabbli, jistgħu jżommu l-pussess tat-tagħmir meta, sal-ħin speċifikat fil-paragrafu 3, ikunu rrimedjaw l-inadempjenzi kollha għajr inadempjenza kkostitwita mill-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, u jkunu qablu li jwettqu l-obbligi futuri kollha skont il-ftehim u d-dokumenti ta’ tranżazzjoni relatati. It-tieni perjodu ta’ stennija ma għandux japplika fir-rigward ta’ inadempjenza fit-twettiq ta’ tali obbligi futuri.

8.Fir-rigward tar-rimedji fl-Artikolu VIII(1):

(a)dawn għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mill-awtoritajiet amministrattivi fi Stat Kontraenti mhux aktar tard minn sebat ijiem kalendarji wara d-data li fiha l-kreditur jinnotifika lil tali awtoritajiet li huwa intitolat li jakkwista dawk ir-rimedji f’konformità mal-Konvenzjoni; u

(b)l-awtoritajiet applikabbli għandhom jikkooperaw malajr mal-kreditur u jassistuh fl-eżerċizzju ta’ tali rimedji f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli dwar is-sikurezza.

9.L-ebda eżerċitar ta’ rimedji li huma permessi mill-Konvenzjoni jew minn dan il-Protokoll ma jista’ jiġi pprevenut jew imdewwem wara d-data speċifikata fil-paragrafu 3.

10.L-ebda obbligu tad-debitur skont il-ftehim ma jista’ jiġi mmodifikat mingħajr il-kunsens tal-kreditur.

11.Il-paragrafu preċedenti ma għandux jiġi interpretat li jaffettwa l-awtorità, jekk ikun il-każ, tal-amministratur tal-insolvenza skont il-liġi applikabbli biex dan jittermina l-ftehim.

12.L-ebda dritt jew interess, ħlief għal drittijiet jew interessi mhux kunsenswali ta’ kategorija koperta minn dikjarazzjoni skont l-Artikolu 39(1) tal-Konvenzjoni, ma għandu jkollu prijorità fi proċedimenti ta’ insolvenza fuq interessi rreġistrati.

13.Il-Konvenzjoni kif modifikata mill-Artikolu VIII għandha tapplika għall-eżerċizzju ta’ kwalunkwe rimedju skont dan l-Artikolu.  

 

Artikolu XI — Assistenza għall-insolvenza

 

1.Dan l-Artikolu japplika biss fi Stat Kontraenti li jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVIII(1).

2.Il-qrati ta’ Stat Kontraenti li fih ikun jinsab it-tagħmir għandhom, f’konformità mal-liġi ta’ dak l-Istat, jikkooperaw, sa fejn ikun possibbli, mal-qrati barranin u mal-amministraturi barranin tal-insolvenza fit-twettiq tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu X. 

 

Artikolu XII — Dispożizzjonijiet relatati mal-inventarju

 

1.Dan l-Artikolu japplika biss meta Stat Kontraenti jkun għamel dikjarazzjoni skont l-Artikolu XXVIII(4).

2.Interess fl-inventarju li jkun inħoloq jew previst minn ftehim li taħtu n-negozjant ikun id-debitur ma jkunx interess internazzjonali jekk in-negozjant ikun jinsab fl-Istat Kontraenti msemmi fil-paragrafu preċedenti fiż-żmien meta jinħoloq jew jirriżulta l-interess.

3.L-Artikolu 29(3)(b) u 29(4)(b) tal-Konvenzjoni ma japplikawx għal xerrej, għal xerrej kundizzjonali jew għal lokatarju ta’ inventarju minn negozjant jekk in-negozjant ikun jinsab fl-Istat Kontraenti msemmi fil-paragrafu 1 fiż-żmien li xerrej, xerrej kundizzjonali jew lokatarju jakkwista l-interess tiegħu fuq l-inventarju jew id-drittijiet fuqu.  

4.Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, negozjant ikun jinsab fi Stat fejn ikollu l-post tan-negozju tiegħu jew, jekk ikollu aktar minn post wieħed tan-negozju fi Stati differenti, il-post prinċipali tan-negozju tiegħu.

 

Artikolu XIII — Dispożizzjonijiet dwar id-debitur

 

1.Fin-nuqqas ta’ inadempjenza skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tal-Konvenzjoni, id-debitur għandu jkun intitolat għall-pussess u l-użu bil-kwiet tat-tagħmir f’konformità mal-ftehim kontra:

(a)il-kreditur tiegħu u d-detentur ta’ kwalunkwe interess li minnu d-debitur huwa ħieles skont l-Artikolu 29(4)(b) tal-Konvenzjoni, sakemm u sa fejn id-debitur ma jkunx qabel mod ieħor; u

(b)id-detentur ta’ kwalunkwe interess li għalih id-dritt jew l-interess tad-debitur huwa soġġett skont l-Artikolu 29(4)(a) tal-Konvenzjoni, iżda biss jekk tali detentur ikun qabel.

 

2.Il-Konvenzjoni jew dan il-Protokoll ma jaffettwawx ir-responsabbiltà ta’ kreditur għal kwalunkwe ksur tal-ftehim skont il-liġi applikabbli, sa fejn dak il-ftehim ikun relatat mat-tagħmir.

 

KAPITOLU III

 

DISPOŻIZZJONIJIET TAR-REĠISTRU RELATATI MA’ INTERESSI INTERNAZZJONALI FIT-TAGĦMIR

 

Artikolu XIV — L-Awtorità Superviżorja u r-Reġistratur

 

1.L-Awtorità Superviżorja għandha tkun l-entità internazzjonali maħtura skont riżoluzzjoni tal-Konferenza Diplomatika għall-adozzjoni ta’ dan il-Protokoll, dment li tali Awtorità Superviżorja tkun tista’ u lesta li taġixxi f’tali kapaċità.

2.Meta l-entità internazzjonali msemmija fil-paragrafu preċedenti ma tkunx tista’ u ma tkunx lesta li taġixxi bħala Awtorità Superviżorja, għandha tissejjaħ Konferenza tal-Istati Firmatarji u Kontraenti biex tinħatar Awtorità Superviżorja oħra.

3.L-Awtorità Superviżorja u l-uffiċjali u l-impjegati tagħha għandhom igawdu minn immunità minn proċess legali u amministrattiv bħal dik prevista skont ir-regoli applikabbli lilhom bħala entità internazzjonali jew mod ieħor.

4.L-Awtorità Superviżorja għandha tistabbilixxi kummissjoni ta’ esperti minn fost il-persuni nnominati mill-Istati Firmatarji u Kontraenti li jkollha l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa, u tafdalha l-kompitu li tassisti lill-Awtorità Superviżorja fit-twettiq tal-funzjonijiet tagħha.

5.L-ewwel Reġistratur tar-Reġistru Internazzjonali għandu jinħatar għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll. Wara dan il-perjodu, ir-Reġistratur għandu jinħatar jew jerġa’ jinħatar mill-ġdid f’intervalli regolari ta’ ħames snin mill-Awtorità Superviżorja.

 

Artikolu XV — L-ewwel regolamenti

 

L-ewwel regolamenti għandhom isiru mill-Awtorità Superviżorja sabiex jidħlu fis-seħħ mad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll.

 

Artikolu XVI — Punti ta' dħul magħżula

 

1.Stat Kontraenti jista’, fi kwalunkwe ħin, jagħżel entità jew entitajiet bħala l-punt ta’ dħul jew il-punti ta’ dħul li permezz tagħhom għandha jew tista’ tiġi trażmessa informazzjoni tar-Reġistru Internazzjonali meħtieġa għar-reġistrazzjoni għajr ir-reġistrazzjoni ta’ avviż ta’ interess nazzjonali jew ta’ dritt jew interess skont l-Artikolu 40 tal-Konvenzjoni, fi kwalunkwe każ li tirriżulta skont il-liġijiet ta’ Stat ieħor. Id-diversi punti ta’ dħul għandhom jitħaddmu tal-anqas matul is-sigħat tax-xogħol fit-territorji rispettivi tagħhom.

2.Għażla li ssir skont il-paragrafu preċedenti tista’ tippermetti, iżda mhux tobbliga, l-użu ta’ punt ta’ dħul magħżul jew ta’ punti ta’ dħul għal informazzjoni meħtieġa għal reġistrazzjonijiet fir-rigward ta’ avviżi ta’ bejgħ.

3.Reġistrazzjoni ma għandhiex tkun invalida minħabba li ssir b’mod ieħor għajr f’konformità ma’ kwalunkwe rekwiżit impost minn Stat Kontraenti skont il-paragrafu 1.

