Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 564 final

2021/0214(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

{SEC(2021) 564 final} - {SWD(2021) 643 final} - {SWD(2021) 644 final} - {SWD(2021) 647 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Id-dinja qed tiffaċċja kriżi klimatika profonda u l-isfidi tat-tibdil fil-klima jeħtieġu rispons globali. Kooperazzjoni internazzjonali b’saħħitha se ssaħħaħ l-azzjoni klimatika konġunta meħtieġa mill-Partijiet kollha tal-Ftehim ta’ Pariġi biex jintlaħaq l-għan li ż-żieda fit-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali 1 .

It-tmexxija internazzjonali tal-Unjoni Ewropea għandha timxi id f’id ma’ azzjoni domestika kuraġġuża. Biex tilħaq l-objettiv ta’ UE newtrali għall-klima sal-2050 f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi, jeħtieġ li l-Unjoni żżid l-ambizzjoni tagħha għad-deċennju li ġej u taġġorna l-qafas ta’ politika tagħha dwar il-klima u l-enerġija. Dan il-proċess diġà huwa previst li jibda skont il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE. Barra minn hekk, kif imħabbar fil-Patt Ekoloġiku Ewropew 2 , il-Kummissjoni pproponiet mira ġdida tal-UE għall-2030 li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra (“GHG”) b’mill-inqas 55 fil-mija meta mqabbla mal-livelli fl-1990 3 , fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tal-impatt komprensiva 4 . Dan l-objettiv ġie approvat mill-Kunsill Ewropew 5 u kkomunikat lill-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li tagħmlu vinkolanti internazzjonalment 6 . Il-Liġi Ewropea dwar il-Klima, kif miftehma mal-koleġiżlaturi, tistabbilixxi l-mira l-ġdida għall-2030 filwaqt li tagħmel l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE legalment vinkolanti 7 .

Sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra f’konformità mal-Liġi Ewropea dwar il-Klima, il-Kummissjoni tipproponi li tirrevedi fejn meħtieġ l-istrumenti ta’ politika rilevanti kollha sa Lulju 2021 f’“Pakkett lesti għall-mira ta’ 55 %”, li jkopri b’mod partikolari r-rieżami tal-leġiżlazzjoni settorjali fl-oqsma tal-klima, l-enerġija, it-trasport u t-tassazzjoni 8 . Mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera (carbon border adjustment mechanism, “CBAM”), imħabbar fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, huwa parti minn dan il-pakkett u se jservi bħala element essenzjali tas-sett ta’ għodod tal-UE biex jintlaħaq l-objettiv ta’ UE newtrali għall-klima sal-2050 f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi billi jiġu indirizzati r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju bħala riżultat tal-ambizzjoni klimatika miżjuda tal-Unjoni. F’Marzu 2021, il-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni li tippromwovi l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera kompatibbli mad-WTO 9 .

Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha tal-UE, il-Kummissjoni ħabbret ukoll: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija 10 l-promozzjoni ta’ strumenti u inċentivi rilevanti biex il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas 11 jiġi implimentat aħjar u b’hekk titlesta l-eliminazzjoni gradwali tat-“tniġġis għal xejn” bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero.

Il-Kummissjoni ħabbret l-intenzjoni tagħha li tipproponi CBAM fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. Kif indikat fil-Komunikazzjoni “Jekk jippersistu differenzi fil-livelli ta’ ambizzjoni madwar id-dinja, hekk kif l-UE żżid l-ambizzjoni klimatika tagħha, il-Kummissjoni se tipproponi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, għal setturi magħżula, biex jitnaqqas ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Dan jiżgura li l-prezz tal-importazzjonijiet ikun jirrifletti b’mod aktar preċiż il-kontenut tal-karbonju tagħhom. Din il-miżura se titfassal biex tikkonforma mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u ma’ obbligi internazzjonali oħra tal-UE 12 ”.

Dan il-mekkaniżmu huwa alternattiva għall-miżuri li jindirizzaw ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet 13 (“EU ETS”) u huwa maħsub biex jevita li l-isforzi tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jiġu kkumpensati biż-żieda tal-emissjonijiet barra mill-Unjoni permezz tar-rilokazzjoni tal-produzzjoni jew żieda fl-importazzjonijiet ta’ prodotti b’intensità inqas qawwija ta’ karbonju. Mingħajr mekkaniżmu bħal dan, ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tista’ tirriżulta f’żieda globali fl-emissjonijiet globali.

Il-Ftehim ta’ Pariġi jimpenja lill-komunità internazzjonali għal żieda kontinwa fl-ambizzjoni tal-azzjoni klimatika biex tiġi limitata ż-żieda fit-temperatura medja globali sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima. Kull Parti trid tħejji l-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tagħha (nationally determined contribution, “NDC”) lejn dan l-għan globali, li jirrifletti l-“ogħla ambizzjoni possibbli” tagħha kif ukoll ir-“responsabbiltajiet komuni iżda differenzjati u l-kapaċitajiet rispettivi tagħha, fid-dawl taċ-ċirkostanzi nazzjonali differenti” 14 .

Sakemm għadd sinifikanti ta’ sħab internazzjonali tal-UE jkollhom approċċi ta’ politika li ma jirriżultawx fl-istess livell ta’ ambizzjoni klimatika bħall-Unjoni, u jibqgħu differenzi fil-prezz applikat għall-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sseħħ jekk, għal raġunijiet ta’ ambizzjonijiet differenti relatati mal-politiki dwar il-klima, in-negozji f’ċerti setturi jew sottosetturi tal-industrija kellhom jittrasferixxu l-produzzjoni lejn pajjiżi oħra b’restrizzjonijiet tal-emissjonijiet inqas stretti jew l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi jissostitwixxu prodotti ekwivalenti iżda inqas b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra minħabba d-differenza fil-politika dwar il-klima. Dan jirriskja li jimmina l-effettività tal-politiki ta’ mitigazzjoni tal-emissjonijiet tal-UE, u jista’ jwassal ukoll għal żieda fl-emissjonijiet totali tagħhom globalment, u b’hekk jipperikola t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li huwa meħtieġ b’mod urġenti jekk irridu li t-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2 °C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

Bħalissa, ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju qed jiġi indirizzat fl-Unjoni permezz tal-EU ETS. Din hija l-ewwel sistema internazzjonali għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u ilha fis-seħħ mill-2005. Għas-setturi koperti minn din is-sistema u li huma l-aktar f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, dan ir-riskju bħalissa huwa ġestit permezz tal-għoti ta’ kwoti mingħajr ħlas u kumpens għaż-żieda fil-kostijiet tal-elettriku skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Madankollu, l-allokazzjoni bla ħlas bil-EU ETS iddgħajjef is-sinjal tal-prezz li s-sistema tipprovdi għall-istallazzjonijiet li jirċevuha meta mqabbla mal-irkant sħiħ. Għalhekk taffettwa l-inċentivi għall-investiment f’aktar tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra.

Fl-istess ħin, hekk kif l-Unjoni żżid l-ambizzjonijiet klimatiċi tagħha, id-diverġenza mal-livell ta’ azzjoni klimatika ta’ pajjiżi terzi hija mistennija li tikber, b’riskju akbar ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-UE. Dan jirriżulta mill-miri dejjem aktar ambizzjużi tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra li għandhom inaqqsu l-għadd globali ta’ kwoti tal-ETS. B’konsegwenza ta’ dan, is-sinjal tal-prezz tal-karbonju mill-EU ETS huwa msaħħaħ, li jinċentiva lill-produtturi tal-Unjoni biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom, iżda jwessa’ d-differenza mal-pajjiżi mingħajr mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju. Barra minn hekk, l-allokazzjoni bla ħlas ġenerali se tonqos ukoll maż-żmien, f’konformità mat-tnaqqis tal-limitu massimu tal-emissjonijiet.

Meta jitqiesu l-problemi deskritti hawn fuq, din il-proposta tindirizza l-problema tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni, filwaqt li fl-istess ħin tevita li dawn l-isforzi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jiġu kkumpensati globalment minn żieda fl-emissjonijiet barra mill-Unjoni. F’dan il-kuntest, qed jiġi propost CBAM bl-objettiv ġenerali li jiġi indirizzat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni u globalment.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Fil-kuntest tal-“Pakkett Lest għall-Mira ta’ 55 %”, is-CBAM mhuwiex miżura awtonoma. Hija miżura ta’ politika dwar il-klima li għandha l-għan li tippreserva l-integrità tal-ambizzjoni klimatika tal-UE lejn l-għan aħħari tan-newtralità klimatika. Ir-rwol tas-CBAM huwa li jindirizza r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u ssaħħaħ l-EU ETS. Għalhekk hemm relazzjoni qawwija bejn l-EU ETS u s-CBAM.

Bħala parti mill-“Pakkett Lest għall-Mira ta’ 55 %” , l-EU ETS hija wkoll proposta għal reviżjoni 15 . Dan jinvolvi l-estensjoni tal-EU ETS għat-trasport marittimu, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tal-bini u tat-trasport bit-triq. B’mod partikolari, l-ambizzjoni klimatika ogħla tal-emendi proposti tal-EU ETS tidher f’limitu aktar strett fuq l-emissjonijiet, li jfisser li l-għadd kumplessiv ta’ kwoti disponibbli se jonqos. Limitu massimu aktar strett jimplika sinjal aktar b’saħħtu tal-prezz tal-karbonju. L-objettiv tal-UE tan-newtralità klimatika u d-deċiżjoni li tiżdied l-ambizzjoni klimatika għall-2030 iwasslu wkoll għal rikonsiderazzjoni usa’ tal-miżuri eżistenti kontra r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. B’mod partikolari, filwaqt li l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti effettivament tipprevjeni r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, din iddgħajjef is-sinjal tal-prezz tal-karbonju għall-industrija tal-Unjoni meta mqabbel mal-irkant sħiħ.

Kif indikat mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, is-CBAM jiżgura li l-prezz tal-importazzjonijiet jirrifletti b’mod aktar preċiż il-kontenut tal-karbonju tagħhom. Din il-miżura ġiet imfassla biex tikkonforma mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”) u ma’ obbligi internazzjonali oħra tal-UE. Barra minn hekk, il-President von der Leyen enfasizzat li “l-karbonju għandu jkollu l-prezz tiegħu – għaliex in-natura ma tistax tibqa’ tħallas il-prezz. Il-mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri għandu jimmotiva wkoll lill-produtturi barranin u lill-importaturi tal-UE biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-karbonju tagħhom 16 ”.

Għal dan il-għan, is-sensibilizzazzjoni attiva ma’ pajjiżi terzi tkun importanti fir-rigward tal-fehim tar-rekwiżiti tas-CBAM u l-konformità magħhom. Barra minn hekk, l-UE se timpenja ruħha ma’ pajjiżi terzi li l-kummerċ tagħhom mal-UE huwa affettwat minn dan ir-Regolament biex tesplora l-possibbiltajiet għal djalogu u kooperazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ elementi speċifiċi tal-Mekkaniżmu. Jenħtieġ li tesplora wkoll il-possibbiltajiet għall-konklużjoni ta’ ftehimiet biex jittieħed kont tal-mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju tagħhom.

Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi indirizzat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-EU ETS u f’xi każijiet miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet minn żidiet fil-prezzijiet tal-elettriku minħabba l-EU ETS (spejjeż indiretti tal-emissjonijiet). CBAM huwa alternattiva għal dawk il-miżuri u għalhekk ikollu jissostitwihom maż-żmien. Madankollu, sabiex il-produtturi, l-importaturi u n-negozjanti jkunu jistgħu jaġġustaw għar-reġim il-ġdid, jenħtieġ li t-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas jiġi implimentat gradwalment filwaqt li s-CBAM jiddaħħal gradwalment, sabiex jiġi żgurat li ma jkunux kumulattivi.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-Unjoni hija estremament attiva f’fora internazzjonali biex issaħħaħ ir-regoli globali ambjentali u biex takkumpanja lis-sħab kummerċjali u lill-pajjiżi inqas żviluppati fi triqithom lejn id-dekarbonizzazzjoni. Is-CBAM se jikkumplementa l-azzjoni ambjentali internazzjonali tal-Unjoni u jiffavorixxi d-dekarbonizzazzjoni f’pajjiżi terzi.

Mill-1992, l-Unjoni ħadmet biex tiżviluppa soluzzjonijiet konġunti u tmexxi ’l quddiem azzjoni globali biex tindirizza t-tibdil fil-klima. B’mod speċifiku, jenħtieġ li l-azzjoni fil-livell tal-UE jkollha l-għan li tipprevedi li jinkisbu b’mod kosteffettiv l-objettivi klimatiċi fit-tul, filwaqt li jiġu żgurati l-ġustizzja u l-integrità ambjentali. L-istabbiliment ta’ governanza robusta tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-UE 2050 se jgħin biex jiġi żgurat li l-Unjoni tibqa’ fit-triq it-tajba biex tilħaq din il-mira.

Il-Kummissjoni ħabbret ukoll il-promozzjoni ta’ strumenti u inċentivi rilevanti biex il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas 17 jiġi implimentat aħjar u b’hekk titlesta l-eliminazzjoni gradwali tat-“tniġġis mingħajr ħlas” fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija 18  bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-Artikoli minn 191 sa 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jikkonfermaw u jispeċifikaw il-kompetenzi tal-UE fil-qasam tat-tibdil fil-klima. Il-bażi ġuridika għal din il-proposta hija l-Artikolu 192(1) TFUE. Skont l-Artikoli 191 u 192(1) TFUE, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi biex, fost oħrajn, jinkisbu l-għanijiet li ġejjin: Is-salvagwardja, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u l-promozzjoni ta’ miżuri fil-livell internazzjonali biex jiġu ttrattati problemi ambjentali reġjonali jew globali, u b’mod partikulari biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Min-natura tagħha, l-isfida tat-tibdil fil-klima hija waħda transfruntiera li ma tistax tissolva b’azzjonijiet nazzjonali jew lokali biss. Azzjoni kkoordinata tal-UE tista’ tissupplimenta b’mod effettiv l-azzjonijiet lokali u nazzjonali u ssaħħaħhom, u ttejjeb l-azzjoni klimatika. Il-koordinazzjoni tal-azzjoni klimatika hija meħtieġa fil-livell tal-Unjoni u, fejn possibbli, fil-livell globali, u l-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata fuq il-bażi tas-sussidjarjetà.

L-introduzzjoni ta’ CBAM fl-UE kollha se toħloq qafas komuni u uniformi biex tiġi żgurata ekwivalenza bejn il-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fis-suq intern tal-UE u l-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fuq l-importazzjonijiet. L-għan tiegħu huwa purament ambjentali u għandu dimensjoni transfruntiera, u għalhekk ma jistax jiġi indirizzat b’mod indipendenti mill-Istati Membri. Minħabba n-natura ambjentali tiegħu u sabiex tiġi evitata d-devjazzjoni tal-kummerċ, jenħtieġ li s-CBAM jkun applikat b’mod aktar effiċjenti fil-livell tal-Unjoni b’mod uniformi, li jirrifletti l-EU ETS u mfassal b’mod kompatibbli mar-regoli tad-WTO.

Barra minn hekk, jekk is-CBAM ma jiġix applikat b’mod uniformi, dan jinċentiva mġiba li tirriżulta f’devjazzjoni tal-kummerċ u forum shopping, billi esportaturi minn pajjiżi terzi jimportaw merkanzija permezz ta’ ġurisdizzjonijiet tal-UE li japplikaw is-CBAM bl-aktar mod laxk.

Dan mhuwiex f’kuntrast mad-differiment tal-implimentazzjoni u l-infurzar lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, madankollu dan għandu jkun limitat għall-implimentazzjoni u l-infurzar.

·Proporzjonalità

Il-proposta tfittex li tindirizza l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni filwaqt li fl-istess ħin tevita li dawn l-isforzi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jiġu kkumpensati minn żieda fl-emissjonijiet barra mill-Unjoni. L-għażliet ta’ politika għalhekk huma ddettati b’mod ċar mill-għan li jinkisbu l-objettivi tas-CBAM, jiġifieri li jiġi indirizzat ir-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni u globalment.

Il-kopertura proposta tal-prodott tas-CBAM hija inkwadrata mis-setturi u l-emissjonijiet koperti mill-EU ETS, li l-kopertura settorjali tagħha min-naħa tagħha hija bbażata fuq diversi kriterji kwantitattivi u kwalitattivi marbuta mal-objettivi ambjentali tal-EU ETS, u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM għandu jiġi stabbilit b’referenza għal ċerta merkanzija permezz tal-klassifikazzjoni tagħhom fin-Nomenklatura Magħquda 19 . Dan iservi l-motivazzjoni għall-miżura, jiġifieri li jiġi żgurat li r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għal ċerti setturi intensivi fl-enerġija jiġu mitigati. Is-CBAM jibni fuq il-loġika tal-klima tal-EU ETS billi jibda minn setturi fejn l-emissjonijiet huma l-ogħla f’numri assoluti u għalhekk fejn l-aktar li huma importanti.

Il-kontenut tal-karbonju tal-prodotti huwa element essenzjali tas-CBAM billi jindika l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra(f’ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju, “CO2e”) rilaxxati matul il-produzzjoni tagħhom barra mill-pajjiż. Dan jintuża biex jiġi żgurat li l-prodotti importati jiġu ttrattati b’mod mhux inqas favorevoli mill-prodotti domestiċi prodotti fl-installazzjonijiet tal-EU ETS. Billi l-installazzjonijiet koperti mill-EU ETS huma soġġetti għal prezz tal-karbonju vvalutat fuq l-emissjonijiet reali tagħhom, jenħtieġ li l-prodotti importati fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM jiġu vvalutati wkoll fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali tagħhom ta’ gassijiet serra. Madankollu, sabiex in-negozji jkunu jistgħu jaġġustaw għal tali approċċ, huwa propost li jibda b’perjodu tranżitorju mingħajr aġġustament finanzjarju.

Fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-miżura li tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, timmassimizza l-effettività tal-implimentazzjoni u l-infurzar billi tqis l-esperjenzi nazzjonali fil-ġestjoni tal-EU ETS. Struttura mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar il-klima li għandha rwol ewlieni tirrifletti fil-biċċa l-kbira l-istruttura li ntużat b’suċċess għal kważi 10 snin fl-EU ETS.

   Għażla tal-istrument

L-objettivi ta’ din il-proposta jistgħu jintlaħqu l-aħjar permezz ta’ Regolament. Dan se jiżgura l-applikabbiltà diretta ta’ għadd ta’ dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-merkanzija importata fl-Unjoni Doganali. Barra minn hekk, dan ir-Regolament jirrikjedi applikazzjoni u infurzar uniformi u konsistenti fl-Unjoni kollha sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikoli 32 u 207 TFUE.

Skoperturi differenti għar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jipprovdu ġustifikazzjoni limitata għal azzjoni fil-livell nazzjonali. L-emissjonijiet tal-karbonju mhumiex lokalizzati u bħall-EU ETS, is-CBAM jista’ jikseb effiċjenza akbar meta jiġi applikat b’mod uniformi fuq skala usa'''.

Għal din ir-raġuni, l-objettivi ta’ din il-proposta jistgħu jintlaħqu l-aħjar permezz ta’ Regolament. Dan se jiżgura l-applikabbiltà diretta tad-dispożizzjonijiet tiegħu.

Barra minn hekk, l-għoti ta’ ċerti kompiti relatati mal-implimentazzjoni u l-infurzar lill-awtoritajiet inkarigati mill-klima u mid-dwana fl-Istati Membri jindirizza r-restrizzjonijiet tekniċi u metodoloġiċi u jżid l-effettività.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

·Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Għat-tħejjija ta’ din il-proposta, il-Kummissjoni fasslet u implimentat strateġija ta’ konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, li kienet tinkludi konsultazzjonijiet kemm pubbliċi kif ukoll immirati.

Fl-4 ta’ Marzu 2020 ġiet ippubblikata valutazzjoni tal-impatt tal-bidu għall-feedback. Saret konsultazzjoni sal-1 ta’ April 2020 20 bil-għan li jinġabar feedback dwar il-kunsiderazzjonijiet inizjali tal-proġett. B’kollox kienu ppreżentat 219-il tweġiba matul dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni maqsuma f’madwar 150 tweġiba minn federazzjonijiet kummerċjali, assoċjazzjonijiet tan-negozju u negozji individwali, 20 NGO, 20 ċittadin u l-bqija minn gruppi ta’ riflessjoni, istituzzjonijiet akkademiċi/ta’ riċerka, trade unions u awtoritajiet pubbliċi. Il-maġġoranza tat-tweġibiet ġew mill-UE, b’24 minn pajjiżi terzi.

B’mod ġenerali, il-maġġoranza tat-tweġibiet esprimew appoġġ għas-CBAM, bil-bqija jinqasmu bejn wieħed u ieħor b’mod ugwali bejn appoġġ limitat u l-ebda appoġġ. Il-maġġoranza l-kbira tar-risponsi esprimew kawtela fit-tfassil tal-miżura li titlob li jiġu kkunsidrati l-għażliet kollha possibbli. Fost l-oħrajn, l-oqsma ewlenin enfasizzati kienu l-impatt fuq il-ktajjen tal-valur u d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet tal-materja prima, l-evitar ta’ effetti eċċessivi fuq il-konsumaturi finali, ir-rabtiet mal-EU ETS u l-kwoti mingħajr ħlas, l-impatt distribuzzjonali fis-setturi affettwati u fil-pajjiżi kollha, speċjalment l-ekonomiji li qed jiżviluppaw u l-interazzjoni mal-miżuri eżistenti ta’ difiża kummerċjali dwar il-materja prima.

F’konformità mal-Linji Gwida tal-Kummissjoni għal Regolamenti Aħjar, saret ukoll konsultazzjoni pubblika 21 miftuħa bejn it-22 ta’ Lulju u t-28 ta’ Ottubru 2020. Il-konsultazzjoni kellha l-għan li tiġbor opinjonijiet miċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet dwar il-ġustifikazzjonijiet, l-għanijiet, it-tfassil potenzjali u l-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll l-impatti tal-inizjattiva. Ir-rispondenti setgħu wkoll itellgħu dokumenti ta’ pożizzjoni. Total ta’ 615-il rispondent ipparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika. Minn dawn, sitt tweġibiet kienu duplikati, li wasslu għal 609 kontributi validi.

Fir-rigward tal-problema tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu jiddikjaraw li r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju hija kwistjoni reali u li s-CBAM jista’ jindirizza r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, irawwem il-konsum ta’ prodotti b’livell baxx ta’ karbonju fl-UE, u jistimula l-użu ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju u politiki ambizzjużi dwar il-klima f’pajjiżi terzi. Dwar l-effettività tal-miżuri attwali fil-kuntest tal-EU ETS u r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex tiġi limitata r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u dwar il-kapaċità ta’ miżuri regolatorji oħra biex inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, il-kumpaniji, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom twemmin pożittiv filwaqt li ċ-ċittadini u partijiet interessati oħra huma aktar kritiċi. Dawk li wieġbu jissuġġerixxu li s-CBAM għandu jiffoka fuq prodotti minn attivitajiet diġà inklużi fl-EU ETS (speċjalment dawk bl-ogħla riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju) u li jirrappreżentaw ktajjen tal-valur sħaħ.

Minbarra dan ta’ hawn fuq, is-servizzi tal-Kummissjoni involvew ruħhom f’konsultazzjonijiet bilaterali estensivi mal-awtoritajiet pubbliċi fl-UE u pajjiżi terzi, assoċjazzjonijiet tan-negozju, kumpaniji individwali u NGOs. Fl-istess ħin saru konsultazzjonijiet immirati minn kuntrattur estern li wettaq total ta’ 25 intervista fil-fond ma’ maniġers superjuri u assoċjazzjonijiet mis-setturi tal-materjali bażiċi, il-manifatturi, l-NGOs u dawk li jfasslu l-politika. Kien hemm żewġ sensiliet ta’ intervisti. L-ewwel nett, saru 17-il intervista informali fi stadju bikri u servew biex jiġu identifikati punti ta’ tħassib rilevanti u mistoqsijiet miftuħa għal aktar riċerka. Fit-tieni pass, saru tmien intervisti addizzjonali sabiex jiġi ttestjat jekk il-ġudizzji u t-tħassib mill-intervisti informali kinux kondiviżi fost grupp usa’ ta’ partijiet ikkonċernati. Sbatax-il parti kkonċernata ġew mill-industrija, ħamsa minn NGOs u tlieta minn istituzzjonijiet tal-Istati Membri.

