Brussell, 25.11.2021

COM(2021) 725 final

2021/0380(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 572 final} - {SWD(2021) 344 final} - {SWD(2021) 345 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-istabbiliment ta’ Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) sal-2024 huwa azzjoni ewlenija tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) adottat mill-Kummissjoni Ewropea f’Settembru tal-2020 1 . L-ESAP se jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tas-CMU billi jipprovdi aċċess madwar l-UE kollha għall-informazzjoni ppubblikata minn entitajiet li hija rilevanti għas-swieq kapitali, għas-servizzi finanzjarji u għall-finanzi sostenibbli, jiġifieri prinċipalment informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-prodotti ekonomiċi tagħhom. L-ESAP se jipprovdi aċċess għal din l-informazzjoni b’mod effiċjenti u mhux diskriminatorju.

L-informazzjoni dwar l-attivitajiet u l-prodotti tal-entitajiet hija essenzjali għat-teħid ta’ deċiżjonijiet mill-fornituri tal-kapital. L-ESAP se jikkontribwixxi għal aktar integrazzjoni tas-servizzi finanzjarji u tas-swieq kapitali fis-suq uniku, għall-allokazzjoni tal-kapital b’mod aktar effiċjenti madwar l-UE u għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ swieq u ekonomiji kapitali nazzjonali iżgħar billi jagħtihom viżibbiltà akbar. L-ESAP se jippermetti wkoll lill-entitajiet mhux elenkati, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), jagħmlu disponibbli informazzjoni fuq bażi volontarja. Dan se jiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-kapital.

Din il-proposta hija parti minn pakkett magħmul minn:

proposta għal Regolament li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew;

proposta għal Direttiva li temenda ċerti Direttivi; kif ukoll

proposta għal Regolament li jemenda ċerti Regolamenti (din il-proposta).

Huma meħtieġa emendi għal ċerti regolamenti sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ hawn fuq sabiex jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tas-suq uniku, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġbir ta’ informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-ESAP.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Din il-proposta tibni fuq ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni eżistenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tal-finanzi sostenibbli. Sabiex is-swieq kapitali jiffunzjonaw b’mod effiċjenti, huwa essenzjali li jkun hemm fluss regolari ta’ informazzjoni tal-kumpaniji li tkun rilevanti, affidabbli, kompluta, f’waqtha u komparabbli lejn il-parteċipanti fis-suq u partijiet ikkonċernati oħrajn.

Din il-proposta ma toħloq l-ebda obbligu ta’ rapportar ġdid f’termini ta’ kontenut, iżda tibni fuq ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni eżistenti previsti fl-atti legali tal-UE li huma emendati b’din il-proposta.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropea għad-data stabbilita f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Frar tal-2020 2 billi tippermetti d-disponibbiltà ta’ informazzjoni rilevanti fi spazju komuni Ewropew tad-data finanzjarja. L-ESAP huwa parti mill-ispazji Ewropej tad-data finanzjarja ppreżentati fl-istrateġija.

Fl-Istrateġija tagħha għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli 3 , il-Kummissjoni poġġiet il-finanzi sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja u bħala prekundizzjoni sabiex jinħoloq qafas ta’ abilitazzjoni għall-investimenti privati fi proġetti u attivitajiet sostenibbli.

Barra minn hekk, din il-proposta tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew 4 u tal-Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli billi tindirizza d-disponibbiltà u l-użu tal-informazzjoni dwar is-sostenibbiltà tal-attivitajiet tal-entitajiet Ewropej.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Intervent tal-UE sabiex titnaqqas il-frammentazzjoni, permezz ta’ punt ta’ aċċess uniku, jikkontribwixxi aktar għall-integrazzjoni tas-suq uniku billi jneħħi l-ostakli għaċ-ċirkolazzjoni tal-informazzjoni fl-Unjoni. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jagħti lill-istituzzjonijiet Ewropej il-kompetenza li jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa li bħala l-oġġett tagħhom għandhom l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern (l- Artikolu 114 tat-TFUE ). 

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

L-objettivi ta’ din l-inizjattiva ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri b’mod individwali. L-Istati Membri bħalissa għandhom ċerta flessibbiltà għat-tfassil tar-regoli dwar il-mekkaniżmi u l-formati tal-obbligi ta’ rapportar korporattiv stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Il-frammentazzjoni ġeografika u tematika li tirriżulta tal-mekkaniżmi u l-formati ta’ divulgazzjoni hija mifruxa fl-Unjoni u żżid il-kostijiet tal-aċċess u tal-ipproċessar għall-utenti tal-informazzjoni korporattiva. Azzjonijiet individwali ulterjuri mill-Istati Membri ma jnaqqsux din il-frammentazzjoni sakemm ma jmorrux fl-istess direzzjoni sabiex jibnu punt ta’ aċċess uniku u jindirizzaw numru ta’ ostakli, li x’aktarx ma jsirx mingħajr approċċ koordinat.

Għaldaqstant, l-UE tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, din l-inizjattiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex l-objettivi ta’ din l-inizjattiva jintlaħqu. Din il-proposta mhux se żżid jew timmodifika l-obbligi ta’ rapportar f’termini ta’ kontenut. Sabiex jiġi mminimizzat il-piż fuq l-entitajiet u l-awtoritajiet nazzjonali, l-ESAP jibni kemm jista’ jkun fuq il-mezzi u l-infrastruttura eżistenti ta’ rapportar tad-data.

Għażla tal-istrument

Regolament Omnibus jitqies li huwa l-aktar strument legali xieraq sabiex jiġu emendati r-Regolamenti eżistenti sabiex jiġi stabbilit l-ESAP, billi l-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet tiegħu qegħdin jispeċifikaw liema informazzjoni pubblika jenħtieġ li tiġi sottomessa lill-ESAP permezz ta’ korp ta’ ġbir. Barra minn hekk, Regolament jelimina r-riskju ta’ diverġenzi mhux meħtieġa bejn il-liġijiet nazzjonali fir-rigward tal-metadata li għandha tiġi inkluża minn entitajiet fl-informazzjoni ppubblikata u l-kompiti li għandhom jitwettqu mill-korpi ta’ ġbir, li huwa kruċjali għal ESAP li jiffunzjona tajjeb. 

