Brussell, 15.9.2021

COM(2021) 573 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI EMPTY

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida













Sbuħija, Sostenibbiltà, Flimkien








Werrej

1.    Introduzzjoni    

2.    Bini fuq il-kodisinn: Proġett trasformattiv minna lkoll għalina lkoll    

3.    Sura tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida    

3.1.    Mill-moviment storiku għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida    

3.2.    Tliet prinċipji ewlenin    

3.2.1.    Approċċ f’diversi livelli: minn globali għal lokali    

3.2.2.    Approċċ parteċipattiv    

3.2.3.    Approċċ transdixxiplinari    

3.3.    Assi tematiċi tal-perkors trasformattiv    

3.3.1.    Konnessjoni mill-ġdid man-natura    

3.3.2.    Kisba mill-ġdid ta’ sens ta’ appartenenza    

3.3.3.    Prijoritizzazzjoni tal-postijiet u tan-nies li l-aktar għandhom bżonnha    

3.3.4.    Ħtieġa għal mentalità fit-tul li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fl-ekosistema industrijali    

4.    Twettiq tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida    

4.1.    Ħidma mal-Komunità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: Laboratorju tan-NEB    

4.2.    Trasformazzjoni bi tliet aspetti    

4.2.1.    Trasformazzjoni ta’ postijiet fil-prattika    

4.2.2.    Trasformazzjoni tal-ambjent ta’ abilitazzjoni għall-innovazzjoni    

4.2.3.    Diffużjoni ta’ tifsiriet ġodda    

5.    Passi li jmiss    



1.Introduzzjoni 

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tesprimi l-ambizzjoni tal-UE għall-ħolqien ta’ postijiet, prodotti u stili ta’ ħajja sbieħ, sostenibbli u inklużivi. Tippromwovi stil ta’ ħajja ġdid fejn is-sostenibbiltà taqbel mal-istil, b’hekk tħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika f’bosta setturi tal-ekonomija tagħna bħall-kostruzzjoni, l-għamara, il-moda fis-soċjetajiet tagħna kif ukoll f’oqsma oħra tal-ħajja tagħna ta’ kuljum.

L-għan tagħha hu li tipprovdi liċ-ċittadini kollha b’aċċess għal beni li huma ċirkolari u b’intensità baxxa tal-karbonju, li jappoġġaw ir-riġenerazzjoni tan-natura u li jipproteġu l-bijodiversità.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (New European Bauhaus NEB) hi proġett ta’ tama u ta’ perspettivi. Tipprovdi dimensjoni kulturali u ta’ kreattività lill-Patt Ekoloġiku Ewropew sabiex jitjiebu l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-ekonomija sostenibbli. Permezz tagħha, il-benefiċċji tat-tranżizzjoni ambjentali jieħdu l-għamla ta’ esperjenzi tanġibbli fil-livell lokali. Ittejjeb il-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Dan jista’ jseħħ biss jekk in-nies minn sfondi u minn oqsma differenti jaħsbu u jaħdmu flimkien b’mod parteċipattiv. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni bdiet il-proġett bil-fażi ta’ kodisinn ta’ sitt xhur fejn kulħadd seta' jikkontribwixxi b’ideat, b’viżjonijiet, b’xempji u bi sfidi għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

Din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-kunċett tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida msejjes fuq is-sejbiet mill-fażi ta’ kodisinn u tippreżenta l-passi li jmiss. Aktar dettalji dwar il-fażi ta’ kodisinn jinstabu fl-Anness 1.

Sabiex jiġu ssodisfati l-miri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-Kummissjoni se tissokta tibni moviment ta’ persuni u ta’ organizzazzjonijiet interessati. Għall-implimentazzjoni, il-Kummissjoni tikkombina l-inizjattivi rilevanti tal-UE u tipproponi sett ta’ azzjonijiet u ta’ possibbiltajiet ta’ finanzjament ġodda li t-taqsira tagħhom tinstab fil-Kapitolu 5 ta’ din il-Komunikazzjoni. Huma jkopru, pereżempju:

·Il-ħolqien tal-Laboratorju tal-NEB biex ikabbar il-komunità u jħejji l-azzjonijiet ta’ politika

·Il-finanzjament tal-avvjament ta’ proġetti trasformattivi tal-NEB fl-Istati Membri tal-UE

·Il-finanzjament għal proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali li jsegwu l-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

·Approċċ ġdid għall-istrateġija tal-bini tal-Kummissjoni stess

·Il-ħolqien konġunt ta’ perkorsi ta’ tranżizzjoni ekoloġika għall-ekosistemi tal-kostruzzjoni u tat-tessuti

·Sejħa għall-proposti għal negozji ġodda u għal inizjattivi taċ-ċittadini

·Festival u Premju annwali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

·eTwinning u DiscoverEU 2022 dwar is-suġġett tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Il-bidla mhix se sseħħ mil-lum għall-għada. Il-Bauhaus Ewropea Ġdida se toħloq l-ispazju biex jiġu esplorati u ttestjati, il-politika, il-finanzjament u l-għodod għad-disinn u għall-bini ta’ ħajja ta’ kuljum aħjar għall-ġenerazzjonijiet kollha.

2.Bini fuq il-kodisinn: Proġett trasformattiv minna lkoll għalina lkoll 

Bħala l-ewwel pass ta’ dan il-proġett parteċipattiv, il-Kummissjoni kkuntattjat lis-soċjetà ċivili u lill-partijiet ikkonċernati bħala parti mill-fażi ta’ kodisinn. Wara t-tħabbir tal-proġett mill-President, Ursula von der Leyen, f’Settembru 2020 1 , din il-fażi ta’ kodisinn kienet stedina miftuħa għal kulħadd biex jgħid x’għandha tkun il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, biex jiġu kondiviżi l-isfidi li għandha tindirizza u l-ideat u l-għarfien espert dwar kif dan jista’ jsir 2 . Il-kunċett tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida msejjes fuq il-kontributi differenti li ngħataw tul din il-fażi.

Il-proċess ta’ kodisinn kien jiddependi minn persuni, minn organizzazzjonijiet, minn istituzzjonijiet politiċi u minn kumpaniji interessati biex jorganizzaw avvenimenti, konverżazzjonijiet u sessjonijiet ta’ ħidma. Is-Sħab tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 3 uffiċjali kkontribwew għall-multiplikazzjoni tal-messaġġi u tal-attivitajiet. Tmintax-il ħassieb u prattikant iffurmaw diskussjoni ta’ livell għoli madwar mejda dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex jaġixxu bħala bord ta’ sondaġġ għall-inizjattiva u biex jagħtu l-input tagħhom fuq bażi regolari 4 . L-ewwel Konferenza dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li qatt saret f'April 2021 kienet il-qofol ta’ din il-konverżazzjoni globali, b’madwar 8 000 parteċipant online minn madwar id-dinja, li enfasizzaw il-ħtieġa li l-moviment jgħaqqad id-dinja.

Bosta mill-attivitajiet seħħew fil-pajjiżi tal-UE, iżda hemm interess li kulma jmur qed jikber f’partijiet oħra tad-dinja; kemm fil-pajjiżi ġirien jew fl-Amerka t’Isfel u ta’ Fuq. Sabiex tisħaq dwar id-dimensjoni globali tal-proġett, il-Kummissjoni stiednet ukoll b’mod espliċitu kontribuzzjonijiet minn lil hinn l-Ewropa.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida qed tikber fuq art fertili, fejn binjiet, spazji pubbliċi, negozji u prattiki soċjali, attivitajiet kulturali u programmi edukattivi huma xprunaturi tal-inizjattiva u jispiraw ideat ġodda. L-ewwel premju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 5 tnieda bħala parti mill-fażi ta’ kodisinn biex tingħata attenzjoni lil dawk l-eżempji ta’ ispirazzjoni u lill-ideat minn talenti żgħażagħ.

3.Sura tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

3.1.Mill-moviment storiku għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 

Bosta elementi tal-Bauhaus storika servew ta’ bażi għall-viżjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

Il-Bauhaus storika, maħluqa fl-1919, feġġet f’mument ta’ trasformazzjoni profonda – lejn l-era soċjali u industrijali moderna. Il-fondaturi indirizzaw din it-trasformazzjoni f’xogħolhom u fittxew soluzzjonijiet għall-isfidi l-ġodda. Din malajr saret moviment kulturali globali. Hija ġabret flimkien artisti, disinjaturi, periti u nies tas-sengħa. Dan l-approċċ transdixxiplinari huwa meħtieġ ħafna wkoll għall-isfidi ta’ żminijietna, fejn għal darb’oħra qed niffaċċjaw trasformazzjoni profonda.

Bħal mitt sena ilu, il-kwistjoni ta’ materjali innovattivi tibqa’ kruċjali. Filwaqt li f’dak iż-żmien is-soluzzjoni kienet is-siment u l-azzar, issa rridu nesploraw materjali aktar bbażati fuq in-natura li huma prodotti b’mod sostenibbli, u li niżviluppaw soluzzjonijiet ta’ produzzjoni b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju għall-materjali kollha. Dan jgħodd għall-kostruzzjoni kif ukoll għall-moda, id-disinn, l-għamara, it-trasport jew l-enerġija. Triangolu ta’ valuri

Triangolu ta’ tliet valuri ewlenin inseparabbli jiggwida l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida:

·sostenibbiltà 6 , mill-għanijiet klimatiċi saċ-ċirkolarità, it-tniġġis żero u l-bijodiversità,

·estetika, il-kwalità tal-esperjenza u tal-istil, lil hinn mill-funzjonalità,

·inklużjoni, valorizzazzjoni tad-diversità, ugwaljanza għal kulħadd, aċċessibbiltà u affordabbiltà

L-isfida hija li jiġu indirizzati t-tliet valuri f’daqqa biex jiġu żviluppati s-soluzzjonijiet kreattivi li jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nies bl-aħjar mod b'kost ġenerali aktar baxx.

3.2.Tliet prinċipji ewlenin 

Tliet prinċipji ewlenin, li jfeġġu mill-proċess ta’ kokreazzjoni intużaw mill-Kummissjoni u għandhom jiggwidaw il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

·Kombinament tad-dimensjoni globali u dik lokali

·Parteċipazzjoni

·Transdixxiplinarjetà

3.2.1.Approċċ f’diversi livelli: minn globali għal lokali 

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tapprova approċċ f’diversi livelli għat-trasformazzjoni – minn globali għal lokali. It-tibdil fil-klima u t-tranżizzjoni ekoloġika jġibu magħhom sfidi li għandhom jiġu indirizzati globalment. Fl-istess ħin, huwa fil-livell lokali li qed isseħħ il-bidla u li tagħmel sens għan-nies 7 . Għalhekk, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tindirizza l-livelli differenti tat-trasformazzjoni, minn dik globali sal-viċinati, ir-raħal u l-belt.

It-twettiq tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ifisser li jintlaħqu ż-żoni lokali, skont approċċ ibbażat fuq il-post. Proġetti ta’ suċċess fuq skala żgħira juru li l-inizjattivi trasformattivi, irrispettivament mid-daqs tagħhom, jistgħu jsiru minn kulħadd kullimkien. Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se tesplora modi kif jistgħu jiġu appoġġati inizjattivi fuq skala żgħira mill-individwi, mill-viċinati u mill-komunitajiet lokali.

Din ma tistax tiġi limitata għall-Unjoni Ewropea. Maż-żmien, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se tilħaq lil hinn mill-fruntieri Ewropej bl-għan li xxerred globalment il-prinċipji tagħha ta’ sostenibbiltà, inklużjoni u estetika.

3.2.2. Approċċ parteċipattiv 

Il-Kummissjoni Ewropea hija sostenitur qawwi ta’ approċċ parteċipattiv, kif tixhed il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa li għaddejja bħalissa, li għandha l-vokazzjoni li tapprofondixxi u ssostni l-impenn maċ-ċittadini. Il-Kummissjoni se tissokta tisma’ lil dawk fil-livelli l-aktar prattiċi u li taħdem magħhom u li tesplora flimkien fejn il-politika, il-finanzjament u għodod oħra verament qed jagħmlu differenza. Dan se jseħħ b’mod ewlieni fil-Laboratorju tan-NEB. L-approċċ parteċipattiv jinvolvi lis-soċjetà ċivili u lin-nies tal-etajiet kollha fid-diversità kollha tagħhom, inkluż lin-nisa (li mhumiex irrappreżentati biżżejjed f’ċerti setturi ewlenin) u lil gruppi żvantaġġati 8 . Dan il-fokus meħtieġ fuq l-inklużjoni jiżgura li ħadd ma jitħalla lura u jirrikonoxxi li l-aktar soluzzjonijiet kreattivi jinbtu minn ħsieb kollettiv. Is-soluzzjonijiet il-ġodda għandhom isolvu l-problemi ta’ kuljum u jtejbu l-kwalità tal-ħajja għal kulħadd.

3.2.3. Approċċ transdixxiplinari 

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida telimina s-sajlos biex tibni pont bejn il-perspettivi u l-professjonijiet. Meta jaħdmu id f’id, il-kultura u t-teknoloġija, l-innovazzjoni u d-disinn, l-inġinerija, l-artiġjanat, l-arti u x-xjenza għandhom is-setgħa joħolqu ġejjieni aħjar.

Il-pandemija tal-coronavirus uriet li, aktar minn qatt qabel, huma meħtieġa approċċi integrati biex jiġu indirizzati l-problemi kumplessi li qed jffaċċjaw il-pjaneta u s-soċjetà tagħna. Trasformazzjoni bis-sens teħtieġ li jiġu inklużi bosta kompetenzi u tipi ta' għarfien differenti. Il-ħidma u l-apprendiment bejn id-dixxiplini jiffaċilitaw l-arrikkiment reċiproku ta’ ideat, għarfien, ħiliet u metodi.

3.3.Assi tematiċi tal-perkors trasformattiv

Il-ħolqien ta’ moviment ifisser ħidma man-nies u mal-interessi, il-ħtiġijiet u l-motivazzjonijiet tagħhom. L-analiżi tal-kontribut riċevut matul il-fażi ta’ kodisinn identifikat erba’ assi tematiċi li l-Kummissjoni ddeċidiet li ssegwi tul l-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. 

3.3.1.Konnessjoni mill-ġdid man-natura

Il-kontributi indikaw sensibilizzazzjoni u rieda akbar biex jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima (mitigazzjoni u adattament) u biex jitnaqqas l-esponiment għat-tniġġis.

Dak li n-nies iqisu bħala ħtieġa għal konnessjoni mill-ġdid man-natura, inkluż għas-saħħa u l-benesseri, huwa appoġġat mir-riċerka: opportunitajiet akbar għal kuntatt ma’ spazji pubbliċi ekoloġiċi jissarrfu f’indiċijiet tas-saħħa aħjar għall-popolazzjoni u jnaqqsu l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa relatati mal-introjtu 9 . Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-ibliet jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati l-għargħar u l-avvenimenti estremi tat-temp oħrajn filwaqt li l-ambjent mibni jagħmluh aktar attraenti.

L-azzjoni dwar il-klima ma għadhiex titqies bħala ġlieda astratta, iżda bħala parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum tagħna li tista’ ttejjeb l-arja, l-ilma u l-kwalità tal-ħamrija, kif ukoll il-kundizzjonijiet tal-għajxien ġenerali. Din l-esperjenza ssaħħet tul il-pandemija meta l-ispazji ta’ għajxien tagħna kienu limitati u meta n-nies skoprew l-ibliet, l-irħula u l-ispazji ħodor tagħhom mill-ġdid. Il-pandemija xeħtet dawl fuq ir-rabta diretta bejn il-ħarsien tan-natura u s-saħħa fiżika u mentali għalina lkoll.

Hemm bżonn li nimxu lil hinn minn perspettiva ċċentrata fuq il-bniedem għal waħda ċċentrata fuq il-ħajja, filwaqt li niġu ispirati min-natura u nitgħallmu minnha. Il-modi huma bosta: mill-ekoloġizzazzjoni tal-ibliet tagħna u bl-użu ta’ materjali bbażati fuq in-natura bi provenjenza sostenibbli sa soluzzjonijiet innovattivi bbażati fuq l-“imitazzjoni” ta’ elementi li jinsabu fin-natura; mill-ħarsien tal-ħamrija sal-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-iskart; mill-bini ta’ kurituri ekoloġiċi urbani għall-mobbiltà attiva sal-kunsiderazzjoni mill-ġdid tal-infrastruttura tat-trasport.

Il-konnessjoni mill-ġdid man-natura tibda minn età żgħira: Miljuni ta´żgħażagħ appellaw għal aktar azzjoni għal pjaneta aħjar u qajmu l-kuxjenza ambjentali tagħna. Il-kontribuzzjonijiet tal-fażi ta’ kodisinn enfasizzaw ir-rwol kruċjali li l-edukazzjoni u l-kultura jaqdu fil-bidla fundamentali lejn imġiba ġdida u valuri ġodda. L-edukazzjoni u l-għoti tas-setgħa lit-tfal u liż-żgħażagħ b’mod parteċipattiv biex jifhmu, jesperjenzaw u jħaddnu s-sostenibbiltà u l-inklużjoni se joħolqu rabtiet sodi man-natura għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni.

3.3.2.Kisba mill-ġdid ta’ sens ta’ appartenenza

Il-moviment tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida huwa dwar l-esperjenzi kollettivi u privati tagħna. Il-bini ta’ pontijiet bejn in-nies huwa aspirazzjoni kbira espressa mill-kontributuri.

Dan jimplika t-tħeġġiġ ta’ solidarjetà interġenerazzjonali, l-iżvilupp ta’ rabtiet bejn l-edukazzjoni u l-arti f’ambjenti lokali, it-titjib tal-ispazji komuni tagħna u tal-postijiet pubbliċi tagħna biex niltaqgħu. L-ekonomija tal-prossimità, flimkien ma’ kunċetti bħall-“bliet fi 15-il minuta” 10 sabiex iċ-ċittadini jkollhom aċċess għal servizzi u kumditajiet ewlenin tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod, hija wkoll mod kif jissaħħu l-konnessjonijiet u titrawwem mobbiltà b’saħħitha, sostenibbli u attiva.

L-assi kulturali (wirt, arti, artiġjanat lokali, know-how, eċċ.), l-assi naturali (pajsaġġi, riżorsi naturali, eċċ.) kif ukoll l-assi soċjali (intrapriżi tal-ekonomija soċjali, organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet lokali eċċ.) jagħmlu post uniku. Il-ħajja kulturali, l-avvenimenti artistiċi u l-kunċerti huma opportunitajiet ta’ konnessjoni u ta’ interazzjoni soċjali, l-element li jgħaqqad u li joħloq sens ta’ appartenenza.

3.3.3.Prijoritizzazzjoni tal-postijiet u tan-nies li l-aktar għandhom bżonnha 

Il-fażi ta’ kodisinn wriet li l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida trid tkun inklużiva. Dan ma huwiex relatat biss man-nies iżda wkoll mal-postijiet fejn jgħixu.

Is-soluzzjonijiet sbieħ u sostenibbli għandhom ikunu aċċessibbli u għall-but ta' kulħadd. Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lis-sitwazzjoni speċifika tal-aktar gruppi u individwi vulnerabbli, pereżempju dawk f’riskju ta’ esklużjoni jew ta’ faqar jew li jesperjenzaw il-kondizzjoni ta' persuni mingħajr dar. Pereżempju, 800 000 unità ta’ akkomodazzjoni soċjali (5 % mill-istokk totali tal-akkomodazzjoni soċjali) jeħtieġu rinnovazzjoni kull sena u 450 000 akkomodazzjoni soċjali ġdida huma meħtieġa kull sena fl-UE 11 . Il-gruppi żvantaġġati jinsabu f’riskju akbar ta’ faqar enerġetiku u ta’ tniġġis tal-arja u għandhom inqas aċċess għat-trasport pubbliku.

L-inklużjoni timplika wkoll li jiġi segwit approċċ ta’ Disinn Universali biex jitneħħew l-ostakli għall-aċċessibbiltà għal ambjenti mibnija u virtwali u għal prodotti u servizzi.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ċarament tmur lil hinn miċ-ċentri ta’ bliet kbar u tinkludi postijiet fid-diversità kollha tagħhom, inkluż rħula żgħar, żoni rurali, bliet li qed jiċkienu, partijiet mill-ibliet li huma degradati u żoni deindustrijalizzati. Dan jitlob żvilupp territorjali li jevita s-segregazzjoni spazjali ta’ gruppi soċjali biex jinħoloq sens ta’ għajxien flimkien. Id-diversi partijiet ta’ belt, ta’ raħal jew ta’ kwartier għandhom ikunu konnessi. Għandhom jiġu indirizzati l-konnessjonijiet neqsin bejn żoni rurali u urbani. Il-konnessjoni diġitali bejn in-nies hija abilitatur essenzjali għal għajxien indipendenti, għal aċċess għall-informazzjoni jew għal parteċipazzjoni f’avvenimenti kulturali kif esperjenzajna tul il-pandemija tal-COVID-19.

Il-forniment ta’ aċċess għall-konnettività diġitali għan-nies kollha 12 hija abilitatur essenzjali għal għajxien indipendenti u għal involviment attiv fit-tranżizzjoni ekoloġika, għal aċċess għall-informazzjoni jew għal parteċipazzjoni f’avvenimenti kulturali kif esperjenzajna tul il-pandemija tal-COVID-19.

3.3.4.Ħtieġa għal mentalità fit-tul li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fl-ekosistema industrijali

Ir-rispondenti fil-fażi ta’ kodisinn identifikaw ħtieġa ċara għal aktar ċirkolarità biex jiġi indirizzat l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi u tal-iskart, inkluż l-użi ta’ bini jew infrastrutturi li ma għadhomx jintużaw. L-indirizzar ta’ dawn l-isfidi jikkonċerna l-ekosistema industrijali kollha, mill-produzzjoni sal-kunsinna u l-konsum, permezz ta’ mentalità ta’ ekonomija ċirkolari.

Pereżempju, l-użu mill-ġdid, ir-riġenerazzjoni, l-estensjoni tal-ħajja u t-trasformazzjoni ta’ bini eżistenti għandu jingħatalhom prijorità akbar milli l-kostruzzjoni ta’ bini ġdid kull meta jkun fattibbli . Id-disinn u l-arkitettura ċirkolari u sostenibbli għandhom isiru n-normalità ġdida.

Il-materjali rkuprati u dawk rinnovabbli għandhom jiġu rikonoxxuti aħjar mid-dixxiplini rilevanti kollha u għandhom isiru parti mill-mudelli ta’ disinn. L-użu tal-materjal tal-bini bbażat fuq in-natura prodott u bi provenjenza sostenibbli, bħall-injam, il-bambù, it-tiben, is-sufra jew il-ġebel għandu jitjieb. It-teknoloġiji l-ġodda tal-produzzjoni għandhom jgħinu jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tal-azzar jew tas-siment, jirriċiklaw tessuti li kieku jintremew u jħaffu t-tranżizzjoni ekoloġika ta’ industriji intensivi fl-enerġija.

Il-mudelli tan-negozju l-ġodda, il-bijoekonomija, l-approċċi tal-ekonomija soċjali u d-Disinn għas-Sostenibbiltà 13 jistgħu jappoġġaw it-trasformazzjoni ta’ setturi bħal dawk tat-tessuti, tat-turiżmu, tal-immaniġġjar tal-iskart jew tal-produzzjoni tal-enerġija. It-tranżizzjoni diġitali se taqdi rwol sistematiku fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. L-għodod diġitali, pereż. il-5G, l-Intelliġenza artifiċjali, l-għodod ibbażati fuq id-data, ir-robotika, it-teknoloġiji tal-istampar 3-dimensjonali u t-tewmin diġitali fl-industrija tal-kostruzzjoni, jistgħu jtejbu l-prestazzjoni mil-lat tas-sostenibbiltà tal-materjali, tal-prodotti u tal-bini.

4.Twettiq tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 

Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE kif ukoll mal-Istati Membri, trid toħloq qafas ta’ abilitazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, integrata mal-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs) u ma’ politiki u ma’ inizjattivi rilevanti tal-UE. Dan il-qafas ta’ abilitazzjoni hu mfassal biex joħloq spazju biex jiġu żviluppati u ttestjati l-istrumenti ta’ politika u ta’ finanzjament għat-trasformazzjoni tas-soċjetajiet u tal-ekonomija tagħna.

Dan il-qafas huwa l-ewwel nett dwar il-kisba ta’ aktar bl-istrumenti ta’ politiki u ta’ finanzjament li diġà għandna. Għandhom jiġu intensifikati s-sinerġiji fost il-politiki jew il-programmi eżistenti u ppjanati sabiex ikunu jistgħu jappoġġaw l-objettivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Kollha jistgħu jikkontribwixxu għal proġett kulturali li jgħaqqad flimkien is-sostenibbiltà, l-inklużjoni u l-estetika fil-postijiet fejn jgħixu n-nies u fil-mod kif jgħixu.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tiskatta kwistjonijiet li ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod adegwat minn strument wieħed, u li ta’ spiss “jaqgħu bejn ix-xquq”.

Barra minn hekk, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tistabbilixxi azzjonijiet speċifiċi u apposta li se jgħinu biex isseħħ it-trasformazzjoni.

Dan l-ewwel qafas ta’ twettiq se jevolvi fid-dawl tar-riżultati, permezz ta’ valutazzjonijiet u rieżamijiet iterattivi.

4.1.Ħidma mal-Komunità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: Laboratorju tan-NEB

Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea Ġdida, il-Kummissjoni se tistabbilixxi L-Laboratorju NEB, “il-grupp ta’ riflessjoni u ta’ għemil” biex joħloq b’mod konġunt, jibni prototipi u jittestja l-għodod, is-soluzzjonijiet u l-azzjonijiet ta’ politika li se jiffaċilitaw it-trasformazzjoni fil-prattika. Il-Laboratorju se jaħdem ta’ “aċċelleratur u ta’ konnettur”.

Mid-Diskussjoni Madwar Mejda ta’ Livell Għoli u mill-isħab uffiċjali, il-Laboratorju se jsegwi l-vjaġġ tiegħu ta’ bini tal-komunità biex iħaddan l-proġetti konkreti ispirati mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida – kemm jekk appoġġati mill-fondi tal-UE kif ukoll minn inizjattivi oħra – u jikkonnettjahom għal appoġġ u apprendiment reċiproku. Se jingħaqad ukoll ma’ komunitajiet stabbiliti li diġà qed jaħdmu fuq suġġetti rilevanti u se jilħaq il-politika, l-industrija u s-soċjetà biex jelimina diskrepanzi bejn is-sajlos u jesperimenta b’modi kif jistgħu jaħdmu flimkien.