Ir-riżultati tal-pubbliku u tal-konsultazzjonijiet immirati ppermettew lill-Kummissjoni tiġbor għadd sinifikanti ta’ fehmiet u opinjonijiet dwar l-inizjattiva. Kemm il-konsultazzjonijiet pubbliċi kif ukoll dawk immirati wrew qbil dwar il-ħtieġa ta’ CBAM biex jindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u biex jgħin lill-Unjoni tikseb l-ambizzjonijiet klimatiċi akbar tagħha. Il-feedback riċevut matul dawn il-konsultazzjonijiet intuża biex jinforma l-għażla tal-elementi tat-tfassil u l-għażliet ta’ politika ppreferuti. Ir-riżultat tal-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati huwa miġbur fil-qosor fl-anness rilevanti għall-valutazzjoni tal-impatt.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-passi preparatorji għall-proposta jistrieħu fuq firxa ta’ studji u pariri esperti, li janalizzaw id-disinn u l-ambitu potenzjali tas-CBAM kif ukoll l-impatti ambjentali, soċjali u ekonomiċi tagħha.

B’mod partikolari, twettaq studju dwar l-aħjar tfassil tal-mekkaniżmu u l-kopertura settorjali tiegħu bl-appoġġ ta’ għarfien espert estern lill-Kummissjoni. L-istudju analizza l-loġika tal-intervent, ivvaluta firxa ta’ għażliet alternattivi u l-fattibbiltà tagħhom, ipprovda pariri tekniċi dwar l-elementi tekniċi tad-disinn u pprovda appoġġ dwar l-għażla tas-setturi li għandhom jiġu koperti mill-mekkaniżmu. L-elementi ta’ dan l-istudju huma ppreżentati fil-valutazzjoni tal-impatt 22 , filwaqt li l-istudju sħiħ huwa ppubblikat ukoll mill-Kummissjoni 23 .

Minbarra l-istudju kwalitattiv tas-CBAM, twettqet ukoll valutazzjoni kwantitattiva dedikata tal-impatti b’appoġġ miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni u minn għarfien espert estern, l-ewwel wieħed iffoka fuq l-impatti tas-CBAM fuq il-prodotti materjali u aktar tard iffoka fuq l-impatti tas-CBAM fuq l-elettriku. Dawn il-valutazzjonijiet kwantitattivi pprovdew għarfien dwar l-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-inizjattiva u huma disponibbli għall-pubbliku bħala parti mill-valutazzjoni tal-impatt.

Fl-aħħar nett, l-analiżi tistrieħ fuq analiżi addizzjonali tal-letteratura, studji u dokumenti ta’ riċerka ppreżentati mill-akkademiċi fil-konsultazzjoni pubblika miftuħa u studji indipendenti oħra.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ħareġ opinjoni pożittiva b’riżervi dwar il-valutazzjoni tal-impatt, inkluż suġġerimenti għal titjib 24 . Ir-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt ġie rivedut ulterjorment fuq dawn il-linji, b’mod partikolari, sar sforz biex jiġi żgurat li jkun awtonomu fir-rigward tal-problema tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, filwaqt li tissaħħaħ il-koerenza tiegħu mal-proposta għar-reviżjoni tal-EU ETS, kif ukoll tiġi pprovduta ċarezza aħjar dwar l-impatti ewlenin u l-għażliet istituzzjonali u jiġu ppreżentati f’aktar dettall il-fehmiet ta’ gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati.

Il-problema indirizzata mis-CBAM hija kif jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-UE, filwaqt li fl-istess ħin jiġi evitat li dawn l-isforzi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet jiġu kkumpensati minn żieda fl-emissjonijiet barra mill-Unjoni (rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju). Biex jiġi rifless dan il-qafas dinamiku, il-bażi li fuqha nbniet il-valutazzjoni tal-impatt irriflettiet il-fatt li s-CBAM huwa ppreżentat kontra l-mira l-ġdida miftehma tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet netti ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mill-inqas 55 fil-mija (meta mqabbla mal-1990).

Ġew ivvalutati sitt għażliet differenti skont dan il-qafas dinamiku, li kollha kemm huma tfasslu biex iqisu r-rekwiżiti tad-WTO u l-impenji internazzjonali tal-UE bħall-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles konklużi mill-UE jew it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija.

L-Għażla 1 għal CBAM hija taxxa fuq l-importazzjoni tal-karbonju, imħallsa mill-importatur meta l-prodotti jidħlu fl-UE. It-taxxa tinġabar mid-dwana fil-fruntiera fuq il-bażi ta’ taxxa li tirrifletti l-prezz tal-karbonju fl-Unjoni flimkien ma’ intensità tal-karbonju prestabbilita tal-prodotti. L-importaturi jkollhom l-opportunità li jitolbu tnaqqis tas-CBAM fuq il-bażi tal-marka tal-karbonju individwali tagħhom u kwalunkwe prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż tal-produzzjoni.

L-Għażla 2 tinvolvi l-applikazzjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ sistema li tirreplika r-reġim tal-EU ETS applikabbli għall-produzzjoni domestika. Din l-għażla tinvolvi – simili għas-sistema ta’ kwoti skont l-EU ETS – iċ-ċediment ta’ ċertifikati (“ċertifikati CBAM”) minn importaturi fuq il-bażi tal-intensità tal-emissjonijiet integrati tal-prodotti li jimportaw fl-Unjoni, u mixtrija bi prezz li jikkorrispondi għal dak tal-kwoti tal-EU ETS fi kwalunkwe ħin partikolari. Dawn iċ-ċertifikati mhux se jkunu marbuta mas-sistema ta’ kwoti tal-EU ETS iżda se jirriflettu l-prezz ta’ dawn il-kwoti biex jiġi żgurat approċċ koerenti għall-ipprezzar skont l-EU ETS. L-awtoritajiet nazzjonali tal-klima se jamministraw il-bejgħ taċ-ċertifikati CBAM u l-importaturi se jissottomettu dikjarazzjonijiet tal-emissjonijiet integrati vverifikati fil-prodotti importati lil dawn l-awtoritajiet inkarigati bil-ġestjoni tas-CBAM u jċedu għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondu għall-emissjonijiet iddikjarati. Din id-dikjarazzjoni u ċ-ċediment se jseħħu – simili għal dik bl-EU ETS – f’eżerċizzju ta’ rikonċiljazzjoni annwali li jsir fis-sena ta’ wara s-sena tal-importazzjoni u bbażat fuq il-volumi annwali tal-importazzjoni tal-kummerċ. L-intensità tal-emissjonijiet tal-karbonju tal-prodotti tkun ibbażata fuq valuri awtomatiċi; madankollu, l-importaturi jingħataw l-opportunità, fil-mument tal-eżerċizzju ta’ rikonċiljazzjoni annwali, li jitolbu tnaqqis tas-CBAM fuq il-bażi tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet individwali tagħhom. Huma jkunu intitolati wkoll li jitolbu tnaqqis tas-CBAM għal kwalunkwe prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż tal-produzzjoni (li mhuwiex ripagat jew b’xi mod ieħor ikkumpensat mal-esportazzjoni).

L-Għażla 3 topera bl-istess mod bħall-Għażla 2, madankollu l-prezz tal-karbonju tal-importazzjonijiet huwa bbażat fuq emissjonijiet reali minn produtturi minn pajjiżi terzi aktar milli fuq valur prestabbilit ibbażat fuq il-medji tal-produtturi tal-UE. Skont din l-għażla, l-importatur se jkollu jirrapporta l-emissjonijiet integrati attwali fil-prodott u jċedi għadd korrispondenti ta’ ċertifikati CBAM.

L-Għażla 4 tapplika bl-istess mod bħall-Għażla 3. Din tikkonsisti fiċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM fuq prodotti importati. Madankollu, din l-għażla tikkunsidra wkoll perjodu ta’ introduzzjoni gradwali ta’ 10 snin li jibda fl-2026 li matulu l-allokazzjonijiet bla ħlas tal-kwoti taħt l-EU ETS jitneħħew gradwalment b’10 punti perċentwali kull sena u s-CBAM jiddaħħal gradwalment. Matul dan il-perjodu ta’ introduzzjoni gradwali, is-CBAM jitnaqqas proporzjonalment mal-ammont ta’ kwoti mingħajr ħlas distribwiti f’settur partikolari.

L-Għażla 5 hija varjant tal-Għażla 3 b’kamp ta’ applikazzjoni estiż aktar 'l isfel fil-katina tal-valur. Materjali intensivi fil-karbonju li huma parti minn prodotti nofshom lesti u lesti jkunu koperti tul il-katina tal-valur. Għall-importazzjonijiet, is-CBAM jerġa’ jkun ibbażat fuq l-emissjonijiet reali minn produtturi minn pajjiżi terzi.

L-Għażla 6 tikkonsisti f’dazju tas-sisa fuq materjali b’intensità qawwija ta’ karbonju li jkopru l-konsum fl-Unjoni ta’ prodotti kemm domestiċi kif ukoll importati, minbarra l-kontinwazzjoni tal-EU ETS inkluża l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti li tkopri l-produzzjoni fl-UE.

Fir-rigward tal-effettività tas-CBAM kontra l-objettiv ġenerali tagħha li tindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sabiex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-GHG fl-Unjoni u globalment, il-valutazzjoni tal-impatt uriet li l-għażliet ta’ politika kollha jiksbu impatt pożittiv. F’dan ir-rigward, instabu għażliet kollha tas-CBAM biex jinkiseb tnaqqis aktar b’saħħtu tal-emissjonijiet fis-setturi tas-CBAM fl-Unjoni, meta mqabbel mal-każ ta’ ambizzjoni ogħla u allokazzjoni bla ħlas. Fir-rigward tal-inċentivar ta’ produtturi minn pajjiżi terzi biex jimxu lejn proċessi ta’ produzzjoni aktar nodfa, l-għażliet ta’ politika kollha jwasslu għal riżultati pożittivi. Fuq dawn il-kriterji, l-għażliet li jippermettu l-possibbiltà li jintwerew l-emissjonijiet reali huma partikolarment effettivi, bl-Għażliet 3, 4 u 5 juru wkoll riżultati pożittivi b’saħħithom. Instab li l-għażliet kollha kienu koerenti mal-EU ETS.

Dwar l-għoti ta’ protezzjoni kontra r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-Għażla 4 segwita mill-Għażla 3 u l-Għażla 5 ġġib impatt pożittiv aktar b’saħħtu, filwaqt li l-Għażliet 1, 2 u 6 jkunu inqas effettivi. L-għażliet politiċi kollha huma mfassla b’mod li jirrispetta l-impenji internazzjonali tal-UE.

Is-CBAM se japplika fuq l-importazzjonijiet ta’ merkanzija bil-prezz tal-karbonju ddeterminat mis-sistema tal-EU ETS permezz tas-sistema ta’ rkantijiet. L-importaturi jew jiġu ċċarġjati fuq il-bażi ta’ valur prestabbilit jew fuq il-bażi tal-emissjonijiet integrati attwali fl-importazzjonijiet. Il-possibbiltà li jintwera li l-effiċjenza tal-karbonju tal-prodott tagħhom hija aħjar mill-valur awtomatiku, iżżid il-kumplessità tas-sistema, iżda dan jipprovdi wkoll inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għas-sehem ta’ materjali li jiġi esportat lejn l-UE.

B’mod ġenerali, l-impatt tas-CBAM fuq l-impjiegi huwa limitat. Il-bidliet fl-impjiegi huma xprunati l-aktar mill-preżenza (jew le) tal-allokazzjoni bla ħlas. Iż-żamma tal-allokazzjoni bla ħlas tirriżulta f’żieda żgħira fl-impjiegi fis-setturi tas-CBAM. It-tneħħija sħiħa tal-allokazzjoni bla ħlas fin-nuqqas ta’ CBAM twassal għall-ogħla telf ta’ impjiegi. L-applikazzjoni tas-CBAM fuq il-prodotti industrijali materjali x’aktarx li jkollha impatt limitat fuq il-prezzijiet tal-konsumatur minħabba li l-miżura hija mmirata lejn prodotti upstream fil-katina tal-valur u taffettwa l-merkanzija għall-konsum finali b’mod indirett biss.

Il-kostijiet tal-konformità huma preżunti li jinħolqu għall-importaturi li jinsabu fl-Unjoni li jkunu soġġetti għall-obbligi tas-CBAM. Dan jista’ jsir jew fuq il-bażi ta’ valur prestabbilit jew billi tiġi pprovduta informazzjoni vverifikata dwar l-emissjonijiet reali. Filwaqt li l-monitoraġġ ta’ dawn l-emissjonijiet reali jsir barra mill-Unjoni, ir-responsabbiltà – u b’hekk il-kostijiet – li tiġi pprovduta l-verifika fuq il-bażi ta’ dan il-monitoraġġ lill-awtoritajiet hija tal-importaturi. Għall-Għażliet 1, 2, 3, 4 u 5, meta l-emissjonijiet jiġu ddikjarati fil-valur prestabbilit, il-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-proċess tal-produzzjoni mhuwiex meħtieġ u għalhekk jiġġarrbu wkoll kostijiet limitati. Madankollu, jekk l-importaturi jiddeċiedu li jiddikjaraw li jużaw l-emissjonijiet reali mill-proċess tal-produzzjoni, il-monitoraġġ joħloq kostijiet addizzjonali għan-negozju. Skont l-Għażla 6, il-valuri prestabbiliti jridu jiġu ddeterminati kemm għall-materjali kif ukoll għall-merkanzija manifatturata. L-isforz amministrattiv huwa relattivament baxx għall-produtturi tal-materjali fl-UE, li jfisser li l-produtturi ma għandhomx għalfejn juru l-intensità tal-karbonju tal-produzzjoni tagħhom.

Il-ġenerazzjoni tal-elettriku hija indirizzata separatament għal prodotti materjali. L-applikazzjoni ta’ CBAM għas-settur tal-elettriku teħtieġ li titqies l-uniċità tagħha li tiddistingwih minn materjali bażiċi, inklużi l-metodi għat-trasport tiegħu, permezz ta’ netwerks ristretti u monopolistiċi, u s-sett wiesa’ ta’ teknoloġiji użati għall-produzzjoni tiegħu.

F’konformità mal-approċċi applikati għall-prodotti materjali, valur ta’ referenza għall-emissjonijiet integrati fl-elettriku importat jeħtieġ li jiġi stabbilit fil-kuntest tad-determinazzjoni tal-obbligu CBAM korrispondenti. Jintużaw żewġ għażliet alternattivi biex jiġi ddeterminat il-valur ta’ referenza għall-emissjonijiet integrati għall-elettriku, jiġifieri (a) l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-taħlita tal-elettriku tal-UE u (b) il-fattur medju tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tat-taħlita tal-elettriku tal-UE. Bħal fil-każ ta’ għażliet oħra, madankollu, l-importaturi xorta jkollhom il-possibbiltà li jagħtu prova li l-emissjonijiet tal-livell ta’ installazzjoni tagħhom huma aktar baxxi mill-valuri ta’ referenza ta’ hawn fuq.

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-valutazzjoni tal-impatt ikkonkludiet li l-Għażla 4 tipprovdi benefiċċji ċari meta mqabbla mal-għażliet l-oħra kollha kkunsidrati. Huwa għalhekk issuġġerit li tiġi introdotta CBAM fuq prodotti magħżula fil-forma ta’ ċertifikati CBAM ibbażati fuq emissjonijiet reali. Huwa ssuġġerit ukoll li s-CBAM jiġi introdott progressivament kontra tnaqqis korrispondenti ta’ kwoti allokati mingħajr ħlas fl-installazzjonijiet korrispondenti tal-EU ETS. Din l-għażla politika tiżgura livell għoli ta’ effettività għas-CBAM.

Sistema bbażata fuq l-emissjonijiet reali fuq merkanzija importata tiżgura trattament ġust u ugwali tal-importazzjonijiet kollha u korrelazzjoni mill-qrib mal-EU ETS. Madankollu, is-sistema tas-CBAM se jkollha bżonn tiġi kkomplementata minn possibbiltà li l-kalkoli jiġu bbażati fuq sett ta’ valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw f’sitwazzjonijiet fejn ma tkunx disponibbli biżżejjed data dwar l-emissjonijiet. Barra minn hekk, matul fażi tranżitorja inizjali, fejn l-importaturi jistgħu ma jkunux kapaċi jipproduċu d-data meħtieġa mis-sistema dwar l-emissjonijiet reali, jista’ japplika wkoll valur prestabbilit. Din l-għażla jeħtieġ li titfassal biex tirrispetta bis-sħiħ l-impenji internazzjonali tal-UE, b’mod partikolari r-regoli tad-WTO, u għalhekk se jkun meħtieġ li jiġi żgurat li jekk japplika valur awtomatiku, l-importaturi fil-każijiet kollha jingħataw l-opportunità li juru li għandhom prestazzjoni aħjar minn tali valur fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali tagħhom. Barra minn hekk, fir-rigward tal-introduzzjoni gradwali tas-CBAM u t-tneħħija gradwali korrispondenti tal-kwoti bla ħlas, jeħtieġ li jiġi żgurat li fl-ebda mument matul dan il-perjodu, l-importazzjonijiet jingħataw trattament inqas favorevoli mill-produzzjoni domestika tal-UE.

Barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ ċertifikati CBAM ibbażati fuq emissjonijiet reali tipproteġi kontra r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li tinċentiva lill-produtturi ta’ pajjiżi terzi biex jimxu lejn proċessi ta’ produzzjoni aktar nodfa, bl-appoġġ tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp meta applikabbli.

Fir-rigward tal-elettriku, l-għażla ppreferuta hija li tiġi applikata s-CBAM fuq il-bażi tal-fattur tal-emissjonijiet tal-karbonju inkluża l-possibbiltà għall-importaturi li juru emissjonijiet aktar baxxi. Iż-żewġ għażliet jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tar-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju billi jiskoraġġixxu f’nofs it-terminu l-akkumulazzjoni ta’ sorsi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġija intensivi fl-użu tal-karbonju qrib il-fruntieri tal-UE li jistgħu jissostitwixxu l-ġeneraturi bbażati fl-UE esposti għal żieda fil-kostijiet tal-karbonju. Madankollu, l-għażla bbażata fuq il-fattur tal-emissjonijiet tal-karbonju turi effettività superjuri fil-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju filwaqt li żżomm il-kostijiet amministrattivi baxxi.

L-għażla tal-Għażla ta’ Politika 4 għall-prodotti materjali u l-fattur tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-elettriku tintroduċi mekkaniżmu proporzjonat biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra fl-Unjoni u jiġi evitat li dawn l-emissjonijiet jiġu sostitwiti b’emissjonijiet barra mill-Unjoni. Barra minn hekk, it-tneħħija gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas skont l-EU ETS fis-setturi kkonċernati, flimkien mal-introduzzjoni gradwali tas-CBAM, jiżguraw tranżizzjoni prudenti u prevedibbli għan-negozji u l-awtoritajiet.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Il-valutazzjoni tal-impatt tindika li CBAM jirriżulta f’kostijiet ta’ konformità relattivament ogħla għall-SMEs meta mqabbla ma’ intrapriżi kbar. Il-grad eżatt tad-differenza bejn iż-żewġ gruppi ma setax jiġi kkwantifikat fuq il-bażi tad-data disponibbli bħalissa.

Il-fatt li fil-bidu tiġi introdotta CBAM fuq l-importazzjonijiet ta’ ftit materjali bażiċi u prodotti materjali bażiċi jirriżulta f’negozji kbar li huma dawk l-aktar milquta. Għalhekk, l-impatt prattiku tal-miżuri relatati mal-importazzjoni ftit li xejn ikollu impatt prattiku fuq l-SMEs, minkejja li dak l-impatt ikun relattivament ogħla minn dak għan-negozji l-kbar meta mqabbel mal-ammont importat. Għal din ir-raġuni, il-valutazzjoni tal-impatt ma wettqitx test tal-SMEs, u lanqas ma wettqet konsultazzjoni separata mal-SMEs, għalkemm il-fehmiet tal-SMEs u l-implikazzjonijiet għalihom ġew ivvalutati bħala parti mill-Konsultazzjoni Pubblika Online tal-Kummissjoni,

Għal dawn ir-raġunijiet ukoll, l-ebda miżura speċjali għall-SMEs mhi prevista f’dan ir-Regolament.

Drittijiet fundamentali

Il-proposta tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea 25 . B’mod partikolari, hija tikkontribwixxi għall-għan ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent skont il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli kif stabbilit fl-Artikolu 37 tal-Karta.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-biċċa l-kbira tad-dħul iġġenerat mis-CBAM se jmur għall-baġit tal-UE 26 . Fil-Kunsill Ewropew speċjali ta bejn is-17 u l-21 ta’ Lulju 2020 27 , il-mexxejja tal-UE qablu dwar l-istrument ta’ rkupru ta’ NextGenerationEU. L-istrument se jipprovdi lill-UE bil-mezzi meħtieġa biex tindirizza l-isfidi li ġġib magħha l-pandemija tal-COVID-19 u, fiha, se jappoġġa l-investiment fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Sabiex tiffinanzjah, il-Kummissjoni se tkun tista’ tissellef sa EUR 750 biljun fis-swieq finanzjarji. F’dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li “l-Istituzzjonijiet se jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li jkopru ammont li jikkorrispondi għan-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura” tan-NextGenerationEU 28 . Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta proposti dwar riżorsi proprji ġodda, li jinkludu s-CBAM fl-ewwel semestru tal-2021.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Fil-qafas tal-pakkett ġenerali ta’ miżuri ambjentali adottat u applikat mill-UE, li juri l-insegwiment kontinwu tal-UE ta’ livell ogħla ta’ ambizzjoni ambjentali minn ħafna mis-sħab kummerċjali tagħna, huwa meqjus xieraq li wieħed jibda jimxi minn sistema li fiha r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju tiġi indirizzata permezz ta’ kwoti mingħajr ħlas għal sistema li fiha r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fir-rigward tal-importazzjonijiet tiġi indirizzata minn mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera hekk kif dan ikun raġonevolment possibbli, filwaqt li titqies il-fattibbiltà teknika u ekonomika, inklużi r-restrizzjonijiet amministrattivi u l-aspettattivi leġittimi tal-operaturi ekonomiċi kollha, b’mod ibbilanċjat.

Fl-istess ħin, l-ibbilanċjar ta’ dawn id-diversi objettivi huwa favur l-introduzzjoni gradwali ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera, malajr kemm jista’ jkun, sabiex matul fażi pilota inizjali u relattivament qasira mingħajr ebda aġġustament finanzjarju, l-operaturi jkunu jistgħu jaġġustaw ruħhom għas-sistema l-ġdida, inklużi r-rekwiżiti amministrattivi addizzjonali tagħha, u l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu esperjenza fir-rigward tat-tħaddim tas-sistema l-ġdida.

Ladarba din il-fażi pilota titlesta, il-proċess ta’ tranżizzjoni minn kwoti mingħajr ħlas għal mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera se jaċċellera bis-serjetà u b’mod li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni bejn il-prodotti domestiċi u dawk importati, jew bejn merkanzija importata minn pajjiżi differenti, f’konformità sħiħa mal-obbligi u d-drittijiet internazzjonali tal-UE.

Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm arranġamenti fis-seħħ biex tagħmel monitoraġġ u tevalwa l-funzjonament tas-CBAM, inkluż l-infurzar tagħha kontra prattiki frodulenti, u tevalwah fil-konfront tal-objettivi ta’ politika ewlenin. Billi s-CBAM huwa wieħed mill-proposti ta’ politika taħt il-“Pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 %”, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jistgħu jitwettqu f’allinjament mal-politiki l-oħra tal-pakkett.