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tibbaża fuq - inter alia - il-kontroll tal-idoneità tal-qafas tal-UE għar-rapportar pubbliku minn entitajiet li ġie ppubblikat mill-Kummissjoni f’April tal-2021 5 . Sejba ewlenija ta’ dan il-kontroll tal-idoneità hija l-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-għodod diġitali sabiex jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni regolata li hija divulgata mill-entitajiet, kif ukoll l-użu tagħha u l-użu mill-ġdid tagħha. B’mod partikolari, il-kontroll tal-idoneità enfasizza n-nuqqas ta’ punt uniku ta’ aċċess madwar l-UE kollha għal informazzjoni regolata u leġġibbiltà mill-magni limitata tal-informazzjoni, divulgata mill-entitajiet.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Il-proċess ta’ konsultazzjoni u l-konklużjonijiet prinċipali tiegħu li fuqhom hija bbażata din il-proposta huma miġbura fil-qosor fl-Anness 2 tal-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-ESAP 6 . L-attivitajiet ta’ konsultazzjoni kienu jinkludu konsultazzjoni online mmirata, workshops ma’ diversi kategoriji ta’ partijiet ikkonċernati rilevanti, u kontribut minn gruppi ta’ esperti rilevanti stabbiliti mill-Kummissjoni, b’mod partikolari l-Forum ta’ Livell Għoli (HLF) dwar is-CMU 7 .

B’mod ġenerali, il-gruppi tal-partijiet ikkonċernati kollha li ġew ikkonsultati laqgħu l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-ESAP u esprimew l-appoġġ tagħhom għal implimentazzjoni gradwali sabiex l-informazzjoni dwar l-ESAP tingħata prijorità u ssir disponibbli. Il-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll l-importanza li l-informazzjoni tiġi ppreżentata darba biss. Dawk li jippreparaw l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata pubblikament kif ukoll l-SMEs enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jiġi evitat li jinħolqu piżijiet amministrattivi addizzjonali, inkluż l-ebda obbligu ġdid ta’ rapportar introdott għall-entitajiet.

Il-maġġoranza tal-partijiet ikkonċernati appoġġaw ambitu wiesa’ ta’ informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-ESAP li jkopri kemm l-informazzjoni finanzjarja kif ukoll dik relatata mas-sostenibbiltà. Il-maġġoranza l-kbira tal-partijiet ikkonċernati kienu tal-fehma li l-istandardizzazzjoni tal-informazzjoni taħt qafas komuni ta’ rapportar bi skemi u metadata komuni tkun utli sabiex jiġu indirizzati l-isfidi rigward il-komparabbiltà, l-affidabbiltà, u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni. Huma semmew ukoll li n-nuqqas ta’ standards komuni bħal dawn huwa wieħed mill-ostakli prinċipali li l-utenti u s-soċjetà jiffaċċjaw meta jipproċessaw informazzjoni finanzjarja u dik ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG).

Il-biċċa l-kbira mill-partijiet ikkonċernati għandhom fehmiet simili dwar id-dimensjoni tal-infrastruttura u dwar kif jenħtieġ li l-ESAP jiġbor l-informazzjoni, u jissuġġerixxu li l-ESAP jenħtieġ li jibni fuq il-kanali ta’ rapportar nazzjonali jew Ewropej eżistenti. Barra minn hekk, il-partijiet ikkonċernati talbu li l-informazzjoni ssir disponibbli permezz tal-ESAP fl-istess ħin li tiġi ppubblikata fi kwalunkwe mezz jew kanal ieħor.

Ġbir u użu ta’ għarfien espert

Il-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja din il-proposta tibbaża wkoll fuq id-data disponibbli mir-riċerka tad-desktop u b’mod partikolari mill-istudji u l-għarfien espert li ġejjin:

Studju dwar “Regulatory framework analysis for potential integration into the European Electronic Access Point (EEAP)” 8 ;

“Impact Assessment study on the list of High Value Datasets to be made available by the Member States under the Open Data Directive” 9 ;

Għarfien espert ipprovdut minn Business Reporting - Advisory Group (BR-AG), kumpanija kkuntrattata speċifikament sabiex tassisti lill-Kummissjoni għal din l-inizjattiva.

Il-materjal miġbur u użat sabiex jikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-impatt kien ġeneralment fattwali jew inkella ġej minn sorsi ta’ reputazzjoni tajba u rikonoxxuti sew u li jaġixxu bħala parametri referenzjarji u punti ta’ referenza għas-suġġett. Il-kontribut li ġie riċevut mill-partijiet ikkonċernati matul l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ġeneralment ġie ttrattat bħala opinjonijiet, sakemm ma kienx ta’ natura fattwali.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja din il-proposta ġiet eżaminata mill-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju fit-22 ta’ Lulju 2021. Il-Bord ta opinjoni pożittiva li tipprovdi ftit kummenti, li ġew indirizzati mill-Kummissjoni fil-verżjoni finali tal-Valutazzjoni tal-Impatt (id-dettalji huma pprovduti fl-Anness 1 tagħha).

Il-Valutazzjoni tal-Impatt tanalizza diversi għażliet ta’ politika sabiex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi li jippermettu aċċess mingħajr xkiel u integrat għall-informazzjoni pubblika tal-entitajiet rilevanti u sabiex jiżdied l-użu diġitali (u l-użu mill-ġdid) ta’ informazzjoni bħal din. L-għażliet ta’ politika possibbli li huma rilevanti għal din il-proposta huma relatati mad-dimensjonijiet li ġejjin: (1) l-ambitu tal-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP; (2) il-format tal-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP; (3) il-ġbir tal-informazzjoni aċċessibbli permezz tal-ESAP u l-interkonnessjoni tal-punti ta’ ġbir eżistenti. Dawn huma l-aspetti ewlenin f’termini tal-indirizzar tal-problemi identifikati u huma wkoll id-determinanti ewlenin tal-kostijiet.

