Brussell, 14.4.2021

COM(2021) 177 final

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (ICPO-INTERPOL)


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAR-RAKKOMANDAZZJONI

It-terroriżmu u r-reati serji u organizzati issa huma fenomeni dejjem aktar dinamiċi, globalizzati u kumplessi li jirrikjedu rispons robust u koordinat mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, it-terroriżmu u r-reati serji qegħdin isiru dejjem aktar fenomeni mobbli, tranżnazzjonali u transfruntiera. Dan jirrikjedi l-involviment f’kooperazzjoni aktar profonda u effettiva ma’ korpi internazzjonali, bħall-Interpol, li tista’ tipprovdi pont bejn l-UE u l-komunitajiet internazzjonali tal-infurzar tal-liġi.

Il-kuntest tal-kooperazzjoni attwali bejn l-UE u l-Interpol

L-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol) 1 hija l-akbar organizzazzjoni intergovernattiva globali ta’ pulizija kriminali, b’194 pajjiż membru. Din tiffaċilita l-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi, pereżempju billi tippermetti l-kondiviżjoni ta’ data relatata mal-infurzar tal-liġi u l-aċċess għaliha. L-Interpol għandha diversi ftehimiet ta’ kooperazzjoni ma’ firxa ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali, f’oqsma ta’ interess reċiproku. L-Istati Membri kollha tal-UE huma membri tal-Interpol.

Mill-adozzjoni tal-ewwel Regoli tagħha tal-Ipproċessar ta’ Informazzjoni tal-Pulizija fl-1983, l-Interpol aġġornat il-proċeduri tagħha matul is-snin skont il-prinċipju li r-rispett għall-privatezza tal-individwi huwa fundamentali għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni fil-kuntest tal-infurzar tal-liġi. Ir-regoli attwali tal-Interpol dwar l-ipproċessar ta’ data personali ġew aġġornati reċentement fl-2019. 2

L-UE u l-Interpol diġà għandhom kooperazzjoni fit-tul u profonda f’firxa ta’ oqsma relatati mal-infurzar tal-liġi. L-Interpol hija sieħeb ewlieni għall-UE fil-qasam tas-sigurtà interna u esterna, inkluż il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, kif ukoll fil-ġestjoni integrata tal-fruntieri.

Pereżempju, il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/69/ĠAI 3 tistieden lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex itejbu l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom tal-infurzar tal-liġi u bejniethom u dawn l-awtoritajiet f’pajjiżi terzi billi jiskambjaw data tal-passaport 4 mal-Interpol sabiex jipprevjenu u jiġġieldu r-reati serji u organizzati, inkluż it-terroriżmu.

L-Interpol tipparteċipa wkoll b’mod attiv fl-implimentazzjoni operazzjonali taċ-ċiklu tal-politika tal-UE/EMPACT 5 billi tappoġġa l-azzjonijiet operazzjonali tal-Istati Membri f’kooperazzjoni mal-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE 6 , li jaħdmu mill-qrib mal-Interpol abbażi ta’ għadd ta’ ftehimiet jew arranġamenti 7 . Meta ġie stabbilit l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) 8 fl-2017, inħoloq korp ieħor tal-UE fil-qasam tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni transfruntiera. Il-kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-Interpol jeħtieġ li tiġi stabbilita u regolata, peress li l-UPPE se jibda jopera dalwaqt.

Fl-aħħar nett, l-UE hija waħda mill-akbar donaturi ta’ fondi lill-Interpol. Dawn il-fondi jiġu allokati għal proġetti implimentati mill-Interpol, jew fejn l-Interpol tkun sieħeb fi proġett. B’mod partikolari dawn huma għall-iskambju ta’ informazzjoni, l-infurzar tal-liġi, inkluż il-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-fruntieri u l-attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità, u proġetti u programmi li jimmiraw lejn firxa ta’ terroriżmu u oqsma ta’ reati serji, b’fokus reġjonali l-aktar fuq l-Afrika, l-Asja u l-Amerika Latina.

Il-ħtieġa għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Interpol

L-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà tal-2020 9 tistieden lill-Istati Membri biex iżidu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Interpol, bħala essenzjali biex jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni. L-istrateġija tirrikonoxxi li l-Interpol, waħda mill-akbar organizzazzjonijiet intergovernattivi ta’ pulizija kriminali, għandha rwol importanti f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-Kummissjoni se tħares lejn modi kif iżżid il-kooperazzjoni mal-Interpol, inkluż aċċess possibbli għal bażijiet tad-data tal-Interpol u ssaħħaħ il-kooperazzjoni operattiva u strateġika. Barra minn hekk, l-Aġenda tal-UE kontra t-Terroriżmu tal-2020 10 tirrikonoxxi li l-Interpol hija sieħeb ewlieni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, pereżempju minħabba l-għarfien espert tagħha dwar il-ġellieda terroristiċi barranin, li hemm oqsma fejn jenħtieġ li tiġi stabbilita jew tiżdied il-kooperazzjoni, u li diversi korpi tal-UE huma ffaċċjati bil-ħtieġa operazzjonali li jkollhom aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Interpol biex iwettqu l-kompiti tagħhom.

Minkejja l-kooperazzjoni eżistenti mal-Interpol, hemm oqsma fejn il-kooperazzjoni tista’ u jenħtieġ li tissaħħaħ jew saħansitra tiġi stabbilita f’oqsma ġodda biex tiġi indirizzata serje ta’ ħtiġijiet operazzjonali indispensabbli u biex jiġu implimentati atti legali eżistenti, u l-għan huwa li l-Istati Membri jiġu appoġġati aħjar fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Dawn il-ħtiġijiet operazzjonali jirrikjedu l-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Interpol.

Il-paragrafi li ġejjin jispeċifikaw dawn il-ħtiġijiet fid-dettall.

L-ewwel nett, hemm bżonn ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni ġdid bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol 11 ) u l-Interpol. Il-Europol diġà għandha ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Interpol li jipprevedi l-iskambju ta’ data personali, konkluż fl-2001 12 , ferm qabel ma r-Regolament tal-Europol daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2017. Madankollu, dan il-ftehim ma jagħtix aċċess dirett jew indirett mill-Europol għall-informazzjoni u għall-bażijiet tad-data tal-Interpol, b’mod partikolari l-Avviżi tagħha li fihom informazzjoni dwar it-terroristi. 13 Barra minn hekk, l-Aġenzija tiskambja biss informazzjoni mal-Interpol u taċċessa l-bażijiet tad-data tal-Interpol għat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija permezz tal-Uffiċjal ta’ Kollegament tal-Interpol fil-Europol jew permezz tal-Uffiċjal ta’ Kollegament tal-Aġenzija fl-Interpol. Għalhekk hemm bżonn ta’ ftehim ġdid 14 li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-Aġenzija u l-Interpol kemm biex jitqiesu l-aħħar żviluppi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll ir-reati organizzati serji transfruntiera u tranżnazzjonali u biex jiġu ġestiti l-ħtiġijiet operazzjonali ta’ kuljum, il-mandat tal-Europol 15 , u l-aħħar reġim tal-UE tal-protezzjoni tad-data 16 .

It-tieni, hemm bżonn li tiġi żgurata l-interoperabbiltà. L-UE u l-Interpol kellhom taħditiet esploratorji dwar il-ħtieġa li jidħlu fi ftehim ta’ kooperazzjoni wara l-adozzjoni ta’ regolamenti 17 dwar l-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fl-oqsma tal-fruntieri u l-viża u tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni, u r-Regolament dwar is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) 18 .

Ir-Regolamenti dwar l-interoperabbiltà u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar jipprovdu aċċess ikkontrollat għal żewġ bażijiet tad-data tal-Interpol 19 minn Stat Membru tal-UE jew minn aġenzija tal-UE, permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP). Iż-żewġ bażijiet tad-data tal-Interpol huma l-bażijiet tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD) u ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN). Dawn il-bażijiet tad-data fihom volum kbir ta’ data dwar id-dokumenti tal-ivvjaġġar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. L-użu tal-bażijiet tad-data jista’ jimminimizza l-lakuni fl-informazzjoni, jimmassimizza l-konkordanzi pożittivi u sussegwentement itejjeb l-eżiti operazzjonali tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar.

Iż-żewġ regolamenti ta’ hawn fuq jgħidu li t-tfittxijiet fil-bażijiet tad-data tal-Interpol iridu jsiru b’mod li l-ebda informazzjoni dwar l-allert tal-Interpol ma tiġi żvelata lis-sid. Il-ftehim ta’ kooperazzjoni mal-Interpol se jipprovdi l-bażi ġuridika meħtieġa, inklużi salvagwardji u garanziji ta’ protezzjoni tad-data, u l-awtorizzzazjoni lill-Portal Ewropew tat-Tfittxija biex jaqbad mal-bażijiet tad-data tal-Interpol. Il-ftehim ta’ kooperazzjoni se jipprovdi wkoll ambitu biex tiġi stabbilita konnessjoni sigura tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar mal-infrastruttura tal-IT tal-Interpol, li tippermetti aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Interpol. L-għan huwa li jkun ta’ għajnuna fil-prevenzjoni u fl-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi.

Fl-istess kuntest, fl-2018, il-Kummissjoni ħarġet proposta 20 biex tirrevedi r-Regolament dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża 21 , li – b’mod simili għas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar – se jawtorizza tfittxijiet awtomatizzati ta’ sistemi tal-UE għall-ġestjoni u s-sigurtà tal-fruntieri, u ta’ bażijiet tad-data tal-Interpol. F’Diċembru 2020, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu ftehim politiku dwar din il-proposta; l-adozzjoni formali se ssegwi fix-xhur li ġejjin. Il-ftehim politiku jinkludi dispożizzjoni simili għad-dispożizzjoni li tinsab fir-Regolament dwar is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar. Ir-reviżjoni tar-regolament dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża tenħtieġ għalhekk li titqies ukoll fin-negozjati mal-Interpol għall-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni. Dan ukoll se jgħin fil-prevenzjoni u fl-investigazzjoni tar-reati terroristiċi.

It-tielet, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji jeħtieġu informazzjoni aġġornata dwar il-kriminali u r-reati. L-Interpol tiġġestixxi firxa wiesgħa ta’ bażijiet tad-data li fihom din l-informazzjoni fuq skala globali, ikkontribwiti mill-194 pajjiż membru tal-Interpol. It-18-il bażi tad-data tal-Interpol 22 fihom aktar minn 100 miljun rekord tal-infurzar tal-liġi b’informazzjoni dwar individwi bħal ismijiet u marki tas-swaba’, proprjetà misruqa bħal passaporti u vetturi, armi u armi tan-nar.

Din l-informazzjoni hija siewja għall-Europol, għall-Frontex 23 , għall-Eurojust u għall-UPPE biex iwettqu l-kompiti tagħhom f’konformità mal-mandati tagħhom. Din iżżid l-effettività tagħhom billi tipprovdi valur miżjud operazzjonali, speċjalment meta tappoġġa lill-Istati Membri fid-detezzjoni, fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u kontra reati serji oħra. Dawn is-sorsi ta’ informazzjoni jippermettu lill-aġenziji u lill-UPPE jtejbu l-preċiżjoni u l-kwalità tal-informazzjoni diġà disponibbli għalihom, jidentifikaw konnessjonijiet jew rabtiet oħra bejn l-informazzjoni, jagħlqu l-lakuni fl-informazzjoni u b’hekk jipprovdu intelliġenza olistika u unifikata lill-Istati Membri. Madankollu, għalkemm il-bażijiet tad-data huma direttament aċċessibbli mill-Istati Membri tal-UE bħala pajjiżi membri tal-Interpol, il-Frontex, il-Eurojust u l-UPPE bħalissa ma għandhomx aċċess f’konformità mal-mandati tagħhom (jew aċċess dirett jew fuq bażi ta’ hit/no-hit), minħabba li ma hemmx ftehim mal-Interpol 24 .

Il-kwistjonijiet marbuta mal-Aġenziji speċifiċi huma spjegati hawn taħt.

Il-Europol

L-Aġenzija bħalissa tiskambja informazzjoni mal-Interpol u taċċessa bażijiet tad-data tal-Interpol biex twettaq il-kompiti tagħha permezz tal-Uffiċjal ta’ Kollegament tal-Interpol fil-Europol jew permezz tal-Uffiċjal ta’ Kollegament tal-Aġenzija fl-Interpol, bħala parti mill-ftehim ta’ kooperazzjoni fis-seħħ bejn il-Europol u l-Interpol 25 . Madankollu, il-prattika wriet li din il-proċedura jenħtieġ li tittejjeb, tiġi aċċellerata u ssimplifikata biex jiġi ffaċilitat l-aċċess rapidu għal din l-informazzjoni, speċjalment informazzjoni fil-bażijiet tad-data tal-Interpol relatati mal-ġlieda kontra t-terroriżmu, b’mod partikolari l-Avviżi tagħha li fihom informazzjoni dwar it-terroristi. Dan jippermetti li l-appoġġ operazzjonali pprovdut mill-Europol lill-Istati Membri – speċjalment il-kapaċità analitika tagħha – juża l-informazzjoni miżmuma mill-Interpol. Għalhekk, l-aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Interpol, dirett jew indirett, itejjeb il-kooperazzjoni operazzjonali, filwaqt li jqis kif xieraq ir-restrizzjonijiet imposti mis-sidien tad-data.

Il-Frontex

Il-Frontex għandha l-mandat li tiżgura ġestjoni integrata tal-fruntiera fil-fruntieri esterni tal-UE, bil-għan li timmaniġġja dawn il-fruntieri b’mod effiċjenti u f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali 26 . Wieħed mill-komponenti tal-kontroll tal-fruntiera tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntiera jinkludi miżuri biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u mad-detezzjoni tal-kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni, b’mod partikolari t-terroriżmu, it-traffikar tal-migranti u t-traffikar tal-bnedmin 27 . F’dan il-kuntest, hemm ħtieġa operazzjonali għall-persunal tal-kategorija 1 (persunal statutorju 28 ) tal-korp permanenti tal-Frontex għall-aċċess għall-bażijiet tad-data tal-Interpol biex iwettqu l-kompiti tagħhom. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 jipprevedi li l-membri tat-timijiet tal-kategorija 1 irid ikollhom l-awtorità li jwettqu kompiti u li jeżerċitaw setgħat għall-kontroll tal-fruntiera 29 previsti fir-Regolament (UE) 2016/399 30 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen). Dan jinkludi l-verifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont bażijiet tad-data tal-Interpol (b’mod partikolari l-bażi tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin) fil-fruntieri esterni, skont l-Artikolu 8(3), is-subparagrafu (a), il-punt (i) 31 , 8(3), is-subparagrafu (a), il-punt (ii) 32 u 6(1), il-punt (e) 33 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Dan se jgħin biex jiġu evitati u investigati reati terroristiċi, speċjalment fil-kontrolli fil-fruntiera esterna tal-UE.