Qabel tmiem il-perjodu tranżitorju, il-Kummissjoni se tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tar-Regolament u, jekk ikun xieraq, se tagħmel proposta leġiżlattiva biex testendi s-CBAM għal merkanzija oħra minbarra dawk elenkati fl-Anness I u possibbilment anki għal emissjonijiet oħra, u tintroduċi bidliet oħra possibbli biex ittejjeb il-funzjonament tagħha. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-ewwel isir monitoraġġ tal-effett tas-CBAM.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu I jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali, inkluż is-suġġett, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta (l-Artikoli 1 u 2) u d-definizzjonijiet tat-termini ewlenin (l-Artikolu 3). L-Anness I jiddefinixxi fid-dettall il-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta, billi jelenka l-merkanzija u l-emissjonijiet GHG relatati ma’ kull waħda minn dik il-merkanzija. L-Anness II jindika l-pajjiżi u t-territorji ta’ oriġini esklużi mill-applikazzjoni tal-miżura.

Il-Kapitolu II fih dispożizzjonijiet dwar l-obbligi u d-drittijiet tad-dikjaranti tal-merkanzija. B’mod aktar speċifiku, fih dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet biex issir applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-importazzjoni ta’ merkanzija CBAM (l-Artikoli 4 u 5), l-obbligu ta’ dikjarant awtorizzat li jissottometti dikjarazzjoni annwali tas-CBAM sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena u l-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni (l-Artikolu 6), il-prinċipji għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata fl-UE matul is-sena kalendarja preċedenti (l-Artikolu 7, kif spjegat aktar fl-Anness III) u l-proċess ta’ verifika ta’ dawn l-emissjonijiet minn verifikaturi akkreditati (l-Artikolu 8, ikkomplementat minn rekwiżiti ta’ rappurtar u prinċipji ta’ verifika fl-Annessi IV). Jistabbilixxi wkoll il-prinċipji biex jitqies il-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiżi terzi (l-Artikolu 9). Fl-aħħar nett, skont l-Artikolu 10, operatur ta’ installazzjoni f’pajjiż terz għandu l-possibbiltà li jitlob lill-Kummissjoni biex jiġi inkluż f’bażi ta’ data ċentrali. Ladarba jiġi rreġistrat, l-operatur jista’ jagħżel li jiddikjara informazzjoni dwar l-emissjonijiet integrati vverifikati lil dikjarant awtorizzat. Id-dikjarant awtorizzat jista’ juża dik l-informazzjoni ddikjarata biex jissodisfa l-obbligu li jiddikjara informazzjoni vverifikata dwar l-emissjonijiet integrati meta jimporta l-merkanzija prodotta fl-installazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data ċentrali lejn l-Unjoni.

Skont il-Kapitolu III, hemm id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-istruttura amministrattiva tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, ir-rwol tal-Kummissjoni – ukoll bħala amministratur ċentrali – u d-divulgazzjoni tal-informazzjoni (l-Artikoli 11, 12, 13 u 15). Il-Kapitolu fih ukoll dispożizzjonijiet dwar il-karatteristiċi ewlenin tar-reġistri nazzjonali u l-kontijiet tagħhom (l-Artikoli 14 u 16) u d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet rigward l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni (l-Artikolu 17), l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi (l-Artikolu 18) u r-reviżjoni tad-dikjarazzjonijiet CBAM (l-Artikolu 19).

Il-Kapitolu IV fih dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikati CBAM. L-Artikoli 20 sa 24 jistabbilixxu regoli dettaljati dwar iċ-ċiklu tal-ħajja taċ-ċertifikati CBAM, mill-bejgħ tagħhom sal-kontroll taċ-ċediment tagħhom jew, jekk ikun hemm, xiri mill-ġdid, u l-kanċellazzjoni finali tagħhom. L-Artikolu 20 jikkonċerna fid-dettall il-bejgħ ta’ ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti. L-Artikolu 21 huwa dwar il-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati, magħmul mill-Kummissjoni, kull ġimgħa. L-Artikolu 22 jistabbilixxi l-proċeduri biex jiġi żgurat li kull dikjarant awtorizzat jissodisfa l-obbligu tiegħu li jċedi ċ-ċertifikati fir-reġistru nazzjonali. L-Artikolu 23 jistabbilixxi d-dritt ta’ dikjarant awtorizzat li jitlob lill-awtorità kompetenti biex terġa’ tixtri numru limitat ta’ ċertifikati CBAM li jibqgħu fil-kont tiegħu wara ċ-ċediment. Fl-aħħar nett, l-Artikolu 24 jispeċifika li, sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-awtorità kompetenti hija obbligata li tikkanċella ċ-ċertifikati li jibqgħu fil-kont ta’ kull dikjarant wara ċ-ċediment u x-xiri mill-ġdid, jekk ikun hemm.

Il-Kapitolu V jittratta kif l-awtoritajiet doganali għandhom jittrattaw il-proċeduri għall-amministrazzjoni tal-merkanzija fil-fruntiera (l-Artikolu 25). Skont il-Kapitolu VI, il-penali għan-nuqqas ta’ konformità huma stabbiliti fl-Artikolu 26 dispożizzjoni speċjali dwar iċ-ċirkomvenzjoni hija pprovduta f’każ li jkun hemm bidliet fix-xejra tal-kummerċ (l-Artikolu 27).

Il-Kapitolu VII fih dispożizzjonijiet dwar l-eżerċizzju tad-delega lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati (l-Artikolu 28) u l-proċedura ta’ eżami għall-atti ta’ implimentazzjoni (l-Artikolu 29). Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija msemmija fl-Artikoli 2, 18 u 27. L-Artikoli 2, 5 sa 9, 21, 25, 31, 33 u 35 fihom dispożizzjonijiet dwar is-setgħat ta’ implimentazzjoni.

Il-Kapitolu VIII fih dispożizzjonijiet fl-Artikolu 30 dwar l-evalwazzjoni tar-Regolament u r-reviżjoni tiegħu.

Il-Kapitolu IX (l-Artikolu 31) jittratta t-tnaqqis tal-obbligu tas-CBAM biex tiġi riflessa l-allokazzjoni tranżizzjonali tal-kwoti tal-EU ETS mingħajr ħlas f’installazzjonijiet li jipproduċu, fl-Unjoni, l-istess tipi ta’ merkanzija li huma koperti mill-proposta.

Il-Kapitolu X fih dispożizzjonijiet speċifiċi li għandhom jiġu applikati matul perjodu tranżitorju inizjali. F’dawn id-dispożizzjonijiet, fl-ewwel snin se tapplika CBAM mingħajr aġġustament finanzjarju bil-għan li tinġabar id-data u titqajjem kuxjenza fost id-dikjaranti. Dan il-perjodu tranżitorju se jdum tliet snin, mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2025, kif stabbilit fl-Artikolu 32. Id-dikjaranti jirrapportaw fuq bażi trimestrali l-emissjonijiet integrati li jikkorrispondu mal-importazzjonijiet tagħhom tat-trimestru preċedenti, filwaqt li jagħtu dettalji dwar l-emissjonijiet diretti u indiretti u jirrapportaw kwalunkwe prezz tal-karbonju mħallas barra mill-pajjiż. L-awtoritajiet doganali se jinfurmaw lid-dikjaranti dwar l-obbligi tagħhom tas-CBAM u jiskambjaw informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti.

Fl-aħħar nett, il-Kapitolu XI jindika d-dħul fis-seħħ tal-proposta, b’xi wħud mid-dispożizzjonijiet japplikaw biss matul il-perjodu tranżitorju u oħrajn jibdew jiġu applikati fl-2026 (l-Artikolu 36).

2021/0214 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 29 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 30 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew 31 , il-Kummissjoni stabbiliet strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva, fejn ma jkunx hemm emissjonijiet netti ta’ gassijiet serra fl-2050 u fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew għandu l-għan ukoll li jipproteġi, jippreserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-UE, u jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u l-impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, din it-trasformazzjoni trid tkun waħda ġusta u inklużiva biex ħadd ma jitħalla lura. Fil-Pjan ta’ Azzjoni tagħha tal-UE, il-Kummissjoni ħabbret ukoll: Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija 32 , il-promozzjoni ta’ strumenti u inċentivi rilevanti biex jiġi implimentat aħjar il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas kif stabbilit fl-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) u b’hekk titlesta t-tneħħija gradwali ta’ “tniġġis għal xejn” bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn id-dekarbonizzazzjoni u l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero.

(2)Il-Ftehim ta’ Pariġi 33 , adottat f’Diċembru 2015 taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“UNFCCC”) daħal fis-seħħ f’Novembru 2016. Il-Partijiet għall-Ftehim ta’ Pariġi, fl-Artikolu 2 tiegħu, qablu li jżommu ż-żieda fit-temperatura medja globali sew taħt iż-2°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u li jkomplu bl-isforzi biex jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(3)L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u sfidi oħra relatati mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi huma fil-qalba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kiber biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni.

(4)L-Unjoni hija impenjata li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet serra fl-ekonomija kollha b’mill-inqas 55 fil-mija sal-2030 taħt il-livelli tal-1990, kif stabbilit fis-sottomissjoni lill-UNFCCC f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha dwar l-aġġornament tal-kontribut determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha 34 .

(5)Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 35 daħħal fil-leġiżlazzjoni l-mira tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha sal-2050. Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll impenn vinkolanti tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 fil-mija taħt il-livelli tal-1990 sal-2030.

(6)Ir-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) dwar l-impatti taż-żidiet fit-temperatura globali ta’ 1,5°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi tal-emissjonijiet globali relatati tal-GHG 36 jipprovdi bażi xjentifika b’saħħitha biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u juri l-ħtieġa li tiżdied l-azzjoni klimatika. Dan ir-rapport jikkonferma li sabiex titnaqqas il-probabbiltà ta’ avvenimenti estremi tat-temp, l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra jeħtieġ li jitnaqqsu b’mod urġenti, u li t-tibdil fil-klima jeħtieġ li jkun limitat għal żieda fit-temperatura globali ta’ 1,5°C.

(7)L-Unjoni qed issegwi politika ambizzjuża dwar l-azzjoni klimatika u daħħlet fis-seħħ qafas regolatorju biex tikseb il-mira tagħha tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra sal-2030. Il-leġiżlazzjoni li timplimenta dik il-mira tikkonsisti, fost l-oħrajn, fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 37 , li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni (“EU ETS”) u tipprovdi pprezzar armonizzat tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-livell tal-Unjoni għal setturi u sottosetturi intensivi fl-enerġija, ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 38 , li jintroduċi miri nazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030, u r-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 39 , li jirrikjedi li l-Istati Membri jikkumpensaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-użu tal-art bl-assorbimenti tal-emissjonijiet mill-atmosfera.

(8)Sakemm għadd sinifikanti ta’ sħab internazzjonali tal-Unjoni jkollhom approċċi ta’ politika li ma jirriżultawx fl-istess livell ta’ ambizzjoni klimatika, hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju sseħħ jekk, għal raġunijiet ta’ kostijiet relatati mal-politiki dwar il-klima, in-negozji f’ċerti setturi jew sottosetturi tal-industrija kellhom jittrasferixxu l-produzzjoni lejn pajjiżi oħra jew l-importazzjonijiet minn dawk il-pajjiżi jissostitwixxu prodotti ekwivalenti iżda inqas b’emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Dan jista’ jwassal għal żieda fl-emissjonijiet totali tagħhom globalment, u b’hekk jipperikola t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-GHG li huwa meħtieġ b’mod urġenti jekk irridu li t-temperatura medja globali tinżamm sew taħt iż-2°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali.

(9)L-inizjattiva għal mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera (“CBAM”) hija parti mill-“Pakkett Lest għall-Mira ta’ 55 %”. Dan il-mekkaniżmu għandu jservi bħala element essenzjali tas-sett ta’ għodod tal-UE biex jintlaħaq l-objettiv ta’ Unjoni newtrali għall-klima sal-2050 f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi billi jiġu indirizzati r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju li jirriżultaw miż-żieda fl-ambizzjoni klimatika tal-Unjoni.

(10)Il-mekkaniżmi eżistenti biex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’setturi jew sottosetturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma l-allokazzjoni tranżitorja mingħajr ħlas tal-kwoti tal-EU ETS u miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti tal-emissjonijiet imġarrba mill-kostijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mgħoddija fil-prezzijiet tal-elettriku rispettivament stabbiliti fl-Artikoli 10a(6) u 10b tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, l-allokazzjoni bla ħlas taħt l-EU ETS iddgħajjef is-sinjal tal-prezz li s-sistema tipprovdi għall-installazzjonijiet li jirċevuha meta mqabbla mal-irkant sħiħ u b’hekk taffettwa l-inċentivi għall-investiment f’aktar tnaqqis tal-emissjonijiet.

(11)Is-CBAM ifittex li jissostitwixxi dawn il-mekkaniżmi eżistenti billi tindirizza r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju b’mod differenti, jiġifieri billi tiżgura pprezzar tal-karbonju ekwivalenti għall-importazzjonijiet u l-prodotti domestiċi. Sabiex tiġi żgurata tranżizzjoni gradwali mis-sistema attwali ta’ kwoti bla ħlas għas-CBAM, is-CBAM għandu jiddaħħal progressivament filwaqt li l-kwoti bla ħlas fis-setturi koperti mis-CBAM jitneħħew gradwalment. L-applikazzjoni kkombinata u tranżizzjonali tal-kwoti tal-EU ETS allokati gratis u tas-CBAM ma għandu fl-ebda każ jirriżulta fi trattament aktar favorevoli għall-merkanzija tal-Unjoni meta mqabbla mal-merkanzija importata fit-territorju doganali tal-Unjoni.

(12)Filwaqt li l-objettiv tas-CBAM huwa li jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, dan ir-Regolament jinkoraġġixxi wkoll l-użu ta’ aktar teknoloġiji effiċjenti fl-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra minn produtturi minn pajjiżi terzi, sabiex jiġu ġġenerati inqas emissjonijiet għal kull unità ta’ output.

(13)Bħala strument għall-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, is-CBAM għandu jiżgura li l-prodotti importati jkunu soġġetti għal sistema regolatorja li tapplika kostijiet tal-karbonju ekwivalenti għal dawk li kieku kienu jinġarru taħt l-EU ETS. Is-CBAM huwa miżura klimatika li għandha tipprevjeni r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tappoġġa l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, filwaqt li tiżgura l-kompatibbiltà mad-WTO.

(14)Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għal merkanzija importata fit-territorju doganali tal-Unjoni minn pajjiżi terzi, ħlief meta l-produzzjoni tagħhom tkun diġà ġiet soġġetta għall-EU ETS, fejn tapplika għal pajjiżi jew territorji terzi, jew għal sistema ta’ pprezzar tal-karbonju marbuta bis-sħiħ mal-EU ETS.

(15)Sabiex jiġu esklużi mis-CBAM pajjiżi terzi jew territorji kompletament integrati fil-EU ETS fil-każ ta’ ftehimiet futuri, jew marbuta magħha, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-lista ta’ pajjiżi fl-Anness II. Min-naħa l-oħra, dawk il-pajjiżi jew territorji terzi għandhom jiġu esklużi mil-lista fl-Anness II u jkunu soġġetti għas-CBAM fejn ma jitolbux ħlas effettiv tal-prezz tal-ETS fuq merkanzija esportata lejn l-Unjoni.

(16)Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għall-blata kontinentali u għaż-żona ekonomika esklużiva ddikjarata mill-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar 40 , bil-ħsieb li jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju f’installazzjonijiet lil hinn mill-kosta.

(17)Jenħtieġ li l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li għandhom jiġu rregolati mis-CBAM jikkorrispondu għal dawk l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra koperti mill-Anness I tal-EU ETS fid-Direttiva 2003/87/KE, jiġifieri d-diossidu tal-karbonju (“CO2”) kif ukoll, fejn rilevanti, l-ossidu nitruż (“N2O”) u l-perfluworokarburi (perfluorocarbons, “PFCs”). Jenħtieġ li s-CBAM inizjalment japplika għall-emissjonijiet diretti ta’ dawk il-gassijiet b’effetti serra mill-produzzjoni ta’ merkanzija sal-mument tal-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni, u wara t-tmiem ta’ perjodu ta’ tranżizzjoni u wara valutazzjoni ulterjuri, kif ukoll għal emissjonijiet indiretti, li jirriflettu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU ETS.

(18)L-EU ETS u s-CBAM għandhom għan komuni li jipprezzaw l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effetti serra integrati fl-istess setturi u merkanzija permezz tal-użu ta’ kwoti jew ċertifikati speċifiċi. Iż-żewġ sistemi għandhom natura regolatorja u huma ġġustifikati mill-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, f’konformità mal-objettiv ambjentali stabbilit fl-Unjoni.

(19)Madankollu, filwaqt li l-EU ETS tistabbilixxi limitu assolut fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha u tippermetti n-negozjabbiltà tal-kwoti (l-hekk imsejħa “sistema ta’ limitu u skambju”), jenħtieġ li s-CBAM ma jistabbilixxix limiti kwantitattivi għall-importazzjoni, sabiex jiġi żgurat li l-flussi tal-kummerċ ma jkunux ristretti. Barra minn hekk, filwaqt li l-EU ETS tapplika għal installazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni, jenħtieġ li s-CBAM jiġi applikat għal ċerta merkanzija importata fit-territorju doganali tal-Unjoni.

(20)Is-sistema tas-CBAM għandha xi karatteristiċi speċifiċi meta mqabbla mal-EU ETS, inkluż dwar il-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM, dwar il-possibbiltajiet ta’ negozjar taċ-ċertifikati u dwar il-validità tagħhom maż-żmien. Dawn huma dovuti għall-ħtieġa li tiġi ppreservata l-effettività tas-CBAM bħala miżura li tipprevjeni r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju maż-żmien u li jiġi żgurat li l-ġestjoni tas-sistema ma tkunx eċċessivament ta’ piż f’termini ta’ obbligi imposti fuq l-operaturi u r-riżorsi għall-amministrazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jinżamm livell ekwivalenti ta’ flessibbiltà disponibbli għall-operaturi taħt l-EU ETS.

(21)Sabiex tiġi ppreservata l-effettività tagħha bħala miżura ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, is-CBAM jeħtieġ li jirrifletti mill-qrib il-prezz tal-EU ETS. Filwaqt li fis-suq tal-EU ETS il-prezz tal-kwoti jiġi ddeterminat permezz ta’ rkanti, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jirrifletti b’mod raġonevoli l-prezz ta’ tali rkantijiet permezz ta’ medji kkalkulati fuq bażi ta’ kull ġimgħa. Dawn il-prezzijiet medji ta’ kull ġimgħa jirriflettu mill-qrib iċ-ċaqliq fil-prezzijiet tal-EU ETS u jippermettu marġni raġonevoli għall-importaturi biex jieħdu vantaġġ mill-bidliet fil-prezzijiet tal-EU ETS filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw li s-sistema tibqa’ maniġġabbli għall-awtoritajiet amministrattivi.

(22)Skont l-EU ETS, l-għadd totali ta’ kwoti maħruġa (il-“limitu massimu”) jiddetermina l-provvista ta’ kwoti tal-emissjonijiet u jipprovdi ċertezza dwar l-emissjonijiet massimi ta’ gassijiet serra. Il-prezz tal-karbonju huwa ddeterminat mill-bilanċ ta’ din il-provvista kontra d-domanda tas-suq. L-iskarsezza hija meħtieġa biex ikun hemm inċentiv għall-prezzijiet. Billi mhuwiex possibbli li jiġi impost limitu fuq l-għadd ta’ ċertifikati CBAM disponibbli għall-importaturi, jekk l-importaturi kellhom il-possibbiltà li jittrasferixxu u jinnegozjaw iċ-ċertifikati CBAM, dan jista’ jirriżulta f’sitwazzjonijiet fejn il-prezz għaċ-ċertifikati CBAM ma jibqax jirrifletti l-evoluzzjoni tal-prezz fl-EU ETS. Dan idgħajjef l-inċentiv għad-dekarbonizzazzjoni bejn merkanzija domestika u dik importata, filwaqt li jiffavorixxi r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u jfixkel l-objettiv globali tal-klima tas-CBAM. Dan jista’ jirriżulta wkoll fi prezzijiet differenti għall-operaturi ta’ pajjiżi differenti. Għalhekk, il-limiti għall-possibbiltajiet ta’ kummerċ taċ-ċertifikati CBAM u biex dawn jitmexxew ‘il quddiem huma ġġustifikati mill-ħtieġa li tiġi evitata l-imminar tal-effettività u l-objettiv tal-klima tas-CBAM u li jiġi żgurat trattament ġust lill-operaturi minn pajjiżi differenti. Madankollu, sabiex tinżamm il-possibbiltà għall-importaturi li jottimizzaw il-kostijiet tagħhom, dan ir-Regolament għandu jipprevedi sistema fejn l-awtoritajiet jistgħu jixtru mill-ġdid ċertu ammont ta’ ċertifikati żejda mingħand l-importaturi. Tali ammont huwa stabbilit f’livell li jippermetti marġni raġonevoli għall-importaturi li jingranaw il-kostijiet tagħhom matul il-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikati filwaqt li jiġi ppreservat l-effett globali tat-trażmissjoni tal-prezz, filwaqt li jiġi żgurat li jinżamm l-għan ambjentali tal-miżura.

(23)Minħabba li s-CBAM japplika għall-importazzjonijiet ta’ merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni aktar milli għal installazzjonijiet, ċerti adattamenti u simplifikazzjonijiet ikollhom japplikaw ukoll fir-reġim tas-CBAM. Waħda minn dawk is-simplifikazzjonijiet jenħtieġ li tikkonsisti minn sistema dikjarattiva fejn l-importaturi jenħtieġ li jirrapportaw l-emissjonijiet totali verifikati ta’ gassijiet serra inkorporati f’merkanzija importata f’sena kalendarja partikolari. Jenħtieġ li jiġi applikat ukoll kalendarju differenti meta mqabbel maċ-ċiklu ta’ konformità tal-EU ETS sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu potenzjali li jirriżulta mill-obbligi għall-verifikaturi akkreditati skont dan ir-Regolament u l-EU ETS.

(24)F’termini ta’ sanzjonijiet, l-Istati Membri għandhom japplikaw penali għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-ammont ta’ dawn il-penali jenħtieġ li jkun identiku għall-penali attwalment applikati fl-Unjoni f’każ ta’ ksur tal-EU ETS skont l-Artikolu 16(3) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(25)Filwaqt li l-EU ETS tapplika għal ċerti proċessi u attivitajiet ta’ produzzjoni, jenħtieġ li s-CBAM jimmira lejn l-importazzjonijiet korrispondenti tal-merkanzija. Dan jirrikjedi l-identifikazzjoni ċara tal-merkanzija importata permezz tal-klassifikazzjoni tagħha fin-Nomenklatura Magħquda 41 (iktar ’il quddiem in-“NM”) u li torbothom mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra integrati.

(26)Il-kopertura tal-prodott tas-CBAM għandu jirrifletti l-attivitajiet koperti mill-EU ETS billi dik l-iskema hija bbażata fuq kriterji kwantitattivi u kwalitattivi marbuta mal-objettiv ambjentali tad-Direttiva 2003/87/KE u hija l-aktar sistema regolatorja komprensiva tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni.

(27)L-istabbiliment ta’ ambitu tal-prodott għas-CBAM li jirrifletti l-attivitajiet koperti mill-EU ETS jikkontribwixxi wkoll biex jiġi żgurat li l-prodotti importati jingħataw trattament li mhuwiex inqas favorevoli minn dak mogħti lil prodotti simili ta’ oriġini domestika.

