19.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 467/8


Avviż ta’ qabel il-konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10558 — COGENIO / AVIO / TERMICA COLLEFERRO)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 467/06)

1.   

Fit-12 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cogenio (l-Italja), li tappartjeni għall-grupp M&G,

Avio (l-Italja),

Termica Colleferro (l-Italja).

Cogenio u Avio jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Termica Colleferro kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

The business activities of the undertakings concerned are:

Cogenio topera fil-qasam tal-inginerija tal-impjant u servizzi marbuta mal-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu ta’ sistemi tal-enerġija elettrika, it-tisħin, il-fwar u t-tkessiħ u sistemi ta’ effiċjenza tal-enerġija. Hija tiżviluppa proġetti ta’ effiċjenza enerġitika għa; gruppi kummerċjali u industrijali Taljani, permezz tal-koġenerazzjoni, it-triġenerazzjoni, il-fotovoltajku u proġetti ta’ ħażna tal-enerġija,

Avio hija attiva fl-industriji tal-ajruspazju. Hija tiżviluppa u tbigħ sistemi li jvaraw u missili tattiċi u hija attiva fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ materjali ġodda u tagħmir għall-applikazzjonijiet tal-ispazju,

Termica Colleferro hija attiva fis-settur tal-enerġija, jiġifieri fil-produzzjoni tal-elettriċità u tal-enerġija termika. Hija proprjetarja u tħaddem impjant ta’ koġenerazzjoni fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10558 — COGENIO / AVIO / TERMICA COLLEFERRO

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.