Il-Eurojust

L-Aġenzija għandha ħtieġa operazzjonali essenzjali li ssaħħaħ il-kooperazzjoni mal-Interpol 34 u li tikseb il-bażi ġuridika għall-iskambju ta’ data personali sabiex twettaq il-kompiti tagħha 35 . B’mod aktar speċifiku, hemm bżonn ta’ involviment strutturat u strutturali tal-Interpol fil-każijiet tal-Eurojust, inkluż laqgħat ta’ koordinazzjoni, ċentri ta’ koordinazzjoni u timijiet ta’ investigazzjoni konġunti 36 . Speċjalment meta jintalab l-appoġġ tal-Eurojust biex tikkoordina l-implimentazzjoni ta’ miżuri ġudizzjarji u individwi jkollhom jiġu arrestati f’pajjiżi terzi, l-involviment tal-Interpol jista’ jipprovdi valur miżjud, iħaffef il-proċess ġudizzjarju u jiffaċilita l-ħidma tal-Eurojust 37 . Hemm ukoll il-ħtieġa li l-Eurojust tiskambja informazzjoni mal-Interpol dwar ġellieda terroristiċi barranin suspettati 38 , b’mod partikolari billi jitqies ir-Reġistru kontra t-Terroriżmu 39 fil-Eurojust. Il-mezzi tal-Interpol diġà jintużaw biex jiġu trażmessi talbiet għall-estradizzjoni 40 u jistgħu dalwaqt ikunu disponibbli għat-trażmissjoni ta’ talbiet għal assistenza legali reċiproka 41 .

L-UPPE

L-UPPE huwa korp indipendenti tal-UE responsabbli għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq quddiem il-ġustizzja tal-awturi u tal-kompliċi f’reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE. Għandu l-awtorità li jwettaq investigazzjonijiet, jimplimenta ordnijiet ta’ prosekuzzjoni u jeżerċita l-funzjonijiet ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri. F’dan il-kuntest, il-ħtiġijiet operazzjonali tal-UPPE f’termini ta’ kooperazzjoni mal-Interpol huma l-istess bħal dawk ta’ kwalunkwe awtorità nazzjonali ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni fl-Istati Membri, li tinkludi aċċess għal informazzjoni miżmuma fil-bażijiet tad-data tal-Interpol 42 u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Interpol u ma’ pajjiżi terzi permezz tal-Interpol. Din il-ħtieġa saret saħansitra akbar, minħabba n-natura transfruntiera tar-reati li għalihom l-UPPE huwa kompetenti u l-ħtieġa li jikkoopera ma’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-UPPE huwa mistenni li jitlob l-assistenza tal-Interpol biex jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni, speċjalment fir-rigward ta’ assistenza legali reċiproka. Il-kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-Interpol għad trid tiġi stabbilita u regolata, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-mandat tal-UPPE dwar il-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, sa fejn ikun meħtieġ biex iwettaq il-kompiti tiegħu 43 .

Il-ħtieġa għal ftehim ta’ kooperazzjoni hija rikonoxxuta u kkonfermata wkoll mill-Interpol u mill-membri tagħha. F’Ottubru 2019 it-88 Assemblea Ġenerali tal-Interpol adottat ir-Riżoluzzjoni 5, li tawtorizza lis-Segretarjat Ġenerali tal-Interpol biex jidħol f’negozjati mal-UE biex jikkonkludi ftehim ta’ kooperazzjoni.

Forom oħra ta’ kooperazzjoni

B’mod parallel, hemm bżonn li jiġu koperti forom oħra ta’ kooperazzjoni mal-Interpol, li l-Kummissjoni f’kooperazzjoni mar-Rappreżentant Għoli għall-aspetti tal-PESK se timmira li żżomm, f’isem l-UE, bħala parti minn strument separat mal-Interpol, abbażi tal-Artikolu 220 TFUE. Din il-kooperazzjoni se tkun konformi mal-Artikolu 220(2) TFUE f’termini ta’ deskrizzjoni kumplessiva tal-qafas ta’ kooperazzjoni u l-istabbiliment ta’ qafas għal djalogu strutturat f’livell għoli u tekniku, bejn l-UE u l-Interpol. Din il-kooperazzjoni se tipprovdi wkoll lis-servizzi tas-sigurtà tal-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill u lill-Parlament aċċess għal bażijiet ta’ data speċifiċi tal-Interpol għal kontrolli ta’ sigurtà tal-isfond, inkjesti u investigazzjonijiet interni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tidħol u toħroġ notifiki kkontrollati ta’ laissez-passers tal-UE mitlufa, misruqa u rrevokati fil-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa.

2.IL-FTEHIM TA’ KOOPERAZZJONI PREVIST

Il-ftehim ta’ kooperazzjoni previst bejn l-UE u l-Interpol se jimmira lejn dawn l-għanijiet.

Jirregola l-kooperazzjoni bejn il-Europol u l-Interpol, filwaqt li jqis l-aħħar żviluppi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, ir-reati organizzati serji transfruntiera u tranżnazzjonali, il-ħtiġijiet operazzjonali attwali, il-mandat tal-Europol, u l-aħħar reġim tal-UE ta’ protezzjoni tad-data.

Jipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex jingħata aċċess ikkontrollat għall-bażijiet tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD) u ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN) permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija, mill-Istati Membri tal-UE u mill-aġenziji tal-UE, kif meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, f’konformità mad-drittijiet ta’ aċċess tagħhom, mal-liġi tal-UE jew nazzjonali li jkopru tali aċċess u f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali.

Jipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex jippermetti lill-Istati Membri tal-UE u lill-Frontex (l-Unità Ċentrali tiegħu tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar) jaċċessaw il-bażijiet tad-data tal-Interpol permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali.

Jipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex jiġi implimentat Regolament rivedut dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża li jippermetti lill-Istati Membri tal-UE jaċċessaw il-bażijiet tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD) tal-Interpol u ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN) permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija meta jeżaminaw applikazzjonijiet għal viżi jew permessi ta’ residenza, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-UE tal-protezzjoni tad-data u mad-drittijiet fundamentali.

Jistabbilixxi u jirregola l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”), kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/1939 u l-Interpol, f’konformità mal-mandati tagħhom, u f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-UE tal-protezzjoni tad-data u mad-drittijiet fundamentali.

Jipprovdi l-bażi ġuridika biex jawtorizza lill-Europol, lill-persunal tal-kategorija 1 tal-Frontex (il-persunal statutorju tal-korp permanenti) u lill-UPPE biex jaċċessaw il-bażijiet tad-data rilevanti tal-Interpol 44 biex iwettqu l-kompiti tagħhom, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali.

Jipprovdi l-bażi ġuridika biex jawtorizza lill-Eurojust u lill-UPPE jiskambjaw informazzjoni operazzjonali mal-Interpol, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali.

L-għanijiet kollha elenkati hawn fuq iridu jikkonformaw bis-sħiħ mar-reġim tal-UE ta’ protezzjoni tad-data 45 .

3.IL-KOMPETENZA TAL-UE

L-Artikolu 3(2) tat-TFUE jipprevedi li l-UE għandha kompetenza esklussiva “li tikkonkludi ftehim internazzjonali ... sal-punt fejn il-konklużjoni tiegħu tista’ tolqot xi regoli komuni jew tbiddel il-kamp tal-applikazzjoni tagħhom.” Il-ftehim internazzjonali jista’ jaffettwa regoli komuni jew ibiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom fejn il-qasam kopert mill-ftehim ikun jikkoinċidi mal-leġiżlazzjoni tal-UE jew ikun kopert fil-biċċa l-kbira mid-dritt tal-UE. L-Unjoni Ewropea adottat regoli komuni bbażati fuq l-Artikoli 16, 77, 79, 85, 86, 87(1), (2) u 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-aspetti li għandhom jiġu koperti fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.