 

Artikolu XVII — Identifikazzjoni tat-tagħmir għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni

 

Deskrizzjoni tat-tagħmir li jkun fiha n-numru tas-serje tal-manifattur tiegħu u tali informazzjoni addizzjonali kif meħtieġ biex tiġi żgurata l-uniċità hija meħtieġa u suffiċjenti biex jiġi identifikat l-oġġett għall-finijiet tal-Artikolu 18(1)(a) tal-Konvenzjoni. Ir-Regolamenti għandhom jispeċifikaw il-format tan-numru tas-serje tal-manifattur u jipprovdu liema informazzjoni addizzjonali hija meħtieġa biex tiġi żgurata l-uniċità.

 

Artikolu XVIII — Modifiki addizzjonali tad-dispożizzjonijiet tar-Reġistru

 

1.Għall-finijiet tal-Artikolu 19(6) tal-Konvenzjoni, il-kriterju tat-tiftix għat-tagħmir għandu jkun in-numru tas-serje tal-manifattur tiegħu.

2.It-tariffi msemmija fl-Artikolu 17(2)(h) tal-Konvenzjoni għandhom jiġu ddeterminati sabiex jiġu rkuprati:

(a)il-kostijiet raġonevoli tal-istabbiliment, tal-operat u tar-regolazzjoni tar-Reġistru Internazzjonali, u l-kostijiet raġonevoli tal-Awtorità Superviżorja assoċjati mat-twettiq tal-funzjonijiet, mal-eżerċizzju tas-setgħat u mat-twettiq tad-dmirijiet ikkontemplati mill-Artikolu 17(2) tal-Konvenzjoni; u

(b)l-kostijiet raġonevoli tad-Depożitarju assoċjati mal-prestazzjoni tal-funzjonijiet, mal-eżerċizzju tas-setgħat u mat-twettiq tad-dmirijiet ikkontemplati mill-Artikolu 62(2)(c) tal-Konvenzjoni u l-Artikolu XXXVII(2)(c) sa (f) ta’ dan il-Protokoll.

3.Il-funzjonijiet ċentralizzati tar-Reġistru Internazzjonali għandhom jiġu operati u amministrati mir-Reġistratur fuq bażi ta’ erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.

4.Ir-Reġistratur għandu jkun responsabbli skont l-Artikolu 28(1) tal-Konvenzjoni għal telf ikkawżat sa ammont li ma jaqbiżx il-valur tat-tagħmir li għalih huwa relatat it-telf. Minkejja l-frażi preċedenti, ir-responsabbiltà tar-Reġistratur ma għandhiex taqbeż il-ħames miljun Dritt Speċjali ta’ Prelevament fi kwalunkwe sena kalendarja, jew tali ammont akbar ikkalkolat b’tali mod, kif l-Awtorità Superviżorja tista’ minn żmien għal żmien tiddetermina permezz ta’ regolamenti.

5.Il-paragrafu preċedenti ma għandux jillimita r-responsabbiltà tar-Reġistratur għal danni għal telf ikkawżat minn negliġenza gravi jew kondotta ħażina intenzjonata tar-Reġistratur u tal-uffiċjali u tal-impjegati tiegħu.

6.L-ammont tal-assigurazzjoni jew tal-garanzija finanzjarja msemmi fl-Artikolu 28(4) tal-Konvenzjoni ma għandux ikun inqas mill-ammont iddeterminat mill-Awtorità Superviżorja bħala xieraq, wara li titqies ir-responsabbiltà prospettiva tar-Reġistratur.

7.Il-Konvenzjoni ma għandhiex tipprekludi lir-Reġistratur milli jakkwista assigurazzjoni jew garanzija finanzjarja li tkopri avvenimenti li għalihom ir-Reġistratur ma jkunx responsabbli skont l-Artikolu 28 tal-Konvenzjoni.  

 

Artikolu XIX — Modifiki tad-dispożizzjonijiet ta’ rilaxx

 

1.L-Artikolu 25 tal-Konvenzjoni japplika:

(a)daqslikieku r-referenzi għad-debitur fil-paragrafi 1 u 3 kienu referenzi għal kwalunkwe waħda mill-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 1(m)(i) u (iii);

(b)bil-paragrafu 4 mibdul b’dan li ġej:

“4. Meta reġistrazzjoni ma kellhiex issir jew tkun skorretta jew inkella għandha tiġi rilaxxata f’każijiet li ma jaqgħu taħt l-ebda wieħed mill-paragrafi preċedenti, il-persuna li r-reġistrazzjoni tkun saret favur tagħha għandha, mingħajr dewmien żejjed, takkwista r-rilaxx jew l-emenda tagħha wara talba bil-miktub minn kwalunkwe waħda mill-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 1(m)(i) u (iii), li tkun ġiet ikkonsenjata jew riċevuta fl-indirizz tal-persuna li r-reġistrazzjoni tkun saret favur tagħha kif iddikjarat fir-reġistrazzjoni”; u

(c)b’dan li ġej miżjud immedjatament wara l-paragrafu 4:

“5. Meta d-detentur tal-interess imsemmi fil-paragrafu 1 jew 3 ta’ dan l-Artikolu jew il-persuna li favur tagħha tkun saret ir-reġistrazzjoni kif previst fil-paragrafu 4 ma tkunx għadha teżisti jew ma tkunx tista’ tinstab, il-qorti tista’, wara l-applikazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 1(m)(i) u (iii), tagħmel ordni indirizzata lir-Reġistratur li titlob lir-Reġistratur jirrilaxxa r-reġistrazzjoni.

6. Meta l-kreditur jew iċ-ċessjonarju intenzjonati li huma msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, ma jkunux għadhom jeżistu jew ma jkunux jistgħu jinstabu, il-qorti tista’, wara l-applikazzjoni tad-debitur jew taċ-ċedent intenzjonati, tagħmel ordni indirizzata lir-Reġistratur li tirrikjedi lir-Reġistratur jirrilaxxa r-reġistrazzjoni.”

2.Għall-finijiet tal-Artikolu 25(2) tal-Konvenzjoni u fiċ-ċirkostanzi deskritti hawn, id-detentur ta’ interess internazzjonali prospettiv irreġistrat jew ta’ ċessjoni prospettiva rreġistrata ta’ interess internazzjonali għandu jieħu tali passi li jkunu fis-setgħa tiegħu biex jakkwista r-rilaxx tar-reġistrazzjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem kalendarji wara li jirċievi d-domanda deskritta f’tali paragrafu.

 

 

Artikolu XX — Avviżi ta’ bejgħ

 

Ir-regolamenti għandhom jawtorizzaw ir-reġistrazzjoni tal-avviżi ta’ bejgħ ta’ tagħmir fir-Reġistru Internazzjonali. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu u tal-Kapitolu V tal-Konvenzjoni għandhom, sa fejn ikun rilevanti, japplikaw għal dawn ir-reġistrazzjonijiet. Madankollu, kwalunkwe tali reġistrazzjoni u kwalunkwe tfittxija magħmula jew ċertifikat maħruġ fir-rigward ta’ avviż ta’ bejgħ għandhom ikunu għall-finijiet ta’ informazzjoni biss u ma għandhomx jaffettwaw id-drittijiet ta’ kwalunkwe persuna, jew ikollhom xi effett ieħor, skont il-Konvenzjoni jew dan il-Protokoll.

 

KAPITOLU IV

 

ĠURIŻDIZZJONI

 

Artikolu XXI — Derogi ta’ immunità sovrana

 

1.Soġġetta għall-paragrafu 2, deroga ta’ immunità sovrana mill-ġuriżdizzjoni tal-qrati speċifikati fl-Artikolu 42 jew 43 tal-Konvenzjoni jew relatata mal-infurzar tad-drittijiet u tal-interessi relatati mat-tagħmir skont il-Konvenzjoni, għandha tkun vinkolanti, u jekk il-kundizzjonijiet l-oħra għal tali ġuriżdizzjoni jew infurzar ikunu ġew issodisfati, għandhom ikunu effettivi biex jagħtu ġuriżdizzjoni u jippermettu l-infurzar, skont il-każ.

2.Deroga skont il-paragrafu preċedenti trid tkun bil-miktub u jkun fiha deskrizzjoni tat-tagħmir kif speċifikat fl-Artikolu V(1).