Filwaqt li tistabbilixxi l-infrastruttura ta’ abilitazzjoni, inkluża pjattaforma diġitali, il-Kummissjoni se tistieden lill-komunità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex tikkoopera dwar is-suġġetti li ġejjin u tiżviluppa rakkomandazzjonijiet konkreti:

·Strateġija ta’ tikkettar: Kif għandhom jiġu kkaratterizzati u rikonoxxuti l-inizjattivi konkreti biex jaqblu mal-ambizzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida? X’jagħmel proġett, proġett tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida? Kif tista’ t-tikketta tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-UE tiġi integrata mal-aċċess għall-finanzjament tal-proġetti?

·Finanzjament innovattiv: Il-finanzjament kollettiv jista’ jiġi kkombinat mal-finanzjament pubbliku b’mod utli biex jintlaħqu inizjattivi fil-livell taċ-ċittadini u titjieb l-għażla tal-proġetti? X’approċċ jista’ jimmobilizza l-finanzjament privat bl-aħjar mod, inkluż mill-filantropi, biex jiġu appoġġati proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida? Kif jistgħu jiġu inċentivati l-investituri f’setturi varji bħall-proprjetà immobbli, l-infrastrutturi tat-turiżmu, eċċ. biex jilqgħu l-ambizzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida? Kif tista’ l-ekonomija soċjali tappoġġa l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida?

·Analiżi regolatorja u esperimentazzjoni: Kif jista’ l-qafas regolatorju jappoġġa l-iżvilupp ta’ proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fil-kostruzzjoni, fl-industriji intensivi fl-enerġija, fil-mobbiltà, fil-prossimità u fl-ekonomija soċjali, fl-industriji kulturali u ta’ kreattività, fit-turiżmu, fit-tessuti? Kif tista’ l-NEB tagħmel użu sħiħ mill-iżvilupp teknoloġiku ġdid, inkluż mit-trasformazzjoni diġitali? X’inhuma l-ostakli u r-restrizzjonijiet regolatorji li fadal? Kif jista’ l-akkwist pubbliku u s-simplifikazzjoni regolatorja jippromwovu l-prijoritajiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fuq livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali? Jistgħu jiġu previsti ambjenti regolatorji sperimentali f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mal-awtoritajiet lokali biex jiġu ttestjati approċċi regolatorji ġodda li jixprunaw aktar ambizzjoni tul l-assi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida?

·Indikaturi ewlenija tal-prestazzjoni Kif jista’ jitkejjel is-suċċess tal-Bauhaus Ewropea l-ġdida kemm fl-2024 kif ukoll fl-2030? X’inhuma r-riżultati li rridu naraw fl-istadji differenti tal-proġett? Kif nistgħu nivvalutaw ir-riżultati b’mod sinifikattiv?

Il-Kummissjoni se tagħti segwitu għar-riżultati tal-ħidma fil-Laboratorju tal-NEB b’azzjoni ulterjuri kif ukoll b’inizjattivi li jinvolvu lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lil sħab oħra. Hija se timmonitorja u se tanalizza l-iżviluppi, tiffaċilita l-konnessjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati, tiġbor u tivvalida r-riżultati u s-sejbiet pożittivi. Hija se tidentifika suġġetti ġodda biex jiġu esplorati permezz tal-Laboratorju u se tikkontribwixxi għall-adattament tal-qafas ta’ appoġġ tal-UE tul iż-żmien.

4.2.Trasformazzjoni bi tliet aspetti

Meta tqiesu l-bosta stejjer, konverżazzjonijiet u essays miġbura matul il-fażi ta’ kodisinn, ġew identifikati tliet punti ta’ ingranaġġ fejn għandhom jiġu implimentati azzjonijiet speċifiċi: (i) it-twettiq ta’ bidla f’postijiet speċifiċi fil-prattika, (ii) il-ħtieġa li l-affarijiet isiru b’mod differenti fir-realizzazzjoni tal-innovazzjoni, inkluż billi jittejbu l-ħiliet u l-metodi tagħna u (iii) l-ħtieġa li jiġu adattati l-intenzjonijiet u l-mentalità li fuqha jkunu bbażati l-azzjonijiet tagħna. 14 L-istrumenti ta’ appoġġ u ta’ finanzjament huma mfassla madwar dawn it-tliet punti.

Il-ħolqien ta’ sens ta’ komunità u l-preżentazzjoni ta’ innovazzjoni huma essenzjali għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Sabiex tippermetti l-viżibbiltà għall-atturi tal-bidla, tikkondividi u tiddibatti l-progress u r-riżultati, u biex trawwem l-impenn taċ-ċittadini, il-Kummissjoni se torganizza ‘Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida’ għall-ewwel darba fil-ħarifa tal-2022.

Se jkun laqgħa - kemm fiżika kif ukoll virtwali - għall-komunità kollha biex tiltaqa', tiddibatti, tikkondividi, titgħallem u tiċċelebra.

Il-Festival se jinkludi tliet komponenti:

·Forum b’dibattiti li jsawru l-proġett. Il-forum se jiġbor ħassieba, dawk li jfasslu l-politika u prattikanti f’konverżazzjoni globali ibda mix-xjenza u t-teknoloġija sal-kultura u l-edukazzjoni, mill-iżvilupp regjonali u lokali għal perspettivi internazzjonali;

·Fiera li tippreżenta proġetti, prototipi u eżiti li jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u għall-għoti tal-premju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

·Ċelebrazzjoni bi programm kulturali li jikkombina esibizzjonijiet, rappreżentazzjonijiet u xogħlijiet tal-arti fiżiċi u virtwali.

L-ewwel edizzjoni tal-festival se sseħħ fi Brussell u se tiġi organizzata u ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea. Mill-2023 ’l hemm, imsejsa fuq l-esperjenza tal-ewwel edizzjoni, il-Kummissjoni se tipprevedi kunċett għal avveniment annwali li idealment għandu jinkludi postijiet fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha.

4.2.1.Trasformazzjoni ta’ postijiet fil-prattika

Strateġija ta’ bini tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni bdiet tintegra t-tliet dimensjonijiet kollha tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-iżvilupp tal-preżenza u tal-azzjonijiet tagħha fil-postijiet fejn jiġu stabbiliti s-servizzi tagħha. Fi Brussell, dawk il-valuri se jiġu implimentati fir-rinnovazzjoni taċ-Ċentru tal-Viżitaturi tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni se tipproponi sħubija lill-awtoritajiet rilevanti tar-reġjun ta’ Brussell fit-tfassil tal-Ippjanar Urban tal-Kwartier Ewropew il-ġdid. Il-konsultazzjonijiet iridu jitnedew fil-ħarifa tal-2021 u dawn se jiżguraw djalogu maċ-ċittadini madwar il-viċinat Ewropew. Il-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se jiġu implimentati wkoll fil-proġetti l-ġodda ta’ kostruzzjoni u ta’ rikondizzjonar proposti mill-Kummissjoni għas-siti taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka f’Sevilla u f’Geel.

Il-bidliet għandhom iseħħu f’postijiet speċifiċi u f’kemm jista’ jkun postijiet, fil-livelli tad-djar, tal-viċinati, taż-żoni urbani u rurali, u fl-ispazji tal-laqgħat fiżiċi u virtwali. It-tnedija b’suċċess tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se teħtieġ apprendiment u kondiviżjoni effettivi minn proġetti innovattivi u emblematiċi. L-attenzjoni mogħtija lil dawn id-“dimostraturi pilota” toħloq entużjażmu għall-involviment u r-ripetizzjoni. Fl-istess ħin, l-inizjattiva spiss tiġi minn atturi fil-livell taċ-ċittadini u se jkun meħtieġ ukoll appoġġ għal proġetti fuq skala żgħira.

Il-Kummissjoni Ewropea se

- tniedi sejħiet għal proposti li jibdew f’Settembru 2021 biex tagħżel proġetti pilota innovattivi li huma emblematiċi għall-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, inklużi sejħiet apposta fil-qafas ta' Orizzont Ewropa dwar dimostraturi fanal u dwar dimostraturi ta’ distretti ta’ akkomodazzjoni soċjali, għall-but ta' kulħadd u sostenibbli. Fl-2022, dimostraturi addizzjonali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se jiġu appoġġati mill-inizjattiva Urbana Ewropea tal-politika ta’ koeżjoni 15 . Lil hinn mill-2022, l-approċċ se jiġi segwit permezz ta’ sinerġiji mal-attivitajiet imnedija fil-qafas tal-Missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa 16 ;

- tipprovdi assistenza teknika biex jiġu appoġġati l-partijiet ikkonċernati interessati, bħall-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali, biex jiġu żviluppati u mwettqa proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, bl-ewwel fokus fuq l-involviment taċ-ċittadini u fuq metodi interdixxiplinari għall-inkubazzjoni u għall-kodisinn tal-proġetti; 

- tintroduċi strument finanzjarju ta’ żvilupp urban apposta li jiġġenera l-investiment tal-UE u dak privat għall-appoġġ tal-proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-Istati Membri. Lill hinn mill-finanzjament tal-proġetti, se tipprovdi appoġġ għat-taħriġ u għall-implimentazzjoni tal-proġetti;

- tesplora kif tista’ tappoġġa bl-aqwa mod proġetti fuq skala żgħira li jibnu fuq il-ħidma tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija 17 ;

- tistabbilixxi Siġill ta’ Eċċellenza tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex tenfasizza proġetti ta’ kwalità għolja li ma setgħux jiġu ffinanzjati mill-programmi tal-UE minħabba restrizzjonijiet baġitarji. Is-Siġill ta’ Eċċellenza jista’ jitqies bħala l-ewwel pass lejn tikketta tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Se jiġu integrati proġetti magħżula fil-komunità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li se jiġu promossi ma’ finanzjaturi potenzjali oħra.

Lil hinn minn inizjattivi mmexxija mill-Kummissjoni, il-finanzjament ta’ proġetti trasformattivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se jeħtieġ kooperazzjoni qawwija mal-Istati Membri. L-approċċi tal-iżvilupp lokali bbażat fuq il-post u mmexxi mill-komunità tal-politika ta’ koeżjoni jistgħu jippromwovu l-proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fil-livell reġjonali u f’dak lokali bil-parteċipazzjoni tal-komunitajiet lokali.

Il-Kummissjoni Ewropea se tistieden lill-Istati Membri biex:

- jintroduċu l-Bauhaus Ewropea fl-istrateġiji tal-iżvilupp soċjoekonomiku u territorjali tagħhom, u biex jirriflettu l-impenn tagħhom biex jappoġġaw u jintegraw il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027 bħala parti mill-Ftehimiet ta’ Sħubija u mill-programmi operazzjonali rilevanti;

- timplimenta l-istrument finanzjarju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex tiffinanzja l-proġetti fil-prattika

- jimmobilizzaw il-partijiet rilevanti tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom (eż. dwar ir-rinnovazzjoni jew l-infrastrutturi) fuq proġetti trasformattivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

4.2.2.Trasformazzjoni tal-ambjent ta’ abilitazzjoni għall-innovazzjoni

Trasformazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tiddependi mill-ekosistemi industrijali, mill-kostruzzjoni sal-industriji tal-istil ta’ ħajja u dawk kreattivi, mill-materjali sal-mudelli kummerċjali, mid-diġitali sal-biedja, biex jipprovdu soluzzjonijiet imfassla apposta u għall-but ta' kulħadd. Kif uriet il-fażi ta’ kodisinn, l-innovazzjoni taqdi rwol ewlieni. Dan mhux biss l-innovazzjoni fis-sens ta’ teknoloġiji ġodda, iżda jista’ wkoll ikun kombinament ta’ tekniki ġodda u tradizzjonali jew adattament ġdid tas-snajja' u tal-għarfien lokali.

Id-diversità u l-kumplessità tal-leġiżlazzjoni rilevanti u t-tul tal-proċessi amministrattivi jistgħu jsiru sfida għall-proġetti ta’ trasformazzjoni u saħansitra ostaklu għall-innovazzjoni. L-approċċi innovattivi għandhom jiġu ttestjati u implimentati f’ambjenti sperimentali f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali tal-Istati Membri.

L-użu effettiv ta’ materjali ġodda, ta’ proċessi tal-produzzjoni u ta’ għodod oħra, se jeħtieġ taħriġ (mill-ġdid) fil-ħiliet, ukoll permezz tal-Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali, f’bosta setturi u f’livelli differenti.

Il-Kummissjoni se:

- toħloq b’mod konġunt, sal-2022, perkorsi ta’ tranżizzjoni lejn (i) ekosistema tal-kostruzzjoni ekoloġika, diġitali u reżiljenti permezz tal-Forum ta’ Livell Għoli dwar il-Kostruzzjoni, (ii) ekosistema ekoloġika, diġitali u reżiljenti dwar il-prossimità u l-ekonomija soċjali, biex jiġi kkomplementat il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-ekonomija soċjali, u (iii) ekosistema tat-tessuti ekoloġika, diġitali u reżiljenti biex tiġi kkomplementata l-istrateġija tal-UE dwar it-tessuti;

- tiżviluppa għodda ta’ awtovalutazzjoni li tista’ tkejjel sa liema punt proġett hu sostenibbli, inklużiv u estetiku u tgħin biex jiġi identifikat fejn jista’ jsir titjib. Dan se jikkombina l-istandards, ir-regoli u l-gwida eżistenti kollha fl-oqsma rilevanti. Barra minn hekk, tiżviluppa għodda diġitali għall-apprendiment elettroniku u għall-valutazzjoni li tappoġġa l-użu tal-qafas tal-Livell(i) li jippromwovi l-valutazzjoni tal-karbonju tul iċ-ċiklu tal-ħajja u tul il-ħajja kollha għall-prestazzjoni ambjentali tal-bini

- timmobilizza aktar il-programm Orizzont Ewropa biex jappoġġa lill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida permezz ta’ riċerka u innovazzjoni. Il-Kummissjoni se torganizza sessjoni ta' ħidma ta’ livell għoli dwar “ir-riċerka u innovazzjoni għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida” biex tiġbor esperti minn ta’ quddiem nett biex jipprovdu aġenda prospettiva ta’ riċerka u innovazzjoni li tappoġġa lill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u tikkontribwixxi għall-proċess ta’ ħolqien konġunt tal-Programmi ta’ Ħidma futuri ta’ Orizzont Ewropa;

- timmobilizza l-kapaċitajiet tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija 18 (EIT) u tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni  19 (EIC) biex jitnieda l-ewwel sett ta’ sejħiet koordinati għall-proposti biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin għall-innovazzjoni li se jfeġġu mill-proġetti ta’ trasformazzjoni fil-prattika;

- tintegra l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fost il-prijoritajiet tal-Programm LIFE 20 biex jiġu appoġġati b’mod partikolari proġetti li jippromwovu ċ-ċirkolarità, it-tniġġis żero u l-bijodiversità;

- timmobilizza l-Programm tas-Suq Uniku 21 u l-pilastru tal-COSME tiegħu 22 biex jappoġġaw is-sħubijiet kummerċjali fis-settur tal-istil ta’ ħajja (il-moda, id-disinn, l-għamara eċċ.) bejn id-disinjaturi, il-manifatturi, l-artiġjani u -in-nisa u l-fornituri tat-teknoloġija (Worth Partnership Project) 23  u biex jappoġġa s-sħubijidwar l-Ekonomija Soċjali u l-Patti Ekoloġiċi Lokali 24 ;

- trawwem innovazzjoni transdixxiplinari għas-sostenibbiltà, l-inklużjoni u l-benesseri fost is-setturi kulturali u kreattivi fil-qafas tal-Programm Ewropa Kreattiva, b’mod partikolari permezz tal-Laboratorji tal-Innovazzjoni Kreattiva;

- timmobilizza Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali fis-setturi rilevanti (inkluż is-settur tal-kostruzzjoni) biex jiġu żviluppati ambjenti u esperjenzi reali u virtwali li jinvolvu teknoloġiji diġitali profondi (Intelliġenza Artifiċjali, Computing ta’ Prestazzjoni Għolja, big data) biex jiġi appoġġat il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

- tipproponi, mill-2021, suġġetti u prijoritajiet li jikkontribwixxu għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea Ġdida fil-Programmi ta’ Ħidma ta’ Ewropa Diġitali;

- tippromwovi akkwist innovattiv fil-kuntest tal-Bauhaus Ewropea Ġdida biex trawwem approċċ ibbażat fuq il-kwalità, is-sostenibbiltà u l-inklużjoni pjuttost milli biss fuq il-kost, inkluż permezz tal-inizjattiva “Big Buyers” 25 ;

4.2.3. Diffużjoni ta’ tifsiriet ġodda

L-ispirazzjoni ta’ moviment tibda bil-valuri. Huwa essenzjali li naħdmu id f’id ma’ dawk li jirriflettu dwar il-valuri tagħna, dawk li jistudjawhom u jwassluhom, bħall-artisti, ix-xjenzati soċjali, l-edukaturi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

F’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Koalizzjoni ta’ Edukazzjoni għall-Klima (*), il-Kummissjoni se tniedi sejħa għal espressjoni ta’ interess biex postijiet ta’ edukazzjoni u ta' għarfien (minn libreriji pubbliċi sa skejjel u universitajiet) jiżviluppaw il-proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tagħhom stess. Il-Kummissjoni se tgħaqqad dawn il-proġetti u se tagħtihom il-viżibbiltà. Premju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida iddedikat fl-2023 se jippermetti li jiġu eżibiti l-aqwa proġetti. (* https://education-for-climate.ec.europa.eu/_mt )

L-artisti u l-professjonisti kreattivi mill-oqsma kollha ilhom jikkontribwixxu biex iqajmu l-kuxjenza dwar l-isfidi soċjoekonomiċi u ambjentali ta’ żminijietna. Il-pożizzjoni kritika tagħhom u x-xogħlijiet li jisfidaw is-soċjetà kontemporanja jistgħu jaġixxu bħala twissijiet u jgħinu fit-tiswir mill-ġdid tad-dinja futura tagħna. Dan jgħodd ukoll għall-kunċetti tal-estetika u tas-sbuħija, li għalihom ma għadx hemm standards jew normi universali.

Flimkien mal-organizzazzjonijiet edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ, l-industriji u s-setturi kulturali u kreattivi huma sorsi ġodda ta’ tkabbir ta’ impjiegi intelliġenti, sostenibbli u inklużivi. Il-kontribut tagħhom għall-innovazzjoni qed jiġi xprunat dejjem aktar minn fatturi mhux teknoloġiċi bħall-kreattività, id-disinn, u l-proċessi organizzazzjonali jew il-mudelli kummerċjali ġodda, kif ukoll il-kooperazzjoni. Din hija r-raġuni għala s-sostenibbiltà hija fokus ewlieni għall-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ u l-edukazzjoni, inkluż il-qafas tal-edukazzjoni għolja u tal-appoġġ, li jippermetti ħafna sinerġiji mal-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

Il-Kummissjoni se:

- tipproponi li tinkludi prijorità apposta fil-qafas tal-Erasmus + dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fis-sejħa tal-2022 għall-Alleanzi għall-innovazzjoni 26 , li timmira kemm lis-settur tal-edukazzjoni għolja kif ukoll dawk tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u tipproponi prijorità għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fis-sejħa għall-proġetti tal-Erasmus+ Żgħażagħ Ewropej Flimkien 2022 li jappoġġaw is-sħubiji transnazzjonali għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ

- tipproponi li, permezz ta’ Ewropa Kreattiva, tappoġġa residenzi tal-“artisti” u tipi oħra ta’ attivitajiet kulturali marbuta mal-post fi spazji identifikati jew ittikkettati mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

- torganizza l-premju tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida kull sena, fejn tenfasizza dimensjonijiet differenti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida kull sena;

- tiżviluppa azzjoni ta’ apprendiment bejn il-pari biex tgħin lill-awtoritajiet lokali jintegraw u jimplimentaw prinċipji ta’ kwalità fl-ambjent mibni kif żviluppati mill-proċess Davos 27 u mill-grupp ta’ esperti tal-Istati Membri 28 stabbilit fil-qafas tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura. ;

- tiffoka t-tema annwali ta’ eTwinning 2022 29 fuq suġġetti relatati mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 

- tipproponi suġġetti relatati mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala parti mill-prijoritajiet tematiċi għall-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv 2022

- torbot i-tema annwali tal-azzjoni DiscoverEU 2022 30 mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida;

- għas-sejħa annwali 2022 tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, tipproponi proġetti li jistgħu jikkontribwixxu għall-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

5.Passi li jmiss

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se tkompli tibni fuq il-qawwa tal-komunità tagħha li kull ma tmur tikber . Tul dawn l-aħħar sitt xhur, l-inizjattiva rċeviet entużjażmu u eluf ta’ ideat, li din il-komunikazzjoni qiegħda tkompli tibni fuqhom. Il-mobilizzazzjoni ta’ atturi interessati se tkompli u l-konverżazzjoni se titwessa’ kemm madwar l-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, f’kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, mad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-organizzazzjonijiet u man-networks internazzjonali interessati. F’dan ir-rigward, se jiġu identifikati sinerġiji ma’ oqfsa ta’ politika u ta' kooperazzjoni rilevanti, b’mod partikolari fil-viċinat tal-UE.

Il-Kummissjoni Ewropea se sserraħ fuq il-kooperazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex tqajjem l-kuxjenza u tippromwovi d-dibattitu fil-kostitwenti tagħhom, timmobilizza liċ-ċittadini u lill-atturi tas-settur privat u tikkondividi r-riżorsi disponibbli biex tiġi appoġġata l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tar-rappreżentanti ta’ komunitajiet diversi, se tkun kruċjali. Mill-promozzjoni ta’ proċessi parteċipattivi ta’ kodisinn sal-ħila li jiġi appoġġat il-finanzjament ta’ proġetti ta’ trasformazzjoni lokali, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se teħtieġ kooperazzjoni b’saħħitha f’dan il-qafas ta’ governanza f’diversi livelli.

Bħala punt tat-tluq, l-Istati Membri se jiġu mistiedna jafdaw entità bħala punt ta’ kuntatt għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea Ġdida, biex jgħaqqdu u jikkoordinaw l-isforzi fil-pajjiż rispettiv tagħhom u jieħdu sehem f’network informali mifrux mal-UE kollha għall-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ esperjenza.

Il-Kummissjoni Ewropea se tirrapporta dwar il-progress tal-inizjattiva fl-2022.

Annessi:

1.    Rapport dwar il-fażi ta’ kodisinn

2.    Mobilizzazzjoni tal-programmi tal-UE

3.    Ekosistema tal-politika tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Ħajr

QOXRA:

·Tree-House School © Valentino Gareri

·Architecture © Adobe Stock – lilymary

·Top view of people are resting on the lawn in the park © Adobe Stock – Watman

Paġni ta’ ġewwa

·Nautilus shell © Adobe Stock – Dean Pennala

·Green foliage texture © Adobe Stock – Vera Kuttelvaserova

·Top view of people are resting on the lawn in the park © Adobe Stock – Watman

·Laracha Health Centre © H. Santos-Díez

·Domo - sustainable architecture education in secondary school © Dolores Victoria

·La Ferme du Rail © Myr Muratet.