Il-qafas legali attwali tal-Unjoni Ewropea jinkludi:

Ir-Regolamenti (UE) 2016/794, (UE) 2019/1896, (UE) 2018/1727, (UE) 2017/1939 dwar il-Europol, il-Frontex, il-Eurojust u l-UPPE, rispettivament, inklużi dispożizzjonijiet għal kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol;

Ir-Regolamenti (UE) 2019/817, (UE) 2019/818 u (UE) 2018/1240, li jipprovdu għal aċċess ikkontrollat għall-bażi tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin tal-Interpol u għall-bażi tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi minn Stat Membru tal-UE jew aġenzija tal-UE;

Ir-Regolament (UE) 2017/458 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), li għandu l-għan li jżid il-kontrolli mal-bażijiet tad-data rilevanti fil-fruntieri esterni, jinkludi Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin tal-Interpol bħala waħda mill-bażijiet tad-data li għandhom jiġu kkonsultati;

Din ir-Rakkomandazzjoni hija konsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-atti legali msemmija hawn fuq.

4.    BAŻI ĠURIDIKA

L-objettiv ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huwa li tinkiseb awtorizzazzjoni mill-Kunsill sabiex il-Kummissjoni tinnegozja l-ftehim ta’ kooperazzjoni futur bejn l-UE u l-Interpol f’isem l-UE. Il-bażi ġuridika għall-Kunsill biex jawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati hija l-Artikolu 218(3) u (4) tat-TFUE.

5.    NEGOZJATI

F’konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE, il-Kummissjoni se tiġi nnominata bħala n-negozjatur tal-UE għall-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-UE u l-Interpol.

Il-Kummissjoni se tmexxi n-negozjati f’konformità mad-direttivi ta’ negozjati stabbiliti fl-anness tad-deċiżjoni u f’konsultazzjoni ma’ kumitat speċjali maħtur mill-Kunsill.

Il-Kummissjoni se żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bis-sħiħ dwar in-negozjati fil-ħin.

Rakkomandazzjoni għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (ICPO-INTERPOL)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 218(3) u (4) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Jenħtieġ li jinfetħu negozjati bil-ħsieb li jiġi konkluż ftehim ta’ kooperazzjoni (“il-Ftehim”) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Interpol. Il-ftehim se jkollu l-għan li jirregola l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Interpol fil-qasam tal-infurzar tal-liġi f’konformità mal-Artikoli 87 u 88 tat-TFUE, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali f’konformità mal-Artikoli 82, 85 u 86 tat-TFUE, u fil-qasam tas-sigurtà tal-fruntieri (bħala parti mill-ġestjoni tal-fruntieri) f’konformità mal-Artikolu 77 tat-TFUE.

(2)Il-Ftehim jenħtieġ li jirregola l-kooperazzjoni bejn l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (“il-Europol”) u l-Interpol, filwaqt li jqis l-aħħar żviluppi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata serja transfruntiera u tranżnazzjonali, il-ħtiġijiet operazzjonali attwali u l-mandat tal-Europol.

(3)Il-Ftehim jenħtieġ li jipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex jiġi awtorizzat aċċess ikkontrollat għall-bażijiet tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (“SLTD”) tal-Interpol u tad-Dokument tal-Ivvjaġġar Assoċjat ma’ Avviżi (“TDAWN”) permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija (“ESP”), mill-Istati Membri tal-UE u mill-aġenziji tal-UE, sa fejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom, f’konformità mad-drittijiet ta’ aċċess tagħhom, mal-liġi tal-UE jew nazzjonali li jkopru tali aċċess.

(4)Il-Ftehim jenħtieġ li jipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex jawtorizza lill-Istati Membri tal-Unjoni u lill-Unità Ċentrali tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (“ETIAS”) tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (“il-Frontex”) jaċċessaw il-bażi tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin tal-Interpol u l-bażi tad-data tad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija.

(5)Il-Ftehim jenħtieġ li jipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ Regolament rivedut dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża li jawtorizza lill-Istati Membri tal-Unjoni jaċċessaw il-bażijiet tad-data tal-Interpol permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija meta jeżaminaw applikazzjonijiet għal viżi jew permessi ta’ residenza.

(6)Il-Ftehim jenħtieġ li jiffaċilita l-istabbiliment u r-regolamentazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) u l-Interpol.

(7)Il-Ftehim jenħtieġ li jipprovdi l-bażi ġuridika biex jawtorizza lill-Europol, lill-persunal statutorju tal-korp permanenti tal-Frontex (persunal tal-kategorija 1) u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex jaċċessaw bażijiet tad-data rilevanti tal-Interpol għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

(8)Il-Ftehim jenħtieġ li jipprovdi l-bażi ġuridika biex jawtorizza lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (“il-Eurojust”) u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex jiskambjaw informazzjoni operazzjonali mal-Interpol.

(9)L-Artikolu 23(1), (2) u (5) tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 46 jipprovdi għall-iskambju ta’ data personali bejn il-Europol u organizzazzjonijiet internazzjonali, sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-Europol, kif definit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/794.

(10)F’konformità mal-Artikolu 5(9) tar-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 47 , l-Artikolu 5(9) tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 48 u mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 49 , it-tfittxijiet fil-bażijiet tad-data tal-Interpol jenħtieġ li jsiru b’mod li l-ebda informazzjoni ma tiġi żvelata lis-sid tal-allert tal-Interpol. F’konformità mal-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2018/1240 id-data personali jenħtieġ li ma tiġix ttrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pajjiż terz, ta’ organizzazzjoni internazzjonali jew ta’ kwalunkwe parti privata, bl-eċċezzjoni ta’ trasferimenti lill-Interpol bil-għan li jsir ipproċessar awtomatizzat mal-bażi tad-datatad-Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin tal-Interpol u mal-bażi tad-data tad-dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi, u jipprevedi li tali trasferimenti jkunu soġġetti għar-Regolament (UE) 2018/1725 50 .

(11)L-Artikoli 80, 99 u 104 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 51 jistabbilixxu b’mod partikolari r-relazzjonijiet u jipprovdi għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-organizzazzjonijiet internazzjonali.

(12)Fid-dawl tal-premessa 33 tar-Regolament (UE) 2016/794 u l-premessa 46 tar-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 52 , huwa xieraq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Europol u l-Interpol, u l-Eurojust u l-Interpol rispettivament, billi jiġi promoss l-iskambju effiċjenti ta’ data personali.

(13)L-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 53 jipprovdi għall-possibbiltà li l-Frontex tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, li jinkludu speċifikament l-Interpol. F’konformità mal-Artikolu 82(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 il-membri ta’ timijiet mill-korp permanenti tal-Frontex irid ikollhom il-kapaċità li jwettqu kompiti u li jeżerċitaw setgħat għall-kontroll fuq il-fruntieri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 54 (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen). Skont l-Artikolu 8(3)(a)(i) 55 , l-Artikolu 8(3)(a)(ii) 56 u l-Artikolu 6(1)(e) 57 tar-Regolament (UE) 2016/399, dan jinkludi l-verifika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi mal-bażijiet tad-data tal-Interpol (b’mod partikolari l-bażi tad- data dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin tal-Interpol) fil-fruntieri esterni tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen fir-rigward tal-kontroll tal-persuni fil-fruntieri esterni.

(14)L-Artikolu 47(1), l-Artikolu 47(5 u 6), l-Artikolu 52 u l-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) 2018/1727 jistabbilixxu r-relazzjonijiet, u jipprevedu l-iskambju ta’ data personali, bejn il-Eurojust u organizzazzjonijiet internazzjonali.