 

KAPITOLU V

 

RELAZZJONI MA’ KONVENZJONIJIET OĦRA

 

Artikolu XXII — Relazzjoni mal-Konvenzjoni Unidroit dwar is-Self Finanzjarju internazzjonali

 

Fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Protokoll, il-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli kif applikata għat-tagħmir tal-minjieri, għat-tagħmir agrikolu u għat-tagħmir tal-kostruzzjoni għandha tieħu post il-Konvenzjoni Unidroit dwar is-Self Finanzjarju Internazzjonali, bejn l-Istati Partijiet għaż-żewġ Konvenzjonijiet.

 

KAPITOLU VI

 

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

 

Artikolu XXIII — L-iffirmar, ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni

 

1.Dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-iffirmar fi Pretoria fit-22 ta’ Novembru 2019 mill-Istati li jipparteċipaw fil-Konferenza Diplomatika biex Jadottaw Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir tal-Minjieri, Agrikolu u tal-Kostruzzjoni li saret fi Pretoria mill-11 sat-22 ta’ Novembru 2019. Wara t-22 ta’ Novembru 2019, dan il-Protokoll għandu jkun miftuħ għall-iffirmar mill-Istati kollha fil-Kwartieri Ġenerali tal-Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata (UNIDROIT) f’Ruma sakemm jidħol fis-seħħ f’konformità mal-Artikolu XXV.

2.Dan il-Protokoll għandu jkun soġġett għar-ratifika, l-aċċettazzjoni jew l-approvazzjoni mill-Istati li ffirmawh.

3.Kwalunkwe Stat li ma jiffirmax dan il-Protokoll jista’ jaderixxi miegħu fi kwalunkwe ħin.

4.Ir-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni jsiru bid-depożitu ta’ strument formali għal dak il-għan mad-Depożitarju.

5.Stat ma jistax isir Parti għal dan il-Protokoll sakemm ma jkunx jew isir ukoll Parti għall-Konvenzjoni.

 

Artikolu XXIV — L-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika

 

1.Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika li hija kkostitwita minn Stati sovrani u li għandha kompetenza fuq ċerti kwistjonijiet li huma rregolati minn dan il-Protokoll tista’ b’mod simili tiffirma, taċċetta, tapprova jew taderixxi ma’ dan il-Protokoll. F’dak il-każ, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandu jkollha d-drittijiet u l-obbligi ta’ Stat Kontraenti, sa fejn l-Organizzazzjoni jkollha kompetenza fuq kwistjonijiet irregolati minn dan il-Protokoll. Meta l-għadd ta’ Stati Kontraenti jkun rilevanti f’dan il-Protokoll, l-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika ma għandhiex tgħodd bħala Stat Kontraenti minbarra l-Istati Membri tagħha li huma Stati Kontraenti.

2.L-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandha, fil-ħin tal-iffirmar, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni jew tal-adeżjoni, tagħmel dikjarazzjoni lid-Depożitarju fejn tispeċifika l-kwistjonijiet irregolati minn dan il-Protokoll fir-rigward ta’ liema kompetenza ġiet ittrasferita lil dik l-Organizzazzjoni mill-Istati Membri tagħha. L-Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika għandha tinnotifika minnufih lid-Depożitarju dwar kwalunkwe bidla fid-distribuzzjoni tal-kompetenza, inklużi trasferimenti ġodda ta’ kompetenza, speċifikati fid-dikjarazzjoni skont dan il-paragrafu.

3.Kwalunkwe referenza għal “Stat Kontraenti” jew “Stati Kontraenti” jew “Stat Parti” jew “Stati Partijiet” f’dan il-Protokoll tapplika bl-istess mod għal Organizzazzjoni Reġjonali għall-Integrazzjoni Ekonomika, fejn il-kuntest ikun jirrikjedi dan.

 

Artikolu XXV — Dħul fis-seħħ

 

1.Dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ bejn l-Istati li jkunu ddepożitaw l-istrumenti msemmija fis-subparagrafu (a):

(a)fl-ewwel jum tax-xahar wara l-iskadenza ta’ tliet xhur wara d-data tad-depożitu tal-ħames strument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni; u

(b)fid-data tad-depożitu mill-Awtorità Superviżorja flimkien mad-Depożitarju ta’ ċertifikat li jikkonferma li r-Reġistru Internazzjonali huwa kompletament operazzjonali, skont liem data tiġi l-ewwel.

 

2.Għal Stati oħra dan il-Protokoll jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara:

(a)l-iskadenza ta’ tliet xhur wara d-data tad-depożitu tal-istrument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni; u

(b)d-data msemmija fis-subparagrafu (b) tal-paragrafu preċedenti, skont liem data tiġi l-ewwel.

 

Artikolu XXVI — Unitajiet territorjali

 

1.Jekk Stat Kontraenti ikollu unitajiet territorjali li fihom japplikaw sistemi legali differenti fir-rigward tal-kwistjonijiet trattati f’dan il-Protokoll, dan jista’, mar-ratifika, l-aċċettazzjoni, l-approvazzjoni jew l-adeżjoni, jiddikjara li dan il-Protokoll għandu jestendi għall-unitajiet territorjali kollha tiegħu jew għal unità waħda biss jew aktar minnhom, u jista’ jimmodifika id-dikjarazzjoni tiegħu billi jissottometti dikjarazzjoni oħra fi kwalunkwe ħin.

2.Kwalunkwe tali dikjarazzjoni għandha tiġi nnotifikata lid-Depożitarju u għandha tiddikjara espressament l-unitajiet territorjali li għalihom japplika l-Protokoll.

3.Jekk Stat Kontraenti ma jkun għamel l-ebda dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1, dan il-Protokoll għandu japplika għall-unitajiet territorjali kollha ta’ dak l-Istat.

4.Meta Stat Kontraenti jestendi dan il-Protokoll għal unità territorjali waħda jew aktar tiegħu, jistgħu jsiru dikjarazzjonijiet permessi skont dan il-Protokoll fir-rigward ta’ kull tali unità territorjali, u d-dikjarazzjonijiet magħmula fir-rigward ta’ unità territorjali waħda jistgħu jkunu differenti minn dawk magħmula fir-rigward ta’ unità territorjali oħra.

5.Jekk bis-saħħa ta’ dikjarazzjoni skont il-paragrafu 1, dan il-Protokoll jestendi għal unità territorjali waħda jew aktar ta’ Stat Kontraenti:

(a)id-debitur jitqies li jinsab fi Stat Kontraenti biss jekk ikun inkorporat jew iffurmat skont liġi fis-seħħ f’unità territorjali li għaliha japplikaw il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll, jew jekk ikollu l-uffiċċju rreġistrat jew is-sede statutorja tiegħu, iċ-ċentru tal-amministrazzjoni, il-post tan-negozju jew ir-residenza abitwali f’unità territorjali li għaliha japplikaw il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll;

(b)kwalunkwe referenza għall-post tal-oġġett fi Stat Kontraenti tirreferi għall-post tal-oġġett f’unità territorjali li għaliha japplikaw il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll;

(c)kwalunkwe referenza għall-awtoritajiet amministrattivi f’dak l-Istat Kontraenti għandha tiġi interpretata li tirreferi għall-awtoritajiet amministrattivi li jkollhom ġuriżdizzjoni f’unità territorjali li għaliha japplikaw il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll; u

(d)għall-finijiet tal-Artikolu XII(4), negozjant jitqies li jkun jinsab fi Stat Kontraenti jekk ikollu l-post tan-negozju tiegħu jew, jekk ikollu aktar minn post wieħed tan-negozju, il-post prinċipali tan-negozju tiegħu, f’unità territorjali fejn japplikaw il-Konvenzjoni u dan il-Protokoll.

 

Artikolu XXVII — Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

 

Fir-rigward tat-tagħmir agrikolu, tat-tagħmir tal-kostruzzjoni u tat-tagħmir tal-minjieri, l-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni għandu jiġi mmodifikat kif ġej:

(a)il-paragrafu 2(a) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(a) “data effettiva ta’ din il-Konvenzjoni” tfisser fir-rigward ta’ debitur liem data minn dawn li ġejjin tkun l-iktar tard:

(i)din il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ;

(ii)l-Istat li fih jinsab id-debitur fiż-żmien meta jinħoloq jew jirriżulta d-dritt jew l-interess isir Stat Kontraenti; u

(iii)il-Protokoll isir applikabbli f’dak l-Istat għat-tagħmir li jkun soġġett għad-dritt jew l-interess preeżistenti.”