L-aspetti li ġejjin ġew ivvalutati wkoll, għalkemm huma kkunsidrati bħala aktar tekniċi u anqas kruċjali għall-ilħuq tal-objettivi speċifiċi tal-ESAP: (i) il-puntwalità tal-aċċessibbiltà tal-informazzjoni permezz tal-ESAP; (ii) l-iżgurar tal-integrità tad-data u l-kredibbiltà tas-sors; (iii) paternità ta’ anterjorità; (iv) il-perjodu taż-żamma; (v) il-prinċipji dwar “informazzjoni volontarja” li se tkun aċċessibbli permezz tal-ESAP.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Din il-proposta tindirizza prinċipalment il-ħatra tal-korpi ta’ ġbir meħtieġa għall-istabbiliment tal-ESAP. Bis-simplifikazzjoni tal-mezzi ta’ divulgazzjoni, l-ESAP se jġib simplifikazzjoni u effiċjenza mtejba prinċipalment min-naħa tad-domanda (l-utenti), b’kostijiet ta’ tiftix u pproċessar imnaqqsa, u sa ċertu punt għal entitajiet f’termini ta’ obbligi ta’ preżentazzjoni.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta tirrispetta d-drittijiet findamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-ESAP se jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni li tinkludi data personali. Dan huwa meħtieġ sabiex tiġi promossa l-innovazzjoni fil-finanzi li hija xprunata mid-data, sabiex jiġu integrati s-swieq kapitali Ewropej, sabiex l-investimenti jiġu diretti f’attivitajiet sostenibbli, u sabiex jingħataw effiċjenzi għall-konsumaturi u għan-negozji. Fl-istess ħin, l-ESAP se jtejjeb l-aċċess biss għal dik id-data personali li trid tiġi pproċessata skont id-dritt tal-Unjoni jew bażi ġuridika oħra skont ir-Regolament (UE) 2016/679 10 , billi din il-proposta ma tintroduċix rekwiżiti ġodda ta’ rapportar tad-data minbarra dawk li diġà jeżistu.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta tindirizza prinċipalment lill-entitajiet li jippreżentaw l-informazzjoni u lill-korpi ta’ ġbir.

Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din l-inizjattiva bl-aħjar mod, din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni addizzjonali f’termini ta’ kostijiet minn dak li huwa espost fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Legali u fl-Implikazzjonijiet baġitarji tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi ESAP għall-korpi ta’ ġbir nazzjonali jew tal-UE (il-Mekkaniżmi Maħtura Uffiċjalment, l-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej imsemmija fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà).

Għall-korpi ta’ ġbir, il-kostijiet għall-interkonnessjoni tal-korpi ta’ ġbir tal-UE/nazzjonali mal-ESAP (prinċipalment ibbażat fuq l-iżvilupp tal-Interfaċċi tal-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet) huma stmati li jkunu madwar EUR 50 800 fil-livell individwali (ta’ darba), filwaqt li l-kostijiet rikorrenti annwali jkunu madwar EUR 6 500 fil-livell individwali. F’xi każijiet, hemm sinerġiji b’saħħithom mal-kompiti eżistenti mwettqa jew mal-proġetti diġà ppjanati mill-korpi ta’ ġbir, bħall-proposta reċenti sabiex jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 sabiex l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) tingħata s-setgħa li tiċċentralizza l-pubblikazzjoni annwali, semiannwali u trimestrali tad-divulgazzjonijiet prudenzjali tal-istituzzjonijiet. L-EBA se taġixxi bħala l-korp ta’ ġbir għal din l-informazzjoni fil-kuntest tal-ESAP 11 . Din il-proposta tibni wkoll fuq il-Mekkaniżmi eżistenti Maħtura Uffiċjalment li bħalissa jiġbru informazzjoni regolata mill-emittenti tat-titoli trasferibbli elenkati fis-swieq regolati tal-UE skont id-Direttiva dwar it-Trasparenza 12 .

Il-kostijiet għall-entitajiet li jippreżentaw l-informazzjoni (il-kostijiet tal-preżentazzjoni) jammontaw għal EUR 800 fis-sena, li jinkludu l-kostijiet għall-kisba ta’ identifikatur ta’ entità ġuridika, għodod għall-iffirmar, ċertifikat diġitali, u tariffi potenzjali tal-preżentazzjoni mitluba mill-korpi ta’ ġbir (stima aktar vinkolanti – il-finanzjament tal-finanzjament tal-korpi ta’ ġbir se jkun prerogattiva nazzjonali, u jista’ jinkludi b’mod komuni l-finanzjament pubbliku). Dawn il-kostijiet jirrappreżentaw EUR 121,4 miljun fis-sena għall-entitajiet kollha li jippreżentaw informazzjoni.

L-implikazzjonijiet baġitarji ta’ dan ta’ hawn fuq dwar il-baġits nazzjonali ma jistgħux jiġu mbassra b’ċertezza lil hinn mill-eżami tal-kostijiet, billi dan jiddependi minn ħafna fatturi, inkluż jekk korp ta’ ġbir ikunx pubbliku jew privat, l-arranġamenti ta’ finanzjament attwali tagħhom, eċċ.

Il-Kummissjoni tipprovdi għarfien espert imfassal apposta permezz tal-Inizjattiva ta’ Appoġġ Tekniku (TSI) sabiex tgħin lill-Istati Membri tal-UE jfasslu u jimplimentaw riformi li jsaħħu t-tkabbir f’firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika. Il-programm TSI tal-Kummissjoni jista’ jiffinanzja parzjalment l-appoġġ tekniku għall-implimentazzjoni tal-ESAP mill-Awtoritajiet Nazzjonali Kompetenti, fuq talba tagħhom. Permezz tal-programm TSI, il-Kummissjoni se tipprovdi wkoll kontribut dwar l-aspetti prattiċi tar-riformi. Dan jista’ jieħu l-forma ta’ parir strateġiku jew konsulenza ġuridika, studji, taħriġ u missjonijiet fil-pajjiż minn esperti. Il-finanzjament provdut permezz tat-TSI huwa bbażat fuq ċikli ta’ talbiet annwali.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Din il-proposta ma teħtieġx pjan ta’ implimentazzjoni.

Il-monitoraġġ ta’ ċerti elementi ta’ din il-proposta, b’mod partikolari fir-rigward tal-livell ta’ leġġibbiltà tal-informazzjoni mill-magni, ikun kompitu għall-ESMA, skont il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-ESAP.

