4.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 447/17


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10498 — Liberty Global/Infravia/Liberty Networks Germany)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 447/08)

1.   

Fis-27 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Liberty Global plc (“Liberty Global”, ir-Renju Unit),

InfraVia V Invest S.à.r.l. (“InfraVia”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn InfraVia Capital Partners S.A.S. (Franza),

Liberty Networks Germany Holding GmbH (“LNG”, il-Ġermanja).

Liberty Global u InfraVia jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ LNG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Liberty Global: sid u opertur ta’ networks tal-cable li joffru servizzi televiżivi, tal-broadband internet, tat-telefonija fissa bil-leħen u tat-telekomunikazzjonijiet bil-mobile f’diversi Stati Membri,

InfraVia: kumpanija miżmuma minn fondi ġestiti minn InfraVia Capital Partners S.A.S., il-kumpanija li tiġġestixxi fondi ta’ investiment speċjalizzati fis-setturi tal-infrastruttura u t-teknoloġija, finalment ikkontrollata esklużivament minn Vincent Levita,

LNG: joint venure maħluqa ġdida biex tistabbilixxi u tipprovdi servizzi tal-internet mill-fibre għad-dar f’distretti rurali f’diversi stati fil-Ġermanja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10498 Liberty Global/Infravia/Liberty Networks Germany

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.