Brussell, 19.4.2021.

COM(2021) 141 final/2

CORRIGENDUM

This document corrects document COM(2021)141 final of 25.03.2021

Concerns all language versions.

It concerns linguistic errors and wrong references in the footnotes.

The text shall read as follows:

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI EMPTY

DWAR PJAN TA' AZZJONI GĦALL-IŻVILUPP TAL-PRODUZZJONI ORGANIKA

{SWD(2021) 65 final}


INTRODUZZJONI U SFOND

ĊIFRI EWLENIN: Iż-żona tal-biedja organika żdiedet bi kważi 66 % fl-aħħar 10 snin; minn 8,3 miljun ettaru fl-2009 għal 13,8-il miljun ettaru fl-2019. Bħalissa hija responsabbli għal 8,5 % tal-“erja agrikola utilizzata” totali tal-UE. Din iż-żieda fl-erja kienet akkumpanjata minn żieda sostanzjali fil-bejgħ bl-imnut. Dan irdoppja fil-valur fl-aħħar deċennju, minn madwar EUR 18-il biljun fl-2010 għal aktar minn EUR 41 biljun fl-2019.

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jinsab fil-qalba tal-aġenda tal-politika tal-Kummissjoni. L-objettiv ewlieni tiegħu huwa Ewropa sostenibbli, b’newtralità klimatika sal-2050, li taġixxi bħala strument tal-investiment u tat-tkabbir 1 .

Il-Patt Ekoloġiku jenfasizza li huwa “fundamentali” li tiġi ġestita t-tranżizzjoni lejn sistema tal-ikel aktar sostenibbli, b’mod partikolari t-tisħiħ tal-isforzi tal-bdiewa biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima, jipproteġu l-ambjent u jippreservaw il-bijodiversità. Il-komunità tal-biedja għandha rwol essenzjali x’taqdi biex jintlaqħu dawn l-objettivi. Il-bdiewa jinsabu minn ta’ quddiem nett f’dawk li huma l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima u t-telfien tal-bijodiversità filwaqt li l-prattiki agrikoli mhux sostenibbli jibqgħu motivatur ewlieni tat-telfien tal-bijodiversità. Il-bdiewa organiċi huma l-pjunieri tal-agrikoltura sostenibbli tal-futur. Iwittu t-triq biex l-agrikoltura ssir aktar ekoloġika u għal tekniki ta’ produzzjoni innovattivi li huma favur l-ambjent, u jippromwovu ċ-ċirkolarità u l-benessri tal-annimali. Il-logo organiku jirrifletti l-impenji tal-bdiewa lejn dawn l-istandards għoljin tal-produzzjoni u l-konsumaturi jkunu assigurati li l-prodott sar skont regoli ta’ sostenibbiltà stretti u speċifiċi ħafna. Punt saħansitra aktar importanti huwa kif il-biedja organika ġġib ħafna aktar natura fl-għelieqi tagħna u tagħmel lill-bdiewa aktar reżiljenti għall-bidliet ekonomiċi kif ukoll għal dawk ikkawżati minn natura u klima dejjem aktar erratiċi.

Din hija r-raġuni għala l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità 2 għall-2030 u l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt 3 - flimkien mal-pjan ta’ azzjoni ta’ tniġġis żero li jmiss dwar l-arja, l-ilma u l-ħamrija – jistabbilixxu azzjonijiet konkreti li jkopru l-katina sħiħa mill-produzzjoni sal-konsum tal-ikel, azzjonijiet li jinkludu wkoll il-kooperazzjoni internazzjonali dwar is-sistemi tal-ikel sostenibbli. Dawn l-istrateġiji għandhom l-għan li jirrikonċiljaw il-produzzjoni tal-ikel mal-ħarsien tal-ambjent filwaqt li jixprunaw l-investiment u l-produzzjoni sostenibbli, objettiv li l-Kummissjoni se tfittex li tippromwovi fil-kuntest tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Barra minn hekk, l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt ħabbret l-inizjattiva tal-UE tas-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola għal din is-sena, li timmira li fil-kuntest tal-patt klimatiku, tippremja lill-bdiewa għall-provvista verifikata tal-irkupru tal-ekosistema, it-tnaqqis tal-emissjonijiet u s-servizzi tas-sekwestru tal-karbonju.

Sadanittant il-pandemija tal-COVID-19 ippreżentat sfida mingħajr preċedent għall-UE. Qed ikollha impatt wiesa’ ħafna fuq l-ekonomija, fuq is-saħħa tan-nies u fuq is-sistemi tal-ikel. Ir-rispons tal-UE jinkludi pjan ta’ rkupru appoġġat mill-Istrument Ewropew għall-Irkupru u l-qafas finanzjarju pluriennali ġdid. Il-fondi ta’ “Next Generation EU” jistgħu jintużaw biex jappoġġaw investimenti fis-settur organiku, dment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet u l-objettivi rilevanti. L-irkupru tal-Ewropa mill-kriżi tal-COVID-19 jipprovdi opportunità bikrija biex il-Patt Ekoloġiku jsir realtà billi jipprovdi pjattaforma wiesgħa għal mudelli ta’ produzzjoni u konsum sostenibbli, inkluż fil-qasam tal-agrikoltura u tal-akkwakultura.

Il-biedja organika għandha rwol ċentrali fil-kisba tal-irkupru tal-Ewropa, li għandu jkun ekoloġiku u diġitali, permezz tat-tisħiħ tal-introjti rurali. Ġeneralment dan jinvolvi ktajjen tal-provvista iqsar u jipprovdi opportunitajiet għall-bdiewa żgħar, imsaħħa bid-dispożizzjonijiet il-ġodda introdotti fir-Regolament 2018/848 dwar il-produzzjoni organika 4 . Dan ir-regolament jimmira li jimmodernizza s-settur u jarmonizza r-regoli, filwaqt li jipprovdi qafas regolatorju stabbli.

Hemm kunsens wiesa’ dwar ir-rwol prinċipali tal-produzzjoni u l-konsum organiku. Il-Kummissjoni, fl-Istrateġiji tagħha għall-Bijodiversità u mill-Għalqa sal-Platt, iddefiniet l-objettiv ta’ “mill-anqas 25 % tal-art agrikola tal-UE użata għal biedja organika u żieda sinifikanti fl-akkwakultura organika sal-2030”. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, il-Parlament Ewropew enfasizza li l-agrikoltura għandha l-potenzjal li tgħin lill-UE tnaqqas l-emissjonijiet tagħha permezz ta’ prattiki sostenibbli, bħall-biedja organika 5 . Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, 6 il-Kunsill enfasizza r-rwol tal-prodotti organiċi f’sistema tal-ikel sostenibbli. Fl-istess ħin, in-nies madwar l-UE japprovaw il-biedja u l-produzzjoni tal-ikel sostenibbli, u s-sensibilizzazzjoni tal-logo organiku tal-UE żdiedet b’mod ċar, kif ikkonfermat mir-rapport speċjali 504 tal-Ewrobarometru 7 .

Din hija r-raġuni għala l-Kummissjoni qed tippreżenta dan il-pjan ta’ azzjoni għall-biedja organika. Huwa jibni fuq il-pjan ta’ azzjoni għall-perjodu 2014-2020, li diġà indirizza wħud mill-problemi identifikati mir-reviżjoni tal-politika organika tal-UE li wasslet għall-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/848 dwar il-biedja organika. It-18-il azzjoni kollha tal-pjan ta’ azzjoni 2014-2020 ġew implimentati bis-sħiħ. Kisbiet mhux regolatorji ewlenin jinkludu l-introduzzjoni taċ-Ċertifikat elettroniku ta’ Spezzjoni (E-CoI) fi TRACES, li tejjeb it-traċċabbiltà u għalhekk anki l-integrità tal-prodotti organiċi, u żied l-informazzjoni dwar l-importazzjonijiet organiċi fl-UE; finanzjament speċifiku għar-riċerka u l-innovazzjoni dwar il-prodotti organiċi fil-Programmi tal-Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni; u l-inklużjoni tal-prodotti organiċi fl-“akkwist pubbliku ekoloġiku”.

Il-pjan ta’ azzjoni l-ġdid (2021-2027) iqis ukoll l-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika li saret bejn Settembru u Novembru 2020, li kkonferma appoġġ b’saħħtu għall-pjan ta’ azzjoni u l-azzjonijiet proposti tiegħu kemm mill-partijiet ikkonċernati kif ukoll mill-pubblika usa’.

Il-projezzjonijiet attwali jipprevedu tkabbir notevoli tas-settur organiku matul dan id-deċennju. Anki jekk inkomplu nagħmlu biss dak li qed nagħmlu bħalissa, is-sehem tal-agrikoltura organika, skont xi sorsi, jenħtieġ li jilħaq bejn il-15 % u t-18 % tal-art agrikola sal-2030 8 . Il-mira ta’ 25 % iżżid l-ambizzjoni tagħna b’mod sinifikanti. Dan il-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan li jħeġġeġ żieda sinifikanti fis-sehem tal-biedja organika fl-UE, billi jħeġġeġ lill-bdiewa biex jaqilbu għall-biedja organika, u biex jespandi l-aċċessibbiltà tal-ikel organiku biex jingħalaq id-distakk bejn il-kurva ta’ tkabbir tal-istatus quo u l-“isforz żejjed” meħtieġ biex tintlaħaq il-mira ta’ 25 % sal-2030.

BENEFIĊĊJI EWLENIN: L-art maħduma b’mod organiku għandha 30 % aktar bijodiversità minn dik maħduma b’mod konvenzjonali. Pereżempju, il-biedja organika hija ta’ benefiċċju għad-dakkara. Il-bdiewa organiċi m’għandhomx permess jużaw fertilizzanti sintetiċi u jistgħu jużaw biss firxa limitata ta’ pestiċidi kimiċi. Barra minn hekk, l-użu ta’ OĠM u ta’ radjazzjoni jonizzanti huwa pprojbit u l-użu tal-antibijotiċi huwa ristrett strettament.

Iċ-ċittadini Ewropej igawdu ikel sikur u tal-aqwa kwalità. Madankollu, għal deċennji, is-sehem tan-nefqa tal-unitajiet domestiċi fuq l-ikel beda jonqos u t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-ikel wassal għall-istaġnar tal-introjti tal-bdiewa. Il-biedja organika tiswa aktar flus billi l-bdiewa organiċi jaħdmu b’mod aktar estensiv u jużaw proċessi u sustanzi naturali, mingħajr ma jużaw prodotti sintetiċi, u r-rendimenti huma aktar baxxi. Iżda l-bdiewa organiċi spiss igawdu introjti aħjar minħabba li l-prodotti organiċi normalment jinbiegħu bi prezzijiet ogħla minn dawk konvenzjonali, filwaqt li l-konsumaturi japprezzaw il-kontribut tal-biedja organika għall-ambjent.

Bl-integrazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-ikliet tal-iskola u fil-canteens tal-postijiet tax-xogħol permezz tal-akkwist pubbliku, fis-settur tal-ospitalità permezz ta’ inċentivi u viżibbiltà, fis-supermarkets permezz ta’ kampanji ta’ promozzjoni, u fit-tisjir tad-dar kuljum, aktar ikel organiku jsir aċċessibbli għal aktar ċittadini Ewropej. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-ikel organiku biex jgħinu jżidu l-aċċess għall-ikel organiku għall-familji bi dħul baxx. Il-pjan ta’ azzjoni għandu l-għan ukoll li jappoġġa lill-bdiewa biex jaqilbu għall-produzzjoni organika, billi jagħti spinta lill-opportunitajiet ta’ edukazzjoni u taħriġ, u billi jappoġġa s-suq għall-prodotti organiċi u b’mod parallel jidentifika l-inċentivi rilevanti.

Il-biedja organika jenħtieġ li tkun mudell li jiġi segwit. Din mhijiex l-unika sistema ta’ biedja sostenibbli iżda sakemm is-sekwestru tal-karbonju f’art agrikola jiġi introdott b’mod sħiħ, hija l-unika sistema li ġiet rikonoxxuta minn metodu ta’ ċertifikazzjoni robust. Hekk, dan għandu jagħti l-eżempju u jwassal għal prattiki agrikoli aktar sostenibbli, użu aħjar tar-riżorsi rinnovabbli, standards ogħla tal-benessri tal-annimali, u introjtu ogħla għall-bdiewa. Il-biedja organika tista’ wkoll tagħti spinta lis-sostenibbiltà soċjali b’diversi modi u tappoġġa l-iżvilupp taż-żoni rurali, f’konformità mal-viżjoni fit-tul li ġejja għaż-żoni rurali, kif ukoll dik taż-żoni kostali. Dan jista’ jipprovdi possibbiltajiet għall-bdiewa żgħażagħ u jgħin biex jitrawwem aċċess ugwali u dħul ugwali bejn in-nisa u l-irġiel fis-settur 9 . Studji 10 juru li l-biedja organika toffri lin-nisa intraprendituri tal-biedja punt ta’ dħul aktar faċli mis-settur konvenzjonali. Il-biedja organika għandha tispira l-biedja konvenzjonali u twitti t-triq.

F’Diċembru 2020, il-Kummissjoni ppubblikat rakkomandazzjonijiet 11 lill-Istati Membri dwar il-pjanijiet strateġiċi futuri tal-PAK tagħhom. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-agrikoltura Ewropa u taż-żoni rurali, billi jiffukaw fuq il-miri tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, inkluż il-mira ta’ 25 % tal-art agrikola taħt biedja organika sal-2030. Għalhekk, l-Istati Membri huma mistiedna jistabbilixxu valuri nazzjonali fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom għal dawn il-miri tal-Patt Ekoloġiku. Abbażi tal-medji u x-xejriet Ewropej, l-Istati Membri jenħtieġ li jiffukaw fuq iż-żieda tal-erja organika billi jiddefinixxu l-perċentwali fil-mira jew iħeġġu xejriet pożittivi. Meta jabbozzaw il-pjanijiet strateġiċi nazzjonali tal-PAK tagħhom, l-Istati Membri se jintalbu jwieġbu għar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fuq.

Peress li l-firxa tal-produzzjoni u l-konsum organiċi tvarja b’mod sinifikanti bejn l-Istati Membri — is-sehem tal-art agrikola taħt il-biedja organika jvarja minn livell baxx ta’ 0.5 % għal livell għoli ta’ aktar minn 25 % — huwa kruċjali għal kull Stat Membru li jiżviluppa malajr kemm jista’ jkun l-istrateġija nazzjonali tiegħu stess dwar il-biedja organika, abbażi ta’ analiżi komprensiva tas-settur u b’azzjonijiet, inċentivi, skadenzi ċari u objettivi nazzjonali relatati. L-Istati Membri kollha jenħtieġ li jispjegaw kif beħsiebhom jikkontribwixxu għall-mira mal-UE kollha billi jistabbilixxu valur nazzjonali għas-sehem tal-erja taħt biedja organika sal-2030, filwaqt li jżommu f’moħħhom il-punti ta’ tluq differenti tagħhom. Sabiex jiżguraw is-suċċess tal-pjanijiet ta’ azzjoni organika nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jibnu kapaċità xierqa biex jimplimentawhom. Il-Kummissjoni se timmonitorja l-progress tal-Istati Membri lejn il-miri nazzjonali tagħhom, li jagħti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-opportunità li jiddiskutu l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet proposti, u jipprovdu l-gwida dwar l-aġġustamenti meħtieġa u rilevanti.

Fir-rigward tal-akkwakultura, il-Linji Gwida Strateġiċi l-ġodda għall-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura tal-UE li l-Kummissjoni se tadotta ffir-rebbiegħa tal-2021, se jippromwovu aktar l-akkwakultura organika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE biex jinkludu ż-żieda tal-akkwakultura organika fost l-objettivi tal-Pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali Pluriennali għall-akkwakultura riveduti tagħhom. Minbarra dan, id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar il-perspettiva tal-baċiri tal-baħar biex jiggwida l-ipprogrammar tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) jistipula 12 li l-FEMS (li ’l quddiem se jsir il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura FEMSA) għandu jintuża għall-promozzjoni ta’ prattiki tal-akkwakultura sostenibbli bħall-produzzjoni organika.

Il-pjan ta’ azzjoni huwa organizzat tul tliet assi li jakkomodaw l-istruttura tal-katina tal-provvista tal-ikel (il-produzzjoni, l-ipproċessar, u l-bejjiegħa bl-imnut u l-konsumaturi). Sabiex jiġu appoġġati l-iżviluppi pożittivi fis-settur organiku u jinżamm suq ibbilanċjat u profittabbli għall-operaturi tas-suq, huwa kruċjali li tingħata spinta lid-domanda globali għall-prodotti organiċi. Konsum tal-prodotti organiċi dejjem jikber huwa vitali biex il-bdiewa jiġu mħeġġa jaqilbu għall-prodotti organiċi (Assi 1). Hemm bżonn ukoll ta’ inċentivi ulterjuri għall-produzzjoni biex tintlaħaq il-mira ta’ 25 % tal-erja agrikola utilizzata taħt prattiki organiċi u żieda sinifikanti fl-akkwakultura organika sal-2030 (Assi 2). Fl-aħħar nett, hemm bżonn li jittejjeb aktar il-kontribut tas-settur organiku għall-isfidi tas-sostenibbiltà u ambjentali (Assi 3). Minbarra li jkompli xi wħud mill-azzjonijiet ta’ suċċess eżistenti, dan il-pjan ta’ azzjoni jippreżenta wkoll għadd ta’ azzjonijiet ġodda, u jimmobilizza sorsi ta’ finanzjament differenti.

Il-Kummissjoni beħsiebha wkoll iżżid is-sehem tar-riċerka u l-innovazzjoni (R&I) u tiddedika mill-inqas 30 % tal-baġit għall-azzjonijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tal-agrikoltura, tal-forestrija u taż-żoni rurali 13 fir-rigward ta’ suġġetti speċifiċi jew rilevanti għas-settur organiku. Ir-riċerka, fost l-oħrajn, għandha tkopri l-imġiba dejjem tinbidel tal-bdiewa u tal-konsumaturi, iż-żieda fir-rendimenti tal-għelejjel, il-bijodiversità ġenetika u l-alternattivi għal prodotti kontenzjużi. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-koordinazzjoni tal-programmi nazzjonali tar-R&I tal-ikel organiku u se tipprovdi opportunitajiet ġodda, permezz tal-missjoni Orizzont Ewropa fil-qasam tas-saħħa tal-ħamrija u l-ikel, u permezz ta’ sħubijiet, b’mod partikolari dawk dwar l-agroekoloġija u s-sistemi tal-ikel. It-tixrid tar-riżultati tar-R&I se jiġi mrawwem permezz tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni AGRI u s-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS) biex tiġi promossa żieda ġenerali tal-prodotti organiċi fl-Istati Membri kollha.

L-istituzzjonijiet kollha tal-UE, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jeħtieġ li jinvolvu ruħhom bis-sħiħ fl-iżvilupp tal-miżuri neċessarji biex tinkiseb il-mira prevalenti tal-pjan ta’ azzjoni: li jiġu pprovduti raġunijiet sodi għall-futur tas-settur.

ASSI 1. IKEL U PRODOTTI ORGANIĊI GĦAL KULĦADD: NISTIMULAW ID-DOMANDA U NIŻGURAW IL-FIDUĊJA TAL-KONSUMATUR

ĊIFRI PRINĊIPALI

Filwaqt li kull Ewropew bħala medja jonfoq madwar EUR 84 fis-sena fuq prodotti organiċi 14 , il-konsum annwali per capita ta’ prodotti organiċi jvarja b’mod sostanzjali bejn l-Istati Membri, u jvarja minn EUR 344 għal EUR 1. Minbarra d-differenzi fil-kapaċità tal-akkwist, dan huwa minħabba suq li għadu qed jiżviluppa f’ċerti reġjuni, nuqqas ta’ ktajjen ta’ provvista xierqa f’ħafna żoni, u għarfien tal-konsumatur insuffiċjenti tal-logo u tal-benefiċċji tal-produzzjoni organika. Filwaqt li l-produzzjoni tal-akkwakultura organika huwa relattivament settur ġdid, dan għandu potenzjal sinifikanti għat-tkabbir.

It-tkabbir mixtieq fl-erja ta’ biedja organika mhux se jimmaterjalizza ruħu mingħajr żieda fid-domanda għall-prodotti organiċi. Filwaqt li huwa komprensiv, dan il-pjan ta’ azzjoni qabel kollox jenfasizza l-effett ta’ attrazzjoni u jimmira li jagħti spinta lill-konsum tal-prodotti tal-ikel organiku madwar l-UE. Iċ-ċittadini qegħdin dejjem aktar japprezzaw ikel prodott b’benefiċċji usa’ għas-soċjetà, bħall-prodotti organiċi, prodotti b’indikazzjonijiet ġeografiċi, sistemi tal-produzzjoni tal-ikel lokalizzati b’anqas marki tal-karbonju, u soluzzjonijiet innovattivi tal-ikel b’livelli baxxi ta’ emissjonijiet 15 .

Il-miżuri proposti f’dan l-assi jiffukaw fuq l-istimolu tad-domanda għall-prodotti organiċi permezz taż-żieda ta’ sensibilizzazzjoni tal-benefiċċji tagħhom u l-fiduċja tal-konsumatur fil-logo organiku. L-Istati Membri nfushom jistgħu wkoll jistimulaw il-konsum tal-prodotti organiċi. Xi għodod huma fil-livell tal-Istati Membri. Pereżempju, l-Istati Membri jistgħu jbaxxu r-rati tal-VAT għall-frott u l-ħxejjex organiċi. Il-promozzjoni tal-ikel organiku se tagħti l-inċentiv lill-bdiewa biex jaqilbu għall-produzzjoni organika, li mbagħad iżidu u jiddiversifikaw il-provvista biex jilħqu din id-domanda ogħla tal-konsumaturi.

1.1. Il-promozzjoni tal-biedja organika u l-logo tal-UE

Filwaqt li l-logo organiku tal-UE huwa l-aktar wieħed rikonoxxut fost il-logos ta’ kwalità Ewropej, għad hemm lok għal żieda ulterjuri fil-livell tar-rikonoxximent tiegħu. L-aħħar Ewrobarometru dwar dan is-suġġett 16 , li ġie ppubblikat f’Ottubru 2020, juri li 56 % tal-konsumaturi fl-UE jirrikonoxxu l-logo organiku tal-UE. Din hija żieda sostanzjali meta mqabbla ma’ snin preċedenti. Madanakollu, għad hemm differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri hekk kif il-valuri tal-Istati Membri jvarjaw bejn 30 % u 74 %.

Fil-kuntest tal-politika tal-UE dwar il-promozzjoni agrikola, il-Kummissjoni diġà qed tippromwovi b'mod attiv il-prodotti organiċi, u se tkompli tagħmel dan fil-futur ukoll. Għall-2021, is-sehem globali tal-baġit għall-promozzjoni agrikola allokat għall-prodotti organiċi huwa ta’ 27 %, li jammonta għal EUR 49 miljun.

Azzjoni 1: Fir-rigward tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-Kummissjoni:

·mill-2021, se tiffoka aktar fuq il-prodotti organiċi fost it-temi koperti mis-sejħa annwali għall-proposti dwar il-miżuri ta’ informazzjoni dwar il-PAK;

·mill-2022, se tiġbor data b’mod kontinwu dwar il-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-biedja organika u tagħti informazzjoni liċ-ċittadini, inklużi l-bdiewa, dwar dawn il-benefiċċji billi jtejjeb l-użu tal-midja soċjali;

·mill-2022, tkejjel l-għarfien tal-konsumaturi dwar il-logo organiku tal-UE biex jiġi mmonitorjat il-progress mill-Ewrobarometru tal-2020. Tkompli twettaq stħarriġiet tal-Ewrobarometru bħala għodda siewja biex titkejjel l-effettività tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-logo organiku; kif ukoll 

·tidentifika l-avvenimenti ewlenin li jinfurmaw dwar il-prodotti organiċi 17 , b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn id-domanda hija taħt il-livell medju tal-UE, f’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u korpi oħra bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.

Azzjoni 2: Fir-rigward tal-promozzjoni, il-Kummissjoni se tkompli tiżgura baġit ambizzjuż fil-politika dwar il-promozzjoni tal-UE biex tagħti spinta lill-konsum tal-prodotti organiċi li huma allinjati mal-ambizzjoni, mal-politika u mal-azzjonijiet tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. Mill-2021, il-Kummissjoni se:

·talloka baġit imtejjeb fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma annwali tal-politika dwar il-promozzjoni agrikola, bl-għan li żżid l-għarfien tal-konsumatur dwar il-prodotti organiċi u tistimula d-domanda għalihom;

·tintensifika l-promozzjoni tal-prodotti organiċi tal-UE fi swieq tat-tkabbir immirati lejn pajjiżi terzi, pereżempju permezz tal-parteċipazzjoni f’fieri f’kooperazzjoni mal-Istati Membri;

·tqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni għall-produtturi organiċi tal-UE, biex jieħdu vantaġġ min-netwerk tagħna ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles u ftehimiet ta’ ekwivalenza; kif ukoll

·tistimula l-viżibbiltà tas-settur permezz ta’ premjijiet li jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-katina tal-ikel organiku fl-UE.

1.2. Il-promozzjoni tal-canteens organiċi u ż-żieda fl-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku

Il-bliet, l-irħula u r-reġjuni lkoll għandhom rwol dejjem aktar importanti fil-promozzjoni tal-produzzjoni organika. Pereżempju, l-iżvilupp ta’ canteens li jiffavorixxu l-ikel organiku, kif ukoll l-offerta ta’ vouchers tal-ikel organiku lil nies vulnerabbli jistgħu jipprovdu opportunitajiet sinifikanti għal żieda fil-konsum u fil-produzzjoni organika. In-networks eżistenti jenħtieġ li jiġu mħeġġin iwessgħu n-numru ta’ bliet u rħula involuti fl-istrateġiji nazzjonali jew lokali li jippromwovu l-ikel organiku fil-canteens.

ĊIFRI PRINĊIPALI

Copenhagen hija l-ewwel belt fejn 100 % tal-ikel servut fil-canteens pubbliċi huwa organiku u ġej minn madwar 25 000 ettaru ta’ art agrikola organika prinċipalment madwar il-belt. Vjenna għandha network ta’ ġonna urbani organiċi ta’ madwar 860 ettaru li jforni wkoll il-canteens pubbliċi, b’mod partikolari l-iskejjel preprimarji. Ruma sservi madwar miljun ikla organika kuljum lill-canteens pubbliċi.

Bidla lejn il-prodotti organiċi tiskatta benefiċċji potenzjali għall-attivitajiet tal-akkwakultura u agrikoli periurbani, l-iżvilupp ta’ ktajjen ta’ provvista lokali u l-iskambji tal-aħjar prattiki, pereżempju bejn il-canteens pubbliċi u r-ristoranti. Fl-istess ħin, il-provvista ta’ prodotti organiċi f’canteens tagħmel dawn il-prodotti aċċessibbli għal firxa usa’ ta’ konsumaturi.

L-akkwist pubbliku ekoloġiku (APE) joffri potenzjal biex il-biedja organika tingħata spinta. Fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-proċeduri ta’ akkwist, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-azjendi agrikoli żgħar, lill-mikrointrapriżi u lill-SMEs. F’Ottubru 2019, il-Kummissjoni ħarġet kriterji ġodda għall-APE tal-UE għall-ikel, is-servizzi tal-catering u d-distributuri awtomatiċi 18 . Madankollu, għad hemm nuqqas ta’ għarfien fost l-amministrazzjonijiet pubbliċi, b’mod partikolari dawk lokali, dwar il-possibbiltajiet offruti mill-APE fl-organizzazzjoni tal-akkwisti pubbliċi. Fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, il-Kummissjoni timpenja ruħha li tiddetermina l-aħjar mod kif jiġu stabbiliti kriterji obbligatorji minimi għall-akkwist sostenibbli tal-ikel biex jiġu promossi dieti sani u sostenibbli, inklużi prodotti organiċi, fl-iskejjel u fl-istituzzjonijiet pubbliċi, li għandhom ikunu l-bażi għal kwalunkwe azzjoni futura tal-Kummissjoni f’dan il-qasam.

Azzjoni 3: Sabiex tistimula użu akbar tal-prodotti organiċi fil-canteens pubbliċi, il-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri se:

·tagħti spinta lill-għarfien tal-kriterji għall-APE maħruġa fl-2019, tal-ħidma dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Ikel għas-Saħħa, u tal-Azzjoni Konġunta Best-REMAP 19 ;

·tintegra l-prodotti organiċi fil-kriterji mandatorji minimi għall-akkwist pubbliku tal-ikel sostenibbli li għandhom jiġu żviluppati bħala parti mill-qafas leġiżlattiv għas-sistemi tal-ikel sostenibbli sal-2023;

·tanalizza s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-APE tal-UE. Il-Kummissjoni se tuża l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-biedja organika biex timmonitorja l-applikazzjoni tal-APE u titlob lill-Istati Membri jżidu l-użu tal-APE mill-awtoritajiet pubbliċi. Se tistieden ukoll lill-Istati Membri jiffissaw miri nazzjonali ambizzjużi għall-prodotti organiċi fl-APE; kif ukoll

·f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-Patt tas-Sindki, tħejji avvenimenti speċifiċi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli mill-catering pubbliku, biex tqajjem kuxjenza dwar l-APE tal-UE billi torbot dawn l-inizjattivi mal-Patt Klimatiku Ewropew, mill-2022.

1.3. Ir-rinfurzar tal-iskemi tal-iskejjel organiċi

L-iskema tal-iskejjel tal-UE tappoġġa d-distribuzzjoni ta’ frott, ħxejjex, ħalib u prodotti tal-ħalib għat-tfal, flimkien ma’ attivitajiet edukattivi, bl-għan li tgħaqqad mill-ġdid lit-tfal mal-agrikoltura u tgħallem drawwiet tal-ikel sani, u għalhekk tħeġġeġ dieta tajba għas-saħħa u ssostni konsum fil-qosor u fit-tul tal-prodotti taħt l-iskema.

F’konformità mal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lid-distribuzzjoni tal-prodotti organiċi taħt l-iskema tal-iskejjel tal-UE, permezz tal-kriterji tal-għażla u għall-għoti fi proċeduri ta’ akkwist u/jew kundizzjonijiet aktar favorevoli. Il-Kummissjoni se tirrifletti dawn il-prinċipji fir-reviżjoni tal-iskemi tal-iskejjel. Bħalissa, diversi pajjiżi ma jagħtux prijorità lill-prodotti organiċi, l-aktar minħabba li spiss ikunu aktar għaljin minn dawk mhux organiċi, li jista’ jiġi mmitigat billi l-Istati Membri jieħdu miżuri tat-taxxa bħat-tneħħija ta’ rati mnaqqsa fuq il-pestiċidi bħala inputs agrikoli.

Azzjoni 4: Bħala parti mir-rieżami tal-qafas tal-iskemi tal-iskejjel tal-UE ppjanata għall-2023 fl-ambitu tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, u f’konformità mal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, il-Kummissjoni se:

·tikkollabora mal-Istati Membri biex tidentifika modi kif tkompli żżid id-distribuzzjoni tal-prodotti organiċi fl-iskemi tal-iskejjel. Il-Kummissjoni se tappella lill-Istati Membri biex dan is-sehem ikomplu jżiduh, u dawk li għadhom lura se jkollhom bżonn jagħmlu sforzi akbar; kif ukoll

·twettaq studju dwar il-prezz reali tal-ikel, inkluż ir-rwol tat-tassazzjoni, bil-ħsieb li jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet.

 

1.4. Il-prevenzjoni tal-frodi alimentari u t-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumatur

Is-suċċess tal-prodotti organiċi f’termini tal-iżvilupp tas-suq u l-preferenza tal-konsumatur jiddependi mill-fiduċja tal-konsumatur fil-logo organiku tal-UE u s-sistema ta’ kontroll tiegħu. L-imġiba frawdolenti u l-ksur intenzjonali tar-regoli organiċi jistgħu jagħmlu ħsara lill-fiduċja tal-konsumatur fil-prodotti organiċi.

Il-kooperazzjoni bejn l-uffiċjali b’għarfien fil-katina agroalimentari, il-pulizija u l-uffiċjali doganali b’setgħat investigattivi, l-imħallfin u l-amministrazzjonijiet tal-prosekuturi hija importanti ħafna fil-livell nazzjonali u fil-livell tal-UE sabiex tiġi evitata u miġġielda l-frodi fil-prodotti organiċi. Dan japplika wkoll għat-tisħiħ u l-ottimizzazzjoni tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda.