Il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-ESAP tinkludi klawżola ta’ rieżami għall-pakkett.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Kull Artikolu ta’ din il-proposta jemenda Regolament speċifiku fost dawk elenkati fl-Anness tal-proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-ESAP, billi jintroduċi dispożizzjoni addizzjonali li tirregola l-aspetti speċifiċi li ġejjin sabiex tippermetti l-funzjonament tal-ESAP:

(1)Divulgazzjoni u format ta’ ċertu informazzjoni

Din id-dispożizzjoni addizzjonali tispeċifika li kwalunkwe informazzjoni, dokument u rapport li jsiru pubbliċi skont id-dritt tal-UE minn entità (inklużi aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, fondi, kontropartijiet ċentrali, depożitorji ċentrali tat-titoli, emittenti tat-titoli, awdituri jew istituzzjonijiet ta’ kreditu, kif applikabbli), se jkollhom jiġu sottomessi lill-korp ta’ ġbir f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data jew f’format li jinqara mill-magni, fejn rilevanti, fl-istess ħin tal-pubblikazzjoni tagħhom.

Din id-dispożizzjoni tispeċifika wkoll li kwalunkwe informazzjoni, dokument u rapport li għandhom isiru pubbliċi, iridu jkunu akkumpanjati minn siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 13 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jridu jinkludu mill-anqas il-metadata li ġejja:

l-isem tal-entità li tissottometti l-informazzjoni;

l-identifikatur ta’ entità ġuridika;

id-daqs tal-entità;

it-tip ta’ informazzjoni;

il-perjodu ta’ żmien speċifiku sabiex l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku, fejn rilevanti.

L-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti (jiġifieri l-ESMA, l-EBA jew l-EIOPA), abbażi ta’ analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji, se tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

il-metadata speċifika li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

l-istruttura tad-data tal-informazzjoni;

il-format li jinqara mill-magni.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

(2)Ħatra ta’ korpi ta’ ġbir

Din id-dispożizzjoni tispeċifika l-korp ta’ ġbir rilevanti li lilu entità li tippreżenta l-informazzjoni jenħtieġ li tissottometti l-informazzjoni. Fejn korp ta’ ġbir ikun diġà identifikat fi ħdan Regolament, dan jinħatar speċifikament għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni għall-fini tal-ESAP. Meta ma jkun jista’ jiġi identifikat l-ebda korp ta’ ġbir fi ħdan Regolament għall-fini tal-ESAP, il-kompitu ta’ korp ta’ ġbir għall-fini tal-ESAP jiġi devolut fuq mekkaniżmi maħtura uffiċjalment stabbiliti skont id-Direttiva 2004/109/KE (id-Direttiva dwar it-Trasparenza).

(3)Data tal-applikazzjoni

Id-data tal-applikazzjoni speċifikata f’kull Artikolu tiddetermina meta Regolament speċifiku u l-obbligi ta’ divulgazzjoni relatati tiegħu jibdew jaqgħu fl-ambitu tal-ESAP.

2021/0380 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda ċerti Regolamenti fir-rigward tal-istabbiliment u l-funzjonament tal-punt ta’ aċċess uniku Ewropew

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 14 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) 15 , il-Kummissjoni pproponiet li ttejjeb l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja tal-entitajiet billi tibni Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP). L-Istrateġija tal-Finanzi Diġitali tal-Kummissjoni 16 stabbiliet linji ġenerali dwar kif l-Ewropa tista’ tappoġġa t-trasformazzjoni diġitali tal-finanzi fis-snin li ġejjin, u b’mod partikolari sabiex tippromwovi finanzi xprunati mid-data. Fl-Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli 17 , il-Kummissjoni poġġiet il-finanzi sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja bħala mezz ewlieni sabiex tinkiseb it-tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-UE, bħala parti mill-Patt Ekoloġiku 18

(2)L-ESAP għandu jiġi stabbilit f’konformità mar-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar l-ESAP] 19 sabiex ikun jista’ jsir aċċess faċli għad-data għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-ekonomija u fis-soċjetà sabiex jieħdu deċiżjonijiet sodi li jservu l-funzjonament effiċjenti tas-suq. L-introduzzjoni ta’ spazji komuni Ewropej tad-data f’setturi kruċjali, inkluż is-settur finanzjarju, isservi dak l-għan. Id-dinja finanzjarja hija mistennija li tgħaddi minn trasformazzjoni diġitali fis-snin li ġejjin, u dan jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġah, b’mod partikolari billi tippromwovi finanzi xprunati mid-data. Barra minn hekk, it-tqegħid tal-finanzi sostenibbli fil-qalba tas-sistema finanzjarja huwa mezz ewlieni sabiex tinkiseb tranżizzjoni ekoloġika tal-ekonomija tal-Unjoni. Sabiex it-tranżizzjoni ekoloġika tirnexxi permezz ta’ finanzi sostenibbli, huwa essenzjali li l-informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà tan-negozji tkun faċilment aċċessibbli għall-investituri, sabiex ikunu informati aħjar meta jieħdu deċiżjonijiet dwar l-investimenti. Għal dawk il-finijiet, l-aċċess pubbliku għal informazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja dwar persuni fiżiċi jew ġuridiċi li huwa meħtieġ sabiex l-informazzjoni ssir pubblika, jew is-sottomissjoni ta’ informazzjoni finanzjarja u relatata mas-sostenibbiltà dwar l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom lil korp ta’ ġbir fuq bażi volontarja (“entitajiet”), iridu jitjiebu. Mezz effiċjenti sabiex dan isir fil-livell tal-Unjoni huwa li tiġi stabbilita pjattaforma ċentralizzata, l-ESAP, li tagħti aċċess elettroniku għall-informazzjoni rilevanti kollha.

(3)L-ESAP jenħtieġ li jipprovdi lill-pubbliku aċċess ċentralizzat faċli għall-informazzjoni fir-rigward ta’ entitatjiet u l-prodotti tagħhom f’relazzjoni mas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà li l-entitajiet u l-awtoritajiet huma meħtieġa jippubblikaw f’konformità ma’ numru ta’ Direttivi f’dak il-qasam. Fi kwalunkwe każ, kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika tista’ tissottometti informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi tagħha ta’ rilevanza għas-servizzi finanzjarji, jew għas-swieq kapitali jew dwar is-sostenibbiltà lil korp ta’ ġbir bil-għan li dik l-informazzjoni ssir aċċessibbli fuq l-ESAP f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

(4)Numru ta’ Regolamenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jippermettu l-funzjonament tal-ESAP. Sabiex ikun hemm funzjonament tajjeb u effiċjenti tal-ESAP b’mod proporzjonat, iż-żieda fil-ġbir u s-sottomissjoni tal-informazzjoni jeħtieġ li tkun gradwali.