(28)Filwaqt li l-objettiv aħħari tas-CBAM huwa kopertura wiesgħa tal-prodott, ikun prudenti li nibdew b’għadd magħżul ta’ setturi bi prodotti relattivament omoġenji fejn hemm riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Is-setturi tal-Unjoni meqjusa f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju huma elenkati fid-Deċiżjoni ta’ Delega tal-Kummissjoni 2019/708 42 .

(29)Jenħtieġ li l-merkanzija skont dan ir-Regolament jintgħażlu wara analiżi bir-reqqa tar-rilevanza tagħhom f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra akkumulati u r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-setturi korrispondenti tal-EU ETS filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-piż amministrattiv. B’mod partikolari, l-għażla attwali għandha tqis il-materjali bażiċi u l-prodotti bażiċi koperti mill-EU ETS bil-għan li jiġi żgurat li l-importazzjonijiet ta’ prodotti intensivi fl-enerġija fl-Unjoni jkunu fuq l-istess livell tal-prodotti tal-UE f’termini tal-ipprezzar tal-karbonju tal-EU ETS, u biex jittaffew ir-riskji tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Kriterji rilevanti oħra biex titnaqqas l-għażla għandhom ikunu: L-ewwel nett, ir-rilevanza tas-setturi f’termini ta’ emissjonijiet, jiġifieri jekk is-settur huwiex wieħed mill-akbar emittenti aggregati ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra; It-tieni, l-esponiment tas-settur għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif definit skont id-Direttiva 2003/87/KE; It-tielet, il-ħtieġa li tiġi bbilanċjata l-kopertura wiesgħa f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra filwaqt li jiġu limitati l-kumplessità u l-isforz amministrattiv.

(30)L-użu tal-ewwel kriterju jippermetti l-elenkar tas-settur industrijali li ġej f’termini ta’ emissjonijiet akkumulati: Ħadid u azzar, raffineriji, siment, kimiċi bażiċi organiċi, u fertilizzanti.

(31)Madankollu, ċerti setturi elenkati fid-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 jenħtieġ li f’dan l-istadju ma jiġux indirizzati f’dan ir-Regolament, minħabba l-karatteristiċi partikolari tagħhom.

(32)B’mod partikolari, is-sustanzi kimiċi organiċi mhumiex inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament minħabba limitazzjonijiet tekniċi li ma jippermettux li jiġu definiti b’mod ċar l-emissjonijiet integrati ta’ merkanzija importata. Għal dawn l-oġġetti, il-parametru referenzjarju applikabbli skont l-EU ETS huwa parametru bażiku, li ma jippermettix allokazzjoni mhux ambigwa tal-emissjonijiet integrati f’merkanzija importata individwali. Allokazzjoni aktar immirata għal sustanzi kimiċi organiċi se teħtieġ aktar data u analiżi.

(33)Restrizzjonijiet tekniċi simili japplikaw għall-prodotti tar-raffineriji, li għalihom mhuwiex possibbli li jiġu assenjati mingħajr ambigwità l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra lil prodotti tal-output individwali. Fl-istess ħin, il-punt ta’ riferiment rilevanti fl-EU ETS mhuwiex relatat direttament ma’ prodotti speċifiċi, bħall-petrol, id-diżil jew il-pitrolju, iżda mal-output kollu tar-raffineriji.

(34)Madankollu, il-prodotti tal-aluminju għandhom jiġu inklużi fis-CBAM billi huma esposti ħafna għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Barra minn hekk, f’diversi applikazzjonijiet industrijali, huma jinsabu f’kompetizzjoni diretta mal-prodotti tal-azzar minħabba karatteristiċi li jixbhu mill-qrib dawk tal-prodotti tal-azzar. L-inklużjoni tal-aluminju hija rilevanti wkoll billi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM jista’ jiġi estiż biex ikopri wkoll emissjonijiet indiretti fil-futur.

(35)Bl-istess mod, il-fittings tat-tubi u tal-pajpijiet għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM minkejja l-livell baxx tagħhom ta’ emissjonijiet integrati, billi l-esklużjoni tagħhom iżżid il-probabbiltà li jiġi evitat l-għeluq tal-prodotti tal-azzar fis-CBAM billi jiġi mmodifikat il-mudell tal-kummerċ lejn prodotti downstream.

(36)Min-naħa l-oħra, dan ir-Regolament ma għandux japplika għal ċerti prodotti li l-produzzjoni tagħhom ma tinvolvix emissjonijiet sinifikanti bħal ruttam tal-ħadid (taħt il-kodiċi NM 7204), ligi tal-ħadid (kodiċi NM 7202) u ċerti fertilizzanti (taħt il-kodiċi NM 3105 60 00).

(37)L-importazzjoni tal-elettriku għandha tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, billi dan is-settur huwa responsabbli għal 30 fil-mija tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra fl-Unjoni. L-ambizzjoni klimatika msaħħa tal-Unjoni żżid id-distakk fil-kostijiet tal-karbonju bejn il-produzzjoni tal-elettriku fl-Unjoni u lil hinn minnha. Din iż-żieda flimkien mal-progress fil-konnessjoni tal-grilja tal-elettriku tal-Unjoni ma’ dik tal-ġirien tagħha żżid ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju minħabba żieda fl-importazzjonijiet tal-elettriku, li parti sinifikanti minnha hija prodotta minn impjanti tal-enerġija li jaħdmu bil-faħam.

(38)Billi l-importaturi ta’ merkanzija koperta minn dan ir-Regolament ma għandhomx għalfejn jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta’ CBAM skont dan ir-Regolament fil-mument tal-importazzjoni, għandhom jiġu applikati miżuri amministrattivi speċifiċi biex jiġi żgurat li l-obbligi jiġu ssodisfati fi stadju aktar tard. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-importaturi jkunu intitolati biss li jimportaw merkanzija CBAM wara li jkunu ngħataw awtorizzazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(39)Jenħtieġ li s-CBAM tkun ibbażata fuq sistema dikjarattiva fejn dikjarant awtorizzat, li jista’ jirrappreżenta aktar minn importatur wieħed, jippreżenta annwalment dikjarazzjoni tal-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata fit-territorju doganali tal-Unjoni u jċedi għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondu għal dawk l-emissjonijiet iddikjarati.

(40)Dikjarant awtorizzat għandu jitħalla jitlob tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti li jikkorrispondu għall-prezz tal-karbonju diġà mħallas għal dawk l-emissjonijiet f’ġurisdizzjonijiet oħra.

(41)L-emissjonijiet iddikjarati inkorporati għandhom jiġu vverifikati minn persuna akkreditata minn korp nazzjonali ta’ akkreditazzjoni maħtur skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 43 jew skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE)Nru 2018/2067 44 .

(42)Jenħtieġ li s-sistema tippermetti lill-operaturi tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni f’pajjiżi terzi jirreġistraw f’bażi tad-data ċentrali u jagħmlu disponibbli lid-dikjaranti awtorizzati l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra inkorporati vverifikati tagħhom mill-produzzjoni ta’ merkanzija. Jenħtieġ li operatur ikun jista’ jagħżel li ma jkollux ismu, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt fil-bażi ta’ data ċentrali aċċessibbli għall-pubbliku.

(43)Iċ-ċertifikati CBAM huma differenti mill-kwoti tal-EU ETS li għalihom l-irkantar ta’ kuljum huwa karatteristika essenzjali. Minħabba l-ħtieġa li jiġi stabbilit prezz ċar għaċ-ċertifikati CBAM, pubblikazzjoni ta’ kuljum toħloq piż eċċessiv u konfużjoni għall-operaturi, billi l-prezzijiet ta’ kuljum jirriskjaw li ma jibqgħux validi mal-pubblikazzjoni. Għalhekk, il-pubblikazzjoni tal-prezzijiet tas-CBAM fuq bażi ta’ kull ġimgħa tirrifletti b’mod preċiż ix-xejra tal-ipprezzar tal-kwoti tal-EU ETS u ssegwi l-istess objettiv klimatiku. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-kalkolu tal-prezz taċ-ċertifikati CBAM jiġi stabbilit fuq il-bażi ta’ perjodu ta’ żmien itwal (fuq bażi ta’ kull ġimgħa) milli fil-perjodu ta’ żmien stabbilit mill-EU ETS (fuq bażi ta’ kuljum). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata l-kompitu li tikkalkula u tippubblika dan il-prezz medju.

(44)Sabiex id-dikjaranti awtorizzati jingħataw flessibbiltà biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom tas-CBAM u jippermettulhom jibbenefikaw minn fluttwazzjonijiet fil-prezz tal-kwoti tal-EU ETS, jenħtieġ li ċ-ċertifikati CBAM ikunu validi għal perjodu ta’ sentejn mid-data tax-xiri. Jenħtieġ li d-dikjarant awtorizzat jitħalla jerġa’ jbigħ lill-awtorità nazzjonali porzjon miċ-ċertifikati mixtrija żejda. Jenħtieġ li d-dikjarant awtorizzat jibni matul is-sena l-ammont ta’ ċertifikati meħtieġa fil-mument taċ-ċediment, bil-limiti stabbiliti fl-aħħar ta’ kull trimestru.

(45)Il-karatteristiċi fiżiċi tal-elettriku bħala prodott, b’mod partikolari l-impossibbiltà li jiġi segwit il-fluss attwali tal-elettroni, jiġġustifika disinn kemxejn differenti għas-CBAM. Jenħtieġ li l-valuri prestabbiliti jintużaw bħala approċċ standard u għandu jkun possibbli għad-dikjaranti awtorizzati li jitolbu l-kalkolu tal-obbligi tagħhom ta’ CBAM fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali. Il-kummerċ fl-elettriku huwa differenti mill-kummerċ f’merkanzija oħra, b’mod partikolari minħabba li jiġi nnegozjat permezz ta’ grilji tal-elettriku interkonnessi, bl-użu ta’ skambji tal-enerġija u forom speċifiċi ta’ negozjar. L-akkoppjament tas-swieq huwa forma ta’ kummerċ tal-elettriku regolata b’mod intensiv li tippermetti li jiġu aggregati l-offerti u l-offerti madwar l-Unjoni.

(46)Sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni u titjieb it-traċċabbiltà tal-emissjonijiet reali ta’ CO2 mill-importazzjoni tal-elettriku u l-użu tiegħu fil-merkanzija, jenħtieġ li l-kalkolu tal-emissjonijiet reali jkun permess biss permezz ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet stretti. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun meħtieġ li tintwera nomina soda tal-kapaċità ta’ interkonnessjoni allokata u li jkun hemm relazzjoni kuntrattwali diretta bejn ix-xerrej u l-produttur tal-elettriku rinnovabbli, jew bejn ix-xerrej u l-produttur tal-elettriku li jkollu emissjonijiet b’valur inqas minn dak prestabbilit. .

(47)Il-Partijiet Kontraenti għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità tal-Enerġija 45 jew Partijiet għal Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni inklużi Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi huma impenjati għall-proċessi ta’ dekarbonizzazzjoni li eventwalment għandhom jirriżultaw fl-adozzjoni ta’ mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju simili jew ekwivalenti għall-EU ETS jew fil-parteċipazzjoni tagħhom fl-EU ETS.

(48)L-integrazzjoni ta’ pajjiżi terzi fis-suq tal-elettriku tal-Unjoni hija xprun importanti għal dawn il-pajjiżi biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni tagħhom lejn sistemi tal-enerġija b’sehem għoli ta’ enerġiji rinnovabbli. L-akkoppjament tas-suq tal-elettriku, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru2015/1222 46 , jippermetti lill-pajjiżi terzi jintegraw aħjar l-elettriku minn enerġiji rinnovabbli fis-suq tal-elettriku, jiskambjaw tali elettriku b’mod effiċjenti f’żona usa’, filwaqt li jibbilanċjaw il-provvista u d-domanda mas-suq akbar tal-Unjoni, u jnaqqsu l-intensità tal-karbonju tal-ġenerazzjoni tal-elettriku tagħhom. L-integrazzjoni ta’ pajjiżi terzi fis-suq tal-elettriku tal-Unjoni tikkontribwixxi wkoll għas-sigurtà tal-provvisti tal-elettriku f’dawk il-pajjiżi u fl-Istati Membri ġirien.

(49)Jenħtieġ li ġaladarba pajjiżi terzi jiġu integrati mill-qrib fis-suq tal-elettriku tal-Unjoni permezz ta’ akkoppjament tas-suq, jinstabu soluzzjonijiet tekniċi biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tas-CBAM għall-elettriku esportat minn tali pajjiżi fit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkunux jistgħu jinstabu soluzzjonijiet tekniċi, jenħtieġ li l-pajjiżi terzi li huma akkoppjati fis-suq jibbenefikaw minn eżenzjoni limitata fiż-żmien mis-CBAM sa mhux aktar tard mill-2030 fir-rigward biss tal-esportazzjoni tal-elettriku, sakemm jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, jenħtieġ li dawk il-pajjiżi terzi jiżviluppaw pjan direzzjonali u jimpenjaw ruħhom li jimplimentaw mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju li jipprevedi prezz ekwivalenti bħall-ETS tal-UE, u jenħtieġ li jimpenjaw ruħhom li jiksbu n-newtralità tal-karbonju sal-2050 [kif ukoll?] biex jallinjaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fl-oqsma tal-ambjent, il-klima, il-kompetizzjoni u l-enerġija. Din l-eżenzjoni għandha tiġi rtirata fi kwalunkwe ħin jekk ikun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li l-pajjiż inkwistjoni ma jissodisfax l-impenji tiegħu jew jekk sal-2030 ma jkunx adotta ETS ekwivalenti għall-EU ETS.

(50)Jenħtieġ li japplika perjodu tranżitorju matul il-perjodu mill-2023 sal-2025. Jenħtieġ li japplika CBAM mingħajr aġġustament finanzjarju, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni bla xkiel tal-mekkaniżmu u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ impatti ta’ tfixkil fuq il-kummerċ. Jenħtieġ li d-dikjaranti jirrappurtaw fuq bażi trimestrali l-emissjonijiet integrati attwali f’merkanzija importata matul il-perjodu tranżitorju, bid-dettalji tal-emissjonijiet diretti u indiretti kif ukoll kwalunkwe prezz tal-karbonju mħallas barra l-pajjiż.

(51)Sabiex jiġi ffaċilitat u żgurat il-funzjonament tajjeb tas-CBAM, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fit-twettiq tal-obbligi tagħhom.

(52)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament qabel tmiem il-perjodu tranżitorju u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li r-rapport tal-Kummissjoni jiffoka b’mod partikolari fuq il-possibbiltajiet li jissaħħu l-azzjonijiet klimatiċi lejn l-objettiv ta’ Unjoni newtrali għall-klima sal-2050. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, bħala parti minn din l-evalwazzjoni, tibda l-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa biex possibbilment testendi l-kamp ta’ applikazzjoni għall-emissjonijiet indiretti, kif ukoll għal merkanzija u servizzi oħra f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u biex tiżviluppa metodi ta’ kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-metodi tal-impronta ambjentali 47 .

(53)Jenħtieġ li fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, jitkompla djalogu ma’ pajjiżi terzi u jkun hemm spazju għal kooperazzjoni u soluzzjonijiet li jistgħu jinfurmaw l-għażliet speċifiċi li se jsiru dwar id-dettalji tat-tfassil tal-miżura matul l-implimentazzjoni, b’mod partikolari matul il-perijodu transitorju.

(54)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistinka biex tinvolvi ruħha b’mod uniformi u f’konformità mal-obbligi internazzjonali tal-UE, mal-pajjiżi terzi li l-kummerċ tagħhom lejn l-UE huwa affettwat minn dan ir-Regolament, biex tesplora l-possibbiltajiet għal djalogu u kooperazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ elementi speċifiċi tal-Mekkaniżmu stabbiliti f’dan ir-Regolament u atti ta’ implimentazzjoni relatati. Jenħtieġ li tesplora wkoll il-possibbiltajiet għall-konklużjoni ta’ ftehimiet biex jittieħed kont tal-mekkaniżmu tal-ipprezzar tal-karbonju tagħhom.

(55)Billi s-CBAM għandu l-għan li jinkoraġġixxi proċessi ta’ produzzjoni aktar nodfa, l-UE tinsab lesta li taħdem ma’ pajjiżi bi dħul baxx u medju lejn id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji tal-manifattura tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Unjoni tappoġġa lill-pajjiżi inqas żviluppati bl-assistenza teknika meħtieġa sabiex tiffaċilita l-adattament tagħhom għall-obbligi l-ġodda stabbiliti minn dan ir-Regolament.

(56)Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 u 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 . 

(57)Fl-interess tal-effiċjenza, jenħtieġ li japplikaw id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 50 .

(58)Sabiex tiġi rimedjata ċ-ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tas-supplimentar tal-lista ta’ merkanzija fl-Anness I.

(59)Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 51 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(60)Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 .

(61)Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, meta xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1
Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (is-“CBAM”, “Carbon Border Adjustment Mechanism”) biex jindirizza l-emissjonijiet tal-gassijiet serra inkorporati fil-merkanzija msemmija fl-Anness I, mal-importazzjoni tagħha fit-territorju doganali tal-Unjoni, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju.

2.Is-CBAM jikkomplementa s-sistema stabbilita għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni bid-Direttiva 2003/87/KE billi japplika sett ekwivalenti ta’ regoli għall-importazzjonijiet tal-merkanzija msemmija fl-Artikolu 2 fit-territorju doganali tal-Unjoni.

3.Progressivament, il-mekkaniżmu se jsir alternattiva għall-mekkaniżmi stabbiliti skont id-Direttiva 2003/87/KE biex jipprevjeni r-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, partikolarment l-allokazzjoni ta’ kwoti gratis f’konformità mal-Artikolu 10a ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 2
Kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament japplika għal merkanzija kif elenkata fl-Anness I, li toriġina minn pajjiż terz, meta dik il-merkanzija, jew prodotti proċessati minn dik il-merkanzija kif jirriżulta mill-proċedura ta’ proċessar attiv imsemmija fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 , tiġi importata fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.Dan ir-Regolament japplika għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 1 meta din il-merkanzija tinġieb fil-blata kontinentali jew fiż-żona ekonomika esklużiva ta’ Stat Membru.

3.B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, dan ir-Regolament ma japplikax għal merkanzija li toriġina f’pajjiżi u territorji elenkati fl-Anness II, it-Taqsima A.

4.Il-merkanzija importata għandha titqies bħala li toriġina minn pajjiżi terzi f’konformità mar-regoli ta’ oriġini mhux preferenzjali kif definiti fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

5.Il-pajjiżi u t-territorji għandhom jiġu elenkati fl-Anness II, it-Taqsima A, soġġetti għall-issodisfar kumulattiv tal-kundizzjonijiet li ġejjin: :

(a)l-EU ETS stabbilita skont id-Direttiva 2003/87/KE tapplika għal dak il-pajjiż jew it-territorju jew ikun ġie konkluż ftehim bejn dak il-pajjiż terz jew it-territorju u l-Unjoni li jorbot bis-sħiħ l-EU ETS u s-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-pajjiż terz jew it-territorju;

(b)il-prezz imħallas fil-pajjiż minn fejn toriġina l-merkanzija jiġi impost effettivament fuq dik il-merkanzija mingħajr ebda ribass lil hinn minn dak applikat fl-EU ETS.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina l-kundizzjonijiet biex jiġi applikat is-CBAM għall-merkanzija msemmija fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

7.Jekk pajjiż terz jew territorju jkollu suq tal-elettriku li jkun integrat fis-suq intern tal-Unjoni għall-elettriku permezz tal-akkoppjament tas-swieq, u ma kienx possibbli li tinstab soluzzjoni teknika għall-applikazzjoni tas-CBAM għall-importazzjoni tal-elettriku fl-Unjoni, minn dak il-pajjiż terz jew it-territorju, dik l-importazzjoni tal-elettriku mill-pajjiż jew it-territorju għandha tkun eżentata mill-applikazzjoni tas-CBAM, dment li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)il-pajjiż terz jew it-territorju jkun ikkonkluda ftehim mal-Unjoni li jistabbilixxi obbligu li jiġi applikat id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-elettriku, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, kif ukoll regoli oħra fil-qasam tal-enerġija, l-ambjent u l-kompetizzjoni;

(b)id-dritt nazzjonali f’dak il-pajjiż terz jew it-territorju jimplimenta d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar is-suq tal-elettriku, inkluż l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-akkoppjament tas-swieq tal-elettriku;

(c)il-pajjiż terz jew it-territorju jkun ippreżenta pjan direzzjonali lill-Kummissjoni li jkun fih skeda ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ miżuri biex jimplimenta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (d) u (e);

(d)il-pajjiż terz jew it-territorju jkun impenja ruħu għan-newtralità klimatika sal-2050 u jkun, skont dan, ifformula formalment u kkomunika mal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, meta applikabbli, strateġija ta’ nofs seklu u fit-tul ta’ żvilupp ta’ emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra allinjata ma’ dak l-objettiv, u jkun implimenta dak l-obbligu fil-leġiżlazzjoni domestika tiegħu;

(e)il-pajjiż terz jew it-territorju, meta jimplimenta l-pjan direzzjonali skont il-punt (c), ikun wera progress sostanzjali lejn l-allinjament tal-leġiżlazzjoni domestika mad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni klimatika fuq il-bażi ta’ dak il-pjan direzzjonali, inkluż lejn l-ipprezzar tal-karbonju f’livell ekwivalenti bħall-Unjoni tal-inqas sa fejn hija kkonċernata l-ġenerazzjoni tal-elettriku. L-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-elettriku, bi prezz ekwivalenti għall-EU ETS, għandha tiġi ffinalizzata sal-1 ta’ Jannar 2030;

(f)il-pajjiż terz jew it-territorju jkun qiegħed fis-seħħ sistemi effettivi biex jipprevjeni l-importazzjoni indiretta tal-elettriku fl-Unjoni minn pajjiżi terzi oħra li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti minn (a) sa (e).

8.Pajjiż terz jew territorju li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7, il-punti minn (a) sa (f), għandu jiġi elenkat fl-Anness II, it-Taqsima B, ta’ dan ir-Regolament, u għandu jippreżenta żewġ rapporti dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet skont il-paragrafu 7, il-punti minn (a) sa (f), wieħed qabel l-1 ta’ Lulju 2025 u ieħor qabel l-1 ta’ Lulju 2029. Sal-31 ta’ Diċembru 2025 u sal-31 ta’ Diċembru 2029, il-Kummissjoni għandha tivvaluta, partikolarment fuq il-bażi tal-pjan direzzjonali skont il-paragrafu 7, il-punt (c), u r-rapporti li tirċievi mill-pajjiż terz jew it-territorju, jekk dak il-pajjiż terz jew it-territorju għadux jirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.

9.Pajjiż terz jew territorju elenkat fl-Anness II, it-Taqsima B ta’ dan ir-Regolament, għandu jitneħħa minn dik il-lista:

(a)jekk il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex tqis li l-pajjiż jew it-territorju ma jkunx wera biżżejjed progress biex jikkonforma ma’ wieħed mir-rekwiżiti elenkati fil-paragrafu 7, il-punti minn (a) sa (f), jew jekk il-pajjiż jew it-territorju jkun ħa azzjoni li ma tkunx kompatibbli mal-objettivi stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent;

(b)jekk il-pajjiż terz jew it-territorju jkun ħa passi kontra l-objettivi tiegħu għad-dekarbonizzazzjoni, bħall-forniment ta’ appoġġ pubbliku għall-istabbiliment ta’ kapaċità ta’ ġenerazzjoni ġdida li temetti aktar minn 550 g ta’ CO2 li joriġina mill-fjuwil fossili għal kull kWh ta’ elettriku.

10.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex tistabbilixxi rekwiżiti u proċeduri għal pajjiżi jew territorji li jitħassru mil-lista fl-Anness II, it-Taqsima B, biex tiżgura l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għat-territorji tagħhom fir-rigward tal-elettriku. Jekk f’każijiet bħal dawn l-akkoppjament tas-swieq jibqa’ inkompatibbli mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li teskludi lill-pajjiżi terzi jew it-territorji mill-akkoppjament tas-swieq tal-Unjoni u tirrikjedi allokazzjoni tal-kapaċità espliċita mal-fruntiera bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, biex ikun jista’ japplika s-CBAM.