·The Arch © O.S.T. & Constructlab

·Wunderbugs © Francesco Lipari

·Palaluxottica © Simone Bossi

·Holmes Road Studios © Peter Barber Architects

·Proto-Habitat © Flavien Menu

·Rain gardens at Rundelsgatan in Vellinge © Source: edges

·Tree-House School © Valentino Gareri

·Domo - sustainable architecture education in secondary school © Dolores Victoria

·Gleis 21 © H. Hurnaus

·Garden house © C. Pavlou

·Garden house © C. Pavlou

·The Salt House © R. Hofmanis

(1)   Bauhaus Ewropea Ġdida: il-Kummissjoni tniedi l-fażi tad-disinn (europa.eu)
(2)   Kodisinn tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (europa.eu)
(3)   Sħab (europa.eu)
(4)   Diskussjoni ta’ livell għoli madwar mejda (europa.eu)
(5)     Premjijiet tal-2021 (europa.eu)
(6)      Għall-għanijiet tal-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, “sostenibbiltà” tinftiehem bħala “sostenibbiltà ambjentali”.
(7)      Dan il-kuntest lokali għandu diversi aspetti li, ladarba jiġu kkombinati, jistgħu jiddeterminaw il-kwalità tal-ħajja fil-post: prossimità għal suq tax-xogħol sodisfaċenti, aċċess għal diversi tipi ta’ infrastrutturi u faċilitajiet, affordabbiltà tal-akkomodazzjoni, eċċ.
(8)      Dan jinkludi persuni f’riskju ogħla ta’ faqar, ta’ marġinalizzazzjoni u/jew ta’ diskriminazzjoni, bħaż-żgħażagħ u l-anzjani, il-persuni b’diżabbiltà, il-persuni leżbjani, gay, bisesswali, persuni transgender, persuni mhux binarji, persuni intersesswali u queer (LGBTIQ), kif ukoll persuni bi sfond razzjali jew etniku minoritarju, bħar-Rom, u minoritajiet reliġjużi.
(9)      Ara r-Rapport tal-EEA Nru 21/2019, il-Kapitolu 3 dwar “Ambjent f’saħħtu, ħajjiet f’saħħithom: kif l-ambjent jinfluwenza is-saħħa u l-benesseri fl-Ewropa”
(10)       Belt fi 15-il-minuta (15minutecity.com)
(11) Boosting investment in social infrastructure in Europe - Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu) https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/d3129b80-6f7c-11e8-9483-01aa75ed71a1
(12)   https://digital-strategy.ec.europa.eu/en/policies/digital-compass  
(13)   https://www.routledge.com/Design-for-Sustainability-A-Multi-level-Framework-from-Products-to-Socio-technical/Gaziulusoy/p/book/9781032089959
(14)

  http://revistas.unisinos.br/index.php/sdrj/article/view/sdrj.2021.141.02  

(15)       Memorandum ta’ Spjegazzjoni: Inizjattiva Urbana Ewropea - WARA L-2020 (Europa.Eu)
(16)       Missjonijiet f’Orizzont Ewropa | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu)
(17) L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija nieda Sejħa għall-Proposti għall-Involviment taċ-ċittadini allinjata mal-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida. L-għan huwa ħidma fuq attivitajiet fejn iċ-ċittadini mhux biss jintalbu jidentifikaw l-isfidi rilevanti tal-belt tagħhom, iżda jingħataw is-setgħa wkoll biex flimkien joħolqu soluzzjonijiet potenzjali fi proċess ta’ ħolqien ta’ ideat ( https://www.eiturbanmobility.eu/launch-of-cross-kic-new-european-bauhaus-call-for-proposals-for-citizen-engagement /)
(18)   L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) (europa.eu)
(19)   Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (europa.eu)
(20) Is-sottoprogrammi LIFE Natura u Bijodiversità u LIFE Ekonomija Ċirkolari u Kwalità tal-Ħajja LIFE (europa.eu)
(21)   Il-Programm tas-Suq Uniku | Il-Kummissjoni Ewropea (europa.eu)
(22)   COSME. Il-programm tal-Ewropa għal intrapriżi żgħar u medji. | Suq Intern, Industrija, Intraprenditorija u SMEs (europa.eu)
(23)   Worth Partnership Project (worthproject.eu)
(24) Żid ħolqa għas-sejħa jekk tkun lesta għat-tnedija sal-14 ta’ Settembru
(25) https://bigbuyers.eu/
(26)      Din timmira l-kooperazzjoni bejn firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati: studenti, universitajiet, kumpaniji, NGOs, soċjetà ċivili, eċċ.)
(27)      Ara s-Sistema ta’ Kwalità Davos Baukultur - id-Dikjarazzjoni Davos tal-2018
(28)      Ir-rapport finali tal-grupp ta’ esperti dwar l-arkitettura ta’ kwalità għolja u l-ambjent mibni għal kulħadd se jiġi ppubblikat fit-tieni nofs ta’ Settembru 2021
(29)       eTwinning - Paġna Ewlenija
(30)       DiscoverEU | Portal Ewropew taż-Żgħażagħ (europa.eu)

Brussell, 15.9.2021

COM(2021) 573 final

Rapport dwar il-fażi ta' kodisinn

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: Sbuħija, Sostenibbiltà, Flimkien


Werrej

1.    Skeda ta’ żmien tal-Fażi ta’ kodisinn    

2.    Prinċipji ewlenin:    

2.1.    Bidu bil-valuri    

2.2.    Kun ispirat minn proġetti u minn ideat eżistenti    

2.3.    Xerred il-Konverżazzjonijiet bħala għodda ewlenija    

2.4.    Tkabbir ta’ komunità    

2.4.1.    Sħab    

2.4.2.    Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda    

3.    Metodoloġija u għodod    

3.1.    Sit web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala l-ewwel għodda ta’ involviment    

3.1.1.    Kollettur ta’ stejjer qosra    

3.1.2.    Kollettur b’format liberu    

3.1.3.    Ġbir ta’ konverżazzjonijiet    

3.2.    Analiżi tad-data: approċċ ġenerali    

3.2.1.    Prinċipji    

3.2.2.    Abilitaturi u Skali: matriċi    

4.    Attivitajiet u Sejbiet    

4.1.    Attivitajiet    

4.2.    Ħidma biex jintlaħqu n-nies    

4.2.1.    Komunikazzjoni diġitali    

4.2.2.    Sħab uffiċjali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida    

4.2.3.    Stejjer miġbura    

4.2.4.    Bilanċi ġeografiċi u settorjali    

4.3.    Sejbiet    

5.    Assi emerġenti    

5.1.    Konnessjoni mill-ġdid man-natura    

5.2.    Kisba mill-ġdid ta’ sens ta’ appartenenza    

5.3.    Prijoritizzazzjoni tal-postijiet u tan-nies li huma l-aktar fil-bżonn    

5.4.    Ħtieġa għal mentalità fit-tul u integrata li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fl-ekosistema industrijali    

6.    Ideat għal azzjoni    

6.1.    Attenzjoni għal interventi fuq skala żgħira    

6.2.    Ħidma fuq diversi skali fl-istess ħin    

6.3.    Ħidma bi transdixxiplinarjetà għal approċċ integrat    

6.4.    Bidu minn approċċ parteċipattiv    

6.5.    Innovazzjoni lil hinn minn spinta teknoloġika    

6.6.    Bejn l-imgħoddi u l-preżent    

6.7.    Forom ġodda ta’ finanzjament    

7.    VII. Konklużjoni u Passi li jmiss    

RAPPORT DWAR IL-FAŻI TA’ KODISINN

Għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-Kummissjoni għażlet approċċ mhux tas-soltu: Hija ħolqot proġett axxendenti bbażat fuq il-parteċipazzjoni u l-inklużjoni. Wara t-tnedija tal-proġett f’Settembru 2020 1 mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen, il-Kummissjoni qagħdet tisma’ u tat l-opportunità lill-persuni interessati kollha biex jikkondividu ideat, eżempji, viżjonijiet u sfidi li għandhom jitqiesu għall-proġett. 

F’dan l-anness se ssib rapport dwar din il-“fażi ta’ kodisinn” li informa l-kunċett tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ippreżentata illum fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Tul sitt xhur, il-Kummissjoni wettqet kollaborazzjoni estensiva maċ-ċittadini, mal-professjonisti u mal-organizzazzjonijiet u minnha ġabret l-isfidi u l-ideat ewlenin li se jiggwidaw il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fuq terminu qasir u twil.

B’kollox saru aktar minn 200 konverżazzjoni multidixxiplinari, u aktar minn 2 000 kontributur ikkondividew l-ideat, l-isfidi u l-viżjonijiet tagħhom direttament permezz tas-sit web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Barra minn hekk, madwar 12 000 persuna segwew u interaġixxew mal-inizjattiva fuq Instagram u aktar minn 8 500 viżitatur segwew il-Konferenza dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida online 2 . F’din il-fażi, l-appoġġ kemm tas-Sħab uffiċjali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida kif ukoll tal-Membri tad-Diskussjoni Madwar Mejda ta’ Livell Għoli kien essenzjali, billi kienu qed jaħdmu bħala amplifikaturi, li jattivaw in-networks tagħhom u jistimulaw konverżazzjonijiet ġodda.

Dan id-dokument jagħti taqsira tas-sejbiet ewlenin tal-fażi ta’ kodisinn. Jiddeskrivi wkoll il-metodi u l-għodod użati.

1.Skeda ta’ żmien tal-Fażi ta’ kodisinn

·Minn Jannar sa nofs Frar: Tnedija uffiċjali tal-inizjattiva fit-18 ta’ Jannar 2021 bil-ftuħ tas-sit web speċifiku. Żvilupp ta’ strateġija biex jiġu attivati konverżazzjonijiet madwar l-inizjattiva (webinars ta’ informazzjoni, sejħa għal sħab, ħidma biex jintlaħqu n-networks). Għażla tal-Membri tad-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda

·Minn nofs Frar sa nofs Marzu: webinars u sessjonijiet ta’ ħidma ta’ kull ġimgħa biex jiġi amplifikat l-involviment ta’ organizzazzjonijiet u ta’ komunitajiet; id-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda tieħu l-forma. Jintgħażel l-ewwel grupp ta’ Sħab.

·Minn nofs Marzu sa nofs April: bidu tal-iskrinjar tal-kontributi sottomessi: estrazzjoni tax-xejriet, tas-suġġetti ewlenin, tal-isfidi mill-inputs miġbura; organizzazzjoni tal-Konferenza dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (it-22-23 ta’ April). L-ewwel laqgħat tad-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda; attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet sħab.

·Minn nofs April sal-aħħar ta' Ġunju: ġbir u skrinjar tal-kontributi. Id-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda tiltaqa’ kull ġimagħtejn. Għażla tal-ewwel sett ta’ Sħab kull ġimgħa. L-ewwel riżultati mill-interpretazzjoni tal-kontributi fuq is-sit web jiġu kondiviżi, diskussi, ttestjati u arrikkiti f’ħafna avvenimenti organizzati mis-sħab u minn partijiet ikkonċernati indipendenti oħra.

·L-aħħar ta' Ġunju: Għeluq tal-fażi ta’ kodisinn.

2.Prinċipji ewlenin: 

2.1.Bidu bil-valuri 

Sa mill-bidu, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida kien assoċjata ma’ tliet valuri fundamentali - l-estetika, is-sostenibbiltà u l-inklużjoni – b’fokus qawwi fuq l-ispazji għall-għajxien u fuq l-istil tal-ħajja. L-ambizzjoni biex il-Patt Ekoloġiku jsir esperjenza kulturali, pożittiva, tanġibbli u ċċentrata fuq il-bniedem hija mibnija preċiżament fuq dan is-sett ta’ valuri.

Mit-triangolu Sbuħija – Sostenibbiltà – Flimkien, ġiet maħsuba l-fażi ta’ kodisinn ħadmet biex twieġeb il-mistoqsijiet ewlenin:

·Xi jfissru l-kunċetti ta’ estetika, sostenibbiltà u inklużjoni soċjali għan-nies b’rabta mal-postijiet u mal-forom ta’ għajxien?

·X’inhuma l-aktar sfidi urġenti li jiffaċċaw iċ-ċittadini b’rabta mal-ambjent tal-għajxien tagħhom?

·X’inhuma l-ideat konkreti li jistgħu jappoġġaw moviment tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida?

·X’għandhom ikunu l-kamp ta’ applikazzjoni aħħari u l-prijoritajiet ewlenin tal-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida?

2.2.Kun ispirat minn proġetti u minn ideat eżistenti

Diġà jeżistu ħafna inizjattivi tajbin fl-interazzjoni tas-sostenibbiltà, l-inklużjoni u l-estetika. Dan huwa minnu għall-arkitettura sostenibbli kif muri mir-rebbieħa tal-Premju Pritzker 2021 3 , għat-trasformazzjoni ta’ blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Bordeaux 4 . Dan huwa rifless ukoll, pereżempju, fl-għadd dejjem akbar ta’ ġonna komunitarji fejn il-ġirien jipparteċipaw fit-trasformazzjoni tal-ambjent pubbliku, jew f’festivals kulturali li jqajmu l-kuxjenza dwar kwistjonijiet ambjentali permezz tal-arti.

Biex jiġu attivati dawk li diġà qed jaħdmu fuq id-dimensjonijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, biex jiġu vvalutati l-proġetti tagħhom u jittieħdu ideat minnhom, aspett wieħed mill-fażi ta’ kodisinn iffoka fuq proġetti eżistenti li jistgħu jispiraw l-inizjattiva. B’kollox tressqu madwar 1 800 eżempju fuq is-sit web.

Il-Premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 5 2021 saħħew dan l-approċċ.

Ġew stabbiliti għaxar kategoriji differenti biex tiġi koperta d-diversità tad-dimensjonijiet rilevanti għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. F’kull kategorija, ingħata premju speċjali għall-ġenerazzjoni żagħżugħa:

1.Tekniki, materjali u proċessi għall-kostruzzjoni u d-disinn

2.Bini rinnovat fl-ispirtu taċ-ċirkolarità

3.Soluzzjonijiet għall-evoluzzjoni konġunta tal-ambjent mibni u n-natura

4.Spazji urbani u rurali riġenerati

5.Prodotti u stil ta’ ħajja

6.Wirt kulturali ppreservat u ttrasformat

7.Postijiet ridisinjati għal laqgħat u skambji

8.Mobilizzazzjoni tal-kultura, tal-arti u tal-komunitajiet

9.Soluzzjonijiet tal-għajxien modulari, adattabbli u mobbli

10. Mudelli edukattivi interdixxiplinarji

Ir-rispons kien impressjonanti b’aktar minn 2 000 applikazzjoni mill-UE kollha fi żmien l-iskadenza ta’ xahar. Il-proċess tal-għażla kien parteċipattiv b’votazzjoni pubblika u b’evalwazzjoni mis-sħab uffiċjali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Ir-rebbieħa finali se jitħabbru fis-16 ta’ Settembru f’ċerimonja għall-għoti tal-premju fi Brussell.

2.3.Xerred il-Konverżazzjonijiet bħala għodda ewlenija

Ilkoll nafu minn meta nkunu madwar il-mejda tal-ikel u mil-laqgħat fl-uffiċċju li l-aħjar ideat jinbtu mill-konverżazzjonijiet. U jkunu saħansitra aħjar meta jitlaqqgħu nies minn diversi sfondi u b’opinjonijiet differenti. Għalhekk l-għodda ewlenija għall-fażi ta’ kodisinn kienu konverżazzjonijiet f’diversi livelli.

L-enfasi tqiegħdet fuq it-tiftix tal-kollaborazzjoni ta’ setturi differenti, atturi istituzzjonali jew gruppi diversifikati kemm jista’ jkun, sabiex jitkissru “sajlos” stabbiliti u jinbdew konnessjonijiet ġodda bbażati fuq il-kooperazzjoni lejn objettivi kondiviżi.

Il-Kummissjoni appoġġat dawn il-konverżazzjonijiet b’sett ta’ għodod li sar disponibbli fuq is-sit web, u bil-parteċipazzjoni fihom.

Il-konverżazzjonijiet varjaw minn dawk organizzati fuq livell lokali, dawk organizzati mill-gvernijiet nazzjonali jew saħansitra minn inizjattivi pan-Ewropej. Ir-riżultati ta’ dawn il-konverżazzjonijiet ġew kondiviżi mal-Kummissjoni. 

F’April, il-Kummissjoni organizzat konverżazzjoni globali: il-Konferenza dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, avveniment ibridu b’aktar minn 40 kelliem u faċilitatur internazzjonali. Il-konferenza laqqgħet aktar minn 8 500 viżitatur minn 85 pajjiż. Bosta diskussjonijiet b’panel u tmien sessjonijiet ta’ ħidma ppermettew djalogi produttivi bejn il-parteċipanti. Ir-riżultati tas-sessjonijiet ta’ ħidma nġabru matul is-sessjonijiet u kkontribwew għall-interpretazzjoni tal-kontribuzzjonijiet.

2.4.Tkabbir ta’ komunità 

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tibni fuq komunità li qed tikber madwar żewġ azzjonijiet biex tispira moviment: is-sejħa għal sħab uffiċjali u d-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda.

2.4.1.Sħab

Mill-bidu tal-fażi ta’ kodisinn, il-Kummissjoni nediet sejħa għal sħab uffiċjali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fuq is-sit web.

Is-sħab uffiċjali huma organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ li jikkondividu l-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u li pproponew azzjonijiet konkreti biex jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tiegħu bħal pereżempju avvenimenti, rapporti u konverżazzjonijiet.

Mill-ewwel grupp ta’ 20 sieħeb fil-25 ta’ Marzu, il-komunità tas-sħab uffiċjali laħqet aktar minn 200 sa tmiem il-fażi ta’ kodisinn. Is-sejħa għas-sħab se tibqa’ attiva tul il-fażi ta’ implimentazzjoni biex tgħin lill-komunità tikber aktar 6 .

2.4.2.Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda 

Minn grupp inizjali ta’ kważi 80 espert identifikati mill-Kummissjoni biex jiffurmaw id-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda għall-inizjattiva, intgħażlu 18-il Membru 7 minħabba l-esperjenza u l-għarfien personali tagħhom li jkopru d-dimensjonijiet differenti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Dawn ma jirrappreżentawx organizzazzjonijiet jew pajjiżi. Fil-proċess tal-għażla, ngħatat attenzjoni speċjali lill-bilanċ ġeografiku, settorjali u tal-ġeneru.

Ir-rwol tad-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda huwa li jsir skambju u li jiġu espressi l-ideat tagħhom dwar temi ewlenin, ideat innovattivi u sfidi. Il-Membri skambjaw ideat fuq bażi regolari mal-President u maż-żewġ Kummissarji ewlenin, u ħadmu flimkien permezz ta’ sensiela ta’ sessjonijiet ta’ ħidma. Huma aġixxew ukoll bħala ambaxxaturi komunitarji, fejn interaġixxew man-networks tagħhom biex ixerrdu l-konverżazzjoni u jiġbru l-għarfien fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom u lil hinn.

Abbażi tal-iskambji tagħhom, il-membri tad-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda kkondividew il-viżjoni u l-ideat tagħhom għal azzjoni f’dokument kunċettwali 8 .

3.Metodoloġija u għodod

3.1.Sit web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala l-ewwel għodda ta’ involviment

Minħabba r-restrizzjonijiet ikkawżati mill-pandemija, l-għoti ta’ aċċess dirett lill-pubbliku għall-fażi ta’ kodisinn kien ifisser l-istabbiliment ta’ pjattaforma diġitali fejn in-nies setgħu jikkondividu faċilment l-ideat u l-esperjenza tagħhom. Sa mill-inawgurazzjoni tiegħu fit-18 ta’ Jannar 2021, is-sit web offra żewġ punti tad-dħul ewlenin għall-kontributi: wieħed imfassal biex jinġabru stejjer qosra u ieħor għall-kontributi b’format liberu.

3.1.1.Kollettur ta’ stejjer qosra

Dan il-punt tad-dħul tfassal biex jiġbor kontributi qosra (medja ta’ madwar 2 000 karattru). Kien possibbli li dawn jiġu kondiviżi permezz ta’ tliet kanali separati, li kull wieħed minnhom jindirizza dimensjoni differenti:

·Eżempji u proġetti eżistenti: dawk li diġà ġew realizzati u żviluppati.

·Viżjonijiet u ideat: proposti ta’ proġetti li għadhom ma ġewx implimentati.

·Sfidi: xewqat u bżonnijiet taċ-ċittadini.

3.1.2.Kollettur b’format liberu

Punt tad-dħul addizzjonali offra l-possibbiltà li timtela formola mas-sottomissjoni ta’ kontribut, strutturata b’erba’ mistoqsijiet miftuħa biex tappoġġa t-tfassil tal-kontributi fl-inizjattiva NEB.

3.1.3.Ġbir ta’ konverżazzjonijiet

Tul il-fażi kollha ta’ kodisinn, ġew organizzati ħafna konverżazzjonijiet madwar l-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Speċjalment fl-ewwel ġimgħat, il-Kummissjoni organizzat għexieren ta’ “sessjonijiet ta’ attivazzjoni” biex tiġi stimulata l-parteċipazzjoni fost networks speċifiċi. Filwaqt li dawn l-ewwel laqgħat ġew segwiti mill-qrib u kkontrollat mit-Tim tan-NEB innifsu, għadd dejjem akbar ta’ avvenimenti spontanji bdew ifeġġu b’mod awtonomu ġimgħa wara oħra, speċjalment wara l-Konferenza dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida f’April. F’ħafna każijiet, l-organizzaturi tal-avvenimenti kkondividew ir-riżultat tal-konverżazzjonijiet fuq is-sit web.

3.2.Analiżi tad-data: approċċ ġenerali 

3.2.1. Prinċipji

Il-fażi ta’ kodisinn, u speċifikament l-attivitajiet relatati mal-ġbir tal-kontributi, inbnew madwar għadd ta’ prinċipji ewlenin.

3.2.1.1. Trasparenza

Biex il-proċess ikun kompletament miftuħ u parteċipattiv, huwa meħtieġ li dan ikun trasparenti b’mod konsistenti. Dan il-prinċipju ġie żgurat permezz tas-sit web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fejn, flimkien mar-rabtiet fundamentali mal-għodod ta’ parteċipazzjoni, huwa possibbli li tinstab informazzjoni dwar id-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda, is-sħab, kif ukoll kalendarju biex jinżamm rendikont tal-avvenimenti ewlenin li jkunu qed iseħħu madwar l-inizjattiva. Barra minn hekk, il-kontributi kollha saru progressivament aċċessibbli għall-pubbliku 9 permezz tal-iżvilupp ta’ sistema ta’ viżwalizzazzjoni. Bis-saħħa ta’ din l-għodda u tal-karatteristiċi ta’ riċerka tagħha, kwalunkwe utent jew organizzazzjoni interessata għandha l-possibbiltà li twettaq l-“interpretazzjoni” u analiżi tagħha stess.

3.2.1.2. Diversità u trattament ugwali

Il-profili tal-kontributuri huma verament diversifikati u jvarjaw minn testimonjanzi qosra sa sommarji twal ta’ sensiela ta’ avvenimenti sa essays, dokumenti ta’ pożizzjoni jew artikoli ta’ riċerka. Minkejja d-disparità fil-kumplessità, fil-formulazzjoni tal-kliem u fit-tul, kien importanti li kull entrata tiġi skrinjata bl-istess livell ta’ attenzjoni.  

3.2.1.3.Raggruppament

Punt fundamentali ieħor li ggwida l-iskrinjar kien l-idea li jiġi evitat li l-kontributi jiġu sfurzati jidħlu f’kategoriji speċifiċi u predefiniti, u mbagħad li jsir progress fuq approċċ ibbażat fuq il-kwantità li kien jillimita l-analiżi għal kemm entrati jsemmu suġġett partikolari.

Il-metodu ġie adattat kontinwament skont il-kontenut li nġabar maż-żmien, billi l-istejjer u l-ideat inġabru f’raggruppamenti differenti ta’ suġġetti u mistoqsijiet li setgħu iwieġbu.

Wara l-identifikazzjoni ta’ xejriet speċifiċi, kien kruċjali li ma jintilfux vuċijiet individwali fl-għadd kbir ta' kontributi u li entrati uniċi jiġu vvalutati b’aktar attenzjoni, sabiex jittaffa l-effett tal-piż ta’ gruppi kbar ta’ kontributi simili.

3.2.2.Abilitaturi u Skali: matriċi

Lil hinn mill-identifikazzjoni tax-xejriet u tal-valuri estremi, il-proċess ta’ raggruppament kellu wkoll l-għan li jidentifika sett ta’ abilitaturi, tipoloġija ta’ riżorsi meħtieġa biex tiġi appoġġata t-trasformazzjoni (Networks, Kultura, Edukazzjoni, Riċerka, Infrastrutturi, Postijiet, Teknoloġija, Politiki u qafas regolatorju, Strateġiji u Programmi). Il-lista ta’ abilitanti tqabblet mal-iskali ta’ applikazzjoni, li jibdew mid-dimensjoni lokali u jaslu sal-kuntest globali (Bini, Viċinat, Villaġġ u Urban, Reġjonali, Nazzjonali, Ewropew, Dinji u Multiplu).

Il-kombinament ta’ abilitaturi u skali f’matriċi kien stadju importanti biex ix-xejriet ġenerali fl-aspirazzjonijiet jiġu konnessi mal-ideat aktar konkreti dwar kif isir progress lejn it-trasformazzjonijiet mixtieqa.

4.Attivitajiet u Sejbiet

4.1.Attivitajiet 

Kien hemm varjetà u diversità kbira fl-attivitajiet li seħħew. Il-Kummissjoni ma kkontrollatx l-attivitajiet li ġew proposti minn organizzazzjonijiet oħra biex il-konverżazzjoni tinżamm kemm jista’ jkun inklużiva u miftuħa. Huwa impossibbli li jissemmew l-organizzazzjonijiet u l-attivitajiet kollha f’dan id-dokument. L-eżempji jirrappreżentaw ħafna aktar.

Intlaħqu varjetà wiesgħa ta’ udjenzi: dawn varjaw minn periti sa xjenzati, minn organizzazzjonijiet tal-akkomodazzjoni soċjali sal-industrija, minn tfal u studenti tal-arti sa awtoritajiet pubbliċi.

L-organizzazzjonijiet lokali fil-livell taċ-ċittadini kkollaboraw flimkien u organizzaw avvenimenti fil-viċinat jew fir-reġjun tagħhom (Galicia fi Spanja, Gdynia fil-Polonja). F’każijiet oħra, is-sħab ikkuntattjaw lin-networks Ewropej tagħhom biex jistabbilixxu konverżazzjonijiet madwar l-Ewropa rigward ċertu tema (Housing Europe 10 , il-Bureau tal-Assoċjazzjonijiet ta’ Disinn Ewropej (Bureau of European Design Association BEDA) 11 , l-IFLA Europe (Federazzjoni Internazzjonali tal-Arkitetti tal-Pajsaġġ (International Federation of Landscape Architects)),  il-Kollettiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida 12 , l-Europeana 13 , l-Europa Nostra 14 , it-Triennale Milano 15 , l-Alleanza Wood4Bauhaus 16 ).

F’xi Stati Membri, l-inizjattiva ġiet adottata minn atturi jew minn ministeri nazzjonali (l-Iżvezja, id-Danimarka, Spanja, il-Litwanja, il-Ġermanja, is-Slovenja, l-Estonja, l-Italja, u oħrajn). Bliet u Stati Membri oħra għamlu kuntatt



mal-pari tagħhom fil-pajjiżi ġirien biex jorganizzaw konverżazzjonijiet reġjonali (il-Bauhaus Nordika 17 , il-Bauhaus tal-Baħar 18 jew “NEB goes South” (NEB fin-Nofsinhar), pjattaforma li tiġbor dipartimenti tal-arkitettura ta’ sitt universitajiet 19 )

Is-sħab uffiċjali u l-membri tal-Diskussjoni Madwar Mejda ta’ Livell Għoli tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida spiss qdew rwol kruċjali f’dawn l-inizjattivi.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida stimulat l-iżvilupp ta’ ħafna attivitajiet li jinvolvu t-tfal u ż-żgħażagħ, spiss bl-objettiv li l-kreattività tagħhom tiġi introdotta fil-fażi ta’ kodisinn. Pereżempju, il-Ministeru tal-Istat Bavarjan għall-Akkomodazzjoni, il-Kostruzzjoni u t-Trasport nieda kompetizzjoni għat-tfal taħt l-14-il sena, fejn talabhom jippreżentaw stampa biex jispiraw il-ġejjieni tal-kostruzzjoni tad-djar u tal-għajxien flimkien. Il-Ministeru tal-Istat tas-Sassonja għall-Ġustizzja u d-Demokrazija, l-Ewropa u l-Ugwaljanza, flimkien mal-belt ta’ Chemnitz u l-Uffiċċju tal-Istat tagħha għall-Iskola u l-Edukazzjoni organizzaw kompetizzjoni simili, fejn offrew premju liċ-ċittadini żgħażagħ ta’ bejn l-14 u t-18-il sena għall-aħjar viżjoni għall-futur, li kellha tiġi rrappreżentata bi tpinġijiet, pitturi, grafika, skulturi jew mudelli.

