15.9.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 370/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-7 ta’ Settembru 2021

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia

(BĊE/2021/41)

(2021/C 370/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma awditjati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Il-mandat tal-awdituri esterni preżenti tal-Banca d’Italia, BDO Italia S.p.A., intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020. Għalhekk jenħtieġ li jinħatru awdituri esterni mis-sena finanzjarja 2021.

(3)

Il-Banca d’Italia għażel lil Deloitte & Touche S.p.A. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte & Touche S.p.A. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni tal-Banca d’Italia għas-snin finanzjarji 2021 sa 2022.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-7 ta’ Settembru 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE