Brussell, 22.3.2021

COM(2021) 149 final

2018/0211(COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)


2018/0211 (COD)

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW

skont l-Artikolu 294(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea


dwar

il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1.Sfond

Data li fiha ntbagħtet il-proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
(id-dokument COM(2018) 386 final – 2018/0211 COD):

30 ta’ Mejju 2018

Data tal-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew:

Data tal-Opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

is-17 ta’ Ottubru 2018

il-15 ta’ Novembru 2018

Data tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari:

Data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill:

it-12 ta’ Frar 2019

16 ta’ Marzu 2021

2.Objettiv tal-proposta tal-Kummissjoni

Fil-kuntest tat-tħejjija tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (QFP, 2021–2027), il-Kummissjoni pproponiet li tistabbilixxi Programm Kontra l-Frodi. Il-Programm għandu ż-żewġ għanijiet ġenerali li ġejjin:

(1)Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea;

(2)Sostenn għall-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tkun iggarantita l-applikazzjoni korretta tal-liġi dwar materji doganali u agrikoli.

Minn dawn l-għanijiet ġenerali, joħorġu direttament l-għanijiet speċifiċi tal-Programm, li se jkunu tlieta:

(1)Il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi u kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

(2)L-appoġġ għar-rapportar tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi, fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża u tal-fondi ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni tal-baġit tal-Unjoni;

(3)Il-forniment ta’ għodod għall-iskambju ta’ informazzjoni u għas-sostenn ta’ attivitajiet operazzjonali fil-qasam tal-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali u agrikoli.

Il-Programm Kontra l-Frodi fil-biċċa l-kbira se jkompli l-programm ta’ nfiq attwali “Hercule III” li jappoġġa attivitajiet kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, u jikkombinah mal-bażi ta’ finanzjament għal żewġ attivitajiet operazzjonali:

(1)Is-Sistema ta’ Informazzjoni għal Kontra l-Frodi (Anti-Fraud Information System, AFIS), li hija attività operazzjonali li tikkonsisti f’sett doganali ta’ applikazzjonijiet tal-IT ġestiti mill-Kummissjoni u li jintużaw għall-kompiti fdati lilha bir-Regolament 515/97 dwar l-għajnuna amministrattiva reċiproka fil-qasam tad-dwana u tal-biedja; kif ukoll,

(2)Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (Irregularity Management System, IMS), għar-rappurtar mill-Istati Membri ta’ frodi u irregolaritajiet, u l-ġestjoni u l-analiżi tagħhom mill-Kummissjoni.

3.Kummenti dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill

Il-pożizzjoni tal-Kunsill kif adottata fl-ewwel qari tirrifletti għalkollox il-qbil li ntlaħaq fit-trilogu bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, kif konkluż fit-8 ta’ Diċembru 2020. Il-punti ewlenin ta’ dan il-ftehim huma kif ġej:

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm jammonta għal EUR 181 207 000 fi prezzijiet attwali;

Il-Programm għandu jkun stabbilit għat-tul tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021–2027 stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093;

Jipprevedi l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni mingħajr il-komitoloġija, li jilħaq bilanċ tajjeb bejn ir-rekwiżiti proċedurali u d-daqs tal-Programm;

Jipprevedi diżaggregazzjoni indikattiva tal-pakkett finanzjarju bejn tliet komponenti tal-programm u l-possibbiltà li l-ammonti jiġu allokati mill-ġdid bejn it-tliet komponenti tal-Programm jekk meħtieġ;

Jipprevedi limitu massimu ta’ 2 % għal nefqa fuq assistenza teknika u amministrattiva fl-implimentazzjoni tal-Programm, bħal miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva;

Jinkludi lista mhux eżawrjenti ta’ azzjonijiet eliġibbli għall-għotjiet u jistabbilixxi rati massimi ta’ kofinanzjament għall-għotjiet ta’ 80 % tal-kostijiet eliġibbli, li f’każijiet eċċezzjonali jistgħu jiżdiedu għal massimu ta’ 90 % tal-kostijiet eliġibbli;

Jipprevedi delega ta’ setgħat lill-Kummissjoni għall-iżvilupp ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-Programm u għall-emenda tal-Anness II li fih lista ta’ indikaturi ta’ monitoraġġ;

Jintroduċi r-rekwiżit li l-Kummissjoni tirrapporta kull sena dwar il-prestazzjoni tal-Programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-qafas tar-rapport dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont debitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew espressi f’dan il-kuntest;

Jintroduċi, biex jippermetti l-kontinwità tal-attivitajiet iffinanzjati mill-Programm, dispożizzjonijiet dwar l-applikazzjoni retroattiva tal-Programm mill-1 ta’ Jannar 2021.

4.Konklużjoni

Il-Kummissjoni taċċetta l-pożizzjoni tal-Kunsill.