23.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10550 — PHILLIPS 66 / FORTRESS INVESTMENT GROUP / WESTERN OIL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 472/09)

1.   

Fil-15 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Phillips 66 (l-Istati Uniti tal-Amerka),

Fortress Investment Group LLC (“Fortress”, l-Istati Uniti tal-Amerka), li tappartjeni għall-grupp SoftBank Group Corp. (“SoftBank Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Western Oil, Inc. (“Western Oil”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Phillips 66 u Fortress jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Western Oil.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Phillips 66: kumpanija multinazzjonali tal-enerġija b’portafoll ta’ negozji integrati midstream, tal-kimika, tar-raffinar u tal-kummerċjalizzazzjoni. Phillips 66 tipproċessa, tittrasporta, taħżen u tikkummerċjalizza fuels u prodotti mad-dinja kollha,

Fortress: ditta alternattiva ta’ investiment u ġestjoni tal-assi, li tiġġestixxi l-kapital għal grupp varjat ta’ investituri inklużi fondi tal-pensjonijiet, dotazzjonijiet u fondazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, fondi ta’ fondi u individwi ta’ valur nett għoli,

Western Oil: operatur li huwa proprjetà tal-familja ta’ stazzjonijiet tal-gass u ta’ ħwienet ta’ konvenjenza fl-Istati ta’ Missouri u Illinois fl-Istati Uniti tal-Amerka, li jbigħ il-fuel tal-magni bħala bejjiegħ bl-ingrossa u bl-imnut, oġġetti tal-konsum ta’ kuljum, u servizzi ta’ trasport għal terzi persuni.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10550 PHILLIPS 66 / FORTRESS INVESTMENT GROUP / WESTERN OIL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.