11.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-listi fl-Anness II, it-Taqsimiet A jew B, skont jekk il-kundizzjonijiet fil-paragrafi 5, 7 jew 9 humiex issodisfati.

12.L-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li tqis il-mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju f’dawn il-pajjiżi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 9.

Artikolu 3
Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)“merkanzija” tfisser merkanzija elenkata fl-Anness 1;

(2)“gassijiet serra” tfisser gassijiet serra kif speċifikat fl-Anness I fir-rigward ta’ kull oġġett tal-merkanzija elenkata f’dak l-Anness;

(3)“emissjonijiet” tfisser ir-rilaxx ta’ gassijiet serra fl-atmosfera mill-produzzjoni tal-merkanzija;

(4)“importazzjoni” tfisser ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa prevista fl-Artikolu 201 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(5)“EU ETS” tfisser is-sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni fir-rigward tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;

(6)“pajjiż terz” tfisser pajjiż jew territorju barra mit-territorju doganali tal-Unjoni;

(7)“blata kontinentali” tfisser il-blata kontinentali kif definita fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar;

(8)“żona ekonomika esklużiva” tfisser iż-żona ekonomika esklużiva kif definita fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar u li ġiet iddikjarata bħala żona ekonomika esklużiva minn Stat Membru skont dik il-konvenzjoni;

(9)“akkoppjament tas-swieq” tfisser allokazzjoni tal-kapaċità tat-trażmissjoni permezz ta’ sistema tal-Unjoni li tqabbel l-ordnijiet b’mod simultanju u talloka kapaċitajiet transżonali kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222;

(10)“allokazzjoni tal-kapaċità espliċita” tfisser l-allokazzjoni ta’ kapaċità ta’ trażmissjoni transfruntiera li tkun separata mill-kummerċ tal-elettriku;

(11)“awtorità kompetenti” tfisser l-awtorità, maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;

(12)“awtoritajiet doganali” tfisser l-amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri kif definiti fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(13)“dikjarant” tfisser persuna li tippreżenta dikjarazzjoni doganali għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa f’isimha jew il-persuna li f’isimha tiġi ppreżentata din id-dikjarazzjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(14)“persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li ma tkunx persuna ġuridika iżda li tkun rikonoxxuta skont id-dritt tal-Unjoni jew dak nazzjonali li jkollha l-kapaċità li twettaq atti legali;

(15)“emissjonijiet diretti” tfisser emissjonijiet mill-proċessi tal-produzzjoni ta’ merkanzija li l-produttur ikollu kontroll dirett fuqhom;

(16)“emissjonijiet integrati” tfisser emissjonijiet diretti rilaxxati matul il-produzzjoni tal-merkanzija, ikkalkulati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III;

(17)“tunnellata ekwivalenti ta’ CO2” tfisser tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju (“CO2”) jew CO2, ossidu nitruż u perfluworokarbur kif imsemmi għall-merkanzija fl-Anness I;

(18)“ċertifikat CBAM” tfisser ċertifikat f’format elettroniku li jikkorrispondi għal tunnellata ta’ emissjonijiet integrati fil-merkanzija;

(19)“ċediment” tfisser tpaċija taċ-ċertifikati CBAM meta mqabbla mal-emissjonijiet integrati ddikjarati f’merkanzija importata;

(20)“proċessi tal-produzzjoni” tfisser il-proċessi kimiċi u fiżiċi mwettqa biex tiġi prodotta merkanzija f’installazzjoni;

(21)“valur prestabbilit” tfisser valur li jiġi kkalkulat jew prelevat minn data sekondarja li tirrappreżenta emissjonijiet integrati fil-merkanzija;

(22)“emissjonijiet reali” tfisser l-emissjonijiet ikkalkulati fuq il-bażi ta’ data primarja mill-proċessi tal-produzzjoni tal-merkanzija;

(23)“prezz tal-karbonju” tfisser l-ammont monetarju mħallas f’pajjiż terz fil-forma ta’ taxxa jew kwoti tal-emissjonijiet skont sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet serra, ikkalkulat fuq gassijiet serra koperti minn tali miżura u rilaxxati matul il-produzzjoni tal-merkanzija;

(24)“installazzjoni” tfisser unità teknika stazzjonarja fejn jitwettaq proċess tal-produzzjoni;

(25)“operatur” tfisser kwalunkwe persuna li topera jew tikkontrolla installazzjoni f’pajjiż terz;

(26)“korp nazzjonali ta’ akkreditament” tfisser korp nazzjonali ta’ akkreditament kif maħtur minn kull Stat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008;

(27)“kwota tal-EU ETS” tfisser kwota msemmija fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/87/KE fir-rigward ta’ attivitajiet elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva għajr attivitajiet tal-avjazzjoni;

(28)“emissjonijiet indiretti” tfisser emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku, tat-tisħin u tat-tkessiħ, li jiġu kkunsmati matul il-proċessi tal-produzzjoni tal-merkanzija.

Kapitolu II
Obbligi u drittijiet ta’ dikjaranti awtorizzati tal-merkanzi
ja

Artikolu 4
Importazzjoni ta’ merkanzija

Il-merkanzija għandha tiġi importata biss fit-territorju doganali tal-Unjoni minn dikjarant li jkun awtorizzat mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 17 (“dikjarant awtorizzat”).

Artikolu 5
Applikazz
joni għal awtorizzazzjoni

1.Kull dikjarant, qabel ma jimporta l-merkanzija kif imsemmi fl-Artikolu 2, għandu japplika mal-awtorità kompetenti fil-post fejn huwa stabbilit, għal awtorizzazzjoni biex jimporta dik il-merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni.

2.B’deroga mill-paragrafu 1, fejn il-kapaċità tat-trażmissjoni għall-importazzjoni tal-elettriku tiġi allokata permezz ta’ allokazzjoni tal-kapaċità espliċita, il-persuna li lilha tkun ġiet allokata l-kapaċità għall-importazzjoni u li tinnomina din il-kapaċità għall-importazzjoni, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandha titqies bħala dikjarant awtorizzat fl-Istat Membru fejn il-persuna tiddikjara l-importazzjoni tal-elettriku. L-importazzjonijiet iridu jitkejlu għal kull fruntiera għal perjodi ta’ żmien mhux itwal minn siegħa u ma huwa possibbli l-ebda tnaqqis ta’ esportazzjoni jew ta’ tranżitu fl-istess siegħa.

3.L-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja dwar id-dikjarant li jrid ikun stabbilit fl-Unjoni:

(a)isem, indirizzi u informazzjoni ta’ kuntatt;

(b)numru tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (“EORI”, Economic Operators Registration and Identification) f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(c)attività ekonomika ewlenija mwettqa fl-Unjoni;

(d)ċertifikazzjoni mill-awtorità tat-taxxa fl-Istat Membru, fejn id-dikjarant ikun stabbilit, li d-dikjarant mhuwiex soġġett għal ordni ta’ rkupru pendenti għal djun tat-taxxa nazzjonali;

(e)dikjarazzjoni fuq l-unur li d-dikjarant ma kien involut fl-ebda ksur serju jew ksur ripetut ta’ leġiżlazzjoni doganali, regoli dwar it-tassazzjoni u regoli dwar l-abbuż tas-suq matul il-ħames snin qabel is-sena tal-applikazzjoni, inkluż li ma għandu l-ebda rekord ta’ reati kriminali serji rigward l-attività ekonomika tiegħu;

(f)informazzjoni meħtieġa biex tintwera l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali biex jiġu ssodisfati l-obbligi tiegħu skont ir-Regolament u, jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi hekk fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, dokumenti ta’ sostenn li jikkonfermaw dik l-informazzjoni, bħar-rapport tal-introjtu u l-karta tal-bilanċi sal-aħħar tliet snin finanzjarji li għalihom kienu magħluqa l-kontijiet;

(g)valur stmat fi flus u volum ta’ importazzjonijiet tal-merkanzija għat-territorju doganali tal-Unjoni skont it-tip ta’ merkanzija, għas-sena kalendarja li matulha tiġi ppreżentata l-applikazzjoni u għas-sena kalendarja ta’ wara;

(h)ismijiet u informazzjoni ta’ kuntatt tal-persuni li f’isimhom ikun qed jaġixxi d-dikjarant, jekk applikabbli.

4.Fi kwalunkwe ħin, l-applikant jista’ jirtira l-applikazzjoni tiegħu.

5.Id-dikjarant awtorizzat għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 3, li jirriżulta wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni, li jista’ jinfluwenza d-deċiżjoni li tkun ittieħdet skont l-Artikolu 17 jew il-kontenut tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 17.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni, rigward il-format standard tal-applikazzjoni u d-dewmien u l-proċedura li l-awtorità kompetenti għandha ssegwi meta tipproċessa l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 u r-regoli għall-identifikazzjoni tad-dikjaranti għall-importazzjoni tal-elettriku mill-awtorità kompetenti. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 6
Dikjarazzjoni tas-CBAM

1.Sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, kull dikjarant awtorizzat għandu jippreżenta dikjarazzjoni (“dikjarazzjoni tas-CBAM”), għas-sena kalendarja preċedenti, lill-awtorità kompetenti.

2.Id-dikjarazzjoni CBAM għandu jkun fiha dan li ġej:

(a)il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ merkanzija importata matul is-sena kalendarja ta’ qabel id-dikjarazzjoni, espressa f’megawatt sigħat għall-elettriku u f’tunnellati għal merkanzija oħra;

(b)l-emissjonijiet integrati totali, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 għal kull megawatt siegħa ta’ elettriku jew għal merkanzija oħra għal kull tunnellata ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ merkanzija, ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 7;

(c)l-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati totali, li għandhom jiġu ċeduti, wara t-tnaqqis dovut minħabba l-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 9 u l-aġġustament meħtieġ tal-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati gratis f’konformità mal-Artikolu 31.

3.Meta l-merkanzija importata tkun prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar attiv kif imsemmi fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat għandu jirrapporta fid-dikjarazzjoni CBAM l-emissjonijiet totali inkorporati fil-merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv li hija elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, anki jekk il-prodott ipproċessat ma jkunx elenkat f’dak l-Anness.

4.Meta l-merkanzija importata tkun prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar passiv kif imsemmi fl-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat għandu jirrapporta fid-dikjarazzjoni CBAM l-emissjonijiet tal-operazzjoni tal-ipproċessar li jsiru barra mit-territorju doganali tal-Unjoni biss, dment li l-prodott ipproċessat ikun elenkat fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

5.Meta l-merkanzija importata tkun merkanzija ritornata kif imsemmi fl-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, id-dikjarant awtorizzat għandu jirrapporta b’mod separat, fid-dikjarazzjoni CBAM, “żero” għall-emissjonijiet integrati totali li jikkorrispondu għal dik il-merkanzija.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-format standard u l-proċedura għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni CBAM u l-arranġamenti għaċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM previsti fil-paragrafu 2, il-punt (c). Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 7
Kalkolu tal-emissjonijiet integrati

1.L-emissjonijiet integrati fil-merkanzija għandhom jiġu kkalkolati skont il-metodi stabbiliti fl-Anness III.

2.L-emissjonijiet integrati fil-merkanzija għajr l-elettriku għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III, il-punti 2 u 3. Meta l-emissjonijiet reali ma jkunux jistgħu jiġu determinati b’mod adegwat, l-emissjonijiet integrati għandhom jiġu ddeterminati b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III, il-punt 4.1.

3.L-emissjonijiet integrati fl-elettriku importat għandhom jiġu ddeterminati b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Anness III, il-punt 4.2, sakemm id-dikjarant awtorizzat ma jagħżilx li jiddetermina l-emissjonijiet integrati fuq il-bażi tal-emissjonijiet reali f’konformità ma’ dan l-anness, il-punt 5.

4.Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm rekords tal-informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IV. Dawn ir-rekords għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu li l-verifikaturi akkreditati skont l-Artikolu 18 jivverifikaw l-emissjonijiet integrati f’konformità mal-Artikolu 8 u l-Anness V u jippermettu li l-awtorità kompetenti tirrieżamina d-dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 19(1).

5.Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm dawk ir-rekords tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inkluż ir-rapport tal-verifikatur, sa tmiem ir-raba’ sena wara s-sena li fiha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw regoli dettaljati rigward l-elementi tal-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Anness III, inkluż id-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-valuri prestabbiliti u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-merkanzija individwali kif ukoll l-istipular ta’ metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data li fuq il-bażi tagħha għandhom jiġu ddeterminati l-valuri prestabbiliti, inkluż il-livell ta’ dettall u l-verifika tad-data. Meta meħtieġ, dawk l-atti għandhom jipprovdu li l-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu adattati għal żoni, reġjuni jew pajjiżi partikolari biex jitqiesu fatturi oġġettivi speċifiċi bħall-ġeografija, ir-riżorsi naturali, il-kundizzjonijiet tas-suq, is-sorsi tal-enerġija prevalenti, jew il-proċessi industrijali. L-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti għall-verifika tal-emissjonijiet u d-data dwar l-attivitajiet għall-installazzjonijiet koperti bid-Direttiva 2003/87/KE, b’mod partikolari r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067.

7.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 6 għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 8
Verifika tal-emissjonijiet integrati

1.Id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-emissjonijiet integrati totali ddikjarati fid-dikjarazzjoni CBAM ippreżentata skont l-Artikolu 6 huma verifikati minn verifikatur akkreditat skont l-Artikolu 18, fuq il-bażi tal-prinċipji ta’ verifika stabbiliti fl-Anness V.

2.Għal emissjonijiet integrati f’merkanzija prodotta f’installazzjonijiet irreġistrati f’pajjiż terz f’konformità mal-Artikolu 10, id-dikjarant awtorizzat jista’ jagħżel li juża informazzjoni vverifikata żvelata lilu f’konformità mal-Artikolu 10(7) biex jissodisfa l-obbligu msemmi fil-paragrafu 1.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-prinċipji ta’ verifika msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-possibbiltà li tingħata deroga mill-obbligu li l-verifikatur iżur l-installazzjoni fejn ġiet prodotta l-merkanzija rilevanti u l-obbligu li jiġu stabbiliti limiti għal deċiżjonijiet dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti jew nonkonformitajiet humiex materjali u dwar dokumenti ta’ sostenn meħtieġa għar-rapport ta’ verifika.

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 9
Prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż tal-oriġini

1.Fid-dikjarazzjoni CBAM tiegħu, dikjarant awtorizzat jista’ jitlob tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju mħallas fil-pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati ddikjarati.

2.Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm rekords tad-dokumentazzjoni, iċċertifikata minn persuna indipendenti, meħtieġa biex turi li l-emissjonijiet integrati ddikjarati kienu soġġetti għal prezz tal-karbonju fil-pajjiż tal-oriġini tal-merkanzija u jżomm evidenza tal-prova tal-pagament attwali għal dak il-prezz tal-karbonju li ma kellux ikun soġġett għal ribass fuq l-esportazzjoni jew kwalunkwe forma oħra ta’ kumpens fuq l-esportazzjoni.

3.Id-dikjarant awtorizzat għandu jżomm dawk ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 2 sa tmiem ir-raba’ sena wara s-sena li matulha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-metodoloġija għall-kalkolu tat-tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti, rigward il-konverżjoni f’euro tal-prezz tal-karbonju mħallas f’munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali f’konformità mal-paragrafu 1, u rigward il-kwalifiki tal-persuna indipendenti li tiċċertifika l-informazzjoni kif ukoll elementi ta’ prova tal-prezz tal-karbonju mħallas u n-nuqqas ta’ ribassi fuq l-esportazzjoni jew forom oħra ta’ kumpens fuq l-esportazzjoni applikati kif imsemmi fil-paragrafu 2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 10
Reġistrazzjoni tal-operaturi u tal-installazzjonijiet f’pajjiżi terzi

1.Meta ssir talba mingħand operatur jew installazzjoni li jinsabu f’pajjiż terz, il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-informazzjoni dwar dak l-operatur u dwar l-installazzjoni tiegħu f’bażi ta’ data ċentrali msemmija fl-Artikolu 14(4).

2.It-talba għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja li trid tiġi inkluża fil-bażi ta’ data mar-reġistrazzjoni:

(a)l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur;

(b)il-post ta’ kull installazzjoni inkluż l-indirizz sħiħ u l-koordinati espressi f’lonġitudni u latitudni inklużi sitt deċimali;

(c)l-attività ekonomika ewlenija tal-installazzjoni fil-pajjiż terz;

3.Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-operatur dwar ir-reġistrazzjoni fil-bażi ta’ data. Ir-reġistrazzjoni għandha tkun valida għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tan-notifika tagħha lill-operatur tal-installazzjoni.

4.L-operatur għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 li tirriżulta wara r-reġistrazzjoni u l-Kummissjoni għandha taġġorna l-informazzjoni rilevanti.

5.L-operatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun obbligat li:

(a)jiddetermina l-emissjonijiet integrati kkalkulati f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III, skont it-tip ta’ merkanzija prodotta fl-installazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)jiżgura li l-emissjonijiet integrati msemmija fil-punt (a) jiġu vverifikati f’konformità mal-prinċipji ta’ verifika stabbiliti fl-Anness V minn verifikatur akkreditat skont l-Artikolu 18;

(c)iżomm kopja tar-rapport tal-verifikatur kif ukoll rekords tal-informazzjoni meħtieġa biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet integrati fil-merkanzija kif stipulat fl-Anness IV għal perjodu ta’ erba’ snin wara li tkun twettqet il-verifika.

6.Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 5, il-punt (c), għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu l-verifika f’konformità mal-paragrafu 5, il-punt (b), u biex jippermettu li kwalunkwe awtorità kompetenti tirrieżamina, f’konformità mal-Artikolu 19(1), id-dikjarazzjoni CBAM li tkun saret minn dikjarant awtorizzat li tkun ġiet żvelata l-informazzjoni rilevanti lilu f’konformità mal-paragrafu 8.

7.Operatur jista’ jiżvela l-informazzjoni dwar il-verifika tal-emissjonijiet integrati msemmija fil-paragrafu 5 lil dikjarant awtorizzat. Id-dikjarant awtorizzat għandu jkun intitolat li jagħmel użu minn din l-informazzjoni żvelata biex jissodisfa l-obbligu msemmi fl-Artikolu 8.

8.Fi kwalunkwe ħin, l-operatur jista’ jitlob li jitneħħa mir-reġistru tal-bażi ta’ data.

Kapitolu III
Awtoritajiet kompetenti

Artikolu 11
Awtoritajiet kompetenti

1.Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità kompetenti biex twettaq l-obbligi skont dan ir-Regolament u jinforma lill-Kummissjoni b’dan.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli lista tal-awtoritajiet kompetenti kollha għall-Istati Membri u tippubblika din l-informazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet u d-dmirijiet tagħhom.

Artikolu 12
Kummissjoni

Il-Kummissjoni għandha tassisti lill-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament u tikkoordina l-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 13
Segretezza professjonali u żvelar ta’ informazzjoni

L-informazzjoni kollha li l-awtorità kompetenti tikseb matul it-twettiq tad-dmir tagħha li tkun min-natura tagħha kunfidenzjali jew li tkun ipprovduta fuq bażi kunfidenzjali għandha tkun koperta b’obbligu ta’ segretezza professjonali. L-awtorità kompetenti ma għandiex tiżvela din l-informazzjoni mingħajr il-permess espliċitu tal-persuna jew tal-awtorità li tkun ipprovdietha. Tista’ tiġi kondiviża mal-awtoritajiet doganali, mal-Kummissjoni u mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għandha tiġi trattata f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97.

Artikolu 14
Reġistri nazzjonali u bażi ta’ data ċentrali

1.L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tistabbilixxi reġistru nazzjonali ta’ dikjaranti awtorizzati f’dak l-Istat Membru fil-forma ta’ bażi ta’ data elettronika standardizzata li jkun fiha d-data dwar iċ-ċertifikati CBAM ta’ dawk id-dikjaranti, u tipprevedi l-kunfidenzjalità f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13.

2.Il-bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha kontijiet b’informazzjoni dwar kull dikjarant awtorizzat, b’mod partikolari:

(a)l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tad-dikjarant awtorizzat;

(b)in-numru EORI tad-dikjarant awtorizzat;

(c)in-numru tal-kont tas-CBAM;

(d)in-numru, il-prezz tal-bejgħ, id-data tax-xiri, id-data taċ-ċediment, jew id-data tax-xiri mill-ġdid, jew dik tal-kanċellazzjoni mill-awtorità kompetenti, taċ-ċertifikati CBAM għal kull dikjarant awtorizzat.

3.L-informazzjoni fil-bażi ta’ data msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun kunfidenzjali.

4.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta’ data ċentrali li tkun aċċessibbli għall-pubbliku li jkun fiha l-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operaturi u fejn jinsabu l-installazzjonijiet fil-pajjiżi terzi f’konformità mal-Artikolu 10(2). Operatur jista’ jagħżel li ma jkollux ismu, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt aċċessibbli għall-pubbliku.

Artikolu 15
L-Amministratur Ċentrali

1.Il-Kummissjoni għandha taġixxi bħala amministratur ċentrali biex iżżomm reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet fejn tirreġistra x-xiri taċ-ċertifikati CBAM, il-pussess, iċ-ċediment, ix-xiri mill-ġdid u l-kanċellazzjoni tagħhom u tiżgura l-koordinazzjoni tar-reġistri nazzjonali.

2.L-amministratur ċentrali għandu jwettaq kontrolli bbażati fuq ir-riskju fuq tranżazzjonijiet irreġistrati fir-reġistri nazzjonali permezz ta’ reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità fix-xiri, il-pussess, ix-xiri mill-ġdid u l-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati CBAM.

3.Meta jiġu identifikati irregolaritajiet b’riżultat tal-kontrolli mwettqa skont il-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru jew lill-Istati Membri kkonċernati b’investigazzjonijiet ulterjuri sabiex jiġu kkoreġuti l-irregolaritajiet identifikati.

Artikolu 16
Kontijiet fir-reġistr
i nazzjonali

1.L-awtorità kompetenti għandha tassenja numru tal-kont tas-CBAM uniku lil kull dikjarant awtorizzat.

2.Kull dikjarant awtorizzat għandu jingħata aċċess lill-kont tiegħu fir-reġistru.

3.L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-kont hekk kif tingħata l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) u tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat b’dan.

4.Meta d-dikjarant awtorizzat ikun waqqaf l-attività ekonomika tiegħu jew l-awtorizzazzjoni tiegħu tkun ġiet revokata, l-awtorità kompetenti għandha tagħlaq il-kont ta’ dan id-dikjarant.

Artikolu 17
Awtorizzazzjoni tad-dikjaranti

1.L-awtorità kompetenti għandha tawtorizza dikjarant li jippreżenta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1), jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)id-dikjarant ma jkunx ġie involut fi ksur serju jew ksur ripetut tal-leġiżlazzjoni doganali, ir-regoli dwar it-tassazzjoni u r-regoli dwar l-abbuż tas-suq u ma jkollu l-ebda rekord ta’ reati kriminali serji relatati mal-attività ekonomika matul il-ħames snin ta’ qabel l-applikazzjoni;

(b)id-dikjarant juri l-kapaċità finanzjarja u operazzjonali tiegħu biex jissodisfa l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament.

2.Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-kundizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1 ma jkunux ġew issodisfati, jew meta l-applikant ikun naqas milli jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Artikolu 5(3), l-awtorizzazzjoni tad-dikjarant għandha tiġi rrifjutata.

3.Meta l-awtorità kompetenti tirrifjuta li tawtorizza dikjarant, id-dikjarant li jitlob l-awtorizzazzjoni, qabel appell, jista’ joġġezzjona quddiem l-awtorità rilevanti skont id-dritt nazzjonali, li għandha tavża lill-amministratur nazzjonali biex jiftaħ il-kont jew jikkonferma r-rifjut f’deċiżjoni motivata, soġġetta għar-rekwiżiti tad-dritt nazzjonali li jsegwu objettiv leġittimu li jkun kompatibbli ma’ dan ir-Regolament u li jkunu proporzjonati.