(b)il-paragrafu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“3. Stat Kontraenti, fid-dikjarazzjoni tiegħu skont il-paragrafu 1, jista’ jispeċifika data, li ma tkunx qabel tliet snin u mhux aktar tard minn 10 snin, wara d-data li fiha tidħol fis-seħħ id-dikjarazzjoni, meta l-Artikoli 29, 35 u 36 ta’ din il-Konvenzjoni, kif immodifikati jew issupplimentati mill-Protokoll, isiru applikabbli, sa fejn u bil-mod speċifikat fid-dikjarazzjoni, għad-drittijiet jew l-interessi preeżistenti li jirriżultaw skont ftehim li jkun sar fi żmien meta d-debitur kien jinsab f’dak l-Istat. Kwalunkwe prijorità tad-dritt jew tal-interess skont il-liġi ta’ dak l-Istat, sa fejn applikabbli, għandha tkompli jekk id-dritt jew l-interess ikun irreġistrat fir-Reġistru Internazzjonali qabel ma jiskadi l-perjodu speċifikat fid-dikjarazzjoni, irrispettivament mill-fatt jekk xi dritt jew interess ieħor kienx ġie rreġistrat qabel.”

(c)jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, dikjarazzjoni tidħol fis-seħħ fir-rigward ta’ dritt jew interess preeżistenti fit-tagħmir li għalih il-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar l-Interessi Internazzjonali fit-Tagħmir Mobbli dwar Kwistjonijiet speċifiċi għat-Tagħmir tal-Minjieri, Agrikolu u tal-Kostruzzjoni jsir applikabbli f’dak l-Istat f’konformità mal-Artikolu XXXV u XXXVI ta’ dak il-Protokoll fiż-żmien meta l-Protokoll isir applikabbli għal dak it-tagħmir.”

 

Artikolu XXVIII — Dikjarazzjonijiet relatati ma’ ċerti dispożizzjonijiet

 

1.Stat Kontraenti jista’, fiż-żmien tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll jew tal-adeżjoni miegħu, jiddikjara li jkun se japplika wieħed mill-Artikoli VI u XI ta’ dan il-Protokoll, jew it-tnejn li huma.

2.Stat Kontraenti jista’, fiż-żmien tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew tal-adeżjoni miegħu, jiddikjara li jkun se japplika l-Artikolu IX ta’ dan il-Protokoll, kompletament jew parzjalment. Jekk tiddikjara dan, huwa għandu jispeċifika l-perjodu ta’ żmien meħtieġ mill-Artikolu IX(2).

3.Stat Kontraenti jista’, fiż-żmien tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew tal-adeżjoni miegħu, jiddikjara li jkun se japplika l-Artikolu X ta’ dan il-Protokoll u, jekk dan ikun il-każ, għandu jispeċifika t-tipi ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, jekk ikun hemm, li għalihom ikun se japplika l-Artikolu X. Stat Kontraenti li jagħmel dikjarazzjoni skont dan il-paragrafu għandu jispeċifika l-perjodu ta’ żmien meħtieġ mill-Artikolu X.

4.Stat Kontraenti jista’, fiż-żmien tar-ratifika, tal-aċċettazzjoni, tal-approvazzjoni ta’ dan il-Protokoll, jew tal-adeżjoni miegħu, jiddikjara li jkun se japplika l-Artikolu XII.

5.Kwalunkwe dikjarazzjoni magħmula skont dan il-Protokoll għandha tapplika għat-tagħmir kollu li għalih japplika dan il-Protokoll.

6.Stat Kontraenti li jagħmel dikjarazzjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe Alternattiva prevista fl-Artikolu VII għandu jagħżel l-istess Alternattiva fir-rigward tat-tagħmir kollu li għalih japplika dan il-Protokoll.

7.Il-qrati tal-Istati Kontraenti għandhom japplikaw l-Artikolu X f’konformità mad-dikjarazzjoni magħmula mill-Istat Kontraenti li jkun il-ġuriżdizzjoni primarja ta’ insolvenza.

 

Artikolu XXIX — Dikjarazzjonijiet skont il-Konvenzjoni

 

Dikjarazzjonijiet magħmula skont il-Konvenzjoni, inklużi dawk magħmula skont l-Artikoli 39, 40, 50, 53, 54, 55, 57, 58 u 60, għandhom jitqiesu li saru wkoll skont dan il-Protokoll, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.  

 

Artikolu XXX — Riżervi u dikjarazzjonijiet

 

1.Ma tista’ ssir l-ebda riżerva għal dan il-Protokoll iżda d-dikjarazzjonijiet awtorizzati mill-Artikoli II, VII, VIII, XXVI, XXVIII, XXIX u XXXI jistgħu jsiru f’konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

2.Kwalunkwe dikjarazzjoni jew dikjarazzjoni sussegwenti jew kwalunkwe rtirar ta’ dikjarazzjoni magħmula skont dan il-Protokoll għandu jiġi nnotifikat bil-miktub lid-Depożitarju.

 

Artikolu XXXI — Dikjarazzjonijiet sussegwenti

1.Stat Parti jista’ jagħmel dikjarazzjoni sussegwenti, għajr dikjarazzjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu XXIX skont l-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni, fi kwalunkwe ħin wara d-data li fiha dan il-Protokoll ikun daħal fis-seħħ għaliha, billi jinnotifika lid-Depożitarju għal dak il-għan.

2.Kwalunkwe tali dikjarazzjoni sussegwenti għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara li jiskadu sitt xhur mid-data li fiha d-Depożitarju jirċievi n-notifika. Meta fin-notifika jiġi speċifikat perjodu itwal sabiex id-dikjarazzjoni ssir effettiva, din għandha ssir effettiva mal-iskadenza ta’ dan il-perjodu itwal wara li d-Depożitarju jkun irċieva n-notifika.

3.Minkejja l-paragrafi preċedenti, dan il-Protokoll għandu jkompli japplika, daqslikieku ma tkun saret l-ebda tali dikjarazzjoni sussegwenti, fir-rigward tad-drittijiet u l-interessi kollha li jirriżultaw qabel id-data effettiva ta’ kwalunkwe tali dikjarazzjoni sussegwenti.

 

Artikolu XXXII — Irtirar tad-dikjarazzjonijiet

 

1.Kwalunkwe Stat Parti li jkun għamel dikjarazzjoni skont dan il-Protokoll, għajr dikjarazzjoni magħmula f’konformità mal-Artikolu XXIX skont l-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni, jista’ jirtiraha fi kwalunkwe ħin billi jinnotifika lid-Depożitarju. Tali rtirar għandu jsir effettiv fl-ewwel jum tax-xahar li jsegwi l-iskadenza ta’ sitt xhur mid-data li fiha d-Depożitarju jkun irċieva in-notifika.

2.Minkejja l-paragrafu preċedenti, dan il-Protokoll għandu jkompli japplika, daqslikieku ma jkun sar l-ebda tali rtirar ta’ dikjarazzjoni, fir-rigward tad-drittijiet u l-interessi kollha li jirriżultaw qabel id-data effettiva ta’ kwalunkwe tali rtirar ta’ dikjarazzjoni.

 

Artikolu XXXIII — Denunzji

 

1.Kwalunkwe Stat Parti jista’ jiddenunzja dan il-Protokoll permezz ta’ notifika bil-miktub lid-Depożitarju.

2.Kwalunkwe tali denunzja għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara li jiskadu 12-il xahar mid-data li fiha d-Depożitarju jirċievi n-notifika.

3.Minkejja l-paragrafi preċedenti, dan il-Protokoll għandu jkompli japplika, daqslikieku ma tkun saret l-ebda tali denunzja, fir-rigward tad-drittijiet u l-interessi kollha li jirriżultaw qabel id-data effettiva ta’ kwalunkwe tali denunzja.

4.Dikjarazzjoni sussegwenti magħmula minn Stat Parti skont l-Artikolu II li tiddikjara li l-Protokoll ma japplikax għal Anness wieħed jew aktar, għandha titqies bħala denunzja tal-Protokoll fir-rigward ta’ dak l-Anness.

 

 

Artikolu XXXIV — Konferenzi ta’ reviżjoni, emendi u kwistjonijiet relatati

 

1.Id-Depożitarju, f’konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja, għandu jħejji rapporti annwali, jew f’ħin ieħor li ċ-ċirkostanzi jistgħu jeħtieġu, għall-Istati Partijiet dwar il-mod li bih ir-reġim internazzjonali stabbilit fil-Konvenzjoni kif emendata minn dan il-Protokoll ikun opera fil-prattika. Fit-tħejjija ta’ tali rapporti, id-Depożitarju għandu jqis ir-rapporti tal-Awtorità Superviżorja dwar il-funzjonament tas-sistema ta’ reġistrazzjoni internazzjonali.

2.Wara talba ta’ mhux anqas minn 25 fil-mija tal-Istati Partijiet, minn żmien għal żmien id-Depożitarju għandu jsejjaħ Konferenzi ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet, f’konsultazzjoni mal-Awtorità Superviżorja, biex jikkunsidraw:

(a)l-operat prattiku tal-Konvenzjoni kif emendata minn dan il-Protokoll u l-effettività tagħha fl-iffaċilitar tal-finanzjament u l-lokazzjoni bbażati fuq l-assi tal-oġġetti koperti mit-termini tagħha;

(b)l-interpretazzjoni ġudizzjarja mogħtija lit-termini ta’ dan il-Protokoll u r-regolamenti, kif ukoll l-applikazzjoni tagħhom;

(c)il-funzjonament tas-sistema ta’ reġistrazzjoni internazzjonali, it-twettiq tar-Reġistratur u s-sorveljanza tiegħu mill-Awtorità Superviżorja, filwaqt li jitqiesu r-rapporti tal-Awtorità Superviżorja; u

(d)jekk humiex mixtieqa xi emendi għal dan il-Protokoll, inklużi l-Annessi, jew għall-arranġamenti relatati mar-Reġistru Internazzjonali.

3.Kwalunkwe emenda għal dan il-Protokoll skont dan l-Artikolu għandha tiġi approvata b’maġġoranza ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-Istati Partijiet li jipparteċipaw fil-Konferenza msemmija fil-paragrafu preċedenti u għandha mbagħad tidħol fis-seħħ fir-rigward tal-Istati Partijiet li jkunu rratifikaw, aċċettaw jew approvaw tali emenda meta tkun ġiet irratifikata, aċċettata jew approvata minn ħames Stati Partijiet f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu XXV relatati mad-dħul fis-seħħ tagħha.

 

 

Artikolu XXXV – Aġġustamenti għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi wara reviżjoni tas-Sistema Armonizzata

 

1.Wara l-aċċettazzjoni ta’ reviżjoni tas-Sistema Armonizzata, id-Depożitarju għandu jikkonsulta lill-Organizzazzjoni Dinjija Doganali u lill-Awtorità Superviżorja fir-rigward ta’ kwalunkwe kodiċi tas-Sistema Armonizzata elenkat fl-Annessi li jista’ jiġi affettwat mir-reviżjoni.

2.Sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara l-aċċettazzjoni ta’ reviżjoni tas-Sistema Armonizzata, id-Depożitarju għandu jibgħat notifika tar-reviżjoni tas-Sistema Armonizzata lill-Istati Kontraenti kollha. In-notifika għandha tiddikjara jekk kwalunkwe kodiċi tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi hux se jiġi affettwat mir-reviżjoni u għandha tipproponi aġġustamenti għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi li huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-Annessi jibqgħu allinjati mas-Sistema Armonizzata u li jimminimizzaw il-bidliet għall-applikazzjoni tal-Protokoll għat-tagħmir li jirriżulta mir-reviżjoni tas-Sistema Armonizzata. In-notifika trid tispeċifika d-data sa meta jridu jsiru oġġezzjonijiet għall-proposta tad-Depożitarju skont il-paragrafu 3.

3.Kull aġġustament għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi propost minn proposta tad-Depożitarju, jekk isir fiż-żmien previst mill-paragrafu preċedenti, jitqies li ġie adottat mill-Istati Kontraenti sakemm fi żmien disa’ xhur wara l-aċċettazzjoni tar-reviżjoni tas-Sistema Armonizzata, id-Depożitarju ma jirċevix oġġezzjonijiet għal dak l-aġġustament propost minn terz jew aktar tal-Istati Kontraenti. Oġġezzjoni trid tispeċifika kull aġġustament li għalih tapplika u trid tapplika għall-aġġustament kollu.

4.Jekk id-Depożitarju jirċievi oġġezzjonijiet għal aġġustament propost minn terz jew aktar tal-Istati Kontraenti fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu preċedenti, id-Depożitarju għandu jlaqqa’ laqgħa tal-Istati Kontraenti biex jitqies dak l-aġġustament. Id-Depożitarju għandu jagħmel ħiltu biex ilaqqa’ l-laqgħa fi żmien tliet xhur wara l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu preċedenti.

5.L-Istati Kontraenti li jipparteċipaw f’laqgħa msejħa skont il-paragrafu preċedenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu ftehim b’kunsens. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, aġġustament għandu jiġi adottat biss jekk dan ikun approvat b’vot b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Kontraenti li jkunu qed jipparteċipaw u jivvotaw fil-laqgħa. Soġġett għall-paragrafi 7 u 8, ftehimiet u deċiżjonijiet li jirriżultaw mil-laqgħa tal-Istati Kontraenti għandhom ikunu vinkolanti fuq l-Istati Kontraenti kollha.

6.Wara l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 3 jew, jekk applikabbli, wara l-konklużjoni ta’ laqgħa tal-Istati Kontraenti skont il-paragrafu 4, id-Depożitarju għandu jibgħat lill-Istati Kontraenti kollha notifika li tindika liem aġġustamenti minn dawk proposti ġew adottati u liem aġġustamenti ma ġewx adottati. Soġġett għall-paragrafi 7 u 8, l-aġġustamenti adottati għandhom jidħlu fis-seħħ 12-il xahar mid-data li fiha d-Depożitarju jibgħat in-notifika tal-aġġustamenti adottati lill-Istati Kontraenti, u d-data tad-dħul fis-seħħ tar-reviżjoni tas-Sistema Armonizzata, skont liem data tiġi l-aħħar.

7.Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, Stat Kontraenti jista’, permezz ta’ notifika riċevuta mid-Depożitarju mhux inqas minn 30 jum qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, jestendi d-data li fiha l-aġġustamenti jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat għal perjodu ta’ sitt xhur. Stat Kontraenti jista’ jagħmel estensjonijiet suċċessivi tad-dħul fis-seħħ għal perjodi ta’ sitt xhur b’notifika riċevuta mid-Depożitarju mhux inqas minn tletin jum qabel l-iskadenza tal-perjodu attwali.

8.Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni jew matul kwalunkwe perjodu ta’ estensjoni sussegwenti ta’ sitt xhur previst mill-paragrafu preċedenti, Stat Kontraenti, permezz ta’ notifika riċevuta mid-Depożitarju mhux inqas minn tletin jum qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni jew tali perjodu sussegwenti, jista’ jidentifika aġġustament wieħed jew aktar għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi li mhux se jkunu se jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat. Stat Kontraenti li jkun innotifika lid-Depożitarju b’dan jista’, fi kwalunkwe ħin wara, jirtira n-notifika tiegħu skont dan il-paragrafu dwar aġġustament wieħed jew aktar permezz ta’ notifika lid-Depożitarju, f’liema każ tali aġġustament jew aġġustamenti għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat 30 jum wara li d-Depożitarju jirċievi n-notifika.

9.Stat Kontraenti ġdid ikollu d-drittijiet u l-benefiċċji kollha tal-Istati Kontraenti skont dan l-Artikolu, inklużi d-drittijiet ta’ oġġezzjoni skont il-paragrafu 3, jipparteċipa u jivvota f’laqgħa skont il-paragrafi 4 u 5, jestendi d-dati skont il-paragrafu 7, u jibgħat notifiki skont il-paragrafu preċedenti. Minkejja l-frażi preċedenti, Stat Kontraenti ġdid għandu biss iż-żmien, jekk ikun hemm, li jifdal għal Stati Kontraenti oħra biex tittieħed kwalunkwe azzjoni, skont dan l-Artikolu.

10.Soġġett għall-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni u l-Artikolu XXVII ta’ dan il-Protokoll, kwalunkwe aġġustament għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi skont dan l-Artikolu ma għandux jaffettwa d-drittijiet u l-interessi li jirriżultaw qabel id-data li fiha jidħol fis-seħħ l-aġġustament.

 

Artikolu XXXVI – Modifiki tal-Annessi

 

1.Dan l-artikolu japplika għall-modifiki tal-Annessi għajr aġġustamenti għall-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata fl-Annessi rregolati mill-Artikolu XXXV.

2.Jekk fi kwalunkwe ħin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll, id-Depożitarju jirċievi proposta ta’ Stat Kontraenti, id-Depożitarju għandu, fiż-żmien previst fil-paragrafu 3 jew fil-paragrafu 5, jibgħat lill-Istati Kontraenti kollha notifika tal-proposta tal-Istat Kontraenti. In-notifika għandha tidentifika l-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata, jekk ikun hemm, li jkunu affettwati mill-proposta u tiddeskrivi kull modifika proposta tal-Annessi. In-notifika trid tispeċifika d-data sa meta jridu jsiru oġġezzjonijiet għall-proposta tal-Istat Kontraenti skont il-paragrafu 4 jew 5.