Arkki, pjattaforma kulturali Finlandiża nediet kompetizzjoni tal-arti biex tirrifletti fuq l-inizjattiva tal-NEB, filwaqt li Architektūros Fondas, organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ mil-Litwanja, se torganizza sessjonijiet ta’ ħidma ta’ ħamest ijiem f’sebat ibliet żgħar madwar il-pajjiż biex ittejjeb il-fehim taż-żgħażagħ dwar l-ambjent tal-għajxien tagħhom, tħeġġeġ il-kreattività u trawwem sens ta’ responsabbiltà personali.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida qajmet interess kbir fil-komunità industrijali. Bosta organizzazzjonijiet settorjali applikaw bħala sħab mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, u organizzaw avvenimenti u sessjonijiet ta’ ħidma (pereżempju l-Kunsill tal-Moda tal-Ġermanja, il-Fondazzjoni LafargeHolcin jew The Concrete Initiative). L-industrija Ewropea tal-injam ħolqot l-alleanza Wood4Bauhaus, l-ewwel darba li s-settur qed jipprova jissieħeb fi proġett komuni. Id-Diskussjoni Ewropea Madwar Mejda għall-Industrija organizzat żewġ sessjonijiet dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li jiffokaw prinċipalment fuq is-settur tal-kostruzzjoni. Il-komunità tal-enerġija rinnovabbli ssieħbet fil-konverżazzjonijiet u ġabet magħha għarfien approfondit interessanti dwar il-proċess.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) attiva l-ekosistema ta’ sħab tiegħu li jinsabu madwar l-UE, biex titqajjem l-kuxjenza dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u biex flimkien jinħolqu attivitajiet interdixxiplinari fil-bliet u fiż-żoni rurali fuq suġġetti bħat-tranżizzjoni ekoloġika permezz ta’ siti arkitettoniċi, kulturali u storiċi, iċ-ċirkolarità u r-reżiljenza urbana, il-mobbiltà universali bħala abilitatur ewlieni għall-inklużjoni soċjali.

Gvernijiet nazzjonali u entitajiet reġjonali pparteċipaw b’mod attiv fil-fażi ta’ kodisinn. Pereżempju, il-Ministeru Spanjol tat-Trasport, il-Mobbiltà u l-Aġenda Urbana organizza konferenza biex jiġi investigat ir-rwol li Spanja jista’ jkollha fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u beda djalogu istituzzjonali u skambju ta’ esperjenzi bejn proġetti u atturi rilevanti. Każ simili huwa dak tal-“Bauhaus Nordiku”, fejn aktar minn 1 600 persuna minn pajjiżi Nordiċi differenti taħt it-tmexxija tal-Ministeru Finlandiż tal-Ambjent iddiskutew suġġetti importanti għall-klima Nordika, b’ispirazzjoni mill-bliet lokali tradizzjonali tal-injam u mill-istat soċjali Nordiku. Fil-Ġermanja, il-Ministeru tal-Intern organizza sessjoni ta’ ħidma biex jiġbor kontributi minn atturi differenti fuq il-post. Fil-Litwanja, il-Ministeru tal-Ambjent flimkien mal-Ministeru tal-Kultura organizza: Id-Diskussjoni Nazzjonali dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida qajmet interess kbir fil-Parlament Ewropew: Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT) u l-Kumitat tal-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (ITRE) organizzaw sensiela ta’ avvenimenti madwar il-Bauhaus minn skambji informali mal-Kummissjoni sa seduta uffiċjali ma’ esperti minn Stati Membri differenti 20 . Ġie stabbilit grupp ta’ Ħbiberija bejn il-partiti u l-kumitati differenti, li jirrifletti l-approċċ olistiku tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, u dan laqqa’ lil aktar minn 30 MEP. Huma pparteċipaw b’input għall-Fażi ta’ kodisinn u organizzaw avveniment pubbliku mas-soċjetà ċivili.

Il-Kumitat tar-Reġjuni organizza konverżazzjoni fost is-sindki tal-Kapitali Ewropej tal-Kultura u tal-Bliet Kapitali Ewropej tal-Innovazzjoni, kif ukoll il-membri tiegħu stess bl-appoġġ u l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea organizzat sensiela ta’ webinars biex tgħarraf lil komunitajiet differenti u biex tiġbor il-kontributi, u l-Konferenza tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 21 . Is-servizzi differenti tal-Kummissjoni li jaħdmu fuq ċerti aspetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ikkomunikaw mal-komunitajiet rispettivi tagħhom u organizzaw sessjonijiet ta’ ħidma u avvenimenti, pereżempju ma’ rappreżentanti miż-żgħażagħ jew mir-reġjuni tal-faħam, biex jiġi esplorat kif il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tista’ tgħin it-tranżizzjoni fil-fehmiet tagħhom.

Il-biċċa l-kbira mill-konverżazzjonijiet u mill-avvenimenti ffukaw fuq udjenza Ewropea. Iżda kien hemm ukoll attività barra mill-UE, pereżempju fit-Turkija, fl-Amerika t’Isfel u fl-Istati Uniti. Il-Kummissjoni għażlet deliberatament li tinkludi lil dawk li mhumiex Ewropej fid-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda, biex tenfasizza l-ambizzjoni globali tal-proġett. Barra minn hekk, bosta mis-sħab minn barra l-Ewropa organizzaw avvenimenti fejn għamlu konnessjoni ma’ kontropartijiet Ewropej.

4.2.Ħidma biex jintlaħqu n-nies 

4.2.1.Komunikazzjoni diġitali

Il-prinċipji ewlenin għall-istrateġija ta’ komunikazzjoni huma t-trasparenza, l-involviment u l-ħolqien konġunt, b’kontenut ibbażat fuq l-istejjer kondiviżi min-nies. L-identità viżwali tal-fażi ta’ kodisinn kienet ħafifa ħafna, ibbażata fuq abbozzi. L-objettiv kien li n-nies jingħataw l-opportunità li jħaddnu l-kunċett u jkunu kreattivi.

Sa Jannar 2021, il-kampanja kienet laħqet u involviet udjenza sinifikanti madwar l-Ewropa:

·Instagram: Il-kont (elett bħala l-pjattaforma ta’ komunikazzjoni ewlenija minħabba n-natura viżwali tiegħu) laħaq aktar minn 12 000 segwaċi.

·Twitter: Mingħajr kont Twitter iddedikat, il-konverżazzjonijiet bl-użu tal-hashtag #NewEuropeanBauhaus iġġeneraw madwar 23 000 impenn

·Is-sit web uffiċjali rreġistra aktar minn 350 000 żjara

·Il-bullettin għandu aktar minn 20 000 abbonament.

·Ġiet attivata paġna fuq Pinterest.

·Il-Webinars iġġeneraw udjenza ta’ 4 300 parteċipant.

4.2.2.Sħab uffiċjali tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Sal-aħħar tal-fażi ta’ disinn, fost is-750 entità li applikaw għal sħubija uffiċjali, 270 ġew aċċettati u ppubblikati fuq is-sit web.

Is-sensibilizzazzjoni tal-komunità tas-sħab uffiċjali tvarja minn organizzazzjonijiet attivi fuq skala lokali sa networks madwar l-UE kollha li jinkludu diversi entitajiet. L-ilħuq kumulattiv tal-organizzazzjonijiet li sa issa huma sħab uffiċjali jista’ jiġi stmat fil-miljuni.

(networks jirreferu għal organizzazzjonijiet ta’ sħab li għandhom membri f’diversi pajjiżi, filwaqt li attivitajiet jirreferu għal sħab stabbiliti fi stat wieħed biss iżda li jiżviluppaw uħud mill-attivitajiet tagħhom f'pajjiżi oħra)

Is-sħab jirrappreżentaw diversità kbira f’termini ta’ setturi u oqsma ta’ għarfien espert.

Il-Komunità għandha sħab fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri u 36 % minnhom huma networks transnazzjonali b’membri f’bosta Stati Membri u lil hinn, li jtejjeb l-ilħuq u l-bilanċ ġeografiku.

Id-distribuzzjoni tas-sħab ġeografiċi, inkluż il-kopertura tan-networks

4.2.3.Stejjer miġbura

4.2.3.1.Kollettur ta’ stejjer qosra

B’kollox inġabru madwar 1 800 kontribut permezz tal-kollettur ta’ stejjer qosra. Xi wħud kienu spjegazzjonijiet twal ta’ riċerka; oħrajn kienu kummenti qosra dwar post idilliku, memorja jew ċertu bini jew teknika.

Għadd ta’ kontributi: Eżempji (1145), Ideat (452), Sfidi (167)

4.2.3.2.Kollettur b’format liberu

Madwar 200 kontribut ġew kondiviżi permezz tal-kollettur b’format liberu. Dan il-punt tad-dħul laħaq varjetà wiesgħa ta’ parteċipanti: professjonisti, riċerkaturi u gruppi ta’ riċerka, kumpaniji privati, skejjel u universitajiet, organizzazzjonijiet kulturali, organizzazzjonijiet Governattivi u Mhux Governattivi, aġenziji reġjonali u nazzjonali, networks u ċentri. Fost il-gruppi u l-assoċjazzjonijiet li ppreżentaw il-kontributi tagħhom, l-iskala tal-involviment tagħhom tvarja wkoll mid-dimensjoni lokali sal-livell internazzjonali u globali.

4.2.4.Bilanċi ġeografiċi u settorjali

Il-Kummissjoni tat attenzjoni speċjali lill-bilanċ ġeografiku u settorjali: Matul l-ewwel ġimgħat tal-ġbir, l-Italja, Spanja u l-Ġermanja kienu l-pajjiżi bl-ogħla għadd ta’ sottomittenti u attivitajiet. Stimulat minn interventi mill-Kummissjoni, minn organizzazzjonijiet sħab, minn Membri tad-Diskussjoni ta’ Livell Għoli Madwar Mejda u oħrajn, dan il-proġett jista’ jilħaq udjenza usa’ permezz ta’ avvenimenti, konverżazzjonijiet u sessjonijiet ta’ attivazzjoni.

F’dak li jikkonċerna r-rwol tal-kontributuri, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida naturalment attirat interess kbir mis-settur tal-bini (periti u inġiniera), l-aktar minħabba r-referenza espliċita għad-dinja arkitettonika inkorporata f’isem il-proġett. Sensiela ta’ avvenimenti topiċi ppjanati direttament ma’ u għal gruppi speċifiċi ta’ organizzazzjonijiet appoġġat il-ħidma biex jintlaħqu setturi mhux irrappreżentati (jew inqas irrappreżentati). Dan, flimkien mal-integrazzjoni ta’ sħab minn diversi oqsma, tejjeb id-diversità settorjali.

X’inhu r-rwol tiegħek?

Il-biċċa l-kbira mill-kontributi ġew mil-livell lokali.

4.3.Sejbiet 

L-analiżi tas-sejbiet hija bbażata fuq id-data miġbura mill-kollettur ta’ stejjer qosra, mill-kollettur b’format liberu, mill-konverżazzjonijiet miġbura u mill-avvenimenti li l-Kummissjoni Ewropea organizzat u/jew ipparteċipat fihom. 

Il-kunsiderazzjoni ta’ x’ifissru l-kunċetti tal-estetika, is-sostenibbiltà u l-inklużjoni soċjali għan-nies b’rabta mal-postijiet u l-forom ta’ għajxien kienet teħtieġ l-organizzazzjoni tat-taħbil ta’ entrati u tad-diversi dimensjonijiet.

Is-sostenibbiltà kienet assoċjata l-aktar mal-aspetti “ekoloġiċi”, bħall-ekonomija ċirkolari, l-effiċjenza enerġetika, l-użu mill-ġdid tal-materjali. L-inklużjoni kienet marbuta ma’ aktar attenzjoni għall-ħtiġijiet ta’ gruppi emarġinati jew vulnerabbli, mal-parteċipazzjoni tal-gruppi kollha fis-soċjetà fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, ma’ aktar affordabbiltà u aċċessibbiltà fl-istokk tal-abitazzjoni, u mal-eliminazzjoni tad-distanza u l-konnessjoni fost in-nies. L-estetika hija normalment relatata ma’ skoperta mill-ġdid tal-istorja u tal-patrimonju arkitettoniku, ta’ postijiet li jinħassu familjari jew li jkunu f’armonija mad-dinja naturali, ma' postijiet jew ma' forom li jappellaw għall-kreattività u għall-immaġinazzjoni tan-nies.

“Madankollu, il-fiduċja f’affarijiet ġodda ma jenħtieġx li tfisser ġirja lejn futur mingħajr għeruq, anzi pjuttost li tiġi esplorata l-interazzjoni pożittiva tal-isfond ta’ identità ta’ pajjiż (il-genius loci tiegħu), bil-lingwi, il-materjali, il-modi tekniċi u ta’ produzzjoni tad-dinja tal-lum.”

“L-abitanti mhumiex ikkonċernati biss bl-għarfien prattiku tax-xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni. Huma wkoll involuti b'mod emozzjonali u jħossu l-ħtieġa ta’ relazzjoni poetika u sensittiva mal-postijiet li jgħixu fihom matul dawn il-perjodi tranżizzjonali.”

(Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-kollettur ta’ stejjer qosra)

Bosta minn dawn is-suġġetti huma interkonnessi: pereżempju, l-aċċess għal spazji ekoloġiċi jista’ jgħaqqad lin-nies ukoll; djar għall-but ta' kulħadd jeħtieġu prossimità mas-suq tax-xogħol biex tinħoloq ekosistema tal-għajxien b’saħħitha u funzjonali. It-titjib lokali ta’ post ma jistax isir mingħajr ma titqies id-DNA tal-post.



5.Assi emerġenti

Ir-raggruppament tal-entrati wassal għal erba’ assi fundamentali, kif spjegat f’din il-komunikazzjoni:

·Konnessjoni mill-ġdid man-natura 

·Kisba mill-ġdid ta’ sens ta’ komunità u ta’ appartenenza 

·Prijoritizzazzjoni tal-postijiet u tan-nies li huma l-aktar fil-bżonn

·Il-ħtieġa għal mentalità (ċirkolari) fit-tul u integrata li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fl-ekosistema        industrijali 

5.1.Konnessjoni mill-ġdid man-natura

Aspirazzjoni rikorrenti identifikata fl-entrati hija l-ħtieġa fundamentali għal konnessjoni mill-ġdid man-natura u t-trawwim mill-ġdid ta’ relazzjoni magħha. It-tendenza ġenerali tmur lura għal ħsieb olistiku li jindirizza l-istil ta’ ħajja u l-mentalità, l-ekonomija u s-soċjetà, u l-limiti planetarji permezz ta’ approċċ ekoċentriku.

“In-nies fiċ-ċentri urbani ilhom għexieren ta’ snin li ġew aljenati min-natura. Illum il-ġurnata, il-ħtieġa ta’ spazji ekoloġiċi miftuħa hija aktar importanti minn qatt qabel.”

“Ġewwa n-Natura (aħdar vertikali, bini ekoloġiku, plazas ekoloġiċi, ġonna tal-ħxejjex urbani… l-aħdar ma għandux għalfejn jibqa’ xi ħaġa ta’ barra u differenti mill-belt, iżda wieħed mill-materjali prinċipali tagħha)”

“L-objettivi tal-programm Superblocks f'Barċellona huma li l-belt issir aktar b’saħħitha, aktar abitabbli u b'distanzi qosra. Huwa jagħmel dan billi jqiegħed is-saħħa tan-nies fuq quddiem nett, jorganizza l-mobbiltà mill-ġdid fejn jagħmilha aktar effiċjenti u sikura, filwaqt li jippromwovi mobbiltà attiva u sostenibbli, u b’hekk jintrebaħ spazju għar-relazzjonijiet soċjali bl-għan ta’ belt aktar ekoloġika u aktar naturalizzata b’bijodiversità rikka.”

“Il-proposta tiegħi hija bbażata fuq l-iżvilupp ta’ programmi edukattivi permanenti fl-iskejjel, għat-tfal, biex dawn jiġu involuti minn età żgħira fl-iżvilupp u l-ħarsien tal-ambjent.”

“Aħna ma vvintajna xejn. Qed inwettqu biss il-viżjoni tal-antenati tagħna billi nirrispettaw in-natura u nħalluha teżisti flimkien magħna.”

(Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-kollettur ta’ stejjer qosra)

 Bosta ilħna argumentaw li l-ambjent mibni u dak naturali ma għandhomx jiġux trattati bħala elementi separati, iżda bħala partijiet interkonnessi mill-istess ekosistema. Fl-ibliet, in-natura għandha tkun parti inerenti min-nisġa urbana, b’interventi li jvarjaw minn ġonna fuq skala żgħira sa proġetti akbar bl-objettiv komuni ta’ “naturalizzazzjoni mill-ġdid” tal-belt fejn in-natura titħalla tiffjorixxi . L-indirizzar ta’ żoni urbani degradati huwa wieħed mill-ideat rikorrenti, speċjalment fejn l-ispazji li jifdal għandhom il-potenzjal li jinbidlu f’għajxien ta’ kwalità għolja, fi spazji attivi, li kapaċi jrawmu l-bijodiversità u r-riġenerazzjoni.

F’termini ta’ spazju, l-ippjanar urban għandu jagħti attenzjoni ugwali lil diversi dimensjonijiet fl-istess ħin. Ir-restawr tal-bijodiversità u tal-ħabitats irid jiġi indirizzat flimkien ma’ tibdil fix-xejriet tal-mobbiltà, minn postijiet iddominati mill-karozzi għal postijiet tajbin għall-mixi u konnessi għal bliet aktar tajbin għas-saħħa u għall-għajxien. It-titjib tal-kwalità tal-arja u tal-ilma billi jiġu indirizzati l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi u l-immaniġġjar tal-iskart se jwassal ukoll għal kwalità tal-ħajja u saħħa aħjar għall-abitanti urbani u għan-natura.

“Iċ-ċinturin ekoloġiku tal-pjazza ġie ttrattat bħala l-bidu ta’ foresta urbana, il-punt tat-tluq ta’ riflessjoni fuq il-belt kollha bħala ekosistema urbana.”

(Il-Pjazza Skanderbeg, Tirana, l-Albanija - Is-Sit web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-kollettur ta’ stejjer qosra)

Barra mill-qasam urban, it-telf tal-bijodiversità, il-vulnerabbiltà ambjentali, it-telf tal-għarfien lokali u tal-azjendi agrikoli huma sfidi li ħafna żoni rurali jiffaċċaw. F’dawk il-każijiet, is-soluzzjonijiet proposti jirreferu l-aktar għal prattiki tat-turiżmu sostenibbli, mudelli agroforestali jew ta’ permakultura, irħula intelliġenti jew ekoloġiċi, ir-restawr tal-bijodiversità u l-integrazzjoni tad-dinamika rurali-urbana.



“Nixtiequ nintroduċu strateġiji ta’ ppjanar sostenibbli li jistgħu jintużaw minn atturi lokali u reġjonali fir-reġjuni tal-Alpi meta l-postijiet li qabel kienu industrijali jiġu kkonvertiti f’ambjenti tax-xogħol u tal-għajxien tajbin. Kompitu kumpless bħal dan irid iqis l-kuntest ekonomiku, ekoloġiku u soċjali lokali u ma jistax jiġi kkontrollat minn espert wieħed waħdu.”

(Proġett ta’ trasformazzjoni ta’ Alpine Industrial Landscapes - Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, kontribut b’format liberu)

5.2.Kisba mill-ġdid ta’ sens ta’ appartenenza

Suġġett ewlieni li jfeġġ mill-entrati huwa l-ħtieġa li jitrawwem sens ta’ appartenenza, u li jiġi skopert mill-ġdid l-ispirtu ta’ post li jgħaqqad mill-ġdid lin-nies mal-ambjenti tal-għajxien tagħhom u mal-kultura u l-istorja lokali.

“Nuqqas ta’ spazji pubbliċi kulturali kreattivi. Spazji li jikkollegaw l-arti u s-soċjetà. Spazji għat-tkabbir soċjali kulturali. Spazji għal diskussjonijiet u konverżazzjonijiet pubbliċi. Spazji għall-ħolqien konġunt u għall-kollaborazzjoni. Spazji għall-iżvilupp tal-ħiliet u s-sessjonijiet ta’ ħidma. L-Ispazju għall-inklużività totali.”

“Hemm xewqa ċara għal ħajja komunitarja, xewqa ta’ għajxien flimkien, li tkun parti minn xi ħaġa.”

“Għall-immigranti, huwa importanti li terġa’ tinstab dimensjoni tal-familja biex jinqasmu mumenti ma’ nies oħra. Normalment dawn l-okkażjonijiet jinstabu madwar l-ikel u spazji komuni f’akkomodazzjoni kondiviża.”

“L-attivitajiet kulturali se jkunu ta’ għajnuna biex jinħolqu narrattivi u valuri kondiviżi marbuta mar-rispett tal-ambjent fi spazju komuni, bħala Forum fejn approċċi kulturali ġodda jistgħu jgħinu biex jissolvew problemi soċjali biex jintlaħaq benesseri komuni. Aħna lkoll nafu li l-attivitajiet kulturali jappoġġaw erba’ assi ta’ sostenibbiltà: il-kapital ekonomiku, soċjali, ambjentali u fuq kollox dak uman.”

“Il-ġbir tad-DNA ta’ komunità. Ispirata mill-prinċipji tal-Bauhaus – imġedda u immaġinati mill-ġdid għall-era tagħna – din l-idea tipproponi proġett pilota li jgħaqqad ir-riċerka u l-viżjoni ma’ metodi konsultattivi, biex il-komunità tiġi involuta fid-definizzjoni tal-firma unika tal-esperjenza tagħha stess. Permezz ta’ dan, il-proposta għandha l-għan li tgħin fl-iżvilupp ta’ arkitettura u ta’ spazju pubbliku aktar rilevanti u sinifikattivi li jirriflettu u jerġgħu jiffamiljarizzaw l-elementi maħbuba u valorizzati f’post jew fi żmien partikolari, u li jiddefinixxu l-identità tiegħu.”

(Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-kollettur ta’ stejjer qosra)

Eżempju tajjeb relatat ma’ din il-kwistjoni huwa rrappreżentat mill-konverżazzjonijiet imwettqa bejn partijiet ikkonċernati differenti minn reġjuni tal-faħam fi tranżizzjonijiet. Dawn ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-politiki ta’ tranżizzjoni jiffukaw fuq is-sostenibbiltà, l-innovazzjoni u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda, iżda spiss jinjoraw id-dimensjoni tal-bini tal-komunità, tal-wirt kulturali u arkitettoniku, u tal-iskop. It-tranżizzjoni trid tiġi ċċentrata mill-ġdid madwar il-ħtiġijiet tal-komunità u l-viżjoni għat-trasformazzjoni tal-madwar tagħha.

Sfida importanti oħra li esprimew in-nies hija n-nuqqas ta’ postijiet ta’ kwalità li jistgħu jippermettulhom jiltaqgħu, jiskambjaw ideat u jissoċjalizzaw ma’ oħrajn, li jaffettwa b’mod negattiv kemm l-unità soċjali kif ukoll il-benesseri individwali. Pereżempju dan huwa l-każ tad-distretti u l-bini li qabel kienu Sovjetiċi, fejn il-proċess ta’ rinnovazzjoni ma għandux jiffoka biss fuq il-kostruzzjoni (mill-ġdid) effettiva, iżda wkoll fuq is-sejbien ta’ sens ġdid ta’ identità u ta’ promozzjoni tal-benesseri.

“Irridu nintroduċu ftit umanità fl-ispazji u fil-viċinati Sovjetiċi. Bħalissa ma hemmx spazji pubbliċi xierqa li jistgħu jistimulaw l-involviment tal-komunità, attivitajiet ta’ rikreazzjoni jew negozji lokali. Din il-problema teħtieġ tiftix għal disinn urban, għodod u soluzzjonijiet innovattivi u mhux tas-soltu.

-“ Spazji urbani u tipoloġiji li huma komuni fiċ-ċentri tal-bliet jew fi bliet antiki qatt ma huma se jiġu adattati għad-distretti Sovjetiċi, minħabba li dawn id-distretti nbnew b’mod fundamentalment differenti. Għalhekk, kważi jkollna nivvintaw dawn l-ispazji mill-ġdid u noħolqu spazji urbani ġodda biex il-komunitajiet igawduhom u jgħixu fihom.”

 (Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, Il-punt tad-dħul b’format liberu)

Il-kultura u l-arti jaqdu rwol ewlieni fil-konnessjoni mill-ġdid tan-nies mal-karattru, l-istorja u t-tradizzjonijiet li jiffurmaw is-“sensazzjoni” distinta ta’ post. Barra minn hekk, dawn jiffunzjonaw bħala katalisti biex ilaqqgħu in-nies u jeliminaw id-distanzi soċjali permezz tal-kondiviżjoni ta’ perspettivi u ta' esperjenzi differenti, u jistgħu wkoll jaqdu rwol fir-rivitalizzazzjoni ta’ viċinati jew saħansitra ta’ territorji.

L-espansjoni tal-kunċett ta’ kultura, il-preservazzjoni tal-wirt arkitettoniku u tal-postijiet ikoniċi kulturali jista’ jaqdu rwol sinifikanti, speċjalment fi proġetti ta’ żvilupp mill-ġdid u ta’ rinnovazzjoni. L-użu tal-għarfien u tat-tekniki lokali huwa mod kif in-nies jistgħu jiġu konnessi mill-ġdid mal-postijiet fejn jgħixu, iżda għandu wkoll il-potenzjal li jirriġenera l-ekonomija.

Barra minn hekk, in-nies esprimew l-ambizzjoni li jsiru attivi fl-appoġġ tal-ekosistema tan-negozji lokali u fid-deċentralizzazzjoni ta’ bosta ktajjen ta’ provvista, mill-produzzjoni tal-ikel sal-manifattura mifruxa ta’ diversi prodotti. L-appoġġ ta’ “ekonomija ta’ prossimità” u ta’ mudell ta’ “belt f'15-il minuta” (jew ta’ “komunitajiet kompluti”) jista’ joħloq aktar opportunitajiet lokali u komunitajiet vibranti b’diversi użi fejn il-bżonnijiet ikunu aċċessibbli għal kulħadd

5.3.Prijoritizzazzjoni tal-postijiet u tan-nies li huma l-aktar fil-bżonn 

Id-dimensjonijiet ewlenin li feġġew f’dan il-qasam huma:

·L-importanza ta’ parteċipazzjoni ugwali taċ-ċittadini fit-teħid ta’ deċiżjonijiet, u l-ħtieġa ta’ approċċ inklużiv li jqis l-esperjenzi u l-ħtiġijiet ta’ gruppi differenti kemm f’kuntesti pubbliċi kif ukoll f’dawk privati.

·Il-ħtieġa li ż-żoni rurali jiġu konnessi mal-bliet, iżda wkoll li jitnaqqas id-distakk diġitali,

·Il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-kundizzjoni ta’ persuni mingħajr dar u li titjieb l-akkomodazzjoni għall-but ta’ kulħadd u l-aċċessibbiltà tagħha għall-gruppi li jiffaċċaw l-aktar sfidi diffiċli.

“Iżda d-dar (Bauhaus) ma hija xejn mingħajr servizzi, mingħajr aspett soċjali, spazju kollettiv u pubbliku. Hawnhekk, il-fokus fuq l-akkomodazzjoni ifisser ħidma fuq il-qalba tas-soċjetà tagħna: dan ifisser li wieħed jieħu ħsieb in-nies, in-nies kollha, irrispettivament mill-kulur tal-ġilda, minn fejn huma, mis-sess jew mir-reliġjon li jemmnu fiha, jekk ikunu nattivi jew migranti.”