4.Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tawtorizza dikjarant għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja

(a)l-isem u l-indirizz tad-dikjarant awtorizzat;

(b)in-numru EORI tad-dikjarant awtorizzat;

(c)in-numru tal-kont tas-CBAM.

5.Fi kwalunkwe ħin, dikjarant awtorizzat jista’ jitlob li l-awtorizzazzjoni tiegħu tiġi revokata.

6.L-awtorità kompetenti għandha tirrikjedi l-provvediment ta’ garanzija sabiex tawtorizza dikjarant f’konformità mal-paragrafu 1, jekk id-dikjarant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel is-sena meta tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1).

L-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-ammont ta’ din il-garanzija għall-ammont massimu, kif stmat mill-awtorità kompetenti, tal-valur taċ-ċertifikati CBAM li d-dikjarant awtorizzat ikollu jċedi, f’konformità mal-Artikolu 22.

7.Il-garanzija għandha tiġi pprovduta bħala garanzija bankarja, pagabbli mal-ewwel talba, minn istituzzjoni finanzjarja li topera fl-Unjoni jew forma oħra ta’ garanzija li tipprovdi assigurazzjoni ekwivalenti. Meta l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-garanzija pprovduta ma tiżgurax, jew ma jkunx għadu ċert jew suffiċjenti li l-ammont tal-obbligi tas-CBAM jiġi żgurat, din għandha tirrikjedi li d-dikjarant awtorizzat jipprovdi garanzija addizzjonali jew jissostitwixxi l-garanzija inizjali b’garanzija ġdida, skont l-għażla tiegħu. 

8.L-awtorità kompetenti għandha tirrilaxxa l-garanzija immedjatament wara l-31 ta’ Mejju tat-tieni sena li fiha d-dikjarant awtorizzat ikun ċeda ċ-ċertifikati CBAM f’konformità mal-Artikolu 22.

9.L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka l-awtorizzazzjoni għal dikjarant li ma jkunx għadu jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1, jew li jonqos milli jikkoopera ma’ dik l-awtorità.

Artikolu 18
Akkreditament tal-verifikaturi

1.Kull persuna akkreditata skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2067 għandha titqies bħala verifikatur akkreditat skont dan ir-Regolament.

2.Apparti l-paragrafu 1, korp nazzjonali ta’ akkreditament jista’ jintalab jakkredita persuna bħala verifikatur skont dan ir-Regolament wara li jivverifika d-dokumentazzjoni li tiċċertifika l-kapaċità tiegħu li japplika l-prinċipji ta’ verifika msemmija fl-Anness V biex iwettaq l-obbligi ta’ kontroll tal-emissjonijiet integrati stabbiliti fl-Artikoli 8, 10 u 38.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 għall-akkreditament imsemmi fil-paragrafu 2, li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għall-kontroll u s-sorveljanza tal-verifikaturi akkreditati, għall-irtirar tal-akkreditament u għar-rikonoxximent reċiproku u l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-korpi tal-akkreditament.

Artikolu 19
Rieżami tad-dikjarazzjonijiet CBAM

1.L-awtorità kompetenti tista’ tirrieżamina d-dikjarazzjoni CBAM fil-perjodu li jintemm bir-raba’ sena wara s-sena li fiha kellha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni. Ir-rieżami jista’ jikkonsisti fil-verifika tal-informazzjoni pprovduta fid-dikjarazzjoni CBAM fuq il-bażi tal-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet doganali f’konformità mal-Artikolu 25(2) u kwalunkwe evidenza rilevanti oħra, u fuq il-bażi ta’ kwalunkwe awditu li jitqies meħtieġ, inkluż fil-bini tad-dikjarant awtorizzat.

2.Meta ma tkunx ġiet ippreżentata dikjarazzjoni CBAM f’konformità mal-Artikolu 6, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment tad-dikjarant awtorizzat għandha tivvaluta l-obbligi tas-CBAM ta’ dan id-dikjarant fuq il-bażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha u tikkalkula l-għadd totali ta’ ċertifikati CBAM dovuti sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tar-raba’ sena wara dik meta kellha tiġi ppreżentata d-dikjarazzjoni CBAM.

3.Meta l-awtorità kompetenti tkun stabbiliet li l-għadd iddikjarat ta’ ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti ma jkunx korrett, jew li ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni CBAM skont il-paragrafu 2, din għandha taġġusta l-għadd taċ-ċertifikati CBAM dovuti mid-dikjarant awtorizzat. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat bl-aġġustament u titlob li d-dikjarant awtorizzat għandu jċedi ċ-ċertifikati addizzjonali tas-CBAM fi żmien xahar.

4.Ir-riċevitur tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3 jista’ jressaq appell tan-notifika. Ir-riċevitur tan-notifika għandu jingħata l-informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ appell.

5.Meta jkunu ġew ċeduti aktar ċertifikati CBAM mill-għadd dovut, l-awtorità kompetenti, mingħajr dewmien, għandha tirrimborża lid-dikjarant awtorizzat il-valur taċ-ċertifikati CBAM ċeduti b’mod eċċessiv, ikkalkulat bil-prezz medju mħallas għaċ-ċertifikati CBAM mid-dikjarant awtorizzat matul is-sena tal-importazzjoni.

Kapitolu IV
Ċertifikati tas-CBAM

Artikolu 20
Bejgħ taċ-ċertifikati CBAM

1.L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tbigħ iċ-ċertifikati CBAM lid-dikjaranti awtorizzati f’dak l-Istat Membru bil-prezz ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 21.

2.L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kull ċertifikat CBAM jiġi assenjat kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-unità meta jinħoloq u għandha tirreġistra n-numru uniku ta’ identifikazzjoni tal-unità, il-prezz u d-data tal-bejgħ taċ-ċertifikat fir-reġistru nazzjonali fil-kont tad-dikjarant awtorizzat li jixtrih.

Artikolu 21
Prezz taċ-ċertifikati CBAM

1.Il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-prezz taċ-ċertifikati CBAM bħala l-prezz medju tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant f’konformità mal-proċeduri stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 54 għal kull ġimgħa kalendarja.

Għal dawk il-ġimgħat kalendarji li fihom ma jkun hemm l-ebda rkant skedat fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant, il-prezz taċ-ċertifikati CBAM għandu jkun il-prezz medju tal-prezzijiet tal-għeluq tal-kwoti tal-EU ETS tal-aħħar ġimgħa li fiha jkunu seħħew irkanti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant.

2.Il-Kummissjoni għandha tippubblika dan il-prezz medju fuq is-sit web tagħha fl-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa kalendarja segwenti, u għandu jiġi applikat mill-jum tax-xogħol segwenti sal-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa kalendarja segwenti.

3.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tkompli tiddefinixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezz medju taċ-ċertifikati CBAM u arranġamenti prattiċi għall-pubblikazzjoni tal-prezz. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 22
Ċediment taċ-ċertifikati CBAM

1.Sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, id-dikjarant awtorizzat għandu jċedi għadd ta’ ċertifikati CBAM lill-awtorità kompetenti li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati ddikjarati f’konformità mal-Artikolu 6(2)(c) u vverifikati f’konformità mal-Artikolu 8 għas-sena kalendarja ta’ qabel iċ-ċediment.

2.Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-għadd rikjest ta’ ċertifikati CBAM ikun disponibbli fil-kont tiegħu fir-reġistru nazzjonali. Barra minn hekk, id-dikjarant awtorizzat għandu jiżgura li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru nazzjonali fl-aħħar ta’ kull trimestru jikkorrispondi għal mill-inqas 80 fil-mija tal-emissjonijiet integrati, determinati b’referenza għall-valuri prestabbiliti f’konformità mal-metodi stabbiliti fl-Anness III, fil-merkanzija kollha li jkun importa mill-bidu tas-sena kalendarja.

3.Meta l-awtorità kompetenti ssib li l-għadd ta’ ċertifikati CBAM fil-kont ta’ dikjarant awtorizzat ma jkunx konformi mal-obbligi skont il-paragrafu 2, it-tieni sentenza, dik l-awtorità għandha tinnotifika l-aġġustament u titlob li d-dikjarant awtorizzat iċedi ċ-ċertifikati addizzjonali tas-CBAM fi żmien xahar.

4.Ir-riċevitur tan-notifika msemmija fil-paragrafu 3 jista’ jressaq appell tan-notifika. Ir-riċevitur tan-notifika għandu jingħata l-informazzjoni rigward il-proċedura li għandha tiġi segwita fil-każ ta’ appell.

Artikolu 23
Xiri mill-ġdid taċ-ċertifikati CBAM

1.L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru tista’ tintalab minn dikjarant awtorizzat f’dak l-Istat Membru biex tixtri mill-ġdid iċ-ċertifikati CBAM eċċessivi li jifdal fil-kont tad-dikjarant fir-reġistru nazzjonali wara li ċ-ċertifikati jkunu ġew ċeduti f’konformità mal-Artikolu 22. It-talba għal xiri mill-ġdid għandha tiġi ppreżentata sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena meta jiġu ċeduti ċ-ċertifikati CBAM.

2.L-għadd ta’ ċertifikati soġġetti għal xiri mill-ġdid kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun limitat għal terz taċ-ċertifikati totali tas-CBAM mixtrija mid-dikjarant awtorizzat matul is-sena kalendarja preċedenti.

3.Il-prezz tax-xiri mill-ġdid għal kull ċertifikat CBAM għandu jkun il-prezz imħallas mid-dikjarant awtorizzat għal dak iċ-ċertifikat fil-ħin tax-xiri.

Artikolu 24
Kanċellament taċ-ċer
tifikati CBAM

Sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, l-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru għandha tikkanċella kwalunkwe ċertifikat CBAM li jkun inxtara matul is-sena qabel is-sena kalendarja preċedenti u li jkun fadal fil-kontijiet fir-reġistru nazzjonali tad-dikjaranti awtorizzati f’dak l-Istat Membru.

Kapitolu V
Amministrazzjoni tal-merkanzija mal-fruntieri

Artikolu 25
Proċeduri mal-fruntiera meta tiġi importata l-merkanzija

1.L-awtoritajiet doganali ma għandhomx jippermettu l-importazzjoni ta’ merkanzija sakemm id-dikjarant ma jkunx awtorizzat minn awtorità kompetenti mhux iktar tard mir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-merkanzija.

2.L-awtoritajiet doganali għandhom perjodikament jikkomunikaw informazzjoni dwar il-merkanzija ddikjarata għall-importazzjoni, li għandha tinkludi n-numru EORI u n-numru tal-kont tas-CBAM tad-dikjarant, il-kodiċi NM bi tmien ċifri tal-merkanzija, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini, id-data tad-dikjarazzjoni u l-proċedura doganali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie awtorizzat id-dikjarant.

3.L-awtoritajiet doganali għandhom iwettqu kontrolli dwar il-merkanzija f’konformità mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, inkluż il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità u l-pajjiż tal-oriġini tal-merkanzija importata. Il-Kummissjoni għandha tinkludi r-riskji relatati mas-CBAM fit-tfassil tal-kriterji u l-istandards komuni tar-riskju skont l-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

4.L-awtoritajiet doganali, f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, jistgħu jikkomunikaw informazzjoni kunfidenzjali akkwistata mill-awtoritajiet doganali matul il-qadi ta’ dmirijiethom jew ipprovduta fuq bażi kunfidenzjali, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarant ikun ġie awtorizzat. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jittrattaw u jiskambjaw din l-informazzjoni f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97.

5.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddefinixxu l-informazzjoni, it-twaqqit u l-mezzi għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni skont il-paragrafu 2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Kapitolu VI
Infurzar

Artikolu 26
Penal
i

1.Dikjarant awtorizzat li, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, jonqos milli jċedi għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata matul is-sena preċedenti għandu jkun soġġett għal penali identika għall-penali ta’ emissjonijiet żejda stabbilita fl-Artikolu 16(3) tad-Direttiva 2003/87/KE, miżjuda skont l-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, fis-sena tal-importazzjoni tal-merkanzija, għal kull ċertifikat CBAM li d-dikjarant awtorizzat kellu jkun ċeda.

2.Kull persuna għajr dikjarant awtorizzat, li tintroduċi merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni mingħajr ma ċċedi ċ-ċertifikati CBAM skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-penali msemmija fil-paragrafu 1 fis-sena tal-introduzzjoni tal-merkanzija, għal kull ċertifikat CBAM li l-persuna kellha tkun ċediet.

3.Il-pagament tal-penali fl-ebda każ ma għandu jirrilaxxa lid-dikjarant awtorizzat mill-obbligu li jċedi l-għadd pendenti ta’ ċertifikati CBAM f’sena partikolari lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn id-dikjarant ikun ġie awtorizzat.

4.Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina li dikjarant awtorizzat ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1, jew li persuna tkun introduċiet merkanzija fit-territorju doganali tal-Unjoni kif speċifikat fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-penali u tinnotifika lid-dikjarant awtorizzat jew, fis-sitwazzjoni skont il-paragrafu 2, lill-persuna:

(a)li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li d-dikjarant awtorizzat jew il-persuna jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligu ta’ ċediment taċ-ċertifikati CBAM għal sena partikolari;

(b)bir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha;

(c)bl-ammont tal-penali imposta fuq id-dikjarant awtorizzat jew fuq il-persuna;

(d)bid-data minn meta l-penali hija dovuta;

(e)bl-azzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li jenħtieġ li d-dikjarant awtorizzat jew il-persuna jieħdu biex jikkonformaw mal-obbligu skont il-punt (a) skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ; u

(f)bid-dritt tad-dikjarant awtorizzat jew tal-persuna li jappellaw skont ir-regoli nazzjonali.

5.L-Istati Membri jistgħu japplikaw sanzjonijiet amministrattivi jew kriminali għal nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tas-CBAM f’konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom apparti l-penali msemmija fil-paragrafu 2. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Artikolu 27
Ċirkomvenzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni, fuq il-bażi ta’ data rilevanti u oġġettiva, f’konformità ma’ dan l-Artikolu, biex tindirizza prattiki ta’ ċirkomvenzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.Prattiki ta’ ċirkomvenzjoni jinkludu sitwazzjonijiet fejn bidla fix-xejra tal-kummerċ fir-rigward tal-merkanzija inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jkollhiex raġuni valida jew ġustifikazzjoni ekonomika suffiċjenti għajr l-evitar tal-obbligi kif stipulati f’dan ir-Regolament u jikkonsistu fis-sostituzzjoni ta’ dik il-merkanzija bi prodotti ftit modifikati, li mhumiex inklużi fil-lista tal-merkanzija fl-Anness I iżda li jappartjenu għal settur inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

3.Stat Membru jew kwalunkwe parti affettwata jew li tibbenefika mis-sitwazzjonijiet deskritti fil-paragrafu 2 tista’ tinnotifika lill-Kummissjoni jekk, għal perjodu ta’ xahrejn meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena preċedenti, tħabbat wiċċha ma’ tnaqqis sinifikanti fil-volum tal-merkanzija importata inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u żieda fil-volum tal-importazzjonijiet ta’ prodotti ftit modifikati, li mhumiex inklużi fil-lista tal-merkanzija fl-Anness I. Il-Kummissjoni għandha tagħmel monitoraġġ kontinwu ta’ kull bidla sinifikanti fix-xejra tal-kummerċ tal-merkanzija u tal-prodotti ftit modifikati fil-livell tal-Unjoni.

4.In-notifika msemmija fil-paragrafu 3 għandha tiddikjara r-raġunijiet li tkun ibbażata fuqhom u għandha tinkludi data u statistika rilevanti dwar il-merkanzija u l-prodotti msemmija fil-paragrafu 2.

5.Meta l-Kummissjoni, li tqis id-data, ir-rapporti u l-istatistika rilevanti, inkluż meta dawn ikunu pprovduti mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, ikollha biżżejjed raġunijiet biex temmen li ċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 3 qed iseħħu fi Stat Membru wieħed jew aktar, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex tissupplimenta l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament sabiex tinkludi prodotti ftit modifikati għall-finijiet ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

Kapitolu VII
Eżerċizzju tad-delega
u proċedura tal-kumitat

Artikolu 28
Eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3) u 27(5) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

3.Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3) u 27(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

4.Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

5.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

6.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

7.Att delegat adottat skont l-Artikoli 2(10), 2(11), 18(3) u 27(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 29
Eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni mill-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tas-CBAM. Il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Kapitolu VIII
Rapportar u rieżami

Artikolu 30
Rieżami u rapportar mill-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tiġbor l-informazzjoni meħtieġa bil-ħsieb li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-emissjonijiet indiretti u l-merkanzija għajr dik elenkata fl-Anness I, u tiżviluppa metodi ta’ kalkolu tal-emissjonijiet integrati fuq il-bażi ta’ metodi tal-impronta ambjentali.

2.Qabel tmiem il-perjodu tranżizzjonali, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jinkludi, b’mod partikolari, il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet biex jiġi estiż aktar l-ambitu tal-emissjonijiet integrati għall-emissjonijiet indiretti u għal merkanzija oħra f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għajr dik diġà koperta b’dan ir-Regolament, kif ukoll valutazzjoni tas-sistema ta’ governanza. Dan għandu jinkludi wkoll il-valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġi estiż aktar l-ambitu għall-emissjonijiet integrati tas-servizzi tat-trasport kif ukoll għall-merkanzija aktar ’l isfel fil-katina tal-valur u s-servizzi li jistgħu jkunu soġġetti għar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-futur.

3.Ir-rapport mill-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Kapitolu IX
Koordinazzjoni b’allokazzjoni
gratis tal-kwoti skont l-EU ETS

Artikolu 31
Allokazzjoni gratis tal-kwoti skont l-EU ETS u obbligu biex jiġu ċeduti ċ-ċertifikati CBAM

1.Iċ-ċertifikati CBAM li għandhom jiġu ċeduti f’konformità mal-Artikolu 22 għandhom jiġu aġġustati biex jirriflettu l-punt sa fejn il-kwoti tal-EU ETS jiġu allokati gratis f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE għall-installazzjonijiet, fl-Unjoni, li jipproduċu l-merkanzija elenkata fl-Anness I.

2.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistipulaw metodoloġija ta’ kalkolu għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Kapitolu X
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

Artikolu 32
Kamp ta’ applikazzjoni

Matul il-perjodu tranżizzjonali ta’ dan ir-Regolament, il-mekkaniżmu tas-CBAM għandu japplika bħala obbligu ta’ rapportar kif stabbilit fl-Artikoli minn 33 sa 35.

Artikolu 33
Importazzjoni ta’ merkanzija

1.Dikjarant li jimporta l-merkanzija għandu jkun obbligat li jissodisfa obbligu ta’ rapportar kif stabbilit fl-Artikolu 35.

2.L-awtoritajiet doganali, mhux aktar tard mill-mument tar-rilaxx ta’ din il-merkanzija għal ċirkolazzjoni ħielsa, għandhom jinfurmaw lid-dikjarant bl-obbligu msemmi fil-paragrafu 1.

3.L-awtoritajiet doganali, permezz tal-mekkaniżmu ta’ sorveljanza stabbilit skont l-Artikolu 56(5) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, għandhom jikkomunikaw informazzjoni dwar il-merkanzija importata, inklużi l-prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura ta’ proċedura tal-ipproċessar passiv, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni. Din l-informazzjoni għandha tinkludi n-numru EORI tad-dikjarant, il-kodiċi NM bi tmien ċifri, il-kwantità, il-pajjiż tal-oriġini u d-dikjarant tal-merkanzija, id-data tad-dikjarazzjoni u l-proċedura doganali.

Artikolu 34
Obbligu ta’ rapportar għal ċer
ti proċeduri doganali

1.Għal merkanzija pproċessata li tirriżulta mill-proċedura tal-ipproċessar attiv kif imsemmi fl-Artikolu 256 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013, l-obbligu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 33(1) għandu jinkludi l-merkanzija li titqiegħed taħt il-proċedura tal-ipproċessar attiv li hija elenkata fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, anki jekk il-prodott ipproċessat ma jkunx elenkat f’dan l-Anness.

2.L-obbligu ta’ rapportar ma għandux japplika għall-importazzjoni ta’:

(a)prodotti pproċessati li jirriżultaw mill-proċedura tal-ipproċessar passiv kif imsemmi fl-Artikolu 259 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(b)merkanzija importata li tikkwalifika bħala merkanzija ritornata f’konformità mal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.

Artikolu 35
Obbligu ta’ rapportar

1.Għal kull trimestru ta’ sena kalendarja, kull dikjarant għandu jippreżenta rapport (“rapport CBAM”) li jinkludi informazzjoni dwar il-merkanzija importata matul dak it-trimestru, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-importazzjoni jew, jekk il-merkanzija tkun ġiet importata f’aktar minn Stat Membru wieħed, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-għażla tad-dikjarant, mhux aktar tard minn xahar wara t-tmiem ta’ kull trimestru.

2.Ir-rapport CBAM għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

(a)il-kwantità totali ta’ kull tip ta’ merkanzija, espressa f’megawatt sigħat għall-elettriku u f’tunnellati għal merkanzija oħra, speċifikata għal kull installazzjoni li tipproduċi l-merkanzija fil-pajjiż tal-oriġini;

(b)l-emissjonijiet integrati totali attwali, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 għal kull megawatt siegħa ta’ elettriku jew għal merkanzija oħra f’tunnellati ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ merkanzija, ikkalkulati f’konformità mal-metodu stabbilit fl-Anness III;

(c)l-emissjonijiet indiretti inkorporati totali attwali, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ekwivalenti ta’ CO2 għal kull tunnellata ta’ kull tip ta’ merkanzija oħra, ikkalkulati f’konformità ma’ metodu stabbilit f’att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 6;

(d)il-prezz tal-karbonju dovut f’pajjiż tal-oriġini għall-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata, li mhuwiex soġġett għal ribass fuq l-esportazzjoni jew forma oħra ta’ kumpens fuq l-esportazzjoni.

3.L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara t-tmiem tat-trimestru kopert minn rapport.

4.L-awtorità kompetenti għandha timponi penali proporzjonata u dissważiva fuq id-dikjaranti li jonqsu milli jippreżentaw rapport CBAM.

5.Meta l-awtorità kompetenti tiddetermina li dikjarant ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport CBAM kif speċifikat fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-penali u tinnotifika lid-dikjarant:

(a)li l-awtorità kompetenti tkun ikkonkludiet li d-dikjarant ikun naqas milli jikkonforma mal-obbligu li jippreżenta rapport għal trimestru partikolari;

(b)bir-raġunijiet għall-konklużjoni tagħha;

(c)bl-ammont tal-penali imposta fuq id-dikjarant;

(d)bid-data minn meta l-penali hija dovuta;

(e)bl-azzjoni li l-awtorità kompetenti tqis li jenħtieġ li d-dikjarant jieħu biex jikkonforma mal-obbligu skont il-punt (a) skont il-fatti u ċ-ċirkustanzi tal-każ; u

(f)bid-dritt tad-dikjarant li jappella skont ir-regoli nazzjonali.

6.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-proċeduri għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 u l-konverżjoni f’euro tal-prezz tal-karbonju mħallas f’munita barranija bir-rata tal-kambju medja annwali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa wkoll li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tkompli tiddefinixxi l-elementi meħtieġa tal-metodu ta’ kalkolu stabbilit fl-Anness III, inkluża d-determinazzjoni tal-konfini tas-sistema tal-proċessi tal-produzzjoni, il-fatturi tal-emissjoni, il-valuri speċifiċi għall-installazzjoni tal-emissjonijiet reali u l-applikazzjoni rispettiva tagħhom għall-merkanzija individwali kif ukoll l-istipular ta’ metodi biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data, inkluż il-livell ta’ dettall u l-verifika ta’ din id-data. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa ulterjuri li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tiżviluppa metodu ta’ kalkolu għal emissjonijiet indiretti inkorporati fil-merkanzija importata.