3.Soġġett għall-paragrafu 5, fiż-żmien meta d-Depożitarju jibgħat proposta tad-Depożitarju lill-Istati Kontraenti skont l-Artikolu XXXV(2), huwa għandu jibgħat lill-Istati Kontraenti notifika ta’ kull proposta tal-Istat Kontraenti riċevuta mid-Depożitarju u li ma tkunx intbagħtet qabel lill-Istati Kontraenti.

4.Soġġett għall-paragrafu 5, kull modifika tal-Annessi proposta minn proposta ta’ Stat Kontraenti msemmija fil-paragrafu preċedenti titqies li ġiet adottata mill-Istati Kontraenti sakemm fiż-żmien speċifikat għall-oġġezzjonijiet fl-Artikolu XXXV(3) id-Depożitarju jirċievi oġġezzjonijiet għal dik il-modifika proposta minn 25 fil-mija jew aktar tal-Istati Kontraenti. Oġġezzjoni trid tispeċifika kull modifika li għaliha tapplika u trid tapplika għal dik il-modifika kollha.

5.Fid-diskrezzjoni unika tiegħu, id-Depożitarju jista’ jagħżel li jibgħat lill-Istati Kontraenti, fi żmien differenti minn dak speċifikat fil-paragrafu 3, notifika ta’ kull proposta tal-Istat Kontraenti riċevuta mid-Depożitarju u li ma tkunx intbagħtet qabel lill-Istati Kontraenti. F’dak il-każ, kull modifika tal-Annessi proposta mill-proposta jew mill-proposti tal-Istat Kontraenti titqies li ġiet adottata mill-Istati Kontraenti sakemm fiż-żmien speċifikat fin-notifika d-Depożitarju ma jirċevix oġġezzjonijiet għal dik il-modifika proposta minn 25 fil-mija jew aktar tal-Istati Kontraenti. Iż-żmien speċifikat fin-notifika ma għandux ikun inqas minn disa’ xhur wara li d-Depożitarju jirċievi l-aktar proposta reċenti tal-Istat Kontraenti. Oġġezzjoni trid tispeċifika kull modifika li għaliha tapplika u trid tapplika għal dik il-modifika kollha.

6.Jekk id-Depożitarju jirċievi oġġezzjonijiet għal modifika proposta minn 25 fil-mija jew aktar tal-Istati Kontraenti fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 4 jew fil-paragrafu 5, id-Depożitarju għandu jlaqqa’ laqgħa tal-Istati Kontraenti biex titqies dik il-modifika. Id-Depożitarju għandu jagħmel ħiltu biex ilaqqa’ l-laqgħa fi żmien tliet xhur wara l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 4 jew fil-paragrafu 5.

7.L-Istati Kontraenti li jipparteċipaw f’laqgħa msejħa skont il-paragrafu preċedenti għandhom jagħmlu kull sforz biex jilħqu ftehim b’kunsens. Jekk ma jintlaħaq l-ebda ftehim, modifika għandha tiġi adottata biss jekk tiġi approvata b’vot ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Istati Kontraenti li jipparteċipaw u li jivvotaw fil-laqgħa. Soġġett għall-paragrafi 9 u 10, il-ftehimiet u d-deċiżjonijiet mil-laqgħa tal-Istati Kontraenti għandhom ikunu vinkolanti fuq l-Istati Kontraenti kollha.

8.Wara l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 4 jew fil-paragrafu 5 jew, jekk applikabbli, wara l-konklużjoni ta’ laqgħa tal-Istati Kontraenti skont il-paragrafu 6, id-Depożitarju għandu jibgħat lill-Istati Kontraenti kollha notifika li tindika liem modifiki minn dawk proposti ġew adottati u liem modifiki ma ġewx adottati. Soġġett għall-paragrafi 9 u 10, il-modifiki adottati għandhom jidħlu fis-seħħ 12-il xahar mid-data li fiha d-Depożitarju jibgħat in-notifika lill-Istati Kontraenti.

9.Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni, Stat Kontraenti jista’, permezz ta’ notifika riċevuta mid-Depożitarju mhux inqas minn 30 jum qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, jestendi d-data li fiha l-modifiki jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat għal perjodu ta’ sitt xhur. Stat Kontraenti jista’ jagħmel estensjonijiet suċċessivi tad-dħul fis-seħħ għal perjodi ta’ sitt xhur b’notifika riċevuta mid-Depożitarju mhux inqas minn tletin jum qabel l-iskadenza tal-perjodu attwali.

10.Matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni jew matul kwalunkwe perjodu ta’ estensjoni sussegwenti ta’ sitt xhur previst mill-paragrafu preċedenti, Stat Kontraenti, permezz ta’ notifika riċevuta mid-Depożitarju mhux inqas minn tletin jum qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ implimentazzjoni jew tali perjodu sussegwenti, jista’ jidentifika modifika waħda jew aktar għall-Annessi li mhux se jkunu se jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat. Stat Kontraenti li jkun innotifika lid-Depożitarju b’dan jista’ fi kwalunkwe ħin wara jirtira n-notifika tiegħu skont dan il-paragrafu dwar modifika waħda jew aktar permezz ta’ notifika lid-Depożitarju, f’liema każ tali modifika jew modifiki għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward ta’ dak l-Istat 30 jum wara li d-Depożitarju jirċievi n-notifika.

11.Stat Kontraenti ġdid ikollu d-drittijiet u l-benefiċċji kollha tal-Istati Kontraenti skont dan l-Artikolu, inklużi d-drittijiet ta’ oġġezzjoni skont il-paragrafu 4 jew il-paragrafu 5, jipparteċipa u jivvota f’laqgħa skont il-paragrafi 6 u 7, jestendi d-dati skont il-paragrafu 9, u jibgħat notifiki skont il-paragrafu preċedenti. Minkejja l-frażi preċedenti, Stat Kontraenti ġdid għandu biss iż-żmien, jekk ikun hemm, li jifdal għal Stati Kontraenti oħra biex tittieħed kwalunkwe azzjoni, skont dan l-Artikolu.

12.Soġġett għall-Artikolu 60 tal-Konvenzjoni u għall-Artikolu XXVII ta’ dan il-Protokoll, kwalunkwe modifika għall-Annessi skont dan l-Artikolu ma għandhiex taffettwa d-drittijiet u l-interessi li jirriżultaw qabel id-data li fiha tidħol fis-seħħ il-modifika.

 

Artikolu XXXVII — Id-Depożitarju u l-funzjonijiet tiegħu

 

1.L-istrumenti ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni għandhom jiġu ddepożitati mal-Istitut Internazzjonali għall-Unifikazzjoni tal-Liġi Privata (UNIDROIT), li huwa b’dan maħtur id-Depożitarju.

2.Id-Depożitarju għandu:

(a)jinforma lill-Istati Kontraenti kollha dwar:

(i)kull firma jew depożitu ġodda ta’ strument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni, flimkien mad-data tagħhom;

(ii)id-data tad-depożitu taċ-ċertifikat imsemmi fl-Artikolu XXV(1)(b);

(iii)id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Protokoll;

(iiii)kull dikjarazzjoni magħmula f’konformità ma’ dan il-Protokoll, flimkien mad-data tiegħu;

(iiiii)l-irtirar jew l-emenda ta’ kwalunkwe dikjarazzjoni, flimkien mad-data tagħha; u

(iiiiii)in-notifika ta’ kwalunkwe denunzja ta’ dan il-Protokoll flimkien mad-data tagħha u d-data li fiha tidħol fis-seħħ;

(b)jittrażmetti kopji awtentikati ta’ dan il-Protokoll lill-Istati Kontraenti kollha;

(c)jipprovdi lill-Awtorità Superviżorja u lir-Reġistratur b’kopja ta’ kull strument ta’ ratifika, ta’ aċċettazzjoni, ta’ approvazzjoni jew ta’ adeżjoni, flimkien mad-data tad-depożitu tiegħu, ta’ kull dikjarazzjoni jew irtirar jew emenda ta’ dikjarazzjoni, u ta’ kull notifika ta’ denunzja, flimkien mad-data tan-notifika tagħha, sabiex l-informazzjoni li tinsab fiha tkun faċilment u kompletament disponibbli u jassisti fit-twettiq ta’ kwalunkwe dmir relatat biex jiġi żgurat l-operat xieraq tar-Reġistru;

(d)jinforma lill-Awtorità Superviżorja u lir-Reġistratur dwar kwalunkwe proċess pendenti skont l-Artikolu XXXV jew l-Artikolu XXXVI u dwar l-eżiti ta’ kwalunkwe tali proċess;

(e)jinforma lill-Istati Kontraenti ġodda bi kwalunkwe proċess pendenti skont l-Artikolu XXXV jew l-Artikolu XXXVI;

(f)iwettaq il-funzjonijiet assoċjati mal-emenda tal-Annessi, kif imsemmi fl-Artikoli XXXIV, XXXV u XXXVI; u

(g)jwettaq funzjonijiet oħra bħal dawn li huma abitwali għad-depożitarji.