“Inklużjoni – kelma b’tifsira waħda, iżda b’eluf ta’ modi għal inklużjoni vera fis-soċjetà tagħna. Persuni b’diżabbiltà viżwali, fis-smigħ jew fil-moviment ma humiex inklużi bis-sħiħ anke f’dawn iż-żminijiet moderni.”

Bliet u rħula żgħar li ma setgħux jadattaw għall-bidliet ekonomiċi raw il-ġenerazzjonijiet taż-żgħażagħ tagħhom jitilqu, l-abitanti anzjani tagħhom aktar iżolati u l-ambjent mibni tagħhom progressivament abbandunat.”

“Fl-Ewropa hemm għadd kbir ta’ muniċipalitajiet u ta’ nuklei żgħar ta’ popolazzjoni rurali li qed jiċkienu u jgħibu. Madankollu, ħafna minnhom għandhom potenzjal kbir billi jiġbru flimkien l-essenzi ta’ awtentiċità storika, kulturali, tal-wirt u naturali.”

“persuni b’diżabbiltà jesperjenzaw fenomenu qawwi ta’ iżolament minħabba: l-attitudni tan-nies madwarhom (fattur suġġettiv relatat mal-preġudizzju) - ambjent mibni inaċċessibbli (fattur oġġettiv li jaffettwa l-mobbiltà direttament). Dan il-fenomenu jidher matul it-tfulija, fil-bandli - il-post fejn it-tfal isiru konxji tagħhom infushom u konxji tad-differenzi bejniethom.”

“Iż-żgħażagħ u l-anzjani huma partikolarment esklużi mill-offerta attwali tal-[akkomodazzjoni]. Dawn tal-ewwel prinċipalment minħabba d-dħul tagħhom, u tal-aħħar minħabba sensiela ta’ fatturi (aċċessibbiltà, distanza miċ-ċentru urban, solitudni, ħtieġa).”

(Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-Kollettur ta’ stejjer qosra)

It-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali jeħtieġ l-indirizzar tal-ħtiġijiet ta’ gruppi emarġinati jew vulnerabbli, bħall-anzjani, persuni b’diżabbiltà jew immigranti, u l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għal kulħadd għas-servizzi, l-ispazji ekoloġiċi u l-għodod diġitali. Dwar dan l-aħħar suġġett, ħafna entrati jirreferu għalihom bħala strumenti tajbin għall-għoti tas-setgħa lin-nies u għad-demokratizzazzjoni tal-parteċipazzjoni fit-teħid ta’ deċiżjonijiet.

Ħafna żoni rurali qed ibatu minn depopolazzjoni, li min-naħa tagħha tirriżulta f’deprivazzjoni ekonomika u/jew soċjali u f’degradazzjoni tal-ambjent naturali u dak mibni. Iż-żoni rurali spiss ibatu min-nuqqas ta’ konnettività (fiżika u diġitali) u min-nuqqas ta’ opportunitajiet konsegwenzjali f’termini ta’ impjiegi jew ta’ potenzjal għall-innovazzjoni. L-indirizzar tal-konnettività u tal-aċċessibbiltà bħala mod kif tittejjeb l-inklużjoni soċjali jgħodd ukoll għal żoni urbani, fejn ċerti viċinati huma fiżikament u/jew soċjalment skonnessi u għalhekk ibatu minn marġinalizzazzjoni u aċċess mhux ugwali għas-servizzi. F’żoni urbani, il-problema ta’ bliet “li qed jiċkienu” għandha wkoll konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u infrastrutturali negattivi li jeħtieġu strateġija fit-tul.

Għadd sinifikanti ta’ entrati u ta’ konverżazzjonijiet jaffermaw li l-fokus ma għandux ikun fuq l-akkomodazzjoni u l-ambjent mibni biss, iżda wkoll fuq il-faċilitazzjoni tal-aċċess għal servizzi u infrastrutturi.

5.4.Ħtieġa għal mentalità fit-tul u integrata li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja fl-ekosistema industrijali

Hemm ħtieġa urġenti li jiġi indirizzat l-użu mhux sostenibbli tar-riżorsi u l-iskart f’industriji differenti (eż. il-kostruzzjoni, il-moda, il-manifattura).

“Hekk kif il-Bauhaus fetħet diskussjoni dwar kif naħsbu dwar il-bini u kif nirrealizzawh, dik il-ġdida trid tqis kif il-proċess tal-bini jqiegħed pressjoni fuq l-ekosistemi li aħna parti minnhom.”

“L-użu ta’ Posidonia xotta bħala iżolament termali jfakkarna li ma ngħixux f’dar iżda f’ekosistema.”

“Data u regolamenti dwar iċ-ċiklu tal-ħajja bħala l-bażi ta’ industrija sostenibbli - bl-injam ippreparat bħala eżempju.”

“Qed nipproponu l-adozzjoni tal-miċelju (plutorus spp.) u tal-iskart f’materjal kompost biex jiġi sostitwit il-materjal tal-bini attwali li huwa tossiku ħafna.”

“L-użu mill-ġdid kreattiv jista’ jnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet u jgħin biex jinħolqu impjiegi fil-prattiki tal-manifattura lokali.”

“L-approċċ tal-periti lejn il-proġetti tal-għamara ta’ djar ġodda għandu jkun aktar fixkiel u kreattiv, li jarma u jikkombina oġġetti tal-għamara rinnovati.”

(Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-Kollettur ta’ stejjer qosra)

Fl-industrija tal-kostruzzjoni, il-messaġġ ewlieni huwa li tiġi evitata d-demolizzjoni billi jkun hemm fokus fuq ir-riabilitazzjoni u l-użu mill-ġdid adattiv ta’ bini antik.

Is-soluzzjonijiet u l-materjali bbażati fuq in-natura huma essenzjali għal mentalità ġdida fl-ekosistemi industrijali. Is-soluzzjonijiet ispirati mid-dinja naturali jistgħu jikkontribwixxu għal approċċ aktar integrat u ċirkolari. Il-bini u l-proċessi industrijali għandhom jitqiesu bħala parti mill-ekosistema naturali. Eżempji ta’ prattiki ċirkolari, ta’ użu mill-ġdid kreattiv, tal-evitar u tal-użu mill-ġdid ta’ tipi differenti ta’ skart jistgħu jiġu trasferiti u adottati fuq skala ikbar.

Rigward it-tiġdid urban jew ir-riabilitazzjoni tal-akkomodazzjoni, iridu jitqiesu bosta elementi ewlenin għal approċċ integrat u fit-tul.

“Waħda mill-akbar sfidi fi Flanders u fl-Ewropa hija t-tiġdid urban tal-bini eżistenti. Tipikament fil-Belġju hemm ħafna sidien privati. Dan jagħmilha sfida li jinstabu soluzzjonijiet biex dan il-bini eżistenti jiġġedded u jiġi rinnovat f’kollaborazzjoni mas-sidien privati. Kif nistgħu nistimulaw dan billi nipprovdu l-mezzi biex dawn is-sidien privati jkunu involuti, biex jipparteċipaw, u biex isibu modi biex jirrinnovaw? Kif nistgħu nadattaw is-sistema filwaqt li nqisu l-ispeċifiċità Belġjana?”

(Is-Sit Web tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, Il-punt tad-dħul b’format liberu)

Tekniki u materjali ġodda jistgħu joffru soluzzjonijiet għal perspettiva fit-tul fis-settur tal-kostruzzjoni. L-użu ta’ materjali jew ta’ skart użat mill-ġdid b'mod kreattiv mid-demolizzjoni, kif ukoll ta’ materjali b’bażi bijoloġika għar-riabilitazzjoni f’termini tat-tisħiħ tal-integrità strutturali, jew it-titjib tal-iżolament termali ta’ bini antik. Minbarra soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u dawk ċirkolari, teknoloġiji u innovazzjonijiet oħra jista’ jaqdu rwol sinifikanti. Pereżempju, l-irkupru tas-sħana u l-enerġija rinnovabbli, l-istampar 3D, l-għodod ta’ ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data għal effiċjenza enerġetika mtejba, l-użu tal-ilma u l-immaniġġjar tal-iskart. L-għodod diġitali jistgħu jaqdu rwol effettiv fil-qbid tal-“ħajja” tal-komunitajiet, u jrawmu kollaborazzjoni u involviment tal-komunità fl-iżvilupp urban jew fil-forniment ta’ informazzjoni approfondita dwar il-ħtiġijiet tar-residenti b’rabta mal-ambjenti tal-għajxien tagħhom.

It-trasformazzjoni ta’ ċertu setturi ekonomiċi tirrikjedi taħriġ u taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol aħjar lejn l-integrazzjoni ta’ mentalità u prattiki li jqisu ċ-ċiklu tal-ħajja fid-dimensjonijiet u fil-proċessi kollha tal-ekosistema industrijali. Għandha ssir evalwazzjoni mill-ġdid u aktar riċerka dwar il-kost ta’ prattiki mhux sostenibbli, sabiex jiġu stabbiliti l-prijoritajiet u jinbidlu l-aktar ċikli dannużi.

Il-mentalità li tqis iċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiġi applikata fl-iskali kollha: fuq l-iskala tal-viċinat, billi jintużaw u jerġgħu jintużaw materjali lokali, bħat-trasformazzjoni ta’ materjali mormija f’għamara urbana jew fi spazji kondiviżi, jew fuq skala nazzjonali jew internazzjonali billi tiġi effettwata bidla tul il-katina tal-valur tal-industriji ewlenin.

6.Ideat għal azzjoni

Il-kontributuri enfasizzaw il-ħtiġijiet differenti biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni u jimplimentataw il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Dan ivarja mill-finanzjament san-networking u viżibbiltà aħjar ta’ proġetti u prodotti promettenti:

Lil hinn minn din l-indikazzjoni orizzontali, ħarġu xi rakkomandazzjonijiet ċari għall-azzjoni mill-kontributi.

6.1.Attenzjoni għal interventi fuq skala żgħira

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha tagħti attenzjoni partikolari lil azzjonijiet u bidliet fil-livell tat-toroq u tal-viċinat, minħabba li anke l-azzjonijiet iżgħar jistgħu jagħmlu differenza kbira. Madankollu, il-ġirien huma l-esperti fil-viċinat tagħhom stess. Proġetti ta’ suċċess fuq skala żgħira jnaqqsu wkoll il-livell limitu għall-bidla: diġà jkun hemm inizjattivi żgħar u dawn ikunu jeħtieġu tisħiħ biss. Huwa ta’ spiss diffiċli għalihom li japplikaw għall-finanzjament tal-UE minħabba t-tfassil tas-sejħiet.

6.2.Ħidma fuq diversi skali fl-istess ħin 

Hemm sensibilizzazzjoni dejjem akbar dwar il-fatt li l-azzjonijiet meħuda fl-Ewropa jinfluwenzaw il-bqija tad-dinja – u bil-kontra. Hemm ukoll sensibilizzazzjoni dwar l-interkonnettività ta’ skali iżgħar u akbar u dwar il-potenzjal ta’ ħidma bl-istess prinċipji fi strutturi differenti. Għalhekk, il-konverżazzjoni u l-kooperazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida huma mistennija jsiru globali, u xi kontributi żviluppaw ideat konkreti f’dan il-qasam.

6.3.Ħidma bi transdixxiplinarjetà għal approċċ integrat

Trasformazzjoni sinifikanti tal-postijiet teħtieġ mhux biss li jiġu involuti ħafna kompetenzi u għarfien differenti, iżda wkoll li dawn ikunu involuti fi djalogi u f’esplorazzjoni transdixxiplinari. Ta’ spiss huma msemmija modi multidixxiplinari ta’ xogħol iżda bosta stejjer imorru lil hinn mill-kunċett ta’ multidixxiplinarjetà jew ta’ interdixxiplinarjetà. Għalihom, l-innovazzjoni effettiva tinsab fil-kombinament u fl-aċċettazzjoni ta’ appoġġ ta’ għarfien minn esperti u minn dawk li mhumiex esperti, fejn l-“għemil” u l-“ħsieb” jingħataw l-istess livell ta’ importanza. Idealment, dan ikun akkumpanjat b’ħidma f’ambjenti sikuri abbażi ta’ fiduċja u kollaborazzjoni reċiproċi.

6.4. Bidu minn approċċ parteċipattiv

Disinn inklużiv u ppjanar urban ta’ suċċess għandu jibda billi jiġu mistiedna n-nies kollha fil-konverżazzjoni. Wisq drabi l-kontributuri kitbu li f’dan il-qafas il-proċess parteċipattiv huwa parzjali, jew saħansitra simboliku. L-iżgurar li l-proċess ikun immotivat mill-persuni li jkunu se jibbenefikaw ukoll mid-disinn tiegħu huwa essenzjali biex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-post ta’ intervent bl-aħjar mod possibbli. Fost l-għodod biex tinkiseb parteċipazzjoni ogħla, il-kontributuri spiss isemmu l-finanzjament kollettiv u possibbiltajiet oħra ta’ finanzjament kooperattiv għaċ-ċittadini.

6.5.Innovazzjoni lil hinn minn spinta teknoloġika

Huwa meħtieġ mudell ġdid ta’ innovazzjoni biex isir progress lil hinn minn mudelli strettament teknoloġiċi u biex tinkiseb relazzjoni armonjuża bejn it-teknoloġija u s-soċjetà. L-innovazzjoni teknoloġika għandha ħafna x’tikkontribwixxi għall-ambizzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, mill-użu intelliġenti ta’ għodod diġitali sa materjali ġodda. Madankollu, l-impatt tal-innovazzjoni mhux neċessarjament jirriżulta min-novità jew mit-teknoloġija nfisha: l-isfida tal-innovazzjoni tista’ tiġi, pereżempju, minn metodi industrijali ġodda li jnaqqsu l-kostijiet u li jagħmlu s-soluzzjonijiet disponibbli aktar għall-but ta' kulħadd, jew inkella minn teknoloġija ġdida u soluzzjonijiet tradizzjonali bbażati fuq l-artiġjanat jew fuq il-post biex jiġu ssodisfati kuntesti jew għażliet estetiċi speċifiċi. Il-qasam tal-“arti u xjenza” ssemma’ wkoll bħala assi promettenti biex jiġi alimentat approċċ usa’ tal-innovazzjoni.

6.6.Bejn l-imgħoddi u l-preżent

Ir-rikonoxximent u l-fehim tal-importanza tal-wirt, tal-għarfien u tat-tradizzjonijiet lokali, kif ukoll tar-rwol tagħhom fit-tfassil ta’ futur sostenibbli. Il-ħtieġa li jerġgħu jiġu vvalutati l-prattiki li ma humiex xierqa għall-isfidi soċjali u ambjentali attwali, filwaqt li jitqiesu forom antiki ta’ għarfien li jistgħu jikkontribwixxu għat-tfassil ta’ direzzjonijiet futuri ġodda.

6.7. Forom ġodda ta’ finanzjament

L-innovazzjoni tista’ sseħħ ukoll fl-għamla ta’ soluzzjonijiet finanzjarji. Sħubijiet pubbliċi-privati ġodda, immaniġġjar differenti ta’ proġetti, opportunitajiet ġodda li jippermettu liċ-ċittadini u lill-intrapriżi iżgħar jinvolvu lilhom infushom aktar.

7.VII. Konklużjoni u Passi li jmiss 

Il-fażi ta’ kodisinn kienet l-ewwel pass importanti għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Hija tat forma lill-identità tagħha – kemm lill-proċess kif ukoll lill-kontenut.

Fil-fażijiet li ġejjin, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se tkompli b’approċċ parteċipattiv u se taħdem aktar fuq l-approfondiment tal-assi li feġġew mill-fażi ta’ kodisinn. Biex jiġu żgurati udjenza usa’ u approċċ saħansitra aktar inklużiv, se jiġu intensifikati l-isforzi biex jintlaħqu n-nies.

L-għodod li ntużaw biex jinġabru l-esperjenzi u l-viżjonijiet kienu xierqa meta jitqiesu l-limitazzjonijiet imposti mill-pandemija. Madankollu, l-għodod diġitali jeskludu lil ċerti gruppi jew lil persuni milli jaqsmu dak li jaħsbu. Il-fażijiet li jmiss għandhom jippermettu ambjenti u kundizzjonijiet differenti li jippermettu l-ħidma man-nies fuq il-post.

Il-komunità tas-sħab se tikber u ssir aktar diversifikata, u għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sħab barra mill-Ewropa biex tissawwar u tissaħħaħ id-dimensjoni globali tal-inizjattiva. L-industrija u l-atturi politiċi se jiġu involuti aktar mill-qrib ukoll, bħala atturi ewlenin li jippermettu trasformazzjoni tal-ekosistema industrijali.

Rikonoxximenti

Nixtiequ nesprimu l-apprezzament sinċier tagħna lin-nies u lill-organizzazzjonijiet kollha li għamlu sforz biex jikkondividu rapporti, fehmiet u għarfien espert u biex jorganizzaw u jipparteċipaw fil-konverżazzjonijiet. Flimkien nagħmlu din l-inizjattiva.

Ħajr

Paġna 3

·Nautilus shell © Adobe Stock – Dean Pennala

·Green foliage texture © Adobe Stock – Vera Kuttelvaserova

·Top view of people are resting on the lawn in the park © Adobe Stock – Watman

Paġna 8

· https://www.nordicbauhaus.eu/digital-bauhaus#/page=1  

· https://www.up.pt/neb-goes-south/  

· https://bauhaus-mar.pt/en/conference/  

· https://www.janvaneyck.nl/news/het-nieuwe-bauhaus  

· https://www.activehouse.info/wp-content/uploads/2021/02/Active-House-Newsletter-February-2021.pdf  

· https://www.daysoforis.com/en/homepage-spring-en/  

· https://centrumdesignu.gdynia.pl/  

· https://www.arcticdesignweek.fi/en/  

· https://europa.eu/new-european-bauhaus/events/bauhaus-north-rhine-westphalia-focus-europe_mt  

· https://wood4bauhaus.eu/  

· https://www.dcci.ie/consumers/blog/new-european-bauhaus  

· https://www.uni-weimar.de/en/media/news/news/titel/open-call-for-a-new-european-bauhaus-weimar-2/  

· https://triennale.org/bauhaus

Paġna 15

·Wunderbugs / © Francesco Lipari

·Tree-House School / © Valentino Gareri

·The Arch / © O.S.T. & Constructlab

·Protegemos las escuelas © Barcelona City Council

·Palaluxottica / © Simone Bossi

·Street Carnival in Clonakilty / © Cork County Council

·UMAR unit / © Empa - Swiss Federal Laboratories for Materials Science and Technology

·Ljuba in Drago / © Ksenja Perko

·Rain gardens at Rundelsgatan in Vellinge / © Source: edge

·Gyermely / © Balázs Danyi

·© Ireland’s Greenest town initiative

·House of Blivande / © Ketter Raudmets

·Backyard / © CC BY-NC-SA In My Backyard - rioneiva.com/nomeuquintal

·Pupils of Sustainable Dream City © Navet Science Center

·Reincarnation project © Akna Márquez

·Proto-Habitat / © Flavien Menu

·3D printed house / © Source: Prvok

·Workshop in Salak / © Keliaujančios dirbtuvės

·Housing solution / © A. De Smet, B. Pak & Y. Schoonjans (KU Leuven Faculty of Architecture), G. Bruyneel & T. Van Heesvelde (Samenlevinsopbouw Brussel), B. Van Hoecke (CAW Brussel)

·Projekthaus Potsdam / © Natalia Irina Roman

·Group using the toolkit / © Dan Lockton

·Shot from the 2019 "Bag from banner recovery" workshop / © Open Design School

·Home for The Homeless © xystudio

·Holmes Road Studios © Peter Barber Architects

·© De Ceuvel

·Domo - sustainable architecture education in secondary school / © Dolores Victoria

·The Salt House © R. Hofmanis

(1)

  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/ov/SPEECH_20_1655

(2)

  https://europa.eu/new-european-bauhaus/co-design/conference_en    

(3)

Anne Lacaton u Jean-Philippe Vassal jirċievu l-Premju Arkitettoniku Pritzker 2021, li jonora l-ħidma tagħhom fuq ir-rinnovazzjoni ta’ binjiet eżistenti.

(4)

Ara d-dettalji fuq EUMiesAward

(5)

  https://europa.eu/new-european-bauhaus/2021-prizes_mt

(6)

  https://europa.eu/new-european-bauhaus/partners-0/partners_en

(7)

  https://europa.eu/new-european-bauhaus/about/high-level-roundtable_en

(8)

  https://europa.eu/new-european-bauhaus/high-level-roundtable-visions_mt    

(9)

  https://europa.eu/new-european-bauhaus/co-design/co-designing-new-european-bauhaus-0_en    

(10)

  https://www.housingeurope.eu/blog-1558/the-new-european-bauhaus

(11)

  https://www.beda.org/news/new-european-bauhaus/

(12)

  https://www.ace-cae.eu/activities/new-european-bauhaus-collective-nebc/

(13)

  https://pro.europeana.eu/page/new-european-bauhaus  

(14)

  https://www.europanostra.org/cultural-heritage-as-an-integral-dimension-of-the-new-european-bauhaus-initiative/

(15)

  https://triennale.org/bauhaus

(16)

  https://wood4bauhaus.eu/

(17)

  https://www.nordicbauhaus.eu/#/page=1

(18)

  https://bauhaus-mar.pt/en/

(19)

Ateni, Zagreb, Valencia, Porto, Bolonja u Toulouse

(20)

  http://www.eu-smart.community/index.html

(21)

  https://europa.eu/new-european-bauhaus/co-design/conference_en


Brussell, 15.9.2021

COM(2021) 573 final

Programmi ta' mobilizzazzjoni tal-UE

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: Sbuħija, Sostenibbiltà, Flimkien


Werrej

MOBILIZZAZZJONI TAL-PROGRAMMI TAL-UE    

SEJĦIET APPOSTA GĦALL-BAUHAUS EWROPEA L-ĠDIDA    

A.1. TRASFORMAZZJONI TA’ NĦAWI FIL-PRATTIKA    

A.1.1.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea    

A.1.2.    Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)    

A.1.3.    Programm tas-Suq Uniku    

A.2.    TRASFORMAZZJONI TAL-EKOSISTEMA ABILITANTI GĦALL-INNOVAZZJONI    

A.2.1.    Il-Programm LIFE    

A.2.2.    Orizzont Ewropa - Pilastru 3 Ewropa Innovattiva    

A.2.3.    Programm tas-Suq Uniku - Pilastru COSME    

A.3.    DIFFUŻJONI TA’ TIFSIRIET ĠODDA    

A.3.1.    Pjattaforma ta’ Kondiviżjoni tal-Għarfien LIFE-Bauhaus Ewropea l-Ġdida    

A.3.2.    Attivitajiet ta’ ERASMUS+ għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni skolastika u l-għalliema    

SEJĦIET TA’ KONTRIBUZZJONI GĦALL-BAUHAUS EWROPEA L-ĠDIDA    

B.1. TRASFORMAZZJONI TA’ NĦAWI FIL-PRATTIKA    

B.1.1.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea    

B.2.    TRASFORMAZZJONI TAL-EKOSISTEMA ABILITANTI GĦALL-INNOVAZZJONI    

B.2.1.    Programm tas-Suq Uniku    

B.2.2.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea    

B.2.3.    Ewropa Kreattiva – Fergħa Transsettorjali    

B.2.4.    Sħubiji għall-Innovazzjoni ERASMUS+ – Alleanzi għall-innovazzjoni    

B.2.5.    Sħubija għall-Eċċellenza ERASMUS+ - Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali (CoVE)    

B.3.    DIFFUŻJONI TA’ TIFSIRIET ĠODDA    

B.3.1.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea    

B.3.2.    Ewropa Kreattiva – Fergħa tal-KULTURA    

B.3.3.    Korp Ewropew ta’ Solidarjetà    

 



MOBILIZZAZZJONI TAL-PROGRAMMI TAL-UE

Is-servizzi tal-Kummissjoni ddefinixxew l-ewwel elementi ta’ qafas ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida b’għadd ta’ azzjonijiet pilota li jibdew f’Settembru 2021. Se jkun meħtieġ sforz kollettiv fid-dimensjoni finanzjarja, għalhekk fil-livell tal-UE se jkun essenzjali l-kombinament ta’ bosta strumenti ta’ finanzjament tal-KE abbażi tal-kamp ta’ applikazzjoni komplementari tagħhom. L-impatt finanzjarju tal-proposta relatat mal-kontribuzzjoni tal-UE se jiġi akkomodat fil-pakketti finanzjarji 2021-2027 attwali tal-programmi kkonċernati, kif ukoll fi ħdan ir-riżorsi tal-persunal maqbula.

Se jkun meħtieġ li jissaħħaħ l-appoġġ finanzjarju offrut mill-programmi tal-UE b’fondi lokali, reġjonali u nazzjonali oħra taħt ġestjoni kondiviża, biex jiġi żgurat it-tixrid tal-kunċett fil-prattika. Speċjalment fil-każ ta’ bidliet fl-ambjent mibni, huwa meħtieġ finanzjament enormi li jista’ jinkiseb biss billi jiġu kkombinati s-sorsi kollha possibbli. Il-Kummissjoni se tiddedika attenzjoni partikolari għall-koordinazzjoni tal-programmi differenti matul l-użu tagħhom.

Il-qafas ta’ appoġġ jista’ jinqasam f’żewġ komponenti: l-ewwel sett ta’ sejħiet ġie ddedikat speċifikament għall-finanzjament tal-proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-ġdida; It-tieni sett ta’ sejħiet inkluda l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala prijorità jew bħala element ta’ kuntest, li jipprovdi opportunitajiet biex il-proġetti jikkontribwixxu għall-inizjattivi filwaqt li ma jiffokawx esklużivament fuqha.