(15)Fid-dawl tal-premessa 96 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, huwa xieraq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Interpol billi jiġi promoss skambju effiċjenti ta’ data personali.

(16)L-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 58 , jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ data personali operazzjonali lill-organizzazzjonijiet internazzjonali.

(17)Il-Ftehim jenħtieġ li jkun f’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 59 , ir-Regolament (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2016/680 60 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(18)Il-Ftehim jenħtieġ li jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), b’mod partikolari d-dritt għal ħajja privata u tal-familja, rikonoxxut fl-Artikolu 7 tal-Karta, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, rikonoxxut fl-Artikolu 8 tal-Karta u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust rikonoxxut mill-Artikolu 47 tal-Karta. Il-Ftehim jenħtieġ li jiġi applikat f’konformità mad-drittijiet u mal-prinċipji kollha stabbiliti fil-Karta.

(19)Il-Kummissjoni trid tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data matul in-negozjar tal-ftehim u, fi kwalunkwe każ, qabel ma jiġi konkluż il-ftehim.

(20)Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi nnominata bħala n-negozjatur tal-UE.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata tinnegozja, f’isem l-Unjoni Ewropea Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-reati serji u fl-iżgurar ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntiera esterna tal-Istati Membri u ta’ pajjiżi terzi assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen fir-rigward tal-kontroll tal-persuni fil-fruntieri esterni.

Artikolu 2

Id-direttivi ta’ negozjati huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 3

In-negozjati għandhom isiru f’konsultazzjoni ma’ [isem il-kumitat speċjali li jiddaħħal mill-Kunsill].