 

B’XHIEDA TA’ DAN, il-Plenipotenzjarji sottoskritti, wara li ġew debitament awtorizzati, iffirmaw dan il-Protokoll.

 

MAGĦMUL fi Pretoria, dan it-22 jum ta’ Novembru 2019, f’oriġinal uniku bil-lingwa Ingliża u dik Franċiża, iż-żewġ testi li huma awtentiċi bl-istess mod, tali awtentiċità għandha tidħol fis-seħħ mal-verifika mis-Segretarjat tal-Konferenza taħt l-awtorità tal-President tal-Konferenza, fi żmien 90 jum minnha, dwar il-konsistenza tat-testi ma’ xulxin.

 

 

ANNESSI

 

 

ANNESS 1 — TAGĦMIR TAL-MINJIERI

 

Kif huwa konsistenti mal-Artikolu II, il-Konvenzjoni għandha tapplika fir-rigward ta’ tagħmir tal-minjieri li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata li ġejjin f’dan l-Anness.

 

820713: Għodod li jistgħu jinbidlu bejniethom għal għodod tal-idejn, li jaħdmu permezz ta’ muturi jew le, jew għal għodod ta’ magni (pereżempju, tal-ippressar, tal-istampar (stamping), jagħmlu toqob, jaqtgħu kamini minn ġewwa u minn barra, għal titqib, tħaffir, tisfid, irfinar ta’ uċuħ (milling), inturnar jew invitar), inklużi dadi għal ġbid jew ħruġ ta’ metalli, u għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art - Għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art - Bil-parti tax-xogħol ta’ ċermiti

842831: Makkinarju ieħor għal irfigħ, immaniġġar, tagħbija u ħatt (pereżempju, liftijiet, skalaturi, trasportaturi, teleferiki) - Skalaturi u trasportaturi oħrajn li jaħdmu l-ħin kollu, għal oġġetti jew materjali -- Maħdumin apposta għal użu taħt l-art

842911: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Buldowżers u raspi - Għat-tqegħid ta’ toroq

842919: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Buldowżers u raspi -- Oħrajn

842920: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Grejders u magni li jinvellaw

842951: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Magni għat-tagħbija ta’ pali minn quddiem

842952: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Makkinarju b’soprastruttura ddur 360°

842959: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali-- Oħrajn

843010: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali

843031: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Magni għal qtugħ ta’ faħam jew blat u makkinarju għal tħaffir ta’ mini - Jaħdmu awtomatikament minnhom infushom

843039: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Magni għal qtugħ ta’ faħam jew blat u makkinarju għal tħaffir ta’ mini -- Oħrajn

843041: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor għal tħaffir jew tħaffir ta’ xaftijiet żgħar fil-minjieri -- Jaħdmu awtomatikament minnhom infushom

843049: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor għal tħaffir jew tħaffir ta’ xaftijiet żgħar fil-minjieri -- Oħrajn

843050: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu

843061: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor, ma jaħdimx awtomatikament minnu nnifsu -- Makkinarju għat-tbattim (tamping machines) jew ikkompattar

843069: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor, ma jaħdimx awtomatikament minnu nnifsu -- Oħrajn

847410: Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija - Magni li jagħżlu, jgħarblu, jisseparaw jew jaħslu

847420: Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija - Magni li jfarrku u jogħrku

847431: Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija - Magni li jħalltu jew jagħġnu -- Miksers tal-konkos jew tat-tajn

870130: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Trakters għat-tqegħid tal-linji

870192: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 18 kW iżda mhux aktar minn 37 kW

870193: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 37 kW iżda mhux aktar minn 75 kW

870194: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 75 kW iżda mhux aktar minn 130 kW

870195: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna -- Ta’ aktar minn 130 kW

870410: Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ oġġetti - Vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom (dumpers) biex jintużaw ‘l hinn mit-triq prinċipali (ġo l-imħarbat)

      

ANNESS 2 — TAGĦMIR AGRIKOLU

 

Kif huwa konsistenti mal-Artikolu II, il-Konvenzjoni għandha tapplika fir-rigward ta’ tagħmir agrikolu li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata li ġejjin f’dan l-Anness.

 

842449: Tagħmir mekkaniku (tal-idejn jew le) għal xħit, tixrid jew traxxix ta’ likwidi jew trabijiet; apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le; apparat għat-traxxix u tagħmir simili; magni ta’ stim jew tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) u magni li jixħtu ġettijiet simili - Sprejers agrikoli jew ortikulturali -- Oħrajn

842482: Tagħmir mekkaniku (tal-idejn jew le) għal xħit, tixrid jew traxxix ta’ likwidi jew trabijiet; apparat għat-tifi tan-nar, ikkargat jew le; apparat għat-traxxix u tagħmir simili; magni ta’ stim jew tindif bit-tfigħ tar-ramel (sandblasting) u magni li jixħtu ġettijiet simili - Tagħmir ieħor -- Agrikolu jew ortikulturali

842911: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Buldowżers u raspi - Għat-tqegħid ta’ toroq

842919: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Buldowżers u raspi -- Oħrajn

842920: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Grejders u magni li jinvellaw

842930: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Barraxi

842940: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq

842951: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Magni għat-tagħbija ta’ pali minn quddiem

842952: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Makkinarju b’soprastruttura ddur 360°

842959: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Oħrajn

843049: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor għal tħaffir jew tħaffir ta’ xaftijiet żgħar fil-minjieri -- Oħrajn

843050: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu

843210: Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports - Mħaret

843221: Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports - Xatbiet, magni biex iħollu l-ħamrija mingħajr taqlib (scarifiers), magni għat-tfarrik tal-ħamrija (cultivators), magni għat-tneħħija tal-ħaxix ħażin u magħżaq -- Xatbiet bid-diska

843229: Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports - Xatbiet, magni biex iħollu l-ħamrija mingħajr taqlib (scarifiers), magni għat-tfarrik tal-ħamrija (cultivators), magni għat-tneħħija tal-ħaxix ħażin u magħżaq -- Oħrajn

843231: Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports - Magni taż-żrigħ, magni tat-taħwil u trapjantaturi -- magni taż-żrigħ dirett mingħajr taħrit, magni tat-taħwil u trapjantaturi

843239: Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports - Magni taż-żrigħ, magni tat-taħwil u trapjantaturi -- Oħrajn

843241: Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports - Magni li jferrxu d-demel u jqassmu l-fertilizzant -- Magni li jferrxu d-demel

843242: Makkinarju agrikoli, ortikulturali jew tal-imsaġar għal preparazzjoni jew kultivazzjoni tal-ħamrija; rombli għal lon jew għal terran tal-isports - Magni li jferrxu d-demel u jqassmu l-fertilizzant -- Magni li jqassmu l-fertilizzant

843320: Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437 - Magni ta’ ħsad oħrajn, inklużi biċċiet (bars) tal-qtugħ għal immuntar fuq trakters

843330: Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437 - Makkinarju ieħor għal qtugħ ta’ ħuxlief għat-tnixxif

843340: Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437 - Magni li jinballaw tiben u magħlef, inklużi magni li jinballaw u jiġbru

843351: Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437 - Makkinarju ieħor tal-ħsad; makkinarju tad-dris -- Magni tal-ħsad u d-dris kombinati

843353: Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437 - Makkinarju ieħor tal-ħsad; makkinarju tad-dris -- Magni għall-ġbir ta’ għeruq jew tuberi

843359: Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437 - Makkinarju ieħor tal-ħsad; makkinarju tad-dris -- Oħrajn

843360: Makkinarju tal-ħsad u d-dris, inklużi magni li jinballaw tiben u magħlef; magni tal-ħsad (mowers) tal-ħaxix jew ħuxlief; magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn, ħlief makkinarju tal-intestatura 8437 - Magni li jaħslu, jagħżlu u jiggradaw bajd, frott jew prodotti agrikoli oħrajn