(5)Għall-funzjonament tal-ESAP, il-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jinħatru sabiex jiġbru l-informazzjoni fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà mill-entitajiet rilevanti. Fin-nuqqas ta’ korp ta’ ġbir diġà stabbilit skont id-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw wieħed mill-Mekkaniżmi Maħtura Uffiċjalment stabbiliti skont id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 20 sabiex jiġbor u jaħżen l-informazzjoni, u jinnotifikaw lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) kif xieraq. Dak il-Mekkaniżmu Maħtur Uffiċjalment jenħtieġ li jaġixxi bħala korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XXXX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] u jenħtieġ li jwettaq il-kompiti speċifiċi stabbiliti f’dak ir-Regolament. Meta Awtorità Superviżorja Ewropea jew awtorità kompetenti tkun meħtieġa skont id-dritt tal-Unjoni li tfassal u tippubblika fuq is-sit web tagħha informazzjoni dwar l-entitajiet rilevanti u l-prodotti finanzjarji tagħhom, fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, is-swieq kapitali u s-sostenibbiltà, dik l-awtorità jenħtieġ li taġixxi bħala korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XXXX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP]. Dik l-awtorità jenħtieġ li tippubblika informazzjoni f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, tinkludi l-ismijiet u, fejn ikun dispinibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entità, u tispeċifika t-tip ta’ informazzjoni.

(6)Sabiex jiġi żgurat li l-ESAP jipprovdi aċċess f’waqtu għal informazzjoni li tkun rilevanti għas-servizzi finanzjarji, għas-swieq kapitali u għas-sostenibbiltà, kif stabbilit fir-Regolament (UE) XXXX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], l-entitajiet jenħtieġ li jissottomettu l-informazzjoni tagħhom lil korp ta’ ġbir fl-istess ħin li jagħmlu dik l-informazzjoni pubblika.

(7)Sabiex l-informazzjoni tkun tista’ tintuża b’mod diġitali, jenħtieġ li l-entitajiet jissottomettu lill-korpi ta’ ġbir l-informazzjoni f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni. Jenħtieġ li l-entitajiet jakkumpanjaw ukoll l-informazzjoni li jissottomettu lill-korpi ta’ ġbir bil-metadata mitluba minn dawk il-korpi ta’ ġbir. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea rilevanti, li jispeċifikaw il-metadata għal kull biċċa informazzjoni, l-istruttura tad-data tal-informazzjoni u l-informazzjoni li għaliha huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni, u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża f’dak il-każ.

(8)Jenħtieġ li l-entitajiet jinżammu responsabbli għall-informazzjoni li jissottomettu lill-korpi ta’ ġbir. L-iżgurar li s-sors ikollu integrità u kredibbiltà tad-data, jippermetti l-protezzjoni tal-entitajiet minn tibdil mhux dovut tal-informazzjoni tagħhom, u l-bini tal-fiduċja pubblika fl-ESAP. Għal dak il-għan, id-dokumenti sottomessi mill-entitajiet lill-korpi ta’ ġbir jenħtieġ li jkunu akkumpanjati minn siġill elettroniku kwalifikat, inkluż mill-entità relatriċi, dwar l-informazzjoni sottomessa lill-korpi ta’ ġbir fejn tali siġill ikun meħtieġ, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) XXXX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

(9)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 21 u ta opinjoni fil-[daħħal id-data] 22 .

(10)Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni għall-informazzjoni pubblika li jenħtieġ li tkun aċċessibbli permezz tal-ESAP, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(11)Għalhekk, ir-Regolamenti li ġejjin jenħtieġ li jiġu emendati kif xieraq:

Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 dwar l-aġenziji tal-klassifikazzjoni tal-kreditu 23 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu 24 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet 25 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju 26 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej 27 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment 28 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku 29 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 dwar l-abbuż tas-suq (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq) 30 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji 31 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli 32 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) 33 ;

Ir-Regolament (UE) 2015/760 dwar il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil 34 ;

Ir-Regolament (UE) 2015/2365 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid 35 ;

Ir-Regolament (UE) Nru 2016/1011 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment 36 ;

Ir-Regolament (UE) 2017/1129 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat 37 ;

Ir-Regolament (UE) 2017/1131 dwar il-fondi tas-suq monetarju 38 ;

Ir-Regolament (UE) 2019/1238 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) 39 ;

Ir-Regolament (UE) 2019/2033 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment 40 ;

Ir-Regolament (UE) 2019/2088 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji 41 ;

Ir-Regolament (UE) 2020/852 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli 42 ;

Ir-Regolament (UE) 2021/23 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali 43 ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1 
Emenda għar-Regolament (KE) Nru 1060/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 1060/2009, jiddaħħal l-Artikolu 13a li ġej:

Artikolu 13a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 8(1), l-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 8(7), l-Artikolu 8a(1), l-Artikolu 8a(3), l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 10(4), l-Artikolu 11(1), u l-Artikolu 12, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata bil-metadata li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li jissottomettu l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu skont il-kategorija speċifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu għandhom jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(3), l-Artikolu 8d(2), l-Artikolu 11(2), l-Artikolu 11a(1), l-Artikolu 11a(2), l-Artikolu 18(3), l-Artikolu 24(5), u l-Artikolu 36d(1) issir aċċessibbli, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-isem, fejn disponibbli, u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (UE) 236/2012

Fir-Regolament (UE) 236/2012, jiddaħħal l-Artikolu 11a li ġej:

“Artikolu 11a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2024, meta tippubblika kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 6(1), il-persuna fiżika jew ġuridika għandha tissottometti dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata bil-metadata li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-persuna fiżika jew ġuridika li tissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-persuna speċifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-persuna ġuridika skont il-kategorija speċifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, il-persuna fiżika jew ġuridika rilevanti għandha tikseb l-identifikatur ta’ entità ġuridika speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-awtorità nazzjonali kompetenti.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 3
Emenda għar-Regolament (UE) 648/2012