SEJĦIET APPOSTA GĦALL-BAUHAUS EWROPEA L-ĠDIDA

A.1. TRASFORMAZZJONI TA’ NĦAWI FIL-PRATTIKA

L-ewwel saff tal-qafas ta’ appoġġ għandu jkollu l-għan li jappoġġa trasformazzjoni konkreta lokali fuq l-ambjent mibni, f’konformità mal-valuri ewlenin tal-estetika, tas-sostenibbiltà u tal-inklużjoni soċjali. L-ilħuq tal-għanijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ trasformazzjoni lokali se jeħtieġ appoġġ estensiv għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tal-awtoritajiet maniġerjali

A.1.1.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: EUR 25 miljun |META: Settembru 2021 - Jannar 2022

HORIZON-MISS-2021-NEB-01-01: Appoġġ għat-tnedija ta’ dimostraturi fanal għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea Ġdida fil-kuntest tal-missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa: Id-dimostraturi fanal se jindirizzaw sfidi rilevanti għall-NEB permezz ta’ approċċ orjentat lejn il-missjoni (li jħalli impatt, li jista’ jitkejjel, immirat), bit-teħid inkunsiderazzjoni tat-tliet prinċipji ewlenin tal-NEB (is-sostenibbiltà, l-inklużjoni, l-estetika). It-tnedija ta’ mill-inqas ħames “dimostraturi fanal” ambizzjużi u innovattivi ħafna madwar l-UE.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: EUR 10 miljun |META: Settembru 2021 - Jannar 2022

HORIZON-CL4-2021-RESILIENCE-02-32: Dimostraturi ta’ distretti ta’ akkomodazzjoni soċjali u għall-but ta' kulħadd (IA): Id-dimostraturi ta’ soluzzjonijiet innovattivi għar-rinnovazzjoni sostenibbli u inklużiva ta’ distretti ta’ akkomodazzjoni soċjali u għall-but ta' kulħadd skont approċċ tal-viċinat integrat, f’konformità mal-objettivi tal-Inizjattiva għal Akkomodazzjoni għall-But ta' kulħadd, se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: EUR 2 miljun |META: 2022 

HORIZON-MISS-2021-CIT-01-02: Mudelli kollaborattivi ta’ governanza lokali biex tiġi aċċellerata t-trasformazzjoni emblematika tal-ambjent urban u jingħata kontribut għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida u għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew: is-sejħa se jkollha l-għan li tappoġġa mudelli innovattivi u kollaborattivi ta’ governanza lokali li jinvolvu liċ-ċittadini kollha biex jaħsbu dwar trasformazzjoni urbana newtrali għall-klima filwaqt li jiġu promossi l-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

 

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: EUR 1 miljun |META: Settembru 2021 - Jannar 2022 

HORIZON-CL5-2021-D4-02-03: Tisħiħ ta’ koordinazzjoni Ewropea u skambju Ewropew għall-adozzjoni tal-innovazzjoni lejn is-sostenibbiltà, il-kwalità, iċ-ċirkolarità u l-inklużjoni soċjali fl-ambjent mibni bħala kontribut għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (dan is-suġġett se jiġi implimentat fil-qafas tas-Sħubija Built4People). Is-sejħa se jkollha l-għan li tappoġġa azzjoni ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ: għaż-żieda fl-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi għal ambjent mibni sostenibbli, iċċentrat fuq il-bniedem, inklużiv u ta’ kwalità; għall-intensifikazzjoni tal-apprendiment bejn il-pari; għaż-żieda tas-sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji mill-innovazzjoni u l-kooperazzjoni transfruntiera sinerġetika fis-settur tal-ambjent mibni; għar-rikonoxximent u l-integrazzjoni aħjar ta’ arkitettura u ta’ prinċipji tad-disinn ta’ kwalità; għat-tisħiħ tan-networking u tal-kofinanzjament tal-innovazzjoni.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE | BAĠIT: EUR 6 miljun |META: Jannar 2022 - April 2022 

HORIZON-CL2-2022-HERITAGE-01-10: Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida – tiswir ta’ stil ta’ ħajja aktar ekoloġiku u aktar ġust f’soċjetajiet kreattivi u inklużivi permezz tal-Arkitettura, id-Disinn u l-Arti: Ir-rwol tal-arkitettura ta’ kwalità kif meqjus b’fokus fuq arkitettura u disinn sostenibbli u inklużivi bħala mezz biex tiġi aċċettata d-diversità tal-bniedem u biex jiġu żgurati l-benesseri, l-aċċessibbiltà u s-sikurezza għal kulħadd. Għandha titqies l-interkonnessjoni bejn l-ispazji virtwali u fiżiċi, inkluż b’kunsiderazzjoni tal-kunċett emerġenti ta’ “ambjent ibridu”.

A.1.2.    Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR)

GĦAL: Awtoritajiet pubbliċi | BAĠIT: EUR 2,5 miljun |META: Frar 2022 

Assistenza Teknika: It-tisħiħ tal-kapaċitajiet, l-identifikazzjoni ta’ sorsi ta’ finanzjament, l-iżvilupp ta’ metodoloġiji u proċessi sodi li jirfdu l-kodisinn parteċipattiv fil-livell lokali, l-investigazzjoni ta’ angoli orizzontali usa’ bħal fatturi abilitanti/inibitorji għall-ġenerazzjoni ta’ proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

GĦAL: Awtoritajiet pubbliċi | BAĠIT: EUR 20 miljun | META: Q3 2022 

L-Inizjattiva Urbana Ewropea: Appoġġ għal għadd addizzjonali (erbgħa jew aktar) ta’ proġetti innovattivi ħafna. Is-sejħa se tiffinanzja proġetti biex jipprovdu eżempji tanġibbli u fil-ħajja reali ta’ interventi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida li jintegraw it-tliet valuri ewlenin tal-NEB.

A.1.3.    Programm tas-Suq Uniku

GĦAL: eliġibbli fil-qafas tal-Programm tas-Suq Uniku |BAĠIT EUR 1.2 miljun 

|META: Lulju 2021 - Ottubru 2021 

SMP-COSME-2021-HOUS-01 L-Inizjattiva għal Akkomodazzjoni għall-But ta’ Kulħadd: Stabbiliment ta’ sħubija għall-Inizjattiva għal Akkomodazzjoni għall-But ta' kulħadd fil-livell tal-UE li se tagħti appoġġ lis-sħubiji industrijali lokali (awtoritajiet lokali, fornituri tal-akkomodazzjoni soċjali u SMEs tal-kostruzzjoni, investituri) għal aċċess aħjar għal opportunitajiet ta’ finanzjament, assistenza finanzjarja u teknika, kif ukoll tisħiħ tal-kapaċitajiet, skambju tal-aħjar prattiki u trasferiment tal-għarfien. Din is-sħubija se timmobilizza atturi tal-akkomodazzjoni għall-but ta' kulħadd u soċjali fil-livell lokali biex jitniedu proġetti fanal ta’ rinnovazzjoni fil-livell distrettwali li jkunu mmirati lejn l-akkomodazzjoni soċjali u għall-but ta' kulħadd, u li jsegwu approċċ integrat tal-viċinat (sostenibbiltà, kapaċità ta’ għajxien, aċċess għal servizzi lokali u soċjali, innovazzjoni, opportunitajiet ta’ negozju).

A.2.    TRASFORMAZZJONI TAL-EKOSISTEMA ABILITANTI GĦALL-INNOVAZZJONI

Is-sistemi ta’ produzzjoni tagħna jridu jkunu bbażati bis-sħiħ fuq fehim aktar approfondit tal-impatti soċjetali u kulturali tal-prodotti u tas-servizzi, filwaqt li jkun hemm dipendenza wkoll fuq approċċi ta’ “disinn universali" li jistgħu jaġixxu irrispettivament mid-dixxiplini. L-innovazzjoni għandha tkun immirata wkoll lejn l-integrazzjoni tas-sostenibbiltà, tal-inklużjoni u tal-estetika f’soluzzjonijiet u f'prodotti ġodda.

A.2.1.    Il-Programm LIFE

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' LIVE |BAĠIT: EUR 13-il miljun (baġit stmat għal proġetti tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida) | META: Lulju 2021 - Novembru 2021

LIFE-2021-SAP-ENV-ENVIRONMENT: Il-proġetti LIFE se jappoġġaw lill-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex il-Patt Ekoloġiku jsir esperjenza “tanġibbli” kulturali, iċċentrata fuq il-bniedem u pożittiva. Proġetti inkubatur speċifiċi li huma mmirati lejn sfidi ambjentali trasversali bl-involviment tal-komunitajiet xjentifiċi, governattivi, ċivili u intraprenditorjali rilevanti, bil-ħsieb li jitfasslu stili ta’ ħajja tal-futur li jinsabu f’salib it-toroq bejn ix-xjenza, l-ambjent, l-arti u l-kultura. Dawn il-proġetti se jintegraw it-tliet dimensjonijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Oqsma ta’ intervent speċifiċi u mhux esklużivi jistgħu jinkludu, pereżempju, l-ambjenti urbani, rikreattivi, tal-għajxien u tax-xogħol, il-binjiet u l-materjal tal-bini, l-iskemi ta’ mobbiltà, il-materjali sostenibbli, ir-riċiklaġġ, l-użu sostenibbli tal-ħamrija, l-iżvilupp tal-ispazju ekoloġiku u l-ħarsien tal-bijodiversità, eċċ.

A.2.2.    Orizzont Ewropa - Pilastru 3 Ewropa Innovattiva 

GĦAL: Negozji ġodda | BAĠIT: EUR 700 000 |META: Ottubru 2021 

Aċċellerazzjoni tan-negozji ġodda tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida mill-EIT: identifikazzjoni tal-aktar negozji ġodda u negozji li qed jespandu Ewropej promettenti b’soluzzjonijiet innovattivi li jistgħu jappoġġaw il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Aċċellerazzjoni tagħhom bl-aktar servizzi adattati biex jikbru promoturi Ewropej li jistgħu jappoġġaw l-inizjattiva tal-NEB biex jiġu mmotivati l-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u t-tkabbir għall-Ewropa

A.2.3.    Programm tas-Suq Uniku - Pilastru COSME 1

GĦAL: Disinjaturi, professjonisti kreattivi, SMEs, fornituri ta’ teknoloġija |META: Ottubru 2021

| BAĠIT: EUR 4 miljun

Proġett ta' Sħubija Worth: Waħda mis-sejħiet għal espressjonijiet ta’ interess fil-qafas tal-Proġett ta' Sħubija Worth se tkun iddedikata għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Din l-azzjoni ta’ inkubazzjoni u ta’ aċċellerazzjoni tipprovdi appoġġ iddedikat (mentoraġġ, ikkowċjar u viżibbiltà) għas-sħubijiet kummerċjali bejn id-disinjaturi, il-manifatturi/l-artiġjani u l-fornituri tat-teknoloġija. Is-sħubiji magħżula jirċievu appoġġ biex jiżviluppaw ideat tan-negozju ġodda (prodotti, servizzi, proċessi ta’ produzzjoni jew mudelli kummerċjali) fl-industriji tal-istil ta’ ħajja, inkluż id-dekorazzjonijiet tal-għamara domestika, id-disinn intern u l-arkitettura, kif ukoll il-moda.

GĦAL: Xerrejja pubbliċi (bliet, reġjuni, sptarijiet, korpi ċentrali għall-akkwisti, eċċ.) |META: Miftuħa

BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Il-programm ta’ intelliġenza kollettiva u ta’ azzjoni ta’ Big Buyers (Big Buyers 3 – BB3) għandu l-għan li jrawwem il-kooperazzjoni bejn il-parteċipanti biex tittejjeb il-prattika tal-akkwisti, jiġi kondiviż l-għarfien espert, ikun hemm interazzjoni konġunta mas-suq, u jitrawwem l-użu tal-akkwist ta’ innovazzjoni. Il-parteċipanti għandhom iħejju elementi għall-proċeduri ta’ akkwist rilevanti. Barra minn hekk, il-piż aggregat tagħhom għandu jintuża biex is-suq jiġi orjentat lejn l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi. Dan il-proġett għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-irkupru ekonomiku tal-UE, filwaqt li jistimula l-innovazzjoni u n-negozji ġodda. Mill-inqas wieħed mill-10 Gruppi ta’ Ħidma li se jiġu stabbiliti jrid jiġi stabbilit fil-qasam tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

A.3.    DIFFUŻJONI TA’ TIFSIRIET ĠODDA

Jidher li applikazzjoni aktar sistematika ta’ proċessi ta’ kodisinn li jinvolvu l-komunitajiet u s-soċjetà ċivili u li jiddependu minn kollaborazzjoni interġenerazzjonali u multidixxiplinarja (inklużi, fost oħrajn, ix-xjenza u t-teknoloġija, l-applikazzjonijiet diġitali, is-soċjoloġija, ix-xjenzi soċjali, ix-xjenza politika, l-ekonomija, il-kultura, l-edukazzjoni, id-disinn) hija element ewlieni biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ambjentali kif irrappurtat mill-kontributuri għall-fażi ta’ kodisinn tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

A.3.1.    Pjattaforma ta’ Kondiviżjoni tal-Għarfien LIFE-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

GĦAL: KOLLHA | BAĠIT: EUR 150 000 | META: Novembru 2021

Laqgħa ta’ pjattaforma biex jiġu ppreżentati proġetti ffinanzjati permezz tal-programmi LIFE u Orizzont 2020 li huma eżempji tajbin ta’ realtajiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida diġà użati, biex tingħata ispirazzjoni għal proġetti ġodda biex tiġi appoġġata diffużjoni usa’ tal-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

A.3.2.    Attivitajiet ta’ ERASMUS+ għaż-żgħażagħ, l-edukazzjoni skolastika u l-għalliema 2  

GĦAL: Kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata attiva fil-qasam taż-żgħażagħ |META: 2022

|BAĠIT: (għad irid jiġi kkonfermat) : l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

L-azzjoni Żgħażagħ Ewropej Flimkien tappoġġa sħubiji transnazzjonali għall-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ li għandhom l-għan li jsaħħu d-dimensjoni Ewropea tal-attivitajiet tagħhom, li jippermettu li ż-żgħażagħ madwar l-Ewropa jistabbilixxu proġetti konġunti, jorganizzaw skambji u jippromwovu taħriġ. Din l-azzjoni tista’ tikkontribwixxi għal attivitajiet relatati mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

GĦAL: Persunal tal-iskejjel fl-ECEC 3 , fil-primarja, fis-sekondarja, fil-VET (eż. għalliema, surmasti) | META: 2022

|BAĠIT: mhux applikabbli 4  

It-tema annwali tal-eTwinning 2022 se tkun “Il-ġejjieni tagħna - sbuħija, sostenibbiltà, flimkien: Skejjel u l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: Nimmaġinaw ambjent ta' apprendiment kreattiv fi skejjel ekoloġiċi u inklużivi”. L-għalliema u l-persunal tal-iskejjel se jiġu mistiedna jirriflettu mal-istudenti tagħhom dwar l-iskola tagħhom fiż-żmien “ta’ wara l-Covid”. Dawn se jiżviluppaw il-viżjoni tagħhom tal-iskola ideali. It-tema annwali tal-eTwinning hija koperta b’mod prominenti minn kampanji tul is-sena kollha, mill-konferenza annwali dwar l-eTwinning f’Ottubru, u mill-ktieb annwali tal-eTwinning. Barra minn hekk, avvenimenti kbar tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida rilevanti għall-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni fl-iskejjel se jiżdiedu mal-kalendarju fuq is-School Education Gateway, hekk kif dawk rilevanti għall-professjonisti fl-edukazzjoni għall-adulti se jiżdiedu mal-kalendarji tal-Pjattaforma Elettronika għall-Apprendiment tal-Adulti fl-Ewropa (EPALE). Il-kanali rispettivi tal-media soċjali tal-pjattaformi kollha se jkopru dawn b’mod ugwali.

GĦAL: Organizzazzjonijiet li jkunu lestew proġett Erasmus+ li jinkludi prattiki ta’ tagħlim straordinarji

|BAĠIT: L-ebda baġit speċifiku għal dawk li jingħataw għotja | META: T2 2022

Il-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv 2022 jista’ jiffoka fuq suġġetti relatati mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, b’mod partikolari r-rabta bejn is-sostenibbiltà, il-parteċipazzjoni u l-inklużjoni, kif ukoll tagħlim u apprendiment innovattivi u approċċi tal-iskejjel kollha li jlaqqgħu flimkien lill-atturi kollha fil-livell komunitarju. Dan kieku jenfasizza proġetti ta’ suċċess fil-programm Erasmus+ u jipprovdi opportunità biex dawn il-proġetti jingħaqdu u jaħdmu flimkien.

GĦAL: Parteċipanti f’DiscoverEU |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida |META: 2022

Kull sena, DiscoverEU tippromwovi attivitajiet madwar ċerta tema. Fl-2022, it-tema annwali ta’ DiscoverEU se tkun marbuta mal-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida.



SEJĦIET TA’ KONTRIBUZZJONI GĦALL-BAUHAUS EWROPEA L-ĠDIDA

Xi azzjonijiet oħra se jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi jinkludu l-inizjattiva bħala element ta’ kuntest fis-sejħiet tagħhom.

B.1. TRASFORMAZZJONI TA’ NĦAWI FIL-PRATTIKA

Ir-riċerka u l-esperimentazzjoni fir-rigward tal-kostruzzjoni, tar-rinnovazzjoni u tas-setturi tal-wirt kulturali jistgħu jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-iżvilupp ta’ għodod u ta’ soluzzjonijiet ġodda li jistgħu jkunu inkorporati fi proġetti ta’ trasformazzjoni.

B.1.1.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida  | META: Ġunju 2021- Settembru 2021 

HORIZON-CL4-2021-TWIN-TRANSITION-01-10: Permessi diġitali u kontrolli tal-konformità għall-bini u l-infrastruttura (IA): tliet proġetti biex jittejbu a) iż-żidiet fl-effiċjenza u fil-produttività, u jsiru inqas żbalji fil-proċessi tad-disinn u tal-kostruzzjoni; b) Permessi u konformità awtomatizzati, aktar rapidi, aktar preċiżi u aktar effiċjenti għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni (eż. regolatorji, tas-saħħa u tas-sikurezza, tal-prestazzjoni); c) Kwalità tal-bini u effiċjenza fir-riżorsi aħjar fil-kostruzzjoni, f’konformità mal-għanijiet tal-inizjattiva Bauhaus Ewropea Ġdida.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida |META: Ottubru 2021Marzu 2022

HORIZON-CL4-2022-TWIN-TRANSITION-01-09: Dimostrazzjoni tal-użu tal-Ġurnal Diġitali għall-bini (IA): żewġ proġetti biex issir ħidma fuq a) Effiċjenza mtejba fir-riżorsi u dekarbonizzazzjoni tal-bini; b) Rabtiet imtejba tal-bażijiet tad-data, l-għodod u s-sorsi eżistenti għall-ġurnali diġitali tal-bini; c) Użu mtejjeb tal-ġurnali diġitali tal-bini permezz tal-esperjenza tal-utenti, b'qies ta’ kwistjonijiet relatati mal-aċċessibbiltà kif ukoll mal-inklużività; d) Għodod ġodda jew imtejba għall-ġbir u l-aġġornament ta’ data rilevanti; e) Dimostrazzjoni ta’ benefiċċji oħra tal-użu ta’ ġurnali diġitali tal-bini eż. is-sikurezza u s-saħħa fil-bini u l-kostruzzjoni, pereżempju permezz ta’ monitoraġġ strutturali tas-saħħa; kosteffettività, titjib fl-effiċjenza f’termini ta’ żmien; reżiljenza msaħħa għall-klima.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida | META: Ottubru 2021 - Frar 2022/Settembru 2022

HORIZON-CL6-2022-CIRCBIO-02-01-two-stage: Soluzzjonijiet integrati għaċ-ċirkolarità fil-bini u fis-settur tal-kostruzzjoni (IA) biex jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida permezz ta’: 1) proġetti dwar tnedija u użu aktar estensiv ta’ soluzzjonijiet innovattivi mis-suq a) għall-kostruzzjoni, il-prevenzjoni tal-iskart, l-estensjoni tal-ħajja u t-titjib tal-prestazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini u tal-komponenti tiegħu; b) disinn u manifattura għaż-żarmar, il-prevenzjoni u l-immaniġġjar tal-iskart, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ fis-settur tal-kostruzzjoni, inkluż il-produzzjoni u l-armar; 2) Tixrid imsaħħaħ ta’ soluzzjonijiet diġitali avvanzati; 3) Żieda fir-rati ta’ rkupru u ta’ riċiklaġġ tal-iskart mill-kostruzzjoni u mid-demolizzjoni; 4) Eliminazzjoni mtejba ta’ sustanzi perikolużi minn materjali sekondarji; 5) Żieda fl-użu mill-ġdid kreattiv ta’ materjal użat mill-ġdid u riċiklat fil-kostruzzjoni; u 6) Aktar għarfien dwar l-impronta ambjentali ġenerali tal-bini u tal-materjal tal-bini u ż-żieda fl-applikazzjoni prattika tal-metodu tal-Impronta Ambjentali tal-Prodotti tal-Kummissjoni.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida |META: Settembru 2021 - Jannar 2022

HORIZON-CL5-2021-D4-02-02: Pakketti ta’ rinnovazzjoni olistiċi kosteffettivi, sostenibbli u b’diversi funzjonijiet u/jew prefabbrikati, li jintegraw ir-RES u li jinkludu materjali użati mill-ġdid u riċiklati (Built4People). Dawn għandhom ikopru dimostrazzjoni fuq skala kbira u fil-ħajja reali ta’ innovazzjonijiet teknoloġiċi promettenti li jirrispettaw il-prinċipji tas-sostenibbiltà taċ-ċiklu tal-ħajja, ikunu utli għal firxa wiesgħa ta’ kundizzjonijiet ambjentali u jwasslu għal titjib tal-ambjent ta’ ġewwa u għal kumdità tal-utent, sodisfazzjon, kif ukoll aċċessibbiltà filwaqt li jiġu rispettati l-estetika, il-valur storiku u/jew l-identità arkitettonika lokali.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida |META: Settembru 2021 - Jannar 2022

HORIZON-CL5-2022-D4-02-03: Soluzzjonijiet sostenibbli u effiċjenti fir-riżorsi għal wirt kulturali miftuħ, aċċessibbli, inklużiv, reżiljenti u b’emissjonijiet baxxi: prevenzjoni, monitoraġġ, immaniġġjar, manutenzjoni u rinnovazzjoni (Built4People). Li jiġu pprovduti soluzzjonijiet teknikament u soċjalment innovattivi, sostenibbli, effiċjenti fl-enerġija u fir-riżorsi għat-titjib u għall-preservazzjoni kosteffettivi tal-wirt kulturali fl-ambjent mibni tul l-aspetti rilevanti kollha: inklużjoni, aċċessibbiltà, reżiljenza, prestazzjoni ambjentali u enerġetika, u tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu. Għandu jiġi żgurat kemm l-involviment ta’ gruppi tal-partijiet ikkonċernati rilevanti (eż. organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet, partijiet ikkonċernati tal-wirt kulturali bħal korpi għall-protezzjoni tal-wirt kulturali) kif ukoll għandha tiġi żgurata l-aċċettazzjoni taċ-ċittadini u l-ideat soċjalment innovattivi.

B.2.    TRASFORMAZZJONI TAL-EKOSISTEMA ABILITANTI GĦALL-INNOVAZZJONI

It-trasformazzjoni tal-inħawi skont il-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se teħtieġ ukoll l-adattament tal-mudell tan-negozju u l-iżviluppi ta’ approċċi ġodda. F’dan il-kuntest, l-ekonomija soċjali tista’ ġġib kontribut importanti għall-inizjattiva.

B.2.1.    Programm tas-Suq Uniku

GĦAL: eliġibbli fil-qafas tal-Programm tas-Suq Uniku | BAĠIT: EUR 4 miljun | META: Settembru 2021 

L-Ekonomija Soċjali u l-Patti Ekoloġiċi Lokali li jappoġġaw lill-SMEs biex ikunu aktar reżiljenti: Din is-sejħa għal proposti se tappoġġa l-iżvilupp ta’ sħubiji bejn ir-reġjuni u l-ibliet fir-rigward ta’ Patti Ekoloġiċi Lokali u tal-ekonomija soċjali, biex tingħata spinta lir-reżiljenza territorjali u lit-tfassil mill-ġdid tat-tkabbir ekonomiku lokali. Fokus fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-bliet/awtoritajiet lokali u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, il-parteċipazzjoni u t-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini. L-azzjoni se tappoġġa lis-sħubiji fl-implimentazzjoni tal-Patti Ekoloġiċi Lokali u fit-trawwim ta’ reżiljenza komunitarja tal-ekonomija soċjali għal żvilupp lokali sostenibbli u inklużiv u t-tranżizzjoni doppja. Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida hija waħda mit-temi prijoritarji.

B.2.2.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida |META: Ġunju 2021- Settembru 2021

HORIZON-CL4-2021-RESILIENCE-01-31: Il-Fabbrika Ewropea tal-Innovazzjoni Teknoloġika u Soċjali (RIA): Appoġġ finanzjarju u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-innovaturi soċjali biex jiżviluppaw l-ideat tagħhom f’soluzzjonijiet konkreti li se jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

L-innovazzjoni tinvolvi s-settur tal-kreattività u tal-edukazzjoni tista’ tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

B.2.3.    Ewropa Kreattiva – Fergħa Transsettorjali

GĦAL: Organizzazzjonijiet attivi fis-Setturi tal-Kultura u tal-Kreattività |META: Ġunju – 5 ta’ Ottubru 2021

BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

EA-CROSS-2021-INNOVLAB Il-Laboratorji tal-Innovazzjoni Kreattiva jappoġġaw id-disinn u l-ittestjar ta’ soluzzjonijiet diġitali innovattivi b’impatt pożittiv potenzjali fit-tul fuq diversi setturi kulturali u kreattivi. Il-Laboratorji jiffaċilitaw il-ħolqien ta’ soluzzjonijiet innovattivi (eż. għodod, mudelli u metodoloġiji) li għandhom ikunu jistgħu jiġu replikati faċilment u li jkollhom potenzjal għall-penetrazzjoni fis-suq. Il-proġetti jistgħu jiffukaw fuq l-Ekoloġizzazzjoni tal-katina tal-valur fis-setturi kulturali u kreattivi kollha, inkluż azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

B.2.4.    Sħubiji għall-Innovazzjoni ERASMUS+ – Alleanzi għall-innovazzjoni

GĦAL: Organizzazzjonijiet pubbliċi u privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ |BAĠIT: GĦAD IRID JIĠI KKONFERMAT 5 | META: 2022

L-Alleanzi għall-innovazzjoni fil-qafas ta' Erasmus+ (immirar tal-kooperazzjoni bejn firxa usa’ ta’ partijiet ikkonċernati: studenti, universitajiet, kumpaniji, NGOs, soċjetà ċivili eċċ.) se jikkontribwixxu għall-attivitajiet relatati mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida permezz ta’ prijorità ddedikata. Dan kieku jkollu fil-mira kemm is-settur tal-edukazzjoni għolja kif ukoll dak tal-VET.

B.2.5.    Sħubija għall-Eċċellenza ERASMUS+ - Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali (CoVE) 6  

GĦAL: Fornituri ta’ Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali (VET), istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja, istituzzjonijiet ta’ riċerka, parks tax-xjenza, aġenziji ta’ innovazzjoni, kumpaniji, kmamar u l-assoċjazzjonijiet tagħhom, sħab soċjali, intrapriżi soċjali, kunsilli tal-ħiliet settorjali, fost oħrajn |META: Settembru/Ottubru 2021 

|BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

L-inizjattiva CoVE tappoġġa approċċ axxendenti għall-Eċċellenza Vokazzjonali li tinvolvi firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati lokali. Dan jippermetti li l-istituzzjonijiet tal-VET jadattaw malajr il-forniment ta’ ħiliet għall-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali li qed jevolvu, inkluż it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Dawn jistgħu jikkontribwixxu għall-fażi ta’ twassil ta’ riżultati tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi jikkollaboraw mal-komunitajiet involuti fit-trasformazzjonijiet lokali mrawma mill-inizjattiva. Il-CoVEs joperaw f’kuntest lokali partikolari, billi huma dak li jgħaqqad l-ekosistemi tal-ħiliet għall-innovazzjoni, l-iżvilupp reġjonali u l-inklużjoni soċjali, filwaqt li jaħdmu ma’ CoVEs f’pajjiżi oħra permezz ta’ networks kollaborattivi internazzjonali.

B.3.    DIFFUŻJONI TA’ TIFSIRIET ĠODDA

Il-ħidma mal-komunitajiet fil-qafas ta’ kollaborazzjoni se tkun spazju ta’ apprendiment fondamentali għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

B.3.1.    Orizzont Ewropa - Pilastru 2 Sfidi globali u kompetittività industrijali Ewropea

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida |META: Ġunju 2021- Ottubru 2021

HORIZON-CL4-2021-HUMAN-01-19: L-ittestjar ta’ soluzzjonijiet innovattivi fuq id-domanda tal-komunitajiet lokali (CSA): Kreazzjoni konġunta u ttestjar ta’ soluzzjonijiet soċjetali, sabiex ir-riċerka u l-innovazzjoni żviluppati fl-Ewropa jkunu jistgħu jiġu ttestjati mal-komunitajiet lokali, filwaqt li jiġi appoġġat l-approċċ kollaborattiv promoss mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ............................. |META: Ottubru 2021 – Frar 2022

HORIZON-CL6-2022-GOVERNANCE-01-08: Proposta ta’ suċċess se tikkontribwixxi għall-użu wiesa’ u għall-valur miżjud ta’ osservazzjonijiet ambjentali, billi ttejjeb l-adozzjoni u l-validazzjoni tad-data miġbura miċ-ċittadini, u billi żżid l-involviment u l-interazzjoni maċ-ċittadini, u b’hekk tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u għal Sistema msaħħa tas-Sistemi għall-Osservazzjoni Globali tad-Dinja. Minħabba l-fokus fuq l-ambjent urban u t-talba biex jitqiesu d-dimensjonijiet soċjali u kulturali tal-osservazzjoni u l-interazzjoni maċ-ċittadini, il-proġetti għandhom ifittxu li jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

GĦAL: Entitajiet eliġibbli kollha fil-qafas ta' HE |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ............................. |META: Ottubru 2021 – Frar 2022

HORIZON-CL6-2022-COMMUNITIES-01-05: Valutazzjoni tal-politiki soċjoekonomiċi ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura għal komunitajiet aktar inklużivi u reżiljenti: Il-proġetti għandhom ifittxu li jikkontribwixxu għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi jappoġġaw it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali fl-ambjenti tal-għajxien tal-komunitajiet, permezz ta’ fużjoni tas-sostenibbiltà, tal-inklużjoni u tal-kwalità tal-esperjenza. Jistgħu jiġu previsti proġetti pilota fuq skala żgħira biex jiġu esplorati soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura li jkunu innovattivi jew fl-ambitu funzjonali tagħhom, jew fil-firxa soċjoekonomika, fl-approċċi integrattivi jew fl-applikazzjoni tagħhom f’kuntesti ġodda.

Il-proġetti kulturali, tal-edukazzjoni u għall-volontarjat taż-żgħażagħ jistgħu jikkontribwixxu b’mod utli għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

B.3.2.    Ewropa Kreattiva – Fergħa tal-KULTURA 7

GĦAL: Organizzazzjonijiet attivi fis-Setturi Kulturali u tal-Kreattività |BAĠIT: l-ebda ammont prestabbilit allokat għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida |META: 2022

Il-proġetti Ewropej ta’ kooperazzjoni kulturali għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet attivi fil-qasam tal-kultura, biex tiżdied id-dimensjoni Ewropea tal-ħolqien u taċ-ċirkolazzjoni tal-kontenut artistiku Ewropew kif ukoll biex jitħeġġu l-iżvilupp, l-esperimentazzjoni, it-tixrid jew l-applikazzjoni ta’ prattiki ġodda u innovattivi. Il-proġetti ta’ kooperazzjoni Ewropej huma maħsuba wkoll biex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ inizjattivi ta’ politika tal-UE emerġenti fil-qasam tal-kultura, bħall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Is-sejħiet xierqa se jinkludu suġġetti u prijoritajiet tematiċi rilevanti għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

B.3.3.    Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

GĦAL: Organizzazzjonijiet u żgħażagħ eliġibbli biex jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà |BAĠIT: (għad irid jiġi kkonfermat) 8 | META: 2022

Għas-sejħa annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-2022, l-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida hija parti mill-prijorità orizzontali dwar is-sostenibbiltà ambjentali u l-għanijiet klimatiċi.

(1)

https://eufundingoverview.be/funding/cosme

(2)

Il-finanzjament minn Erasmus jista’ jiġi kkomplementat minn fondi nazzjonali jew Ewropej oħra, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE+), l-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku (TSI), Orizzont Ewropa, u InvestEU.

(3)

Edukazzjoni u Kura Bikrija tat-Tfal

(4)

It-tema annwali tal-eTwinning hija organizzata u implimentata mis-Servizz ta’ Appoġġ Ċentrali tal-eTwinning iffinanzjat minn Erasmus+. L-attivitajiet, il-pubblikazzjonijiet u l-kampanji relatati kollha huma parti integrali mill-kuntratt ta’ servizz rispettiv.

(5)

Il-baġit għal din l-azzjoni huwa parti mill-programm ta’ ħidma annwali ta’ Erasmus+ għall-2022, inkluż it-tqassim tal-baġit annwali bejn l-azzjonijiet, li għandu jiġi vvalidat mill-Kumitat ta’ Erasmus+ u deċiż mill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

(6)

Il-paġna web taċ-Ċentri ta’ Eċċellenza Vokazzjonali

(7)

Il-baġit għal din l-azzjoni huwa parti mill-programm ta’ ħidma annwali ta’ Ewropa Kreattiva għall-2022, inkluż it-tqassim tal-baġit annwali bejn l-azzjonijiet, li għandu jiġi vvalidat mill-Kumitat tal-Ewropa Kreattiva u deċiż mill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

(8)

Il-baġit għal din l-azzjoni huwa parti mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għall-2022, inkluż it-tqassim tal-baġit annwali bejn l-azzjonijiet, li għandu jiġi vvalidat mill-Kumitat tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u deċiż mill-Kummissjoni fuq bażi annwali


Brussell, 15.9.2021

COM(2021) 573 final

Ekosistema tal-politika tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: sbuħija, sostenibbiltà, flimkien


Werrej

EKOSISTEMA TAL-POLITIKA TAL-BAUHAUS EWROPEA L-ĠDIDA    

1.    Patt Ekoloġiku    

1.1.    Mewġa ta’ Rinnovazzjoni    

1.2.    Pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %"    

1.3.    Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari (CEAP)    

1.4.    Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero    

1.5.    Strateġija tal-UE dwar l-Infrastruttura Ħadra    

1.6.    Strateġija Ewropea ta’ Adattament    

1.7.    Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030    

1.8.    Strateġija mill-Għalqa sal-Platt    

1.9.    Strateġija tal-UE għall-Foresti    

1.10.    Strateġija għat-Tessuti    

1.11.    Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà    

1.12.    Strateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija    

1.13.    Patt Klimatiku Ewropew    

1.14.    Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti    

2.    Politiki Territorjali    

2.1.    Politika ta’ Koeżjoni    

2.2.    Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE    

3.    Setturi Kulturali u ta’ Kreattività    

3.1.    Aġenda Ġdida Ewropea għall-kultura    

3.2.    Qafas Ewropew għall-Azzjoni dwar il-Wirt Kulturali    

4.    Dimensjoni soċjali    

4.1.    Strateġija għal Unjoni ta' ugwaljanza    

4.2.    Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali    

4.3.    Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-Tfal u Garanzija Ewropea għat-Tfal.    

5.    Edukazzjoni u Ħiliet    

5.1.    Żona Ewropea tal-Edukazzjoni    

5.2.    Edukazzjoni għas-Sostenibbiltà Ambjentali    

5.3.    Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-2030    

6.    Deċennju Diġitali    

6.1.    Kumpass Diġitali tal-2030    

6.2.    Programm Ewropa Diġitali    

6.3.    Att dwar il-Governanza tad-Data    

6.4.    Pakkett tal-IA    

7.    Riċerka u Innovazzjoni    

7.1.    Orizzont Ewropa    

7.2.    Missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa:    

8.    Dimensjoni Industrijali u intraprenditorjali    

8.1.    Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa    

EKOSISTEMA TAL-POLITIKA TAL-BAUHAUS EWROPEA L-ĠDIDA

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-għan li tintegra s-sostenibbiltà mal-inklużjoni soċjali u mal-estetika, kif ukoll ma’ elementi oħra tal-kwalità tal-esperjenza. Għalhekk huwa trasversali min-natura tagħha stess u transdixxiplinari bid-disinn tagħha stess.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandha l-għan li ttaffi diskrepanzi u li toħloq konnessjonijiet bejn id-dixxiplini, il-postijiet u n-nies, bl-użu tal-intelliġenza kollettiva u tal-għarfien kollettiv biex tiġi indirizzata l-kumplessità tal-isfidi li għandna quddiemna. Approċċi integrati jistgħu jottimizzaw ukoll l-impatti tal-politiki billi jrawmu sinerġiji għal tisħiħ reċiproku.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida qed tibni fuq kuntest ta’ politika tal-UE rikk, li jġib objettivi strateġiċi u punti ta’ referenza fid-diversi dimensjonijiet li l-inizjattiva se jkollha l-għan li tintegra. Filwaqt li spiss jiffukaw biss fuq waħda mid-dimensjonijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, ħafna inizjattivi ta’ politika diġà jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet abilitanti għall-iżvilupp tiegħu. Dan l-anness għandu l-għan li jippreżenta dawn l-oqfsa ta’ politika rilevanti,

1.Patt Ekoloġiku

1.1.Mewġa ta’ Rinnovazzjoni 1

Il-Komunikazzjoni dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa COM(2020) 662 turi l-għanijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida proposta. Il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tistipula għadd ta’ prinċipji rilevanti għad-dekarbonizzazzjoni lejn l-2050 bħal: kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u ċirkolarità; id-dekarbonizzazzjoni u l-integrazzjoni ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; l-affordabbiltà; l-effiċjenza enerġetika l-ewwel; standards tas-saħħa u ambjentali għoljin; sikurezza; l-aċċessibbiltà; l-indirizzar tal-isfidi doppji tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; ir-rispett għall-estetika u għall-kwalità arkitettonika. Tidentifika l-persuni l-aktar vulnerabbli u l-bini bl-agħar prestazzjoni fis-segmenti residenzjali, amministrattivi, tal-edukazzjoni u tal-kura tas-saħħa bħala l-oqsma ta’ prijorità ewlenin għar-rinnovazzjonijiet.

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni jinkludi għadd ta’ inizjattivi ta’ segwitu fl-oqsma ta’ politika differenti. Fosthom, il-Pjan direzzjonali għall-2050 għat-tnaqqis tal-Karbonju tul iċ-Ċiklu tal-Ħajja tal-bini (lesti sal-2023) skont il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, għandu jservi ta’ sies għall-politika u għall-iżviluppi tas-suq futuri għal perjodu ta’ żmien twil u fuq il-livelli ġeografiċi kollha - UE, nazzjonali u lokali. Se jissejjes fuq il-kunsiderazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u b’mod speċifiku jqis il-potenzjal taċ-ċirkolarità biex inaqqas l-emissjonijiet tal-karbonju globalment, u b’hekk jappoġġa l-kisba tal-objettivi klimatiċi. Dan għandu jipprovdi viżjoni u b’dan il-mod jistabbilixxi d-direzzjoni għas-settur u għall-awtoritajiet pubbliċi.

1.2. Pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %"

Żewġ elementi tal-pakkett "lesti għall-mira ta' 55 %” huma b’mod partikolari interessanti għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida: Id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija u d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija. It-tnejn li huma jappoġġaw it-trasformazzjoni tal-ambjent mibni f’konformità mal-miri klimatiċi tal-Unjoni Ewropea.

Lil hinn minn dawk, il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %” billi ġġib ideat innovattivi ġodda biex tiżdied l-effiċjenza enerġetika fl-ambjent mibni, għall-infrastruttura sostenibbli u għall-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli u għas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura fl-ambjent mibni. Dan jikkombina l-kunsiderazzjonijiet tat-tibdil fil-klima u s-sostenibbiltà mal-kwalità tal-esperjenza ta’ għajxien tagħna.

1.3.Pjan ta' Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari 2 (CEAP)

It-tieni CEAP adottat fl-2020 għandu l-għan li jżid l-effiċjenza fir-riżorsi, li jnaqqas l-impronta tal-konsum u l-impatti ambjentali u klimatiċi globali. Minbarra sensiela ta’ miżuri leġiżlattivi, dan ressaq sensiela ta’ strumenti volontarji, inkluż l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku (APE), l-Ekotikketta tal-UE u l-Livell(i), biex jitrawmu l-produzzjoni u l-konsum sostenibbli tar-riżorsi u b’hekk isir kontribut għall-objettivi tal-EGD. Ta’ rilevanza partikolari għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-kriterji eżistenti tal-APE għal bini sostenibbli qed jiġu riveduti biex ikunu bbażati b’mod sod fuq kunċetti ta’ ċirkolarità, permezz tal-indikaturi tal-Livell(i) 3 . Il-kamp ta’ applikazzjoni jiffoka fuq bini pubbliku tipiku bħal uffiċċji, akkomodazzjoni soċjali u skejjel, u jkopri kemm bini ġdid kif ukoll rinnovazzjoni. Il-kriterji jkopru ċ-ċirkolarità, is-saħħa u l-kumdità, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-ispiża tul iċ-ċiklu tal-ħajja, u se jappoġġaw lill-akkwirenti pubbliċi biex ikunu minn ta’ quddiem nett fit-triq lejn bini aktar sostenibbli. Din l-attività se tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-għodda ta’ awtovalutazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida bħala gwida biex jitkejjel sa liema punt proġett ikun sostenibbli, inklużiv u estetiku. In-negozji u l-konsumaturi jistgħu jikkontribwixxu għall-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi jixtru prodotti u servizzi bl-Ekotikketta tal-UE li jissodisfaw standards ambjentali għoljin tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom. Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE huma disponibbli għal prodotti tal-kisi ibsin, għal kisi tal-art ibbażat fuq l-injam, is-sufra u l-bambù, għaż-żebgħat u l-verniċ, għall-prodotti tat-tessuti, għall-għamara u għas-saqqijiet tas-sodod. Is-CEAP ħabbar modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-iskart u tenna li l-Kummissjoni se tqis l-istabbiliment ta’ tħejjija għall-użu mill-ġdid u miri ta’ riċiklaġġ għall-iskart tal-kostruzzjoni u tad-demolizzjoni, kif ukoll għall-frazzjonijiet speċifiċi għall-materjal tiegħu.

1.4.Pjan ta’ Azzjoni għal Tniġġis Żero 4

Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” jistipula l-ambizzjoni li jiġi żgurat li t-tniġġis, inkluż fuq ġewwa, ma jagħmilx ħsara lis-saħħa u lill-ekosistemi tagħna. Dan huwa partikolarment rilevanti fil-postijiet fejn ngħixu. Għalhekk, huwa jistabbilixxi inizjattivi emblematiċi biex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ewlenin ta’ ekoloġizzazzjoni u ta’ innovazzjoni urbani u biex jintużaw it-Tewmin Diġitali Lokali biex jiġi evitat it-tniġġis, fuq ġewwa kif ukoll fuq barra. Għalhekk dan se jikkontribwixxi għad-dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

1.5.Strateġija tal-UE dwar l-Infrastruttura Ħadra 5

L-infrastruttura ekoloġika tgħaqqad mill-ġdid iż-żoni naturali vitali maċ-ċentri urbani, u tirrestawra u ttejjeb ir-rwoli funzjonali tagħhom. Dan huwa kunċett ta’ ppjanar essenzjali lejn il-ħarsien tal-kapital naturali u fl-istess ħin lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, u b’dan jagħmel kontribut essenzjali għas-sostenibbiltà, li hija element ewlieni għall-Inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea.

1.6.Strateġija Ewropea ta’ Adattament 6

L-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima għandha l-għan li żżid u li taċċellera l-isforzi tal-UE biex in-natura, in-nies u l-għajxien jiġu protetti mill-impatti inevitabbli tat-tibdil fil-klima. Għalhekk din se tikkontribwixxi għad-dimensjonijiet ta’ sostenibbiltà tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-iffaċilitar tal-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet tar-reżiljenza għall-klima fil-kostruzzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini u tal-infrastruttura kritika. Il-missjoni ta’ Orizzont Ewropa rigward l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima hija vettur ta’ implimentazzjoni ewlieni tal-Istrateġija. Ir-reazzjonijiet u l-miżuri mfassla apposta u bbażati fuq il-post, li jinvolvu liċ-ċittadini mill-qrib fit-tfassil, fl-iżvilupp u fl-ittestjar tagħhom, se jkunu qasam wieħed fejn kemm il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida kif ukoll il-politika ta’ adattament għat-tibdil fil-klima jistgħu jkunu allinjati.

1.7.Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 7

L-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità enfasizzat id-diversi benefiċċji minn Spazji urbani ekoloġiċi, inklużi soqfa u ħitan ekoloġiċi, li huma element ewlieni għall-Inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida kemm għall-kontribut importanti għas-sostenibbiltà kif ukoll għall-aspett estetiku tagħhom. Il-lockdowns reċenti kaġun tal-pandemija tal-COVID-19 urewna l-valur tal-ispazji urbani ekoloġiċi għall-benesseri fiżiku u mentali tagħna. Barra minn hekk, il-veġetazzjoni se tgħin biex iż-żoni urbani jinżammu friski u biex jittaffa l-impatt tad-diżastri naturali. L-implimentazzjoni tal-Istrateġija għall-Bijodiversità u l-implimentazzjoni fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura se jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, billi d-disinn skont in-natura huwa wieħed mill-aktar effiċjenti, sostenibbli u tassew estetiku.

1.8.Strateġija mill-Għalqa sal-Platt 8

L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għandha l-għan li tagħmel is-sistemi tal-ikel ġusti, tajbin għas-saħħa u ekoloġiċi. Hija għandha l-għan li tiżgura li kulħadd ikollu aċċess għal biżżejjed ikel sikur, sustanzjuż u sostenibbli u li jitnaqqas it-telf tal-ikel u li jkun hemm prevenzjoni tal-iskart. L-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ta’ sostenibbiltà u ta' inklużjoni, pereżempju permezz ta’ sistemi tal-ikel urbani, ġonna bi prodotti li jittieklu u sistemi tal-ikel ċirkolari.

1.9.Strateġija tal-UE għall-Foresti 9

L-Istrateġija tal-UE għall-Foresti tirsisti għal foresti akbar, aktar b’saħħithom u aktar diversifikati milli għandna llum, b’mod partikolari għall-ħżin u s-sekwestru tal-karbonju, il-waqfien tat-telf tal-ħabitats u tal-ispeċijiet u t-twettiq ta’ funzjonijiet soċjoekonomiċi tal-foresti għad-deċennji li ġejjin. Hija tippreżenta wkoll argument li meta tinbena ekonomija sostenibbli u newtrali għall-klima, aħna niżguraw l-aqwa użu tal-injam f’konformità mal-prinċipju ta’ użu kaskata. Dan ifisser li l-injam għandu jintuża kemm jista’ jkun għal materjali u għal prodotti b’ħajja twila. Is-sehem mis-suq baxx attwali tal-injam bħala materjal tal-bini jeħtieġ li jiżdied, fejn jissostitwixxi materjali enerġetikament intensivi u dawk ibbażati fuq fjuwils fossili. Biex is-settur jitnieda fuq skala kbira, se jkunu meħtieġa aktar riċerka u innovazzjoni dwar materjal tal-bini b’ħajja twila u sikur ibbażat fuq l-injam. Dan jinkludi l-injam għall-bini, li se jkollu rwol fl-Inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

1.10.Strateġija għat-Tessuti 10

Din l-istrateġija se tbiddel kif nipproduċu t-tessuti, kif nużawhom u kif nużawhom mill-ġdid. Il-ġenerazzjonijiet iżgħar se jkollhom rwol speċifiku biex jeliminaw id-diskrepanzi bejn il-ġenerazzjonijiet, biex jiddisinjaw it-tessuti tagħna mill-ġdid u biex irawmu l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. Dan se jitħeġġeġ billi jiġu appoġġati mudelli kummerċjali ġodda għad-durabbiltà, għall-kapaċità ta’ tiswija u għall-kondiviżjoni, għall-iżvilupp ta’ materjali innovattivi, għall-irkupru ta’ materjali għall-għamara jew għal prodotti għall-bini f’konformità mal-ġerarkija tal-iskart u mal-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, għad-dimostrazzjonijiet u għall-proġetti ta’ sensibilizzazzjoni ffinanzjati permezz ta’ programmi ta’ finanzjament tal-UE bħal LIFE u Orizzont Ewropa.

1.11.Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà 11

Hemm tħassib sinifikanti mill-popolazzjoni tal-UE dwar sustanzi kimiċi dannużi u l-konsegwenzi relatati għas-saħħa u għall-ambjent. Il-materjali u prodotti li jintużaw fil-kostruzzjoni għad-disinn intern u estern, it-tessuti, il-mobbiltà b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju, il-batteriji, it-turbini eoliċi, is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-prodotti għall-konsumatur jinkludu varjetà kbira ta’ sustanzi kimiċi, u mhux ftit minnhom huma dannużi u jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-ħajja tagħna. L-azzjonijiet fil-qafas tal-Istrateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà lejn ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi għandhom l-għan li jipproteġu aħjar liċ-ċittadini u lill-ambjent, u li jippromwovu s-sustanzi kimiċi u l-materjali li huma sikuri u sostenibbli skont id-disinn, billi jiżviluppaw kriterji rilevanti biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni ekoloġika, u b’hekk jiġi żgurat ukoll li l-bini, l-infrastrutturi u prodotti oħra fil-futur ikunu aktar sikuri, jikkontribwixxu għal futur sostenibbli u jnaqqsu l-impronta ambjentali ġenerali.

1.12.Strateġija tal-UE dwar il-Bijoekonomija 12

Il-bijoekonomija tfittex modi ġodda ta’ produzzjoni u ta’ konsum tar-riżorsi filwaqt li tirrispetta l-limiti planetarji tagħna u torjenta lilha nfisha lil hinn minn ekonomija lineari bbażata fuq użu estensiv ta’ riżorsi fossili u minerali. Materjal rinnovabbli b’bażi bijoloġika u ambjenti ekoloġiċi jistgħu jappoġġaw: (1). L-ilħuq tal-għanijiet tan-newtralità karbonika, taċ-ċirkolarità u tas-sostenibbiltà; (2). Il-ħolqien ta’ impjiegi, speċjalment impjiegi rurali u l-għajxien; u (3). Il-kwalità tal-ħajja tan-nies (eż. f’termini ta’ materjal tal-bini, l-injam jitqies bħala li huwa estetikament pjaċevoli, li jnaqqas l-istress, u li għandu proprjetajiet akustiċi tajbin).

1.13.Patt Klimatiku Ewropew 13

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida hija marbut mill-qrib mal-Patt Klimatiku Ewropew, inizjattiva mifruxa mal-UE kollha li tistieden lin-nies, lill-komunitajiet u lill-organizzazzjonijiet biex jipparteċipaw fl-azzjoni klimatika u jibnu Ewropa aktar ekoloġika. Il-Patt iħeġġeġ wegħdiet ta' impenn, ikejjel il-progress u jiffaċilita diskussjonijiet bejn id-diversi atturi involuti fil-katina ta’ provvista li jwasslu għar-rinnovazzjoni. Dan se joħloq soluzzjonijiet flimkien maċ-ċittadini permezz ta’ Orizzont Ewropa, u se jgħarbel l-ideat li jistgħu jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Il-Patt Klimatiku Ewropew diġà għandu aktar minn 500 Ambaxxatur 14 li se jaċċelleraw l-azzjoni dwar il-klima u b’hekk jikkontribwixxu għal ċerti oqsma enfasizzati mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

1.14.Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti 15

L-‘Istrateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti’ tistabbilixxi pjan iddettaljat sabiex is-sistema tat-trasport tal-UE tikseb it-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tagħha u ssir aktar reżiljenti għall-kriżi tal-ġejjieni. Din l-istrateġija tikkontribwixxi għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi permezz tagħha t-trasport isir l-abilitatur ewlieni biex jiżgura interazzjoni soċjali u billi jqarreb il-persuni u r-reġjuni fl-Ewropa. Tipprovdi wkoll soluzzjonijiet sabiex it-trasport u l-mobbiltà jkunu aktar sostenibbli, u b’hekk jikkontribwixxu sabiex l-irħula u l-ibliet tagħna jsiru postijiet aħjar għas-saħħa tagħna biex ngħixu fihom. Għandha wkoll l-għan li tagħmel il-mobbiltà aktar disponibbli u għall-but ta’ kulħadd, inkluż għal dawk b’mobbiltà mnaqqsa, skont il-prinċipju ta’ inklużività tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

2.Politiki Territorjali

2.1.Politika ta’ Koeżjoni

Il-politika ta’ koeżjoni hija strument ewlieni li jappoġġa t-trasformazzjoni ekoloġika u ġusta fost il-bliet u r-reġjuni fl-Ewropa, u b’hekk tikkontribwixxi għall-Patt Ekoloġiku Ewropew u għall-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Billi l-politika ta’ koeżjoni topera taħt ġestjoni kondiviża, din toffri potenzjal u opportunità importanti għall-istabbiliment tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-ekosistemi ta’ żvilupp urban u reġjonali, kif ukoll għal adozzjoni ulterjuri mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali. L-iżvilupp territorjali integrat promoss mill-politika ta’ koeżjoni u strumenti apposta jippermettu li l-partijiet ikkonċernati nazzjonali, reġjonali u lokali japplikaw il-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għall-investimenti b’mod li jkun sensittiv mil-lat territorjali. Barra minn hekk, il-Politika ta’ Koeżjoni toffri opportunità unika biex jinħolqu soluzzjonijiet ġodda permezz ta’ kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali

L-appoġġ għall-iżvilupp urban sostenibbli permezz tal-assenjazzjoni urbana obbligatorja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (8 % tal-allokazzjoni nazzjonali totali) u tal-Inizjattiva Urbana Ewropea (EUR 400 miljun) joffri possibbiltajiet biex jiġu indirizzati sfidi urbani kumplessi, li jeħtieġu reazzjonijiet ta’ politika interdixxiplinari għat-tranżizzjoni ekoloġika flimkien mal-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, billi jitrawwem approċċ ibbażat fuq il-post, integrat u inklużiv u bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati lokali.