7.L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).

Kapitolu XI
Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 36
Dħul fis-seħħ

1.Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.

3.B’deroga mill-paragrafu 2:

(a)l-Artikolu minn 32 sa 34 għandhom japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2025.

(b)l-Artikolu 35 għandu japplika sat-28 ta’ Frar 2026.

(c)l-Artikoli 5 u 17 għandhom japplikaw sal-1 ta’ Settembru 2025.

(d)l-Artikoli 4, 6, 7, 8, 9, 14, 15, 16, 19, 20, 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27 u 31 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

1.4.Objettiv(i)

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.6.Durata u impatt finanzjarju

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul



DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri.

1.2.Qasam/Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) 

Politika dwar it-tibdil fil-klima.

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’: 

× azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 55  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew ridirezzjonar ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.Objettiv(i) ġenerali

Fid-dawl taż-żieda fl-ambizzjonijiet klimatiċi tal-UE, l-introduzzjoni ta’ CBAM għandha l-objettiv ġenerali li tindirizza t-tibdil fil-klima billi tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-UE u globalment.

1.4.2.Objettiv(i) speċifiċi

Objettiv speċifiku

L-objettiv ġenerali li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima huwa artikolat ulterjorment f’għadd ta’ objettivi speċifiċi, jiġifieri:

(i) L-indirizzar tar-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju taħt żieda fl-ambizzjoni tal-UE.

(ii) Il-kontribuzzjoni tal-provvediment ta’ qafas tal-politika stabbli u sigur għall-investimenti f’teknoloġiji b’livell baxx jew żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

(iii) L-iżgurar li l-produzzjoni domestika u l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għal livell simili ta’ prezzar tal-karbonju.

(iv) It-tħeġġiġ tal-produtturi f’pajjiżi terzi li jesportaw lejn l-UE biex jadottaw teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

(v) L-iżgurar li l-miżura tkun effettiva, u timminimizza r-riskju ta’ ċirkomvenzjoni, b’hekk tipprovdi integrità ambjentali.

(vi) L-iżgurar ta’ piż amministrattiv proporzjonat għan-negozji u għall-awtoritajiet pubbliċi fl-applikazzjoni tal-miżura.

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-introduzzjoni ta’ CBAM tipprevedi tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra kemm fl-EU-27 kif ukoll fil-bqija tad-dinja fis-setturi koperti mis-CBAM. Is-CBAM huwa mistenni wkoll li jnaqqas ir-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, għaldaqstant jissostitwixxi gradwalment l-allokazzjoni ta’ kwoti gratis taħt l-EU ETS.

Rigward l-impatti ekonomiċi, l-immudellar jindika li l-introduzzjoni ta’ CBAM u miżuri oħra meħtieġa biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet klimatiċi miżjuda tal-UE jistgħu jwasslu għal tnaqqis fil-PDG għall-EU-27 b’0,22 % għal 0,23 % fl-2030. L-impatt fuq in-naħa tal-investiment huwa wieħed modest. Fuq in-naħa tal-konsum jidher li s-CBAM għandu effett negattiv kemxejn aktar b’saħħtu meta mqabbel max-xenarju ta’ ambizzjoni klimatika akbar u l-ebda CBAM.

Billi effettivament titnaqqas ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, l-introduzzjoni ta’ CBAM twassal għal tnaqqis fl-importazzjonijiet fl-EU 27. B’mod ġenerali, l-impatti soċjali ta’ CBAM huma limitati.

Huma mistennija impatti amministrattivi fuq l-awtoritajiet nazzjonali u n-negozji. B’kollox, il-kostijiet tal-konformità għan-negozji u l-awtoritajiet, filwaqt li huma sinifikanti, huma mistennija li jkunu proporzjonati, u maniġġabbli fid-dawl tal-benefiċċji ambjentali tal-miżura.

Filwaqt li l-ġenerazzjoni tad-dħul mhijiex objettiv tas-CBAM, dan huwa mistenni jiġġenera dħul addizzjonali, li għall-2030 huwa stmat għal aktar minn EUR 2,1 biljun.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Objettivi

Indikaturi

Għodod ta’ kejl/sorsi ta’ data

Tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra

-Livell tal-emissjonijiet fl-UE

-Livell tal-emissjonijiet globalment

-Statistika dwar l-emissjonijiet

-Statistika settorjali

Inċentivi għal proċessi tal-produzzjoni f’pajjiżi terzi

-Evoluzzjoni ta’ emissjonijiet reali għas-setturi tas-CBAM f’pajjiżi terzi

-Livell tal-emissjonijiet murija mill-produtturi ta’ pajjiżi terzi soġġetti għas-CBAM

Prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju

-Bħall-indikaturi tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra ta’ hawn fuq

-Livell tal-emissjonijiet fl-UE relattiv għal-livell tal-emissjonijiet globalment

-Flussi kummerċjali fis-setturi tas-CBAM

-Flussi kummerċjali downstream

-Statistika dwar l-emissjonijiet

-Statistika kummerċjali

-Statistika settorjali

Żgurar tal-konsistenza mal-politiki tal-UE

-Ċertifikati tal-importazzjoni f’konformità mal-prezz fl-EU ETS

-Statistika mill-awtoritajiet tal-EU ETS u tas-CBAM

Limitazzjoni tal-piż amministrattiv

-Trattament f’waqtu tal-infurzar tas-CBAM (eż. proċedura ta’ rikonċiljazzjoni possibbli)

-Frekwenza tal-aġġornament tal-ipprezzar tal-EU ETS

-Verifiki tal-livell attwali tal-emissjonijiet mill-esportatur

-Feedback mill-industrija u mill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli għall-implimentazzjoni tas-CBAM

-Għadd ta’ persunal meħtieġ għall-amministrazzjoni tas-CBAM

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva 

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Is-CBAM huwa mistenni li jiġi introdott fl-2023. Sistema simplifikata tal-iskema tas-CBAM se tkun fis-seħħ għall-ewwel snin wara d-dħul fis-seħħ. Speċifikament, se japplika perjodu tranżizzjonali biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni bla xkiel tas-CBAM u tippermetti li n-negozjanti u l-importaturi jaġġustaw ruħhom. Simplifikazzjonijiet jinkludu l-proċeduri applikati mal-fruntiera meta l-merkanzija tiġi importata u l-użu tal-valuri prestabbiliti għad-determinazzjoni tal-obbligu tas-CBAM.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. il-gwadanji mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza legali, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-“valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur illi kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Raġunijiet għall-azzjoni fil-livell Ewropew (ex ante) It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra huwa fundamentalment kwistjoni transfruntiera li teħtieġ azzjoni effettiva fuq l-akbar skala possibbli. L-UE bħala organizzazzjoni supranazzjonali tinsab f’pożizzjoni tajba biex tistabbilixxi politika effettiva dwar it-tibdil fil-klima fl-UE, bħal kif għamlet bl-EU ETS.

Diġà hemm prezz tal-karbonju armonizzat fil-livell tal-UE. Dan jikkonsisti fil-prezz li jirriżulta mill-EU ETS għas-setturi koperti bis-sistema. Dawn is-setturi huma intensivi fl-enerġija u soġġetti għal kompetizzjoni internazzjonali. Sabiex jiġi żgurat suq uniku li jiffunzjona tajjeb meta l-UE żżid l-ambizzjoni klimatika tagħha, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għas-setturi rilevanti fis-suq intern. L-uniku mod effettiv biex dan isir huwa billi tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE. Kull inizjattiva jeħtieġ li tiġi implimentata b’mod li tipprovdi lill-importaturi, hu x’inhu l-pajjiż tal-oriġini u l-port tad-dħul jew id-destinazzjoni fl-UE, b’kundizzjonijiet uniformi u inċentivi għal tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra li jkunu ekwivalenti għal dawk tal-produtturi domestiċi.

L-uniku mod sinifikanti biex tiġi żgurata l-ekwivalenza bejn il-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fis-suq intern tal-UE u l-politika tal-ipprezzar tal-karbonju applikata fuq l-importazzjonijiet huwa li tittieħed azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Valur miżjud tal-Unjoni li mistenni jkun iġġenerat (ex post): B’mod parallel mal-EU ETS, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-protezzjoni kontra r-riskju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fis-suq uniku tal-UE jistgħu jiġu stabbiliti bl-aktar mod adegwat fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, il-ħtieġa għal kostijiet amministrattivi minimi tinkiseb l-aħjar billi jiġu stabbiliti regoli konsistenti għas-suq uniku kollu, u dan ikompli jenfasizza l-valur miżjud ta’ intervent fil-livell tal-UE.

Il-konsultazzjoni pubblika kkonfermat il-valur miżjud li tittieħed azzjoni fis-CBAM fil-livell tal-UE. B’mod partikolari, il-partijiet ikkonċernati jaqblu li jenħtieġ CBAM tal-UE minħabba differenzi eżistenti ta’ ambizzjoni bejn l-UE u l-bqija tad-dinja u sabiex jiġu appoġġati l-isforzi klimatiċi globali. Barra minn hekk, fid-dawl tal-pożizzjoni tal-UE fil-kummerċ internazzjonali, jekk din tintroduċi CBAM l-effett ambjentali fuq l-ambizzjonijiet klimatiċi internazzjonali se jkunu l-aktar effettivi bħala eżempju potenzjali li għandu jiġi segwit.

B’hekk, l-objettiv tat-tnaqqis tal-emissjonijiet u tan-newtralità klimatika jirrikjedi – mingħajr politiki globali ugwalment ambizzjużi – azzjoni mill-Unjoni Ewropea.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Is-CBAM huwa mekkaniżmu ġdid. L-opzjoni ppreferuta fil-Valutazzjoni tal-Impatt tislet mis-Sistema għall-Iskambju ta’ Emissjonijiet tal-UE u għandha l-għan li tirreplika wħud mill-karatteristiċi tagħha.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Fil-ftehim interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020, iffirmat fil-kuntest tan-negozjati, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu li “l-istituzzjonijiet ser jaħdmu biex jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda bil-ħsieb li jkopru ammont li jikkorrispondi għan-nefqa mistennija relatata mal-ħlas lura” tan-NextGenerationEU 56 . Bħala parti mill-mandat li rċeviet, il-Kummissjoni ġiet mistiedna tippreżenta proposta għal CBAM fl-ewwel semestru tal-2021, bil-ħsieb li tintroduċih mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2023.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-kostijiet ta’ implimentazzjoni għas-CBAM se jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE.

1.6.Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

 durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

   Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u minn SSSS sa SSSS għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

× durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-1 ta’ Jannar 2023

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat/i 57   

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi.

Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Meta jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI 

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar 

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm arranġamenti fis-seħħ biex tagħmel monitoraġġ u tevalwa l-funzjonament tas-CBAM u tevalwah fil-konfront tal-objettivi ta’ politika ewlenin. Billi s-CBAM hija waħda mill-proposti ta’ politika taħt il-“Pakkett Lesti għall-Mira ta’ 55 %” (Fit for 55), il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni jistgħu jitwettqu f’allinjament mal-politiki l-oħra tal-pakkett.

Jenħtieġ li s-sistema ta’ amministrazzjoni tiġi evalwata wara l-ewwel sena tal-operazzjoni biex jiġu identifikati kwistjonijiet anki f’termini tal-governanza u t-titjib potenzjali. Barra minn hekk, meta jkun hemm aktar data disponibbli, il-Kummissjoni se tirrieżamina wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM biex teżamina l-possibbiltà li testendih biex ikopri l-emissjonijiet ta’ setturi addizzjonali u aktar ’l isfel fil-katina tal-valur. Għaldaqstant, jenħtieġ li jsir monitoraġġ tal-effett tas-CBAM fuq is-setturi magħżula.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll 

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Stabbiliment simili għall-EU ETS li jibni fuq l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jippermetti implimentazzjoni rapida tas-CBAM. Barra minn hekk, jenħtieġ li funzjonijiet limitati b’mod partikolari fir-rigward tal-IT imwettqa fil-livell ċentrali jiżguraw il-kooperazzjoni u l-kollaborazzjoni fl-implimentazzjoni tas-CBAM.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Is-CBAM propost se jkun ibbażat fuq sistema dikjarattiva, li tinkludi r-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni jew ta’ dikjarazzjoni ħażina.

Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ dikjarazzjoni, is-sistema tirrikjedi awtorizzazzjoni qabel ma tiġi importata l-merkanzija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. L-awtoritajiet doganali nazzjonali se jkunu responsabbli għall-infurzar ta’ din ir-regola billi ma jirrilaxxawx fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa din il-merkanzija sakemm id-dikjarant ma jkunx awtorizzat skont dan ir-Regolament.

Sabiex jiġi indirizzat ir-riskju ta’ dikjarazzjoni ħażina, se jkun hemm fis-seħħ sistema ta’ awditjar fuq kriterji ta’ valutazzjoni tar-riskju kif ukoll awditi aleatorji flimkien ma’ sanzjonijiet stabbiliti b’livell għoli biżżejjed biex iservu ta’ deterrent. L-awditjar se jseħħ kemm fil-livell tad-dikjarazzjoni CBAM mill-awtoritajiet nazzjonali kif ukoll fil-livell tad-dikjarazzjonijiet tal-importazzjoni mill-awtoritajiet doganali.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u mal-għeluq) 

Ir-rwol tal-awtoritajiet nazzjonali se jkun li jikkontrollaw l-applikazzjoni korretta tas-CBAM, b’mod partikolari ċ-ċediment taċ-ċertifikati CBAM u l-ġbir ta’ fondi. Se tiġi applikata sistema ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġu żgurati kontrolli kosteffettivi.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet 

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u, meta xieraq, penali amministrattivi u finanzjarji.

Dikjarant awtorizzat li jonqos milli jċedi, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, għadd ta’ ċertifikati CBAM li jikkorrispondi għall-emissjonijiet integrati fil-merkanzija importata matul is-sena preċedenti jew jippreżenta lill-awtorità kompetenti nazzjonali informazzjoni falza marbuta mal-emissjonijiet reali bil-ħsieb li jikseb trattament individwali favorevoli, għandu jinżamm responsabbli għall-ħlas ta’ penali.

L-ammont tal-penali se jkun ibbażat fuq penali fl-EU ETS. Il-pagament tal-penali ma għandux jeħles lid-dikjarant awtorizzat mill-obbligu li jċedi l-għadd pendenti ta’ ċertifikati CBAM lill-awtorità nazzjonali kompetenti.

F’każ ta’ reati ripetuti, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista’ tiddeċiedi li tissospendi l-kont tad-dikjarant.

Atti ta’ implimentazzjoni se jagħtu aktar dettall dwar l-applikazzjoni tal-penali.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA 

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i 

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 58

mill-pajjiżi tal-EFTA 59

mill-pajjiżi kandidati 60

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

7

20 01 02 01

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

3

09.20.YY – Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri

Diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali): Prezzijiet Kurrenti

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

3 Riżorsi Naturali u Ambjent

DĠ: TAXUD

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja baġitarja 61

Impenji

(1a)

1,3

2,25

2,45

1,8

1,65

1,55

11,1

Pagamenti

(2a)

1,3

2,25

2,45

1,8

1,65

1,55

11,1

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ TAXUD

Impenji

=1a

1,3

2,25

2,45

1,8

1,65

1,55

11,1

Pagamenti

=2a

1,3

2,25

2,45

1,8

1,65

1,55

11,1







Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali): Prezzijiet Kurrenti

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

QFP 2021 -2027

DĠ: TAXUD

• Riżorsi umani

1,064

1,216

1,216

1,216

0,912

5,624

• Nefqa amministrattiva oħra – Missjonijiet

TOTAL TAD-DĠ TAXUD

Approprjazzjonijiet

1,064

1,216

1,216

1,216

0,912

5,624

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
skont l-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju
pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

1,064

1,216

1,216

1,216

0,912

5,624

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali): Prezzijiet Kurrenti

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

QFP 2021 – 2027

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

3,114

2,566

2,416

2,316

1,712

12,124

Pagamenti

3,114

2,566

2,416

2,316

1,712

12,124

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi tal-Kummissjoni

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

×    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
2021

Sena
2022

Sena
2023

Sena
2024

Sena
2025

Sena
2026

Sena
2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

1,064

1,216

1,216

1,216

0,912

5,624

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

1,064

1,216

1,216

1,216

0,912

5,624

Barra mill-INTESTATURA 7 62
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

1,064

1,216

1,216

1,216

0,912

5,624

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ riżorsi umani.

×    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

2023

2024

2025

2026

2027

Total

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

20 01 02 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

7

8

8

8

6

6

20 01 02 03 (Delegazzjonijiet)

01 01 01 01 (Riċerka indiretta)

01 01 01 11 (Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

Persunal estern (f’unità ekwivalenti għall-full-time: FTE) 63

20 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

20 02 03 (AC, AL, END, INT u JPD fid-delegazzjonijiet)

XX 01 xx yy zz   64

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

01 01 01 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

01 01 01 12 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

7

8

8

8

6

6

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Ir-regolament tas-CBAM jirrikjedi li l-Kummissjoni ssegwi b’diversi atti delegati u ta’ implimentazzjoni ladarba r-regolament tas-CBAM jiġi adottat. Il-persunal tal-Kummissjoni se jkun meħtieġ ukoll jirrieżamina u jivvaluta l-funzjonament tas-sistema tas-CBAM u jimplimenta s-sistema tal-IT.

Persunal estern

3.2.3.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 65 .

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

◻ indika, jekk id-dħul hux assenjat għal-linji tan-nefqa

miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja kurrenti

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva

2023

2024

2025

2026

2027

2028

2029

2030

Artikolu ………….

0

0

0

1,510

1,660

1,810

1,960

2,110

Nota: is-CBAM mhuwiex mistenni li jiġġenera dħul fil-perjodu tranżizzjonali mill-2023 sal-2025.

Matul l-istadju definittiv tiegħu, jiġifieri mill-2026, id-dħul annwali tas-CBAM se jiddependi fuq il-grad ta’ eliminazzjoni gradwali tal-allokazzjoni gratis u l-introduzzjoni gradwali rispettiva tal-miżura mal-fruntiera.

Fl-2030, id-dħul annwali totali mill-miżura tal-fruntiera biss huwa mistenni li jammonta għal EUR 2,1 biljun huwa mistenni li jiżdied bil-miżura tal-fruntiera u EUR 7 biljun minn oħrajn.

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja baġitarja tan-nefqa affettwata.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

Il-mudell JRC GEM-E3 intuża biex jiġi stmat id-dħul iġġenerat mis-CBAM.

(1)    L-Artikolu 2(1)(a) tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(2)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, COM(2019)640 final, p. 4.
(3)    Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta COM(2020) 563 final, li temenda l-proposta inizjali tal-Kummissjoni dwar il-liġi Ewropea dwar il-klima biex tinkludi mira riveduta tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ mill-inqas 55 % sal-2030. Bejn l-10 u l-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu approva din il-mira miżjuda tal-UE.
(4)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar it-Tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030. (COM(2020) 562 final: Parti 1/2).
(5)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2020. (EUCO 22/20 CO EUR 17 CONCL 8).
(6)    Il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-UE (2020). L-aġġornament tal-kontribut stabbilit fil-livell nazzjonali tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha.
(7)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(8)    Il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2021. (COM(2020) 690 final). L-Anness I jiddeskrivi l-istrumenti kollha taħt il-pakkett.
(9)    Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2021 “Lejn mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntiera tal-UE kompatibbli mad-WTO”.
(10)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 dwar il-Paga lejn Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd (COM(2021) 400 final).
(11)    L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(12)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: (2019). Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final), p. 4.
(13)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(14)    L-Artikolu 4(3) tal-Ftehim ta’ Pariġi.
(15)    [daħħal in-numru tar-reviżjoni proposta tal-EU ETS meta disponibbli]
(16)    Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President von der Leyen fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew fis-16 ta’ Settembru 2020. https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/SPEECH_20_1655
(17)    L-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(18)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: (2021). Perkors lejn Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd. (COM(2021), 400 final).
(19)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(20)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12228-Il-Patt-Ekologiku-tal-UE-mekkanizmu-ta%E2%80%99-aggustament-tal-karbonju-fil-fruntieri-_mt
(21)     https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12228-Il-Patt-Ekologiku-tal-UE-mekkanizmu-ta%E2%80%99-aggustament-tal-karbonju-fil-fruntieri-_mt  
(22)    [daħħal il-link għall-valutazzjoni tal-impatt wara l-pubblikazzjoni]
(23)    [daħħal il-link għall-istudju wara l-pubblikazzjoni tiegħu]
(24)    [daħħal il-links għall-iskeda sommarja u l-opinjoni pożittiva tal-RSB wara l-pubblikazzjoni tagħhom.]
(25)    ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391.
(26)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1)
(27)    Ara Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, mis-17 sal-21 ta’ Lulju 2020 .
(28)    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I , 22.12.2020, p. 28).
(29)    ĠU C, , p. . [daħħal in-numru ta’ din l-opinjoni.]
(30)    ĠU C, , p. . [daħħal in-numru ta’ din l-opinjoni.]
(31)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final).
(32)    Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2021 dwar il-Perkors lejn Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd (COM(2021) 400).
(33)    ĠU L 282, 19.10.2016, p.4.
(34)     Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ST/14222/1/20/REV1.
(35)    Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(36)    IPCC, 2018: Tisħin Globali ta’ 1,5 °C. Rapport Speċjali tal-IPCC dwar l-impatti tat-tisħin globali ta’ 1,5°C ’il fuq mil-livelli preindustrijali u l-perkorsi relatati tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet serra, fil-kuntest tat-tisħiħ tar-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp sostenibbli, u l-isforzi biex jinqered il-faqar [Masson-Delmotte, V., P. Zhai, H.-O. Pörtner, D. Roberts, J. Skea, P. R. Shukla, A. Pirani, W. Moufouma-Okia, C. Péan, R. Pidcock, S. Connors, J.B.R. Matthews, Y. Chen, X. Zhou, M.I. Gomis, E. Lonnoy, T. Maycock, M. Tignor, u T. Waterfield (eds.)].
(37)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(38)    Ir-Regolament (UE) 2018/842 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 26).
(39)    Ir-Regolament (UE) 2018/841 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 u d-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 1).
(40)    Konvenzjoni dwar il-Liġi tal-Baħar, Montego Bay, 10 ta’ Diċembru 1982.
(41)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(42)    Id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021-2030 (ĠU L 120, 8.5.2019, p. 2).
(43)    Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30);
(44)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94).
(45)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/500/KE tad-29 ta’ Mejju 2006 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tat-Trattat tal-Komunità tal-Enerġija (ĠU L 198, 20.7.2006, p. 15).
(46)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1222 tal-24 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi Linji Gwida dwar l-Allokazzjoni tal-Kapaċità u l-Ġestjoni tal-Konġestjoni (ĠU L 197, 25.7.2015, p. 24).
(47)    Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/179/UE tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodotti u ta’ organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1).
(48)    Ir-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(49)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(50)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 515/97 tat-13 ta’ Marzu 1997 dwar għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex ikun assigurat l-applikar korrett tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli (ĠU L 82, 22.3.1997, p. 1).
(51)    Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).
(52)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(53)    Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(54)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2010 tat-12 ta’ Novembru 2010 dwar l-għażla taż-żmien, l-amministrazzjoni u aspetti oħra ta’ rkantar ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 302, 18.11.2010, p. 1).
(55)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(56)    Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28).
(57)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(58)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(59)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(60)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(61)    Skont in-nomenklatura tal-baġit uffiċjali.
(62)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(63)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = Persunal tal-Aġenziji; JPD = Professjonisti Subalterni f'Delegazzjonijiet.
(64)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(65)    Ara l-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2093/2020 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027.

Brussell, 14.7.2021

COM(2021) 564 final

ANNESSI

tar-

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri

{SEC(2021) 564 final} - {SWD(2021) 643 final} - {SWD(2021) 644 final} - {SWD(2021) 647 final}


ANNESS I
Lista ta’ prodotti u gassijiet serra

1.Għall-fini tal-identifikazzjoni tal-prodotti, dan ir-Regolament għandu japplika għall-prodotti elenkati fis-setturi li ġejjin li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda (“NM”) elenkati hawn taħt, u għandhom ikunu dawk tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 ( 1 ).