Fir-Regolament (UE) 648/2012, jiddaħħal l-Artikolu 38 a li ġej:

“Artikolu 38 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 26(7), Artikolu 28(2), Artikolu 38(1), Artikolu 38(3) it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 38(4), l-Artikolu 38(5), l-Artikolu 39(7), l-Artikolu 39(8), and l-Artikolu 49(3), is-CCPs u l-membri tal-ikklirjar għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tas-CCP li jissottomettu l-informazzjoni;

(i))l-identifikatur ta’ entità ġuridika tas-CCP speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tas-CCP skont il-kategorija speċifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, is-CCPs u l-membri tal-ikklerjar għandhom jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-[Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), l-Artikolu 18(2), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 25(4), ir-raba’ subparagrafu, l-Artikolu 25m(1), l-Artikolu 25q(3), l-Artikolu 59(3), l-Artikolu 68(1), l-Artikolu 73(3), u l-Artikolu 77(2), ir-raba’ subparagrafu, issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn meħtieġ, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tas-CCPs u tal-membri tal-ikklirjar kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korpi ta’ ġbir kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-[Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tas-CCP u tal-membri tal-ikklirjar kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)    il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(a)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(b)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 4
Emenda għar-Regolament (UE) 345/2013

Fir-Regolament (UE) 345/2013, jiddaħħal l-Artikolu 13 a li ġej:

“Artikolu 13 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

Mill-1 ta’ Jannar 2026, sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) issir aċċessibbli fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet, fejn disponibbli, u l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).”

Artikolu 5
Emenda għar-Regolament (UE) 346/2013

Fir-Regolament (UE) 346/2013, jiddaħħal l-Artikolu 14 a li ġej:

Artikolu 14 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

Mill-1 ta’ Jannar 2026, sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18(1) issir aċċessibbli fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament. ________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).”

Artikolu 6
Emenda għar-Regolament (UE) 575/2013

Fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiddaħħal l-Artikolu 434b li ġej:

‘Artikolu 434b
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont il-parti Tmienja ta’ dan ir-Regolament, l-istituzzjonijiet għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-istituzzjoni li tissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-istituzzjoni speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-istituzzjonijiet skont il-kategorija speċifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-istituzzjonijiet għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-EBA.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-EBA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 7
Emenda għar-Regolament (UE) 537/2014

Fir-Regolament (UE) 537/2014, jiddaħħal l-Artikolu 13 a li ġej:

“Artikolu 13 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 13, l-awditur jew id-ditta tal-awditjar għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-awditur jew tad-ditta tal-awditjar li jissottomettu l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-awditur jew tad-ditta tal-awditjar kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(ii)id-daqs tal-awditur jew tad-ditta tal-awditjar skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-awdituri jew id-ditti tal-awditjar għandhom jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Sal-31 ta’ Diċembru 2025, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw wieħed mill-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment imsemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE bħala l-korp ta’ ġbir definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-l-ESAP] u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.Għall-finijiet li jiġu żgurati ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni, wara l-konsultazzjoni tas-CEAOB, sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 8
Emenda għar-Regolament (UE) 596/2014

Fir-Regolament (UE) 596/2014, jiddaħħal l-Artikolu 21 a li ġej:

“Artikolu 21 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2025, meta jippubblika kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 17(1), l-Artikolu 17(2), u l-Artikolu 19(3), l-emittent għandu jissottometti dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-emittent li jissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-emittent skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-emittenti għandhom jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Sal-31 ta’ Diċembru 2024, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(2) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw wieħed mill-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment stabbiliti skont l-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE bħala l-korp ta’ ġbir definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

Mill-1 ta’ Jannar 2025, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 17(1) u 19(3) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun il-mekkaniżmu rilevanti maħtur uffiċjalment.

Mill-1 ta’ Jannar 2025, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(1) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-awtorità nazzjonali kompetenti. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-isem u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 9
Emenda għar-Regolament (UE) 600/2014

Fir-Regolament (UE) 600/2014, jiddaħħal l-Artikolu 23 a li ġej:

Artikolu 23 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

Mill-1 ta’ Jannar 2026, sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(6), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1), l-Artikolu 18(4), l-Artikolu 27(1), l-Artikolu 34, l-Artikolu 40(5), l-Artikolu 44(2), l-Artikolu 45(6) u l-Artikolu 48 issir aċċessibbli fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-ESMA għandha tikkwalifika bħala l-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP]. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).”

Artikolu 10
Emenda għar-Regolament (UE) 909/2014

Fir-Regolament (UE) 909/2014, jiddaħħal l-Artikolu 74 a li ġej:

“Artikolu 74 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 7(1), l-Artikolu 7(9), l-Artikolu 26(4), l-Artikolu 27(4), l-Artikolu 27(7), l-Artikolu 28(2), l-Artikolu 33(1), l-Artikolu 33(2), l-Artikolu 34(1), l-Artikolu 38(6), l-Artikolu 39(3), l-Artikolu 41(2), il-punt (e) tal-Artikolu 54(3), il-punt (f) u l-Artikolu 54(4), il-punt (j) tal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament, is-CSD għandu jissottometti dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn rilevanti, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata bil-metadata li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tas-CCP li jissottomettu l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tas-CSD kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tas-CSD skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, is-CSD għandu jikseb identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2) u fl-Artikolu 62 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-isem u, fejn disponibbli, l-identifikatur tas-CSD kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 11
Emenda għar-Regolament (UE) 1286/2014

Fir-Regolament (UE) 1286/2014, jiddaħħal l-Artikolu 29 a li ġej:

Artikolu 29 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw id-dokument bl-informazzjoni ewlenija, skont l-Artikolu 5(1), il-manifattura tal-PRIIPs għandu jissottometti dak id-dokument bl-informazzjoni ewlenija lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà ta’ tali informazzjoni fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dak id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew informazzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew l-informazzjoni għandhom jitħejjew f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew l-informazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-manifattur tal-PRIIP li jissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-manifattur tal-PRIIP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-manifattur tal-PRIIP skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)id-dokument bl-informazzjoni ewlenija jew l-informazzjoni għandhom jinkludu siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, il-manifatturi tal-PRIIP għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Sal-31 ta’ Diċembru 2025, għall-finijiet li d-dokument bl-informazzjoni ewlenija msemmi fil-paragrafu 1 isir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw wieħed mill-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment imsemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE bħala l-korp ta’ ġbir definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1) u fl-Artikolu 29(1) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-awtorità kompetenti. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-manifattur tal-PRIIP kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet li jiġu żgurati l-ġbir u l-amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt, għandhom jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jispeċifikaw:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-ASE għandhom jivvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u jwettqu testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

Il-Kumitat Konġunt għandu jissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa biex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 12
Emenda għar-Regolament (UE) 2015/760

Fir-Regolament (UE) 2015/760, jiddaħħal l-Artikolu 25 a li ġej:

‘Artikolu 25a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

Mill-1 ta’ Jannar 2026, sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(3) issir aċċessibbli fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond kif definit skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).”