Azzjoni 5: Mill-2021, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-prattiki frawdolenti u b’mod partikolari:

·tiżgura superviżjoni robusta tas-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi; iżżid il-kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi bħala ekwivalenti, billi fost l-oħrajn tiddependi mill-mezzi u r-riżultati tal-awditi preċedenti tagħhom;

·tassisti lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika ta’ prevenzjoni tal-frodi organika, permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma għall-kondiviżjoni tat-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki;

·tikkoopera man-Network tal-UE tal-Frodi Alimentari u mal-Europol fl-analiżi tas-settur għall-prevenzjoni tal-frodi u fil-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet; iżżid il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-korpi tal-infurzar tal-liġi fil-pajjiżi terzi sabiex tiskambja informazzjoni dwar il-kummerċ u l-frodi organiċi;

·tappoġġa lill-Istati Membri bi gwida dwar il-kontroll rinforzat tal-importazzjonijiet fil-fruntiera;

·tippromwovi miżuri aktar b’saħħithom biex tindirizza l-prattiki frawdolenti permezz tal-katalgi ta’ sanzjonijiet;

·timplimenta miżuri biex tinforma lill-konsumaturi u/jew tirtira mis-suq prodotti meta tkun ġiet identifikata frodi; kif ukoll

·tiżviluppa sistemi ta’ twissija bikrija, bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali għall-estrazzjoni tad-data fl-UE (eż. is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali — IMSOC 20 ) u l-bażijiet tad-data tal-Istati Membri.

1.5. It-titjib tat-traċċabbiltà

Ir-reputazzjoni tas-settur organiku tiddependi mill-kapaċità ta’ traċċar tal-prodotti mill-platt sal-għalqa. Sabiex jissaħħu t-traċċabbiltà u t-trasparenza, huwa importanti li tingħata ħarsa ġenerali lejn l-operaturi involuti fil-produzzjoni, fid-distribuzzjoni u fil-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti organiċi fl-UE. Il-korpi ta’ kontroll huma diġà meħtieġa jippubblikaw iċ-ċertifikati tal-operaturi organiċi fuq is-sit web tagħhom, iżda din l-informazzjoni għadha mhijiex iċċentralizzata fuq sit web pan-UE wieħed.

Azzjoni 6: Mill-2021, il-Kummissjoni se:

·tiżviluppa bażi tad-data ta’ ċertifikati tal-operaturi kollha tal-UE, u aktar tard anki tal-operaturi rilevanti minn pajjiżi terzi, li tibni fuq l-analiżi li diġà nbdiet taħt il-pjan ta’ azzjoni tal-2014, u bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 21 ;

·tippromwovi r-reġistrazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ kontroll u l-iffirmar taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni fi TRACES b’mod diġitali. Dan il-proċess mingħajr karti se jnaqqas il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti; kif ukoll

·tikkoordina eżerċizzji ta’ traċċabbiltà regolari dwar il-prodotti organiċi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, mal-korpi ta’ kontroll tagħhom u mal-pajjiżi terzi, speċjalment f’każijiet ta’ suspett ta’ frodi alimentari.

It-teknoloġiji diġitali jistgħu jgħinu fit-tikkettar, it-traċċar, il-lokalizzazzjoni u l-kondiviżjoni ta’ data relatata mal-prodotti u l-Kummissjoni qed taħdem fuq soluzzjonijiet bħall-passaporti diġitali. Is-settur organiku jista’ jibbenefika mill-użu ta’ teknoloġiji ġodda, b’mod partikolari minħabba li huwa kkaratterizzat minn ktajjen tal-valur dejjem aktar kumplessi u minn ħtieġa ta’ trasparenza. L-intelliġenza artifiċjali, il-blockchain u teknoloġiji simili jistgħu jgħinu biex tissaħħaħ iċ-ċertifikazzjoni organika, b’mod partikolari billi jiżguraw it-trasparenza tul il-katina ta’ provvista u t-traċċabbiltà tal-prodotti li jikkontribwixxu għall-fiduċja tal-konsumatur.

Azzjoni 7: Mill-2021, il-Kummissjoni se:

·tivvaluta sa liema punt it-traċċabbiltà ta’ prodotti organiċi tista’ tibbenefika minn blockchain jew teknoloġiji diġitali oħra, f’sinerġija mal-ħidma fuq il-passaporti tal-prodotti diġitali, u fit-tieni pass, tipprevedi proġett pilota mal-partijiet ikkonċernati. Dawn il-passi se jiġu ssupplimentati minn azzjonijiet fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa dwar l-użu ta’ teknoloġiji tal-blockchain fis-settur agroalimentari kif ukoll azzjonijiet oħra mmirati tar-riċerka u l-innovazzjoni bl-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet għat-traċċar tal-ikel organiku.

1.6. Il-kontribut tas-settur privat

Il-bejjiegħa bl-imnut, is-servizzi tal-catering, ir-ristoranti u s-servizzi ta’ kunsinna jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-prodotti tal-ikel organiċi. Pereżempju, jistgħu jiżguraw offerta suffiċjenti u affordabbli ta’ prodotti organiċi fil-ħwienet tal-ikel, fis-supermarkets u fil-ħwienet online, u ta’ menus organiċi fir-ristoranti u fis-servizzi tal-catering. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jiġu kkombinati ma’ spjegazzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali tal-produzzjoni organika.