2.Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-gassijiet serra relatati mal-prodotti li jaqgħu fis-setturi elenkati hawn taħt, għandhom ikunu dawk elenkati hawn taħt għal kull tip ta’ prodott.

Siment

Kodiċi NM

Gass serra

2523 10 00 — Klinker tas-siment

Diossidu tal-karbonju

2523 21 00 – Siment abjad ta’ Portland, ikkulurit b’mod artifiċjali jew le

Diossidu tal-karbonju

2523 29 00 — Siment ta’ Portland ieħor

Diossidu tal-karbonju

2523 90 00 — Siment idrawliku ieħor

Diossidu tal-karbonju

Elettriku

Kodiċi NM

Gass serra

2716 00 00 — Enerġija elettrika

Diossidu tal-karbonju

Fertilizzanti

Kodiċi NM

Gass serra

2808 00 00 — Aċidu nitriku; Aċidi sulfonitriċi

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż

2814 – Ammonja, anidru jew f’soluzzjoni milwiema

Diossidu tal-karbonju

2834 21 00 - Nitrati tal-potassju

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż

3102 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi, nitroġenużi

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż

3105 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li jkun fihom tnejn jew tlieta mill-elementi fertilizzanti nitroġenu, fosfru u potassju; fertilizzanti oħra; prodotti f’dan il-kapitolu f’pilloli jew f’forom simili jew f’pakketti ta’ piż gross ta’ mhux aktar minn 10 kg

-Minbarra: 3105 60 00 – Fertilizzanti minerali jew kimiċi li fihom iż-żewġ elementi fertilizzanti fosfru u potassju

Diossidu tal-karbonju u ossidu nitruż



Ħadid u Azzar

Kodiċi NM

Gass serra

72 – Ħadid u azzar

Minbarra:

7202 — Ligi tal-ħadid

7204 – Skart u ruttam ferruż; tidwib mill-ġdid ta’ ingotti tar-ruttam u azzar

Diossidu tal-karbonju

7301 - Gzuz ta’ pjanċi (sheet piling) tal-ħadid jew tal-azzar, imtaqqba, imħaffra jew magħmulin minn elementi mmuntati jew le; angoli, forom u qatgħat iwweldjati, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7302 - Materjal tal-ħadid jew tal-azzar għall-kostruzzjoni tal-binarji tal-ferroviji jew tal-linji tat-tramm, dawn li ġejjin: binarji, check rails u rack rails, switch blades, crossing frogs, point rods u partijiet oħrajn tal-qsim, traversi tal-binarji (cross-ties), fish-plates, chairs, chair wedges, sole plates (base plates), klipep ferrovjarji, bedplates, irfid u materjal ieħor speċjalizzat għat-tgħaqqid flimkien jew l-iffissar ta’ binarji

Diossidu tal-karbonju

7303 00 – Tubi, pajpijiet u profili vojta magħmula minn ħadid fondut

Diossidu tal-karbonju

7304 - Tubi, pajpijiet u profili vojta, mingħajr weldjatura, tal-ħadid (ħlief ħadid fondut) jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7305 - Tubi u pajpijiet oħrajn (pereżempju, iwweldjati, irbattuti jew magħluqin hekk), b’uċuħ ta’ qatgħa tondi, bid-dijametru ta’ barra ikbar minn 406,4 mm, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7306 - Tubi, pajpijiet u profili vojta oħrajn (pereżempju, mhux magħluqin (open seam) jew iwweldjati, irbattuti jew hekk magħluqin), tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7307 - Tagħmir ta’ tubi u pajpijiet (pereżempju, couplings, liwjiet minkeb, sleeves), tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7308 – Strutturi (ħlief bini prefabbrikat tal-intestatura 9406) u partijiet ta’ strutturi (pereż. pontijiet u qatgħat ta’ pontijiet, xtiebi tal-mgħalaq (lock-gates), torrijiet, arbli kannizzata, soqfa, oqfsa għal tisqif, bibien u twieqi u l-gwarniċi tagħhom u għetiebi għal bibien, shutters, balavostri, pilastri u kolonni), tal-ħadid jew tal-azzar; pjanċi, vireg, angoli, forom, qatgħat, tubi u oħrajn simili, ippreparati għall-użu fi strutturi, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

7309 – Ġibjuni, tankijiet, btieti u kontenituri simili għal kull materjal (ħlief gass ikkompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termali

Diossidu tal-karbonju

7310 – Tankijiet, btieti, ċilindri, bottijiet, kaxxi u kontenituri simili, għal kull materjal (ħlief gass ikkompressat jew imdewweb), tal-ħadid jew tal-azzar, li jesgħu mhux aktar minn 300 l, inforrati jew iżolati għas-sħana jew le, iżda mhux mgħammrin b’tagħmir mekkaniku jew termali

Diossidu tal-karbonju

7311 – Kontenituri għal gass ikkompressat jew imdewweb, tal-ħadid jew tal-azzar

Diossidu tal-karbonju

Aluminju

Kodiċi NM

Gass serra

7601 - Aluminju mhux maħdum

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7603 – Trabijiet u qxur tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7604 – Biċċiet sħaħ tal-aluminju, vireg u profili

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7605 — Wajer tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7606 – Pjanċi, folji u strixxa tal-aluminju, eħxen minn 0,2 mm

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7607 – Fojl tal-aluminju (stampat jew rinfurzat b’karta, kartun, plastiks jew materjali simili ta’ rinforz jew le) ta’ ħxuna (mingħajr kull rinforz) mhux aktar minn 0,2 mm

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7608 – Tubi u pajpijiet tal-aluminju

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

7609 00 00 – Fittings għal tubi u pajpijiet tal-aluminju (pereżempju, igganċjar, liwjiet minkeb, sleeves)

Diossidu tal-karbonju u perfluworokarbur

ANNESS II
Pajjiżi u territorji li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

1.Taqsima A - Pajjiżi u territorji li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi li ġejjin:

L-Iżlanda

Il-Liechtenstein

In-Norveġja

L-Iżvizzera

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li joriġinaw fit-territorji li ġejjin:

Büsingen

Heligoland

Livigno

Ceuta

Melilla

2.Taqsima B - Pajjiżi u territorji li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-importazzjoni tal-elettriku fit-territorju doganali tal-Unjoni

[Currently empty]



ANNESS III
Metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet inkorporati

1.Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Anness IV, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“prodotti sempliċi” tfisser prodotti li jkunu saru fi proċess ta’ produzzjoni li jeħtieġu esklussivament materjali ta’ input u karburanti b’emissjonijiet inkorporati żero;

(b)“prodotti kumplessi” tfisser prodotti li jeħtieġu l-input ta’ prodotti sempliċi oħra fil-proċess tal-produzzjoni tagħhom;

(c)“emissjonijiet integrati speċifiċi” tfisser l-emissjonijiet inkorporati ta’ tunnellata ta’ prodotti, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għal kull tunnellata ta’ prodotti;

(d)“Fattur ta’ emissjoni tas-CO2”, tfisser il-medja ponderata tal-intensità ta’ CO2 tal-elettriku prodott mill-karburanti fossili f’żona ġeografika. Il-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 huwa r-riżultat tad-diviżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 tas-settur tal-enerġija diviża bil-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku bbażata fuq il-karburanti fossili. Huwa espress f’tunnellata ta’ CO2 għal kull megawatt siegħa;

(e)“ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija” tfisser kuntratt li bih persuna taqbel li tixtri l-elettriku direttament mingħand produttur tal-elettriku;

(f)“Operatur ta’ Sistema ta’ Trażmissjoni” tfisser operatur kif definit fl-Artikolu 2(35) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill( 2 ).

2.L-ikkalkolar tal-emissjonijiet inkorporati diretti attwali ta’ prodotti sempliċi

L-emissjonijiet inkorporati attwali speċifiċi ta’ prodotti sempliċi li jkunu saru f’installazzjoni partikolari għandhom jiġu kkalkolati biss permezz tal-emissjonijiet diretti. Għal dan il-għan, għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:

Fejn SEEg huma l-emissjonijiet speċifiċi inkorporati tal-prodotti g, f’termini ta’ CO2e għal kull tunnellata, AttrEmg huma l-emissjonijiet attribwiti tal-prodotti g, u ALg huwa l-livell ta’ attività tal-prodotti. Il-livell ta’ attività huwa l-ammont ta’ prodotti li jkunu saru fil-perjodu ta’ rapportar f’dik l-installazzjoni.

“Emissjonijiet attribwiti” tfisser il-parti tal-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar li jiġu kkawżati mill-proċess ta’ produzzjoni li jirriżulta fi prodotti g meta jiġu applikati l-konfini tas-sistema tal-proċess definit mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(6). L-emissjonijiet attribwiti għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:

Fejn id-DirEm huma l-emissjonijiet diretti, li jirriżultaw mill-proċess ta’ produzzjoni, espressi f’tunnellati ta’ CO2e, fil-limiti tas-sistema msemmija fl-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 7(6).

3.L-ikkalkolar tal-emissjonijiet inkorporati diretti attwali ta’ prodotti kumplessi

L-emissjonijiet inkorporati attwali speċifiċi ta’ prodotti kumplessi li jkunu saru f’installazzjoni partikolari se jiġu kkalkolati biss permezz tal-emissjonijiet diretti. F'dan il-każ għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:

Fejn AttrEmg huma l-emissjonijiet attribwiti ta’ prodotti g, u ALg il-livell ta’ attività tal-prodotti, b’dan tal-aħħar ikun l-ammont ta’ prodotti li jkunu saru fil-perjodu ta’ rapportar f’dik l-installazzjoni,u EEInpMat huma l-emissjonijiet inkorporati tal-materjali ta’ input (prekursuri) ikkonsmati fil-proċess tal-produzzjoni. Għandhom jiġu kkunsidrati biss il-materjali tal-input elenkati bħala rilevanti għall-konfini tas-sistema tal-proċess tal-produzzjoni kif speċifikat fl-att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 7(6). L-EEInpMat rilevanti jiġu kkalkolati kif ġej:

Fejn Mi hija l-massa tal-materjal ta’ input i użat fil-proċess ta’ produzzjoni, u SEEi l-emissjonijiet inkorporati speċifiċi tagħha għall-materjal ta’ input. Għal SEEi l-operatur tal-installazzjoni għandu juża l-valur tal-emissjonijiet li jirriżultaw mill-installazzjoni fejn ġie prodott il-materjal ta’ input, dment li d-data ta’ dik l-installazzjoni tkun tista’ titkejjel b’mod adegwat.

4.Determinazzjoni tal-valuri prestabbiliti msemmija fl-Artikoli 7(2) u (3)

Jekk id-data attwali tal-monitoraġġ li tirreferi għall-emissjonijiet diretti skont il-punti 2 u 3 ma tkunx tista’ tiġi pprovduta b’mod adegwat, għandu japplika valur prestabbilit.

Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valuri prestabbiliti, għandhom jintużaw biss il-valuri attwali għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet inkorporati. Fin-nuqqas ta’ data attwali, jistgħu jintużaw valuri tal-letteratura. Il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida għall-approċċ li jittieħed biex jiġu kkoreġuti gassijiet ta’ skart jew gassijiet serra użati bħala input ta’ proċess, qabel ma tinġabar id-data meħtieġa biex jiġu ddeterminati l-valuri awtomatiċi rilevanti għal kull tip ta’ prodotti elenkati fl-Anness I. Il-valuri predefiniti għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-aħjar data disponibbli. Dawn għandhom jiġu riveduti perjodikament permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni bbażati fuq l-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta minn pajjiż terz jew grupp ta’ pajjiżi terzi.

4.1.Il-valuri prestabbiliti msemmija fl-Artikoli 7(2)

Meta l-emissjonijiet attwali ma jkunux jistgħu jiġu ddeterminati b’mod adegwat mid-dikjarant awtorizzat, għandhom jintużaw valuri prestabbiliti. Dawn il-valuri għandhom jiġu stabbiliti skont l-intensità medja tal-emissjonijiet ta’ kull pajjiż esportatur u għal kull wieħed mill-prodotti elenkati fl-Anness I għajr l-elettriku, miżjuda b’żieda, b’din tal-aħħar li għandha tiġi ddeterminata fl-atti ta’ implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Meta ma tkunx tista’ tiġi applikata data affidabbli għall-pajjiż esportatur għal tip ta’ prodotti, il-valuri awtomatiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-installazzjonijiet tal-UE bl-agħar prestazzjoni ta’ 10 fil-mija għal dak it-tip ta’ prodotti.

4.2.Il-valuri prestabbiliti tal-elettriku importat imsemmi fl-Artikoli 7(3)

Il-valuri awtomatiċi għall-elettriku importat għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi ta’ valuri awtomatiċi speċifiċi għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz, jew jekk dawk il-valuri ma jkunux disponibbli, fuq valuri awtomatiċi tal-UE għal produzzjoni simili tal-elettriku fl-UE, skont il-punt 4.2.2.

4.2.1.Valuri awtomatiċi speċifiċi għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz

Il-valuri awtomatiċi speċifiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-aħjar data disponibbli għall-Kummissjoni li tiddetermina l-fattur medju ta’ emissjoni ta’ CO2 f’tunnellati ta’ CO2 għal kull megawatt siegħa ta’ sorsi li jiffissaw il-prezzijiet fil-pajjiż terz, fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jew fir-reġjun f’pajjiż terz.

Meta l-valuri awtomatiċi speċifiċi jiġu ddeterminati għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz, u l-elettriku jiġi importat minn pajjiż terz ieħor jew reġjun ieħor fil-pajjiż terz, jew grupp ieħor ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz bil-għan li jiġi esportat mill-ġdid lejn l-Unjoni, ma għandux jintuża l-istess valur prestabbilit speċifiku.

4.2.2.Valuri awtomatiċi alternattivi

Meta ma jkun ġie ddeterminat l-ebda valur prestabbilit speċifiku għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi, jew reġjun f’pajjiż terz, il-valur prestabbilit għall-elettriku għandu jirrappreżenta l-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 fl-UE, f’tunnellati ta’ CO2 għal kull megawatt siegħa. Dan ifisser il-medja ponderata tal-intensità ta’ CO2 tal-elettriku prodott minn karburanti fossili fl-UE. Il-ponderazzjoni tirrifletti t-taħlita tal-produzzjoni ta’ karburanti fossili fl-UE. Il-fattur ta’ CO2 huwa r-riżultat tad-diviżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-industrija tal-enerġija diviża bil-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku bbażata fuq il-karburanti fossili f’megawatt siegħa.

Meta dikjaranti awtorizzati ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, jew għal grupp ta’ pajjiżi terzi li għandhom skambju sinifikanti ta’ elettriku mal-UE, jista’ jintwera, fuq il-bażi ta’ data affidabbli, li l-fattur medju ta’ emissjoni ta’ CO2 ta’ sorsi li jiffissaw il-prezzijiet f’dak il-pajjiż terz jew dak il-grupp ta’ pajjiżi terzi ikun aktar baxx minn dak fl-UE jew anqas mill-valur prestabbilit speċifiku, għandu jiġi stabbilit valur awtomatiku alternattiv ibbażat fuq dak il-fattur medju ta’ emissjoni ta’ CO2e għal dak il-pajjiż jew grupp ta’ pajjiżi.

Meta l-valuri prestabbiliti alternattivi jiġu ddeterminati għal pajjiż terz jew għal reġjun f’pajjiż terz, jew għal grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni f’pajjiżi terzi, u l-elettriku jiġi importat minn pajjiż terz ieħor jew minn reġjun ieħor f’pajjiż terz, jew minn grupp ieħor ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni f’pajjiżi terzi fil-pajjiż terz suġġett għall-valur prestabbilit alternattiv, ma jistax jintuża l-istess valur prestabbilit alternattiv.

5.Il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-emissjonijiet inkorporati attwali fl-elettriku

Dikjarant awtorizzat jista’ jeħtieġ li japplika emissjonijiet integrati attwali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu msemmi fl-Artikolu 7(3) jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi li ġejjin:

(a)id-dikjarant awtorizzat ikun ikkonkluda ftehim ta’ xiri tal-enerġija ma’ produttur tal-elettriku li jinsab f’pajjiż terz għal ammont ta’ elettriku li jkun ekwivalenti għall-ammont li għalih jintalab l-użu ta’ valur speċifiku;

(b)l-installazzjoni li tipproduċi l-elettriku tkun jew direttament konnessa mas-sistema ta’ trażmissjoni tal-UE jew jista’ jintwera li fil-ħin tal-esportazzjoni, ma kien hemm l-ebda konġestjoni fiżika tan-netwerk fi kwalunkwe punt fin-network bejn l-installazzjoni u s-sistema ta’ trażmissjoni tal-UE;

(c)ammont ekwivalenti ta’ elettriku għall-elettriku li għalih jintalab l-użu tal-emissjonijiet integrati attwali jkun ġie nnominat b’mod deċiż għall-kapaċità ta’ interkonnessjoni allokata mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni responsabbli kollha fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk rilevanti, kull pajjiż terz ta’ tranżitu, u l-kapaċità nominata u l-produzzjoni tal-elettriku mill-installazzjoni msemmija fil-punt (b) jirreferu għall-istess perjodu ta’ żmien li ma għandux ikun itwal minn siegħa;

(d)l-issodisfar tal-kriterji ta’ hawn fuq jiġi ċċertifikat minn verifikatur akkreditat. Il-verifikatur għandu jirċievi mill-inqas rapporti interim ta’ kull xahar li juru kif il-kriterji ta’ hawn fuq huma ssodisfati.

6.L-adattament tal-valuri prestabbiliti bbażati fuq karatteristiċi speċifiċi għar-reġjun

Il-valuri awtomatiċi jistgħu jiġu adattati għal żoni partikolari, reġjuni ta’ pajjiżi fejn jipprevalu karatteristiċi speċifiċi f’termini ta’ fatturi oġġettivi bħall-ġeografija, ir-riżorsi naturali, il-kundizzjonijiet tas-suq, it-taħlita tal-enerġija, jew il-produzzjoni industrijali. Meta d-data adattata għal dawk il-karatteristiċi lokali speċifiċi tkun disponibbli u tista’ tiddefinixxi valuri awtomatiċi aktar immirati, dawn tal-aħħar jistgħu jintużaw minflok valuri awtomatiċi bbażati fuq installazzjonijiet tal-UE.

Meta d-dikjaranti ta’ prodotti li joriġinaw f’pajjiż terz, jew grupp ta’ pajjiżi terzi jistgħu juru, fuq il-bażi ta’ data affidabbli, li adattament alternattiv speċifiku għar-reġjun tal-valuri prestabbiliti huwa inqas mill-valuri prestabbiliti definiti mill-Kummissjoni, jistgħu jintużaw dawk tal-ewwel.

ANNESS IV
Rekwiżiti ta’ żamma tal-kotba għad-
data użata għall-ikkalkolar tal-emissjonijiet inkorporati

1.Id-data minima li għandha tinżamm minn dikjarant awtorizzat għal prodotti importati:

1.Id-data li tidentifika d-dikjarant awtorizzat:

(a)l-isem;

(b)l-identifikatur uniku assenjat mill-awtorità nazzjonali kompetenti;

2.id-data dwar il-prodotti importati:

(a)it-tip u l-kwantità ta’ kull tip ta’ prodott;

(b)il-pajjiż tal-oriġini;

(c)l-emissjonijiet attwali jew il-valuri prestabbiliti.

2.Id-data minima li għandha tinżamm minn dikjarant awtorizzat għal emissjonijiet inkorporati fi prodotti importati fuq il-bażi ta’ emissjonijiet attwali

Għal kull tip ta’ prodott li għalih japplika dan ir-Regolament, għandha tinżamm id-data addizzjonali li ġejja:

(a)l-identifikazzjoni tal-installazzjoni fejn ikunu saru l-prodotti;

(b)l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur tal-installazzjoni fejn ikunu saru l-prodotti;

(c)ir-rapport dwar l-emissjonijiet ivverifikati inkluża d-data dwar l-emissjonijiet inkorporati ta’ kull tip ta’ prodott iddikjarat kif stabbilit fl-Anness V;

(d)l-emissjonijiet speċifiċi inkorporati tal-prodotti.

ANNESS V
Il-prinċipji ta’ verifika u l-kontenut ta’ rapport ta’ verifika

1.Il-prinċipji tal-verifika

Il-prinċipji li ġejjin għandhom japplikaw għall-verifiki mitluba skont l-Artikolu 8:

(a)il-verifikaturi għandhom iwettqu verifiki b’attitudni ta’ xettiċiżmu professjonali;

(b)rapport dwar l-emissjonijiet għandu jitqies bħala vverifikat u adattat għall-iskop tiegħu biss jekk il-verifikatur isib b’assigurazzjoni raġonevoli li r-rapport ma jkunx jinkludi dikjarazzjonijiet skorretti materjali u minn nuqqasijiet ta’ konformità materjali fir-rigward tar-regoli tal-kalkolu tal-Anness III;

(c)iż-żjarat ta’ installazzjoni mill-verifikatur għandhom ikunu obbligatorji ħlief meta jiġu ssodisfati kriterji speċifiċi għat-tneħħija taż-żjara ta’ installazzjoni;

(d)biex jiddeċiedi jekk id-dikjarazzjonijiet skorretti jew in-nonkonformitajiet humiex materjali, il-verifikatur għandu juża l-limiti mogħtija mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 8.

Għall-parametri li għalihom ma huma definiti l-ebda limiti bħal dawn, il-verifikatur għandu juża ġudizzju espert dwar jekk dikjarazzjonijiet skorretti, individwalment jew meta aggregati ma’ dikjarazzjonijiet skorretti oħra, iġġustifikati mid-daqs u n-natura tagħhom, għandhomx jitqiesu materjali, jiġifieri u jistgħux jaffettwaw l-użu tar-rapport mill-utenti maħsuba, b’mod partikolari l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

2.Il-kontenut tar-rapport ta’ verifika

Ir-rapport ta’ verifika għandu jinkludi mill-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)l-identifikazzjoni tal-installazzjoni fejn ikunu saru l-prodotti;

(b)l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur tal-installazzjoni fejn ikunu saru l-prodotti;

(c)il-perjodu ta’ rapportar applikabbli;

(d)l-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt tal-verifikatur:

(e)l-ID tal-akkreditament, l-isem tal-Korp ta’ Akkreditament;

(f)id-data taż-żjara ta’ installazzjoni, jekk applikabbli, jew ir-raġunijiet għaliex ma tkunx saret żjara ta’ installazzjoni;

(g)il-kwantitajiet ta’ kull tip ta’ prodotti ddikjarati prodotti fil-perjodu ta’ rappurtar;

(h)l-emissjonijiet diretti tal-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar;

(i)deskrizzjoni dwar kif l-emissjonijiet tal-installazzjoni huma attribwiti għal tipi differenti ta’ prodotti;

(j)informazzjoni kwantitattiva dwar il-prodotti, l-emissjonijiet u l-flussi tal-enerġija mhux assoċjati ma’ dawk il-prodotti;

(k)fil-każ ta’ prodotti kumplessi:

i.il-kwantitajiet ta’ materjali ta’ input (prekursuri) użati;

ii.l-emissjonijiet inkorporati speċifiċi;

iii.f’każ li jintużaw emissjonijiet attwali: l-identifikazzjoni tal-installazzjoni fejn il-materjal ta’ input ġie prodott u l-emissjonijiet attwali mill-produzzjoni fuq dak il-materjal.

(l)id-dikjarazzjoni tal-opinjoni ta’ verifika;

(m)informazzjoni dwar dikjarazzjonijiet skorretti materjali misjuba u mhux ikkoreġuti, fejn applikabbli;

(n)informazzjoni ta’ nonkonformitajiet mar-regoli tal-kalkolu stabbiliti fl-Anness III, fejn applikabbli.

(1)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
(2)    Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125).