Artikolu 13
Emenda għar-Regolament (UE) 2015/2365

Fir-Regolament (UE) 2015/2365, jiddaħħal l-Artikolu 32 a li ġej:

“Artikolu 32 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2024, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 8(3), l-Artikolu 12(1), l-Artikolu 19(8), l-Artikolu 26(1), u l-Artikolu 26(4) ta’ dan ir-Regolament, l-entitajiet għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-entità li tissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entità, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-entità skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-entitajiet għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Mill-1 ta’ Jannar 2024, għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA.

Mill-1 ta’ Jannar 2024, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 22(4), l-Artikolu 25(1), l-Artikolu 25(2), l-Artikolu 25(3) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entità kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 14
Emenda għar-Regolament (UE) 2016/1011

Fir-Regolament (UE) 2016/2011, jiddaħħal l-Artikolu 28 a li ġej:

‘Artikolu 28 a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblika kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikoli 4(5), il-punt (c) tal-Artikolu 11(1), l-Artikolu 12(3), l-Artikolu 13(1), l-Artikolu 25(7), l-Artikolu 26(3), l-Artikolu 27(1), u l-Artikolu 28(1), l-amministratur għandu jissottometti dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-amministratur li jissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-amministratur, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-amministratur skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-amministraturi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX.

3.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-korpi ta’ ġbir kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korpi ta’ ġbir kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandhom ikunu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-amministratur kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 36 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-amministratur kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 15
Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1129

Fir-Regolament (UE) 2017/1129, jiddaħħal l-Artikolu 21 a li ġej:

Artikolu 21 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2024, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont il-punti (f) u (g) tal-Artikolu 1(4), l-ewwel subparagrafu tal-punti (e) u (f) tal-Artikolu 1(5), l-Artikolu 8(5), l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(2), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 21(9) u l-Artikolu 23(1), l-emittent, l-offerent jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, fejn rilevanti, għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, fejn rilevanti;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent, tal-offerent, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, fejn rilevanti kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-emittent skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-emittenti, l-offerent, jew il-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat, fejn rilevanti, għandhom jiksbu l-identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA.

Mill-1 ta’ Jannar 2024, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 25(1), l-Artikolu 25(4), u l-Artikolu 26(2) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-emittent jew, fejn applikabbli, tal-offerent kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 16
Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1131

Fir-Regolament (UE) 2017/1131, jiddaħħal l-Artikolu 37 a li ġej:

Artikolu 37 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

Mill-1 ta’ Jannar 2026, sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(7) issir aċċessibbli fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament għandu jkun l-ESMA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fond kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).”

Artikolu 17
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/1238

Fir-Regolament (UE) 2019/1238, jiddaħħal l-Artikolu 70 a li ġej:

Artikolu 70 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-Regolament, il-fornitur tal-PEPP għandu jissottometti dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà ta’ tali informazzjoni fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-fornitur tal-PEPP li jissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur tal-PEPP, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-fornitur tal-PEPP skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, il-fornituri tal-PEPP għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Sal-31 ta’ Diċembru 2025, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw wieħed mill-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment imsemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE bħala l-korp ta’ ġbir imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 65(6) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-EIOPA. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament (UE), u tinkludi t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

Mill-1 ta’ Jannar 2026, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 63(4), l-Artikolu 69(1) u 69(4) issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korpi ta’ ġbir kif definiti fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandhom ikunu l-awtoritajiet kompetenti. Dik l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP], tinkludi l-ismijiet u, fejn disponibbli, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament, u tinkludi t-tip ta’ informazzjoni kif klassifikat skont l-Artikolu 7(4) ta’ dak ir-Regolament.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-EIOPA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-EIOPA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-EIOPA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-EIOPA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 18
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2033

Fir-Regolament (UE) 2019/2033, jiddaħħal l-Artikolu 46 a li ġej:

“Artikolu 46 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont il-Parti Sitta ta’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà ta’ tali informazzjoni fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tad-ditta tal-investiment li tissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-investiment, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tad-ditta tal-investiment skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, id-ditti tal-investiment għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-EBA.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Għall-finijiet tal-punt (c), l-EBA, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-EIOPA, għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-EBA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 19
Emenda għar-Regolament (UE) 2019/2088

Fir-Regolament (UE) 2019/2088, jiddaħħal l-Artikolu 18 a li ġej:

“Artikolu 18 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2025, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 4(4), l-Artikolu 4(5), l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 10(1) ta’ dan ir-Regolament, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-konsulenti finanzjarji għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-entità li tissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-parteċipanti fis-suq finanzjarju jew tal-konsulenti finanzjarji, fejn rilevanti, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-parteċipanti fis-suq finanzjarju jew tal-konsulenti finanzjarji, fejn rilevanti skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jew il-konsulenti finanzjarji għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Sal-31 ta’ Diċembru 2024, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw wieħed mill-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment imsemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE bħala l-korp ta’ ġbir definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-l-ESAP] u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.Għall-finijiet li jiġu żgurati l-ġbir u l-amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ASE għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex jispeċifikaw:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma jiżviluppaw l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ASE għandhom iwettqu analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ASE għandhom jivvalutaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u jwettqu testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 20
Emenda għar-Regolament (UE) 2020/852

Fir-Regolament (UE) 2020/852, jiddaħħal l-Artikolu 8 a li ġej:

“Artikolu 8 a

Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2024, meta tippubblika kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 8(2) ta’ dan ir-Regolament, l-impriża għandha tissottometti dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)l-informazzjoni għandha titħejja f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-impriża li tissottometti l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-impriża, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-impriża skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

(c)l-informazzjoni għandha tinkludi siġill elettroniku kwalifikat kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill***.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-impriżi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-[Regolament dwar l-ESAP].