Barra minn hekk, il-Politika ta’ koeżjoni hija mistennija tinvesti aktar minn EUR 100 biljun fi proġetti relatati mal-klima u mal-ambjent fil-perjodu 2021-2027. Hija se tiffinanzja wkoll riċerka dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-ekonomija. Rigward l-investimenti fil-bini, il-politika ta’ koeżjoni tista’ tappoġġa proġetti mmirati lejn il-bini pubbliku, il-blokok b’diversi appartamenti, u l-“akkomodazzjoni soċjali”. Il-politika ta’ koeżjoni tista’ tgħin ukoll lir-reġjuni jagħtu spinta lill-RŻ&I fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-bini, kif ukoll tappoġġa l-iżvilupp ta’ materjali u ta' soluzzjonijiet ġodda għal rinnovazzjonijiet għall-but ta' kulħadd u durabbli.

2.2.Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE tidentifika l-isfidi ewlenin li ż-żoni rurali qed jiffaċċaw u tenfasizza l-opportunitajiet li huma disponibbli.

Il-Viżjoni għandha l-għan li tindirizza dawk l-isfidi, billi tibni fuq l-opportunitajiet emerġenti tat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali soċjalment sostenibbli u fuq it-tagħlimiet meħuda mill-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll billi tidentifika mezzi biex tittejjeb il-kwalità tal-ħajja rurali, jinkiseb żvilupp territorjali bbilanċjat u jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku. Abbażi ta’ prospettivi u ta' konsultazzjonijiet wiesgħa maċ-ċittadini u ma’ atturi oħra f’żoni rurali, il-Viżjoni tipproponi Patt Rurali u Pjan ta’ Azzjoni Rurali, li għandhom l-għan li jagħmlu ż-żoni rurali tagħna aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi; hija tappella biex il-Fondi kollha jaħdmu flimkien għall-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni rurali.

Fost l-azzjonijiet proposti, l-Azzjoni Emblematika dwar l-appoġġ lill-muniċipalitajiet rurali fit-tranżizzjoni tal-enerġija u fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima tinkludi azzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tal-akkomodazzjoni rurali u ta’ bini ieħor, u tippromwovi l-użu ta’ finanzjament strutturali biex tiġi ffinanzjata l-mewġa ta’ rinnovazzjoni, b’konnessjoni speċifika mal-inizjattiva Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

3.Setturi Kulturali u ta’ Kreattività

3.1.Aġenda Ġdida Ewropea għall-kultura 16

Wieħed mill-prinċipji gwida tal-Aġenda Ġdida Ewropea għall-Kultura u tal-Pjan ta’ Ħidma tal-Kunsill għall-Kultura 2019-2022 huwa l-kontribut tal-kultura għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli. Dan huwa rifless f’bosta gruppi ta’ esperti tal-Istati Membri li għadhom għaddejjin, ikkoordinati mill-Kummissjoni (dwar arkitettura ta’ kwalità għolja, il-wirt kulturali u t-tibdil fil-klima, u d-dimensjoni kulturali tal-iżvilupp sostenibbli), filwaqt li oħrajn jindirizzaw l-ekosistema usa’ (il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-artisti, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri...). Barra minn hekk, l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) se jistabbilixxi Komunità tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni speċifikament fil-qasam tal-Industriji u s-Setturi Kulturali u Kreattivi (CCSI). Objettiv strateġiku ieħor tal-Aġenda huwa li tiġi sfruttata s-setgħa tal-kultura u tad-diversità kulturali għall-koeżjoni soċjali u l-benesseri. B’hekk, l-Aġenda tikkontribwixxi għall-objettivi u għat-tliet dimensjonijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

3.2.Qafas Ewropew għall-Azzjoni dwar il-Wirt Kulturali 17

Bħala legat tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018, il-Qafas Ewropew jenfasizza, permezz ta’ 60 azzjoni, il-potenzjal tal-wirt kulturali li jsaħħaħ il-kapital soċjali, li jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u li jiżgura s-sostenibbiltà ambjentali. Bħala parti distintiva mill-ambjent (mibni) tagħna, il-wirt kulturali u l-bini storiku jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida ta’ żvilupp inklużiv, sabiħ u sostenibbli.

4.Dimensjoni soċjali

4.1.Strateġija għal Unjoni ta' ugwaljanza 

Il-Kummissjoni ntrabtet li tikseb Unjoni ta’ ugwaljanza. Strateġiji apposta 18 stabbilixxew mekkaniżmi u azzjonijiet biex joħolqu il-kundizzjonijiet sabiex kulħadd jgħix u jirnexxi jkunu x’ikunu d-differenzi msejsa fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Barra mill-azzjonijiet immirati, l-integrazzjoni mtejba tal-ugwaljanza u tal-aċċessibbiltà fil-politiki, fil-leġiżlazzjoni u fil-programmi ta’ finanzjament rilevanti kollha tal-UE, inkluż il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, se tkun ewlenija fil-kisba ta’ Unjoni ta’ Ugwaljanza.

L-Istrateġija dwar id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità 2021-2030 19 tenfasizza li l-aċċessibbiltà għall-ambjenti mibnija u virtwali hi prekondizzjoni sabiex il-persuni b’diżabilità jgħixu b’mod indipendenti u jipparteċipaw bis-sħiħ fl-aspetti kollha tal-ħajja. L-aċċessibbiltà hija wkoll element ewlieni tas-sostenibbiltà tal-bini, li tagħmilhom aktar inklużivi, li jistgħu jintużaw minn diversità akbar ta’ persuni u aktar durabbli peress li aktar adattati għall-ħtiġijiet li qed jinbidlu minħabba t-tixjiħ tal-popolazzjoni. Ta’ rilevanza għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida hu wkoll l-objettiv stabbilit fil-qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom biex jiżdied l-aċċess ugwali għal akkomodazzjoni desegregata adegwata u għas-servizzi essenzjali sal-2030.

4.2.Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali 20

Bil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, il-Kummissjoni stabbiliet il-mira ambizzjuża li sal-2030 jitnaqqas b’mill-inqas 15-il miljun l-għadd ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali fl-UE – inklużi mill-inqas 5 miljun tifel u tifla. Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida se tikkontribwixxi biex jiffavorixxi l-inklużjoni soċjali billi jippromwovi prinċipji ta’ aċċessibbiltà, mhux biss għall-aċċessibbiltà fiżika, iżda wkoll għall-aċċessibbiltà għall-informazzjoni u għall-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Se tingħata wkoll attenzjoni partikolari għall-azzjonijiet relatati mal-affordabbiltà. Għalhekk, iż-żewġ inizjattivi huma interkonnessi mill-qrib.

4.3.Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-Tfal 21 u Garanzija Ewropea għat-Tfal 22 .

Il-ġlieda kontra l-faqar fost it-tfal u l-promozzjoni ta’ soċjetajiet, sistemi edukattivi u tas-saħħa inklużivi u tajbin għat-tfal huma elementi ewlenin tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-Tfal, kif inhuma wkoll għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Filwaqt li tisħaq li kull tifel u tifla għandhom id-dritt għal standard tal-għajxien adegwat mill-istadju l-aktar bikri tal-ħajja, l-Istrateġija tenfasizza li t-tfal minn familji bi dħul baxx jinsabu f’riskju ogħla ta’ deprivazzjoni severa fl-akkomodazzjoni jew ta’ ffullar, u huma aktar esposti għall-kondizzjoni ta’ persuni mingħajr dar. Ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal tappella biex l-Istati Membri jipprovdu aċċess effettiv għal akkomodazzjoni adegwata (kif ukoll għal bosta servizzi ewlenin oħra, li xi wħud minnhom għandhom ikunu b'xejn) għat-tfal kollha f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali. Il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar kif trid tiġi implimentata l-Garanzija Ewropea għat-Tfal għandhom ikopru l-perjodu sal-2030 u għandhom jiġu kkombinati ma’ dawk li huma mmirati lejn trasformazzjonijiet territorjali fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku.

5.Edukazzjoni u Ħiliet

5.1.Żona Ewropea tal-Edukazzjoni

Il-Koalizzjoni ta’ Edukazzjoni għall-Klima 23 tfittex li b’mod konġunt toħloq komunità ta’ edukazzjoni parteċipattiva biex jiġu appoġġati l-bidliet meħtieġa għal soċjetà newtrali għall-klima. Permezz tal-pjattaforma online tagħha, u b’mod ġenerali permezz tal-interazzjoni komunitarja tagħha, il-Koalizzjoni ta’ Edukazzjoni għall-Klima tista’ tospita konverżazzjonijiet u sfidi parteċipattivi (“wegħdiet ta' impenn”) madwar prijoritajiet relatati mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. B’mod konkret, il-Koalizzjoni ta’ Edukazzjoni għall-Klima tista’ tħeġġeġ azzjonijiet li jippromwovu arrikkiment reċiproku bejn l-iskejjel ekoloġiċi, bħala strutturi fiżiċi, u l-elementi l-oħra kollha ta’ ambjent ta’ apprendiment (pedagoġiji innovattivi, apprendiment ibbażat fuq proġetti, timijiet ta’ għalliema trasversali fis-suġġetti, eċċ.).

L-alleanzi tal-Universitajiet Ewropej 24 jistgħu jikkontribwixxu għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi jħeġġu lill-istudenti minn dixxiplini u minn pajjiżi differenti biex jaħdmu flimkien ma’ periti, artisti, inġiniera u disinjaturi biex is-sostenibbiltà ssir realtà. Dawn se jippromwovu wkoll approċċ ta’ istituzzjoni sħiħa fejn is-sostenibbiltà tkun inkorporata fl-attivitajiet kollha, f’konformità mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

5.2.Edukazzjoni għas-Sostenibbiltà Ambjentali

Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni għas-Sostenibbiltà Ambjentali hija prevista għal tmiem l-2021. L-objettiv tagħha huwa li tappoġġa l-integrazzjoni tat-tranżizzjoni ekoloġika u tas-sostenibbiltà fil-fażijiet u fl-istadji kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-iskola, l-edukazzjoni għolja u t-taħriġ professjonali.

Erasmus+ jipprovdi diversi modi ta’ appoġġ għall-azzjonijiet tal-iskejjel u tal-edukazzjoni għolja dwar l-edukazzjoni għas-sostenibbiltà ambjentali, inkluż l-appoġġ ta’ approċċi ta’ istituzzjoni sħiħa għas-sostenibbiltà, kif ukoll il-kreattività u l-innovazzjoni f’konformità mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

5.3.Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-2030 25

L-effetti kkombinati tat-tibdil teknoloġiku rapidu, id-diġitalizzazzjoni, it-tibdil fil-klima, ix-xejriet demografiċi u forom ġodda ta’ xogħol jeħtieġu ideat innovattivi biex jiġi żgurat li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali mhux biss jadattaw għat-tibdil, iżda jkunu wkoll fuq quddiem nett fil-kontroll u fit-tmexxija ta’ dan it-tibdil. L-Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa se tkun fundamentali għall-implimentazzjoni tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida billi għandha l-għan li ttejjeb ir-rilevanza tal-ħiliet fl-UE biex issaħħaħ il-kompetittività sostenibbli, tiżgura l-ġustizzja soċjali u tibni r-reżiljenza tagħna, filwaqt li turi biċ-ċar id-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u apprendiment tul il-ħajja ta’ kwalità u inklużivi. Hija għalhekk ankrata sew fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, fl-Istrateġija Diġitali l-ġdida u fl-Istrateġiji Industrijali u tal-SMEs ġodda, billi l-ħiliet huma kruċjali għas-suċċess tagħhom. Barra minn hekk, hija tappoġġa wkoll il-proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar “Pont għall-Impjiegi – Tissaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ".

6.Deċennju Diġitali

6.1.Kumpass Diġitali tal-2030 26

Filwaqt li jibni fuq l-istrateġija ‘Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa’ li stabbilixxa programm ta’ riforma politika, flimkien mal-Att dwar il-Governanza tad-Data, l-Att dwar is-Servizzi Diġitali, l-Att dwar is-Swieq Diġitali, l-Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali u l-Istrateġija għaċ-Ċibersigurtà, id-Deċennju Diġitali għandu l-għan li jsarraf l-ambizzjoni diġitali tal-UE għall-2030 - li tkun sovrana f’dinja miftuħa u interkonnessa, u li ssegwi politiki diġitali li jagħtu s-setgħa lin-nies u lin-negozji biex jaħtfu ġejjieni ċċentrat fuq il-bniedem, sostenibbli u aktar prosperuż - f’termini konkreti. Il-miri li huma ddefiniti għall-aċċellerazzjoni tal-forniment ta’ teknoloġiji u servizzi diġitali trasversali (ħiliet, konnettività, diġitalizzazzjoni tan-negozju u tas-servizzi pubbliċi) se jikkontribwixxu għar-reazzjoni għall-isfidi identifikati mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (il-konnettività, id-distakk diġitali, l-eliminazzjoni tad-distanza bejn il-livelli lokali u globali). Il-mobilizzazzjoni u t-tisħiħ taċ-Ċentri Ewropej ta’ Innovazzjoni Diġitali huma objettiv ewlieni tad-Deċennju Diġitali. Xi wħud mill-200 ċentru fin-network huma mistennija jiffukaw ukoll fuq is-settur tal-kostruzzjoni, jew fuq il-kreattività u l-arti. Dawn se jiġu mmobilizzati fil-kuntest tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida biex jiġu żviluppati ambjenti u esperjenzi sostenibbli, inklużivi, reali u virtwali.

6.2.Programm Ewropa Diġitali

Il-Programm Ewropa Diġitali li għadu kif ġie stabbilit se jipprovdi finanzjament strateġiku biex jaċċellera l-irkupru ekonomiku u jsawwar it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u tal-ekonomija diġitali, b’mod partikolari permezz tal-iżvilupp u l-użu wiesgħa tat-teknoloġiji diġitali.

B’mod partikolari, il-Programm Ewropa Diġitali se jappoġġa l-approċċ parteċipattiv u l-implimentazzjoni ta’ infrastrutturi għal komunitajiet intelliġenti li se jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-iżvilupp tal-NEB. It-trawwim tat-Tewmin Diġitali Lokali jista’ jrawwem ippjanar urban parteċipattiv għal ambjent ta’ għajxien aktar aħdar u sostenibbli. Id-DEP se jappoġġa wkoll għadd ta’ faċilitajiet tal-ittestjar u tal-esperimentazzjoni bl-IA (TEF) li se jrawmu l-innovazzjoni fost komunitajiet f’saħħithom u intelliġenti oħra.

Bosta inizjattivi diġitali, permezz tal-Ewropa Kreattiva, l-Europeana jew il-programm S+T+ARTS se jgħinu jibnu pontijiet bejn l-innovaturi diġitali u l-“atturi” (artisti, maniġers u żviluppaturi tal-ibliet, settur tas-saħħa) li se jikkontribwixxu għas-suċċess tal-NEB.

6.3.Att dwar il-Governanza tad-Data

F’Novembru 2020, il-Kummissjoni pproponiet Att dwar il-Governanza tad-Data li jistabbilixxi qafas għall-kondiviżjoni tad-data u għall-governanza tal-ispazji tad-data. Dan se jipprovdi qafas legali li jippermetti li niġbru, niddependu fuq u nużaw aktar data għall-kostruzzjoni tal-bini tal-ġejjieni b’rispett akbar lejn l-ambjent u bl-inqas impronta tal-karbonju jew b’waħda żero.

6.4.Pakkett tal-IA

Permezz tal-pakkett tal-IA adottat f'April 2021, il-Kummissjoni tistabbilixxi s-sisien ta’ l-ewwel qafas legali dwar l-intelliġenza artifiċjali fl-UE, kif ukoll nediet pjan koordinat mal-Istati Membri. L-għan tal-pakkett hu li jiggarantixxi s-sikurezza u d-drittijiet fundamentali tal-persuni u tal-kumpaniji, filwaqt li jsaħħaħ l-adozzjoni, l-investiment u l-innovazzjoni tal-IA mal-UE. L-użu tal-IA se jkun komponent ewlieni għall-mudelli ġodda ta' negozju li se jiżviluppaw fi ħdan il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida u bħala sors ta’ soluzzjonijiet diġitali innovattivi għal approċċi personalizzati, filwaqt li jinżamm ekwilibriju ottimali kemm bl-estetika kif ukoll bil-ħidma man-natura u bil-konnessjoni mill-ġdid magħha.

7.Riċerka u Innovazzjoni 

7.1.Orizzont Ewropa 27  

Orizzont Ewropa se jappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika tal-Ewropa abbażi ta’ ktajjen tal-valur industrijali u tas-servizzi Ewropej li jkunu kompetittivi. Tranżizzjoni bħal din teħtieġ sforzi sostanzjali fir-riċerka u l-innovazzjoni interdixxiplinari fl-oqsma tat-teknoloġiji nodfa u tat-tranżizzjonijiet soċjali, hekk kif inhuma promossi mill-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Ir-riċerka u l-innovazzjoni se jiddeterminaw il-ħeffa li biha tista’ sseħħ din it-tranżizzjoni, u dan jaffettwa direttament l-impatti u l-kobenefiċċji, bħal kwalità aħjar tal-arja, żieda fl-impjiegi, inklużjoni soċjali, immaniġġjar sostenibbli tar-riżorsi, u dipendenza mnaqqsa fuq il-fjuwils fossili. Dawn il-miżuri kollha se jkunu ta’ benefiċċju għas-soċjetà u għaċ-ċittadini billi joffru soluzzjonijiet li jindirizzaw l-isfidi ta’ żmienna. Il-kooperazzjoni u l-kreattività – speċjalment dawk xjentifiċi, soċjali u teknoloġiċi – huma l-pedament tal-paċi u l-prosperità għal kulħadd. Ir-riċerka u l-innovazzjoni jista’ jkollhom ukoll rwol fit-tixrid tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida lil hinn mill-UE, permezz tal-Approċċ Globali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 28 , bħal permezz tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-istandards, l-aħjar prattika u ideat ġodda.

L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), permezz tal-Komunitajiet ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KICs) tiegħu, jimplimenta attivitajiet li jlaqqgħu flimkien it-triangolu tal-għarfien tal-edukazzjoni, tar-riċerka u tal-innovazzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Permezz tal-mudell ta’ intervent tiegħu bbażat fuq il-post u l-ekosistema tiegħu ta’ aktar minn 2 000 sieħeb li jinsabu madwar l-UE, l-EIT jinteraġixxi maċ-ċittadini u jqajjem kuxjenza dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, jappoġġa ideat kummerċjali ġodda li jintegraw il-prinċipji tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, u jaċċellera t-tkabbir ta’ negozji ġodda tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida.

7.2.Missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa 29 : 

Biex jgħinu fit-trawwim ta’ riċerka u innovazzjoni ambizzjużi, qalbiena u fit-tul, hemm ħames missjonijiet proposti fil-qafas ta' Orizzont Ewropa. Dawn huma: (1) 100 Belt Newtrali għall-Klima sal-2030 – miċ-ċittadini għaċ-ċittadini; (2) Ewropa Reżiljenti għall-Klima: It-tħejjija tal-Ewropa għal taqlib fil-klima u l-aċċellerazzjoni tat-trasformazzjoni lejn Ewropa ġusta u reżiljenti għall-klima sal-2030; (3) Nibżgħu għall-Ħamrija biex Nibżgħu għall-Ħajja; (4) Missjoni Starfish 2030: Nirrestawraw l-Oċeani u l-Ilmijiet tagħna; u (5). Negħlbu l-Kanċer: Missjoni Possibbli. Dawn il-missjonijiet għandhom l-għan li jipproduċu beni pubbliċi Ewropej fuq skala kbira biex jissolvew sfidi sistemiċi kbar. Bħall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-missjonijiet għandhom l-għan li jispiraw lill-pubbliku u li jispiraw l-immaġinazzjoni tagħhom, li jinvolvu liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati kif ukoll li joħolqu flimkien magħhom, u li jiżviluppaw ideat, prototipi, prodotti u soluzzjonijiet biex jixprunaw it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Lil hinn mit-tnedija tad-dimostraturi fanal tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, il-missjonijiet dwar il-bliet u l-adattament għat-tibdil fil-klima juru potenzjal kbir għall-iżvilupp ta’ sinerġiji ulterjuri mal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Il-missjoni tal-Bliet se tniedi azzjoni speċifika biex jiġu inklużi l-prinċipji u l-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida fl-iżvilupp tal-Kuntratti tal-Bliet Klimatiċi.

8.Dimensjoni Industrijali u intraprenditorjali

8.1.Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa 30

L-industrija u l-intrapriżi huma atturi importanti fit-twassil ta’ infrastruttura, ta’ prodotti u ta’ servizzi li jippermettu u li jikkontribwixxu għat-tnedija ta’ realizzazzjonijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida madwar l-Ewropa u lil hinn minnha.

Il-Kummissjoni Ewropea aġġornat l-istrateġija industrijali tagħha f’Mejju 2021 biex tiżgura li l-ambizzjoni industrijali tagħna tqis ċ-ċirkostanzi l-ġodda wara l-kriżi tal-COVID-19, filwaqt li jiġi żgurat li l-industrija Ewropea tista’ tmexxi t-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, diġitali u reżiljenti. Il-perkorsi ta’ tranżizzjoni għall-14-il ekosistema identifikata se jkunu kruċjali biex jintlaħaq dak l-objettiv. L-ekosistema tal-kostruzzjoni ngħatat prijorità biex twassal riżultati għal dik it-tranżizzjoni, li se tkun ibbażata fuq pjan direzzjonali maħluq b’mod konġunt mal-partijiet ikkonċernati u ma’ setturi differenti tal-Kummissjoni permezz tal-Forum ta’ Livell Għoli dwar il-Kostruzzjoni.

Il-perkors ta’ tranżizzjoni tal-ekosistema tal-kostruzzjoni huwa rilevanti għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, billi jindirizza s-sostenibbiltà biex jgħin biex jitħarsu aħjar in-nies u l-ambjent permezz tat-tħeġġiġ tal-innovazzjoni, ta' persuni b’ħiliet aħjar u tal-iżvilupp ta’ alternattivi sikuri u sostenibbli, jew tas-sostenibbiltà tal-prodotti għall-bini u tat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u tal-prestazzjoni ambjentali tal-assi mibnija. Minbarra l-kostruzzjoni, għall-Bauhaus Ewropea l-Ġdida huma partikolarment rilevanti wkoll l-ekosistemi industrijali “tal-prossimità, l-ekonomija soċjali u s-sigurtà ċivili”, “tal-industriji kulturali u kreattivi”, “tat-turiżmu” jew “tat-tessuti” identifikati skont l-Istrateġija Industrijali. It-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali f’dawn l-ekosistemi, appoġġata minn perkorsi ta’ tranżizzjoni li jmiss, tista’ tikkontribwixxi ħafna biex jiġu avvanzati b’mod konkret il-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, u dan tul ktajjen tal-valur differenti.

(1)

  https://ec.europa.eu/energy/topics/energy-efficiency/energy-efficient-buildings/renovation-wave_mt  

(2)

  https://ec.europa.eu/environment/pdf/circular-economy/new_circular_economy_action_plan.pdf  

(3)

  https://ec.europa.eu/environment/levels_mt  

(4)

COM(2021)400: https://ec.europa.eu/environment/strategy/zero-pollution-action-plan_en  

(5)

  https://ec.europa.eu/environment/nature/ecosystems/strategy/index_en.htm  

(6)

“L-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima”, COM(2021)82 Final

(7)

  https://ec.europa.eu/environment/strategy/biodiversity-strategy-2030_mt  

(8)

  https://ec.europa.eu/food/horizontal-topics/farm-fork-strategy_en

(9)

  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12674-Il-foresti-strategija-gdida-tal-UE_mt  

(10)

  https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12822-Strategija-tal-UE-g%C4%A7al-tessuti-sostenibbli_mt  

(11)

  https://ec.europa.eu/environment/strategy/chemicals-strategy_en

(12)

  https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/research-area/environment/bioeconomy/bioeconomy-strategy_en  

(13)

  https://ec.europa.eu/clima/policies/eu-climate-action/pact_mt  

(14)

https://europa.eu/climate-pact/ambassadors/meet-our-ambassadors_mt  

(15)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020DC0789

(16)

  EUR-Lex - 52018DC0267 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

(17)

  Il-qafas Ewropew għall-azzjoni dwar il-wirt kulturali - L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE (europa.eu)  

(18)

L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025, il-qafas strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni għall-2020-2030, l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ, u l-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030.

(19)

  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=738&langId=en&pubId=8376&furtherPubs=yes  

(20)

  https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/economy-works-people/jobs-growth-and-investment/european-pillar-social-rights_mt  

(21)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/mt/TXT/?uri=CELEX%3A52021DC0142  

(22)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.L_.2021.223.01.0014.01.MLT&toc=OJ%3AL%3A2021%3A223%3ATOC  

(23)

  https://education-for-climate.ec.europa.eu/_en

(24)

  https://ec.europa.eu/education/education-in-the-eu/european-education-area/european-universities-initiative_mt  

(25)

  https://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=1223&langId=mt

(26)

  https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/europes-digital-decade-digital-targets-2030_mt  

(27)

https://op.europa.eu/mt/publication-detail/-/publication/3c6ffd74-8ac3-11eb-b85c-01aa75ed71a1  

(28)

  https://ec.europa.eu/info/files/communication-global-approach-research-and-innovation_en  

(29)

  https://ec.europa.eu/info/research-and-innovation/funding/funding-opportunities/funding-programmes-and-open-calls/horizon-europe/missions-horizon-europe_en  

(30)

  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0102&from=MT