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

(1)    Il-Kostituzzjoni tal-ICPO-Interpol [I/CONS/GA/1956 (2017)].
(2)    Interpol’s Rules on the Processing of Data [III/IRPD/GA/2011 (2019)].
(3)    Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/69/ĠAI tal-24 ta’ Jannar 2005 dwar l-iskambju ta’ ċerta data mal-Interpol, ĠU L 27, 29.1.2005, p. 61.
(4)    Id-data fuq passaporti maħruġa u vojta li huma misruqa, mitlufa jew miżapproprjati u fformattjati għall-integrazzjoni f’sistema ta’ informazzjoni speċifika. Id-data tal-passaporti mdaħħla fil-bażi tad-data tal-Interpol se tikkonsisti biss min-numru tal-passaport, il-pajjiż tal-ħruġ u t-tip ta’ dokument [l-Artikolu 2(1) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2005/69/ĠAI].
(5)    Iċ-ċiklu tal-politika pluriennali tal-UE għandu l-għan li jindirizza l-aktar theddidiet importanti li jirriżultaw mir-reati internazzjonali organizzati u serji għall-UE b’mod koerenti u metodoloġiku billi jtejjeb u jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn is-servizzi rilevanti tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji tal-UE kif ukoll pajjiżi u organizzazzjonijiet terzi, inkluż is-settur privat fejn rilevanti.
(6)    L-Aġenziji tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni huma aġenziji tal-UE stabbiliti abbażi tat-Titolu V Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tat-TFUE. L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) huma aġenziji tal-ĠAI.
(7)    Il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Interpol u l-Europol ġie ffirmat fil-05-11-2001. Il-memorandum ta’ qbil dwar il-kooperazzjoni bejn il-Eurojust u l-Interpol ġie ffirmat fil-15-07-2013. L-arranġament ta’ ħidma bejn l-Interpol u l-Frontex ġie ffirmat fis-27-05-2009. L-arranġament ta’ ħidma bejn is-CEPOL u s-Segretarjat Ġenerali tal-Interpol ġie ffirmat fis-06-12-2017. Il-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Interpol u l-EMCDDA ġie ffirmat fil-25-09-2001.
(8)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(9)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Unjoni tas-Sigurtà, Brussell, 24.7.2020, COM(2020) 605 final.
(10)    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Aġenda Kontra t-Terroriżmu għall-UE: Antiċipazzjoni, Prevenzjoni, Protezzjoni, Rispons. Brussell, 9.12.2020 COM(2020) 795 final.
(11)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI. ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53.
(12)    Il-ftehim ġie ssupplimentat aktar tard minn diversi dokumenti relatati mal-kooperazzjoni miftiehma jew konklużi bejn l-organizzazzjonijiet, pereżempju dwar il-kooperazzjoni permezz ta’ Uffiċjali ta’ Kollegament u l-istabbiliment, l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta’ linja ta’ komunikazzjoni sigura għall-iskambju ta’ informazzjoni.
(13)    L-Avviżi tal-Interpol huma talbiet internazzjonali għal kooperazzjoni jew allerti li jippermettu li l-infurzar tal-liġi jikkondividi informazzjoni kritika relatata mal-kriminalità, inkluż informazzjoni dwar it-terroriżmu. L-avviżi jinkludu twissijiet dwar l-attivitajiet kriminali tal-persuni - fejn dawn il-persuni jitqiesu bħala theddida potenzjali għas-sikurezza pubblika- twissijiet ta’ avvenimenti, persuni, oġġetti jew proċessi li jirrappreżentaw theddida serja u imminenti għas-sikurezza pubblika, kif ukoll informazzjoni dwar modus operandi, oġġetti, apparati u metodi ta’ ħabi użati mill-kriminali.
(14)    L-Artikolu 25 tar-Regolament tal-Europol jipprevedi li l-Kummissjoni trid tivvaluta d-dispożizzjonijiet li jinsabu fi ftehimiet ta’ kooperazzjoni konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament tal-Europol, bħall-ftehim mal-Interpol. Il-Kummissjoni trid tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu ta’ dik il-valutazzjoni, u tista’, jekk ikun xieraq, tissottometti lill-Kunsill rakkomandazzjoni għal deċiżjoni li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati biex jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-TFUE, li ddaħħal salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali tal-individwi.
(15)    Mill-konklużjoni tal-ftehim ta’ kooperazzjoni bejn il-Europol u l-Interpol, il-mandat tal-Europol inbidel darbtejn, fl-2009 u mbagħad fl-2017 (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, ir-Regolament (UE) 2016/794). Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni pproponiet l-estensjoni tal-mandat għall-Europol [Brussell, 09.12.2020, COM(2020) 796 final].
(16)    Mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ kooperazzjoni tal-2001 bejn il-Europol u l-Interpol, ir-reġim tal-UE tal-protezzjoni tad-data nbidel b’mod sinifikanti. Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1), ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39), id-Direttiva (UE) Nru 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89) (id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi għall-Protezzjoni tad-Data). Jenħtieġ li jiġi nnutat ukoll li d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fil-mandat tal-Europol ġew aġġornati mid-dħul fis-seħħ tal-ftehim ta’ kooperazzjoni tal-2001 bejn il-Europol u l-Interpol.
(17)    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27) u r-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(18)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(19)    Fil-kuntest tar-Regolamenti dwar l-interoperabbiltà u l-ETIAS [l-Artikolu 4(17) tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/1240], “Bażijiet ta’ data tal-Interpol” tfisser biss il-bażi tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (il-bażi tad-data SLTD) tal-Interpol u l-bażi tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (il-bażi tad-data TDAWN) tal-Interpol.
(20)    COM(2018) 302 final (16.5.2018).
(21)    Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS), ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60.
(22)    Avviżi (id-dettalji huma maħżuna fis-Sistema ta’ Informazzjoni Kriminali tal-Interpol-ICIS); Data nominali; Bażi tad-data Internazzjonali dwar l-Isfruttament Sesswali tat-Tfal ; Marki tas-swaba’, Tfassil ta’ profili tad-DNA u Rikonoxximent tal-Wiċċ; Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD); Dokumenti Amministrattivi Misruqin (SAD); Dokumenti ffalsifikati; Edison; Vetturi bil-Mutur Misruqin (SMV), Bastimenti u Opri tal-Arti (WOA), Tabella ta’ Riferiment tal-Interpol tal-Armi tan-Nar , Sistema ta’ Ġestjoni tar-Reġistrar u t-Traċċar ta’ Armi Illeċiti tal-Interpol (iARMS), Network ta’ Informazzjoni Ballistika tal-Interpol (IBIN), Networks ta’ kriminalità organizzata u Piraterija Marittima.
(23)    Il-Frontex tirreferi għall-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1–131).
(24)    Skont l-Artikoli 6(2) u 27 tar-Regoli tal-Interpol dwar l-Ipproċessar ta’ Data [III/IRPD/GA/2011 (2019)], għal entitajiet internazzjonali biex jaċċessaw is-sistema ta’ informazzjoni tal-Interpol hemm bżonn ta’ ftehim mal-Interpol.
(25)    L-Artikolu 3 tal-Memorandum ta’ Qbil tal-2009 kif imsemmi fl-Artikolu 4(1) tal-Ftehim tal-2001 bejn l-Interpol u l-Europol jipprevedi li l-Uffiċjal ta’ Kollegament għall-parti l-oħra huwa responsabbli għall-iffaċilitar tal-iskambju prattiku ta’ informazzjoni.
(26)    L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) 2019/1896.
(27)    L-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/1896.
(28)    Skont l-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) 2019/1896, il-korp permanenti Ewropew għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jrid ikun magħmul minn erba’ kategoriji ta’ persunal operattiv. Il-Kategorija 1 tinkludi persunal statutorju stazzjonat bħala membri tat-timijiet fiż-żoni ta’ operazzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament. L-Aġenzija trid tikkontribwixxi membri tal-persunal statutorju tagħha (kategorija 1) għall-korp permanenti biex jiġu stazzjonati fiż-żoni ta’ operazzjonijiet bħala membri tat-timijiet bil-kompiti u s-setgħat previsti fl-Artikolu 82 ta’ dan ir-Regolament. Il-kompiti tagħhom jinkludu l-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu.
(29)    Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2016/399, il-movimenti transfruntiera fil-fruntieri esterni jridu jkunu soġġetti għal kontrolli mill-gwardji tal-fruntiera. Il-kontrolli jistgħu jkopru wkoll il-mezzi tat-trasport u l-oġġetti li jinsabu fil-pussess tal-persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntiera.
(30)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1–52, verżjoni konsolidata, kif emendat bir-Regolamenti (UE) 2016/1624, (UE) 2017/458 u (UE) 2019/817.
(31)    Mad-dħul u mal-ħruġ, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jridu jkunu soġġetti għal kontrolli bir-reqqa, li jinkludu l-verifika tal-identità u n-nazzjonalità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u tal-awtentiċità u l-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera. Dan jinvolvi l-konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data rilevanti, b’mod partikolari (iżda mhux biss) il-bażi tad-data tal-SLTD tal-Interpol.
(32)    Il-kontroll ta’ hawn fuq jinkludi l-verifika li d-dokument tal-ivvjaġġar ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew mill-permess ta’ residenza meħtieġa.
(33)    Il-kundizzjonijiet tad-dħul taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jinkludu li huma ma jitqisux bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, b’mod partikolari jekk ma jkun inħareġ l-ebda allert fil-bażijiet tad-data nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jiġi miċħud id-dħul għall-istess raġunijiet.
(34)    Il-Premessa (46) tar-Regolament (UE) 2018/1727 tipprevedi li huwa xieraq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Interpol bil-promozzjoni ta’ skambju effiċjenti ta’ data personali filwaqt li jiġi żgurat rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta’ data personali. Meta data personali operazzjonali tiġi ttrasferita mill-Eurojust lill-Interpol, u lil pajjiżi li ddelegaw membri lill-Interpol, jenħtieġ li jiġi applikat ir-Regolament (UE) 2018/1727, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti internazzjonali.
(35)    Skont l-Artikolu 2(1), (3) tar-Regolament (UE) 2018/1727, il-Eurojust trid tappoġġa u ssaħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-investigazzjoni u tal-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ reati serji li l-Eurojust hija kompetenti li tittratta, fejn dik il-kriminalità taffettwa żewġ Stati Membri jew iktar, jew tkun teħtieġ prosekuzzjoni fuq bażi komuni, abbażi ta’ operazzjonijiet imwettqa u informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, mill-Europol, mill-UPPE u mill-OLAF.  Il-Eurojust trid twettaq il-kompiti tagħha fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-UPPE, fl-ambitu tal-kompetenza tal-UPPE.
(36)    Skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/1727, il-Eurojust trid tassisti lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-aħjar koordinazzjoni possibbli tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet, tipprovdi appoġġ operazzjonali u tekniku lill-operazzjonijiet u l-investigazzjonijiet transfruntiera tal-Istati Membri, inkluż għat-timijiet ta’ investigazzjoni konġunta, u tappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra forom ta’ reati serji li għalihom hija kompetenti l-Aġenzija.
(37)    Skont l-Artikolu 2(2), is-subparagrafu (b) tar-Regolament (UE) 2018/1727, il-Eurojust trid tiffaċilita l-eżekuzzjoni ta’ talbiet għal, u deċiżjonijiet dwar, kooperazzjoni ġudizzjarja, inklużi talbiet u deċiżjonijiet ibbażati fuq l-istrumenti li jħaddmu l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku.
(38)    Il-Ġellieda Terroristiċi Barranin (FTFs) huma ddefiniti bħala “ individwi li jivvjaġġaw lejn Stat li mhux l-Istat ta’ residenza jew nazzjonalità tagħhom għall-iskop li jwettqu, jippjanaw, jippreparaw, jew jipparteċipaw f’atti terroristiċi jew li jagħtu jew jirċievu taħriġ terroristiku, inkluż b’rabta ma’ kunflitt armat” [Ir-Riżoluzzjoni 2178(2014) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti].
(39)    Ir-Reġistru Kontra t-Terroriżmu (CTR) tnieda fl-2019 fil-Eurojust biex jissaħħaħ ir-rispons ġudizzjarju fl-Istati Membri għal theddid terroristiku u biex tittejjeb is-sigurtà għaċ-ċittadini. Is-CTR jiċċentralizza l-informazzjoni ġudizzjarja ewlenija biex jiġu stabbiliti rabtiet fi proċedimenti kontra persuni suspettati ta’ reati terroristiċi. Is-CTR huwa ġestit mill-Eurojust f’The Hague fuq bażi ta’ 24 siegħa u jipprovdi appoġġ proattiv lill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali. Din l-informazzjoni ċentralizzata se tgħin lill-prosekuturi jikkoordinaw b’mod aktar attiv u jidentifikaw il-persuni suspettati jew in-networks li qed jiġu investigati f’każijiet speċifiċi b’implikazzjonijiet transfruntiera potenzjali.
(40)    L-Assemblea Ġenerali tal-Interpol adottat l-istrument legali li jirregola l-użu tas-sistema ta’ estradizzjoni elettronika (ir-Regoli dwar l-estradizzjoni elettronika) fit-83 sessjoni tagħha (Monaco, 3-7 ta’ Novembru 2014, ir-Riżoluzzjoni AG-2014-RES-20).
(41)    L-inizjattiva e-MLA għandha l-għan li tiżviluppa għodda tal-Interpol għat-trażmissjoni elettronika sigura ta’ skambji ta’ assistenza legali reċiproka (MLA). Ir-Riżoluzzjoni GA-2018-87-RES-04 (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda, 18-21 ta’ Novembru 2018) tat il-kompitu lis-Segretarjat Ġenerali, f’konsultazzjoni mal-pajjiżi membri tal-Interpol, biex jirrapporta dwar l-iżvilupp tekniku tas-Sistema e-MLA u, li jissottometti sett ta’ regoli xieraq li jirregola l-użu ta’ din il-kapaċità l-ġdida tal-Interpol lill-Assemblea Ġenerali għall-approvazzjoni f’sessjoni futura, f’każ li jiġi garantit finanzjament adegwat.
(42)    Pereżempju avviżi dwar individwi, li huma rilevanti b’mod speċjali f’każijiet ta’ korruzzjoni u frodi, il-bażi tad-data tal-SLTD, il-bażi tad-data tad-Dial-Doc, li tikkondividi forom ġodda ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti, id-diversi bażijiet tad-data dwar proprjetà misruqa għal skopijiet investigattivi u ta’ rkupru tal-assi.
(43)    L-Artikoli 99(3) u 104 tar-Regolament tal-UPPE (UE) 2017/1939 jipprovdu għal kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Interpol, sa fejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tal-UPPE. Il-premessa (96) tar-Regolament tal-UPPE tistipula: “L-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea huma affiljati mal-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol). Sabiex twettaq il-missjoni tagħha, l-Interpol tirċievi, taħżen u tiċċirkola data personali biex tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali. Għalhekk, huwa xieraq li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Interpol bil-promozzjoni ta’ skambju effiċjenti tad-data personali filwaqt li jiġi żgurat rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku ta’ data personali. Fejn data personali operazzjonali tiġi trasferita mill-UPPE lill-Interpol, u lil pajjiżi li ddelegaw membri fl-Interpol, għandu japplika dan ir-Regolament, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti internazzjonali.” Barra minn hekk, skont il-premessa (97) tar-Regolament tal-UPPE, “Meta l-UPPE jittrasferixxi data personali operazzjonali lil awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jew lill-Interpol bis-saħħa ta’ ftehim internazzjonali konkluż taħt l-Artikolu 218 TFUE, salvagwardji adatti għall-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi għandhom jassiguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-protezzjoni tad-data jitħarsu.”
(44)    Minbarra l-aċċess għall-SLTD u għat-TDAWN permezz tal-ESP, il-bażijiet tad-data tal-Interpol li l-UE se tinnegozja mal-Interpol biex il-Europol, il-Frontex, il-Eurojust u l-UPPE jkollhom aċċess għalihom, se jiġu speċifikati aktar, f’konformità mal-mandati rispettivi ta’ dawk il-korpi u mal-ħtiġijiet operazzjonali tagħhom.
(45)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725, ir-Regolament (UE) 2018/1725 u d-Direttiva (UE) 2016/680.
(46)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(47)    Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
(48)    Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
(49)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).
(50)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE, ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(51)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(52)    Ir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).
(53)    Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).
(54)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(55)    Mad-dħul u mal-ħruġ, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli bir-reqqa, li jinkludu l-verifika tal-identità u tan-nazzjonalità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u tal-awtentiċità u tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar għall-qsim tal-fruntiera. Dan jinvolvi l-konsultazzjoni tal-bażijiet tad-data rilevanti, b’mod partikolari (iżda mhux biss) il-bażi tad-data tal-SLTD tal-Interpol.
(56)    Il-kontroll ta’ hawn fuq jinkludi l-verifika li d-dokument tal-ivvjaġġar ikun akkumpanjat, fejn applikabbli, mill-viża jew mill-permess ta’ residenza meħtieġa.
(57)    Il-kundizzjonijiet tad-dħul taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jinkludu li huma ma jitqisux bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru, b’mod partikolari jekk ma jkun inħareġ l-ebda allert fil-bażijiet tad-data nazzjonali tal-Istati Membri sabiex jiġi miċħud id-dħul għall-istess raġunijiet.
(58)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(59)    Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).
(60)    Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89) (Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi għall-Protezzjoni tad-Data).

Brussell, 14.4.2021

COM(2021) 177 final

ANNESS

tar-

Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill

li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati għal ftehim ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (ICPO-INTERPOL)


ANNESS

Matul in-negozjati, il-Kummissjoni jenħtieġ li timmira li tikseb l-objettivi stabbiliti fid-dettall hawn taħt.

(1)Li tirregola l-kooperazzjoni bejn l-Europol u l-Interpol, filwaqt li tqis l-aħħar żviluppi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fil-kriminalità transfruntiera u transnazzjonali serja, fil-kriminalità organizzata, fil-ħtiġijiet operazzjonali attwali, fil-mandat tal-Europol u b’rispett sħiħ tar-rekwiżiti tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u tad-drittijiet fundamentali;

(2)Li tipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex tawtorizza aċċess ikkontrollat għall-bażijiet tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin (SLTD) u ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (TDAWN) permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP) mill-Istati Membri tal-UE u mill-aġenziji tal-UE, kif meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, f’konformità mad-drittijiet ta’ aċċess tagħhom, mal-liġi tal-UE jew nazzjonali li tkopri dan l-aċċess u f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali;

(3)Li tipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex tawtorizza lill-Istati Membri tal-UE u lill-Frontex (is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar tagħha (ETIAS)) biex jaċċessaw il-bażijiet ta’ data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin u ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfixxija , f’konformità mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali;

(4)Li tipprovdi s-salvagwardji u l-garanziji meħtieġa biex jiġi implimentat Regolament rivedut dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża li jawtorizza lill-Istati Membri tal-UE jaċċessaw il-bażijiet tad-data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin tal-Interpol u ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi permezz tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija meta jeżaminaw applikazzjonijiet għal viżi jew permessi ta’ residenza, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-UE tal-protezzjoni tad-data u mad-drittijiet fundamentali;

(5)Li tistabbilixxi u tirregola l-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), kif stabbilit mir-Regolament (UE) 2017/1939 u l-Interpol, f’konformità mal-mandati tagħhom u f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-UE tal-protezzjoni tad-data u mad-drittijiet fundamentali;

(6)Li tipprovdi l-bażi ġuridika biex tawtorizza lill-Europol, lill-persunal tal-kategorija 1 tal-Frontex (il-persunal statutorju tal-korp permanenti) u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jaċċessaw il-bażijiet tad-data rilevanti tal-Interpol biex iwettqu l-kompiti tagħhom, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali;

(7)Li tipprovdi l-bażi ġuridika biex tawtorizza lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiskambjaw informazzjoni operazzjonali mal-Interpol, f’konformità sħiħa mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data tal-UE u mad-drittijiet fundamentali;

B’mod speċifiku, il-Ftehim ta’ kooperazzjoni jenħtieġ li:

(`)Jistabbilixxi d-definizzjonijiet miftiehma tat-termini ewlenin, inkluż dwar id-data personali, b’mod konformi mar-Regolamenti (UE) 2016/679 u 2018/1725, u l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680;

(a)Jipprevedi li kwalunkwe tfittxija awtomatizzata tal-bażijiet ta’ data ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqin u Mitlufin tal-Interpol u ta’ Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi fil-kuntest tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, l-interoperabbiltà u r-Regolamenti riveduti tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża jridu jitwettqu b’tali mod li ma tiġi żvelata l-ebda informazzjoni lill-Istat sid tal-allert tal-Interpol;

(b)Jispjega b’mod ċar u preċiż is-salvagwardji u l-kontrolli meħtieġa għall-protezzjoni tad-data personali, għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, irrispettivament min-nazzjonalità u mill-post ta’ residenza, fl-iskambju ta’ data personali mal-Interpol. B’mod partikolari:

(`)L-għanijiet tal-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tal-Ftehim iridu jiġu spjegati b’mod ċar u preċiż mill-Partijiet, u ma jkunux usa’ minn dak li huwa meħtieġ fil-każijiet individwali għall-finijiet tal-Ftehim;

(a)Id-data personali trasferita lill-Interpol mill-aġenziji u mill-korpi tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE f’konformità mal-mandati tagħhom skont il-Ftehim trid tiġi pproċessata b’mod ġust, fuq bażi leġittima u għall-finijiet li għalihom tkun ġiet trasferita biss. Kwalunkwe pproċessar ulterjuri ta’ data inkompatibbli mal-ipproċessar inizjali tad-data jrid ikun ipprojbit (limitazzjoni tal-iskop). Il-Ftehim irid jipprovdi ambitu biex jindika, meta tiġi trasferita d-data, ir-restrizzjoni kollha fuq l-aċċess jew l-użu, inkluż restrizzjoni fuq it-trasferiment, it-tħassir jew il-qerda tad-data;

(b)Id-data personali trasferita trid tkun adegwata, rilevanti u limitata għal dak li huwa meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet trasferita. Trid tkun preċiża u tinżamm aġġornata. Ma tridx tinżamm għal aktar żmien milli jkun meħtieġ għall-iskop li għalih tkun ġiet trasferita. Il-Ftehim irid jistabbilixxi regoli dwar il-ħżin, inkluż il-limitazzjoni tal-ħżin, dwar ir-rieżami, il-korrezzjoni u t-tħassir ta’ data personali;

(c)Il-Ftehim irid jispeċifika l-kriterji li abbażi tagħhom l-affidabbiltà tas-sors u l-preċiżjoni tad-data għandhom jiġu indikati;

(d)It-trasferiment ta’ data personali li tiżvela l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, sħubija fi trade union, data ġenetika, data bijometrika għall-fini ta’ identifikazzjoni unika ta’ persuna fiżika, u data dwar is-saħħa u l-ħajja sesswali jew l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna, iridu jkunu permessi biss fejn meħtieġ u b’mod proporzjonat fil-każijiet individwali għall-prevenzjoni jew il-ġlieda kontra reati kriminali kif imsemmi fil-Ftehim, u soġġett għal salvagwardji xierqa li jindirizzaw ir-riskji speċifiċi tal-ipproċessar. Il-Ftehim jenħtieġ li jkun fih salvagwardji speċifiċi li jirregolaw it-trasferiment ta’ data personali dwar minorenni u dwar vittmi ta’ reati kriminali, xhieda jew persuni oħra li jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar reati kriminali;

(e)Il-Ftehim irid jistabbilixxi regoli dwar l-informazzjoni li trid tkun disponibbli għall-individwi u li jrid jiżgura d-drittijiet infurzabbli tal-individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata, fil-forma ta’ regoli dwar id-dritt għall-informazzjoni, l-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir, inklużi r-raġunijiet speċifiċi li jistgħu jippermettu kwalunkwe restrizzjoni meħtieġa u proporzjonata. Il-Ftehim irid jiżgura wkoll drittijiet infurzabbli ta’ rimedju amministrattiv u ġudizzjarju għal kwalunkwe persuna li d-data tagħha tiġi pproċessata skont il-Ftehim u jiggarantixxi rimedji effettivi;

(f)Il-Ftehim irid jistabbilixxi r-regoli dwar iż-żamma ta’ rekords għall-finijiet ta’ reġistrazzjoni u dokumentazzjoni;

(g)Il-Ftehim irid jipprevedi salvagwardji fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali inkluż dwar it-tfassil ta’ profili u biex jipprojbixxi deċiżjonijiet ibbażati unikament fuq l-ipproċessar awtomatizzat ta’ informazzjoni personali mingħajr involviment uman.

(h)Il-Ftehim irid jinkludi l-obbligu li tiġi żgurata s-sigurtà tad-data personali permezz ta’ miżuri tekniċi u organizzazzjonali xierqa, inkluż billi jitħallew ikollhom aċċess għal data personali persuni awtorizzati biss. Irid jinkludi wkoll l-obbligu li l-awtoritajiet kompetenti u, fejn meħtieġ, is-suġġetti tad-data jiġu nnotifikati fil-każ ta’ ksur ta’ data personali li jaffettwa data trasferita skont il-Ftehim. Il-Ftehim irid jinkludi wkoll l-obbligu li l-protezzjoni tad-data tkun implimentata b’mod awtomatiku u b’miżuri mfassla biex jimplimentaw il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data b’mod effettiv;

(i)Trasferimenti ulterjuri ta’ informazzjoni mill-Interpol lil organizzazzjonijiet internazzjonali oħra jew lil pajjiżi terzi jridu jkunu permessi biss għall-finijiet tal-Ftehim, iridu jkunu soġġett għal kondizzjonijiet xierqa u jridu jkunu permessi biss fir-rigward ta’ pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jiżguraw livell essenzjalment ekwivalenti ta’ protezzjoni ta’ data personali kif żgurat taħt dan il-Ftehim, sakemm it-trasferiment ulterjuri ma jkunx meħtieġ għall-prevenzjoni u l-investigazzjoni ta’ theddida serja u imminenti għas-sigurtà pubblika jew għall-protezzjoni tal-interessi vitali ta’ kwalunkwe persuna fiżika. B’mod partikolari, tali trasferimenti ulterjuri jistgħu jkunu permessi f’każ li l-organizzazzjoni internazzjonali jew il-pajjiż terz ikunu koperti minn deċiżjoni ta’ adegwatezza tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew minn salvagwardji xierqa għall-protezzjoni tad-data personali żgurata minn Ftehim internazzjonali skont l-Artikolu 218 TFUE konkluż bejn l-Unjoni u dik l-organizzazzjoni internazzjonali jew pajjiż terz jew minn Ftehim ta’ kooperazzjoni li jippermetti l-iskambju ta’ data personali operazzjonali bejn l-Aġenzija u l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni li jkopru trasferimenti ulterjuri u konklużi qabel id-data tal-applikazzjoni tal-att legali li jistabbilixxi l-Aġenzija kkonċernata.

(j)Il-Ftehim irid jiżgura sistema ta’ sorveljanza tal-użu li l-Interpol tagħmel minn dik id-data personali, minn korp indipendenti wieħed jew aktar responsabbli għall-protezzjoni tad-data b’setgħat effettivi ta’ investigazzjoni u intervent. B’mod partikolari, il-korp jew korpi għandhom ikollhom is-setgħa jisimgħu l-ilmenti minn individwi dwar l-użu tad-data personali tagħhom. Il-Ftehim irid jipprevedi d-dmir ta’ kooperazzjoni bejn il-korpi ta’ sorveljanza għall-Interpol minn naħa u l-aġenzija rilevanti tal-UE jew mill-awtorità tal-Istati Membri min-naħa l-oħra.

(c)Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni jrid jipprevedi mekkaniżmu effettiv għas-soluzzjoni tat-tilwim fir-rigward tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tiegħu biex jiġi żgurat li l-partijiet josservaw ir-regoli miftiehma b’mod reċiproku.

(d)Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni jrid jinkludi dispożizzjoni dwar id-dħul fis-seħħ u l-validità u dispożizzjoni li permezz tagħha parti tista’ titterminah jew tissospendih.

(e)Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni jrid jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni perjodika tal-Ftehim.

(f)Il-Ftehim ta’ kooperazzjoni jrid ikun awtentiku bl-istess mod bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Kroata, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Taljana, Ungeriża, u Żvediża u jenħtieġ li jinkludi klawżola lingwistika għal dak il-għan.