3.Sal-31 ta’ Diċembru 2023, għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw wieħed mill-mekkaniżmi maħtura uffiċjalment imsemmija fl-Artikolu 21(2) tad-Direttiva 2004/109/KE bħala l-korp ta’ ġbir definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-l-ESAP] u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.

4.Għall-finijiet li jiġu żgurati ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 21
Emenda għar-Regolament (UE) 2021/23

Fir-Regolament (UE) 2021/23, jiddaħħal l-Artikolu 95 a li ġej:

Artikolu 95 a
Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP)

1.Mill-1 ta’ Jannar 2026, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni skont l-Artikolu 50(2), l-Artikolu 72(3), il-punt (a) tal-Artikolu 82(2), u l-Artikolu 83(1) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni lill-korp ta’ ġbir imsemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu fl-istess ħin għall-aċċessibbiltà fuq l-ESAP stabbilit skont ir-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)Dik l-informazzjoni għandha titħejja fil-format li minnu tista’ tiġi estratta d-data speċifikat skont il-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] jew, fejn meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**;

(b)l-informazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-metadata kollha li ġejja:

(i)l-ismijiet kollha tal-entità li magħha hija relatata l-informazzjoni;

(ii)l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-entità speċifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iii)id-daqs tal-entità skont il-kategorija kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(iv)it-tip ta’ informazzjoni kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP];

(v)il-perjodu speċifiku li għalih l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-ESAP, fejn rilevanti.

2.Għall-finijiet tal-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1, l-entitajiet għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika kif speċifikat fl-Artikolu 7(4) tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP].

3.Għall-finijiet li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 issir aċċessibbli fuq l-ESAP, il-korp ta’ ġbir kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) XX/XXXX [ir-Regolament dwar l-ESAP] għandu jkun l-ESMA.

4.Għall-finijiet tal-iżgurar ta’ ġbir u amministrazzjoni effiċjenti tad-data sottomessa f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tispeċifika:

(a)il-metadata li għandha tiġi inkluża fl-informazzjoni;

(b)l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;

(c)għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.

Qabel ma tiżviluppa l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, l-ESMA għandha twettaq analiżi tal-kostijiet u l-benefiċċji. Għall-finijiet tal-punt (c), l-ESMA għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post għal dak il-għan.

L-ESMA għandha tissottometti dawn l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

________________

* Ir-Regolament (UE) XX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Punt ta’ Aċċess Uniku Ewropew (ESAP) li jipprovdi aċċess ċentralizzat għall-informazzjoni li hija disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tas-servizzi finanzjarji, tas-swieq kapitali u tas-sostenibbiltà (ĠU L [...], […], p. […]).

** Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

*** Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).”

Artikolu 22
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

(1)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji - pjan ta’ azzjoni ġdid, 24.9.2020, COM/2020/590 finali.
(2)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija Ewropea għad-data, 19.02.2020, COM/2020/66 final.
(3)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni għal Ekonomija Sostenibbli, 06.07.2021, COM(2021) 390 .
(4)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, 11.12.2019, COM/2019/640 finali.
(5)    SWD/2021/81 final, il-21 ta’ April 2021.
(6)    SWD(2021)XXX ta’ [data].
(7)    L-HLF irrakkomanda li l-ESAP jenħtieġ li jipprovdi aċċess “għall-informazzjoni pubblika finanzjarja u mhux finanzjarja tal-entitajiet, kif ukoll għal informazzjoni pubblika oħra rilevanti għall-prodotti finanzjarji jew għall-attivitajiet […], li għandha tkun aċċessibbli liberament għall-pubbliku u mingħajr tariffi jew użu ta’ liċenzji.” Ara r-Rapport Finali tal-Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali: A New Vision for Europe’s Capital markets, June 2020.
(8)    ISBN 978-92-76-13304-9.
(9)    ISBN 978-92-76-25267-2.
(10)    Ir-Regolament (EU) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(11)    Ara l-proposti tal-Kummissjoni għal Regolament li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti għar-riskju ta’ kreditu, ir-riskju tal-aġġustament tal-valwazzjoni tal-kreditu, ir-riskju operazzjonali, ir-riskju tas-suq u l-limitu minimu tal-output, b’mod partikolari l-emendi għall-Artikolu 433.
(12)    Ara l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 kif emendat.
(13)    Ir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).
(14)    ĠU C [...], [...], p. [...].. .
(15)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Unjoni tas-Swieq Kapitali għall-persuni u n-negozji - pjan ta’ azzjoni ġdid, 24.9.2020, COM/2020/590 finali.
(16)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija għall-Finanzi Diġitali għall-UE, 24.09.2020, COM/2020/591 finali.
(17)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli, 06.07.2021, COM(2021) 390 finali.
(18)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, 11.12.2019, COM/2019/640 finali.
(19)    [OP: Jekk jogħġbok daħħal in-nota f’qiegħ il-paġna korrispondenti: Titolu sħiħ u referenza tal-ĠU].
(20)    Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta’ trasparenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).
(21)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(22)    ĠU C […], […], p. […].
(23)    Ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 1).
(24)    Ir-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 dwar bejgħ bin-nieqes u ċerti aspetti tas-swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (ĠU L 86, 24.3.2012, p. 1).
(25)    Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(26)    Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).
(27)    Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).
(28)    Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(29)    Ir-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta’ entitajiet ta’ interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77).
(30)    Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (ir-Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).
(31)    Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).
(32)    Ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1).
(33)    Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta’ investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1).
(34)    Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-fondi ta’ investiment Ewropej fuq terminu twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98).
(35)    Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).
(36)    Ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta’ fondi ta’ investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1).
(37)    Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).
(38)    Ir-Regolament (UE) 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8).
(39)    Ir-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar Prodott tal-Pensjoni Personali pan-Ewropew (PEPP) (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 1).
(40)    Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).
(41)    Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).
(42)    Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(43)    Ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (ĠU L 22, 22.1.2021, p. 1).