843410: Magni li jaħilbu u makkinarju tal-maħleb - Magni li jaħilbu

843680: Makkinarju ieħor agrikoli, ortikulturali, għall-imsaġar, għat-trobbija tat-tjur jew għat-trobbija tan-naħal, inklużi impjant tal-ġelbin mgħammar b’apparat mekkaniku jew termiku; inkubaturi u tagħmir għat-trobbija tat-tjur - Makkinarju ieħor

843710: Magni li jnaddfu, jagħżlu u jiggradaw iż-żrieragħ, qmugħ jew veġetali leguminużi nixfin; makkinarju użat fl-industrija tat-tħin jew biex jinħadmu ċereali jew veġetali leguminużi nixfin, ħlief makkinarju ta’ tip tal-farm - Magni li jnaddfu, jagħżlu u jiggradaw iż-żrieragħ, qmugħ jew veġetali leguminużi nixfin

870130: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Trakters għat-tqegħid tal-linji

870192: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 18 kW iżda mhux aktar minn 37 kW

870193: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 37 kW iżda mhux aktar minn 75 kW

870194: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 75 kW iżda mhux aktar minn 130 kW

870195: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna -- Ta’ aktar minn 130 kW

870410: Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ oġġetti - Vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom (dumpers) biex jintużaw ‘l hinn mit-triq prinċipali (ġo l-imħarbat)

871620: Trejlers u semi-trejlers; vetturi oħrajn, mhux immexxijin b’mod mekkaniku; partijiet tagħhom -

Trejlers u semi-trejlers li jitgħabbew jew jinħattu waħedhom għal għanijiet agrikoli

     

ANNESS 3 — TAGĦMIR TAL-KOSTRUZZJONI

 

Kif huwa konsistenti mal-Artikolu II, il-Konvenzjoni għandha tapplika fir-rigward tat-tagħmir tal-kostruzzjoni li jaqa’ taħt il-kodiċijiet tas-Sistema Armonizzata li ġejjin f’dan l-Anness.

820713: Għodod li jistgħu jinbidlu bejniethom għal għodod tal-idejn, li jaħdmu permezz ta’ muturi jew le, jew għal għodod ta’ magni (pereżempju, tal-ippressar, tal-istampar (stamping), jagħmlu toqob, jaqtgħu kamini minn ġewwa u minn barra, għal titqib, tħaffir, tisfid, irfinar ta’ uċuħ (milling), inturnar jew invitar), inklużi dadi għal ġbid jew ħruġ ta’ metalli, u għodod għal tħaffir ta’ blat jew toqob fl-art -- Bil-parti tax-xogħol ta’ ċermiti

841340: Pompi għal likwidi, mgħammrin b’apparat għal kejl jew le; magni ta’ rfigħ għal likwidi - Pompi għal konkos

842620: Deriks ta’ vapuri; krejnijiet, inklużi krejnijiet bil-kejbil; qofsa ta’ rfigħ mobbli, qofsa ta’ rfigħ mobbli, straddle carriers u trakkijiet tax-xogħol mgħammrin bi krejn

842641: Deriks ta’ vapuri; krejnijiet, inklużi krejnijiet bil-kejbil; qofsa ta’ rfigħ mobbli, straddle carriers u trakkijiet tax-xogħol mgħammrin bi krejn - Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu -- Fuq ir-roti

842649: Deriks ta’ vapuri; krejnijiet, inklużi krejnijiet bil-kejbil; qofsa ta’ rfigħ mobbli, straddle carriers u trakkijiet tax-xogħol mgħammrin bi krejn - Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu -- Oħrajn

842911: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Buldowżers u raspi - Għat-tqegħid ta’ toroq

842919: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Buldowżers u raspi -- Oħrajn

842920: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Grejders u magni li jinvellaw

842930: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Barraxi

842940: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq

842951: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Magni għat-tagħbija ta’ pali minn quddiem

842952: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Makkinarju b’soprastruttura ddur 360°

842959: Buldowżers, raspi, grejders, magni li jinvellaw, barraxi, pali mekkaniċi, gafef, magni għat-tagħbija ta’ pali, magni għat-tbattim (tamping machines) u rombli tat-triq li jaħdmu awtomatikament minnhom infushom - Pali mekkaniċi, gafef u magni għat-tagħbija ta’ pali -- Oħrajn

843010: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali

843031: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Magni għal qtugħ ta’ faħam jew blat u makkinarju għal tħaffir ta’ mini - Jaħdmu awtomatikament minnhom infushom

843039: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Magni għal qtugħ ta’ faħam jew blat u makkinarju għal tħaffir ta’ mini -- Oħrajn

843041: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor għal tħaffir jew tħaffir ta’ xaftijiet żgħar fil-minjieri -- Jaħdmu awtomatikament minnhom infushom

843049: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor għal tħaffir jew tħaffir ta’ xaftijiet żgħar fil-minjieri -- Oħrajn

843050: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor, jaħdem awtomatikament minnu nnifsu

843061: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor, ma jaħdimx awtomatikament minnu nnifsu -- Makkinarju għat-tbattim (tamping machines) jew ikkompattar

843069: Makkinarju ieħor għal ċaqliq, iggradar, invellar, brix, tħaffir, ibbatmar, ikkompattar, qlugħ jew tħaffir, ta’ art, minerali jew metalli mhux maħdumin; magni għal twaħħil ta’ puntali u magni biex jaqilgħu puntali; mħaret tas-silġ u magni li jtajru s-silġ - Makkinarju ieħor, ma jaħdimx awtomatikament minnu nnifsu -- Oħrajn

847410: Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija - Magni li jagħżlu, jgħarblu, jisseparaw jew jaħslu

847420: Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija - Magni li jfarrku u jogħrku

847431: Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija - Magni li jħalltu jew jagħġnu -- Miksers tal-konkos jew tat-tajn

847432: Makkinarju li jagħżel, jgħarbel, jissepara, jaħsel, ifarrak, jogħrok, iħallat jew jagħġen trab tal-art, ġebel, metall mhux maħdum jew sustanzi minerali oħrajn, f’forma solida (inkluż trab jew pasta); makkinarju li jgħaqqad, jagħti sura jew jifforma karburanti minerali solidi, pasta taċ-ċeramika, simenti mhux imwebbsin, materjali tat-tikħil jew prodotti minerali oħrajn f’forma ta’ trab jew pasta; magni li jagħmlu forom tar-ramel għal funderija - Magni li jħalltu jew jagħġnu -- Magni li jħalltu sustanzi minerali mal-qatran

847910: Magni u apparat mekkaniku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitolu - Makkinarju għal xogħlijiet, bini jew bħalhom pubbliċi

847982: Magni u apparat mekkaniku b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra f’dan il-kapitolu - Magni oħrajn u tagħmir mekkaniku -- Magni li jħalltu, jagħġnu, jisħqu, jgħorku, jgħarblu, inaqqu, jomoġenizzaw, jemulsifikaw jew iħawwdu

870130: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Trakters għat-tqegħid tal-linji

870192: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 18 kW iżda mhux aktar minn 37 kW

870193: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 37 kW iżda mhux aktar minn 75 kW

870194: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna - Ta’ aktar minn 75 kW iżda mhux aktar minn 130 kW

870195: Trakters (ħlief trakters tal-intestatura 8709) - Oħrajn, b’qawwa ta’ magna -- Ta’ aktar minn 130 kW

870410: Vetturi bil-mutur għat-trasport ta’ oġġetti - Vetturi li jferrgħu l-materjal ta’ ġo fihom (dumpers) biex jintużaw ‘l hinn mit-triq prinċipali (ġo l-imħarbat)

870510: Vetturi bil-mutur b’għanijiet speċjali, ħlief dawk prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni u oġġetti (pereżempju, trakkijiet għall-ħsarat, trakkijiet krejn, vetturi għat-tifi tan-nar, trakkijiet tal-miksers tal-konkos, trakkijiet għall-knis tat-toroq, trakkijiet biex ibexxu, ħwienet tax-xogħol mobbli, unitajiet radjoloġiċi mobbli) - Trakkijiet krejn

870540: Vetturi bil-mutur b’għanijiet speċjali, ħlief dawk prinċipalment maħsubin għat-trasport ta’ persuni u oġġetti (pereżempju, trakkijiet għall-ħsarat, trakkijiet krejn, vetturi għat-tifi tan-nar, trakkijiet tal-miksers tal-konkos, trakkijiet għall-knis tat-toroq, trakkijiet biex ibexxu, ħwienet tax-xogħol mobbli, unitajiet radjoloġiċi mobbli) - Trakkijiet tal-miksers tal-konkos

 

(1)    ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1–32.
(2)    ĠU L 141, 5.6.2015, p. 19–72
(3)    ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6–16.