Barra minn hekk, is-settur privat jista’ jkollu rwol importanti fil-promozzjoni tal-ikel organiku, inkluż billi jinforma lill-impjegati tiegħu dwar il-benefiċċji tal-biedja organika (eż. l-użu ta’ materjal ta’ komunikazzjoni li jsir disponibbli mill-UE), joffri prodotti organiċi fil-canteens tiegħu, u jippremja lill-impjegati tiegħu b’“ċekkijiet bijoloġiċi” li jkunu jistgħu jużaw biex jixtru prodotti tal-biedja organika.

Azzjoni 8: Bl-objettiv li jiġi rinforzat ir-rwol tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tas-servizzi tal-catering, tar-ristoranti u ta’ negozji oħra, fl-2021, il-Kummissjoni se:

·timmira li tikseb impenji ċari mill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jappoġġaw u jżidu d-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti organiċi, fil-kuntest tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal prattiki kummerċjali u ta’ kummerċjalizzazzjoni responsabbli, u jxerrdu l-aħjar prattiki fi pjattaformi rilevanti bħall-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari; kif ukoll

·tistabbilixxi sħubijiet ma’ negozji li huma lesti jippromwovu l-użu ta’ prodotti organiċi bħala parti mill-politika korporattiva tagħhom dwar is-sostenibbiltà. Dawn il-miżuri se jiġu diskussi aktar fil-pjattaforma għan-Negozju u l-Bijodiversità 22 .

ASSI 2. LEJN L-2030: L-ISTIMOLU TAL-KONVERŻJONI U R-RINFURZAR TAL-KATINA TAL-VALUR KOLLHA

Kif issemma hawn fuq, il-medja ta’ 8,5 % tal-UE taħbi differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri fir-rigward tas-sehem tal-art agrikola ddedikata għall-biedja organika: minn livell baxx ta’ 0,5 % għal livell għoli ta’ aktar minn 25 %. L-istess japplika għall-produzzjoni tal-akkwakultura organika, li qed tiżdied b’mod sinifikanti f’xi Stati Membri, filwaqt li oħrajn għadhom fl-istadji bikrija ta’ dan il-metodu ta’ produzzjoni 23 .

Dawn id-differenzi bejn l-Istati Membri huma parzjalment minħabba l-fatt li f’xi wħud minnhom ma hemmx strutturi adegwati. It-tqegħid ta’ strutturi adegwati jippermetti l-mogħdija xierqa tal-produzzjoni organika fil-ktajjen ta’ provvista, li mbagħad jippermetti lill-bdiewa jibbenefikaw b’mod sħiħ mill-valur miżjud tal-produzzjoni organika. Il-pjan ta’ azzjoni jenħtieġ li jixpruna l-użu tal-produzzjoni organika, b’mod partikolari f’dawk l-Istati Membri fejn is-sehem huwa aktar baxx mill-medja tal-UE. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri diġà ddefinew il-miri nazzjonali fir-rigward tal-erja agrikola li tintuża għall-produzzjoni organika, u fil-biċċa l-kbira tal-każijiet bħala sehem tal-erja agrikola utilizzata.

B’mod parallel, il-PAK tibqa’ għodda ewlenija għall-appoġġ tal-konverżjoni. Bħalissa madwar 1,8 % tal-PAK jintużaw għall-appoġġ tal-biedja organika. Il-PAK futura se tinkludi ekoskemi li se jiġu appoġġati minn baġit ta’ EUR 38-58 biljun għall-perjodu 2023-2027, skont l-eżitu tan-negozjati 24 . L-ekoskemi jistgħu jintużaw biex tingħata spinta lill-biedja organika. Il-FEMSA se jkompli jipprovdi appoġġ għall-konverżjoni għall-akkwakultura organika.

1.

2.

2.1. L-inkoraġġiment tal-konverżjoni, tal-investiment u tal-iskambju tal-aħjar prattiki

Bil-programmi għall-iżvilupp rurali tal-PAK sar disponibbli appoġġ finanzjarju biex il-bdiewa jaqilbu l-azjendi tagħhom għall-produzzjoni organika u biex imantnuhom. Dan l-appoġġ wera li huwa fundamentali biex il-bdiewa jiġu inċentivati jikkonvertu għall-biedja organika. Huwa fattur ewlieni fiż-żieda tal-erja agrikola li tintuża għall-produzzjoni organika. Għall-PAK futura, l-Istati Membri se jkollhom il-flessibbiltà li jappoġġaw lill-operaturi organiċi b’mod strutturat fl-ambitu tal-fondi għall-iżvilupp rurali kif ukoll bl-ekoskemi ta’ appoġġ dirett għall-introjtu mmirati. Il-baġit għall-miżuri ta’ appoġġ għall-konverżjoni lejn il-produzzjoni organika u l-manutenzjoni tagħha kif ukoll dak għall-appoġġ għall-investiment fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK jenħtieġ li jallinja mal-ambizzjoni nazzjonali li tiżdied il-produzzjoni organika.

Il-biedja organika tipprovdi kontribut siewi għall-objettivi speċifiċi tal-PAK u tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), b’mod partikolari “tiżgura dħul ġust għall-bdiewa”, “tibbilanċja mill-ġdid il-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina tal-valur”, “tiżgura żvilupp sostenibbli u ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali”, “tipproteġi s-servizzi tal-ekosistema tal-bijodiversità u l-ħabitat u l-pajsaġġi” u “ttejjeb ir-rispons tal-agrikoltura u l-akkwakultura tal-UE għad-domandi tas-soċjetà dwar l-ikel u s-saħħa, kif ukoll il-benessri tal-annimali”.

Il-biedja organika hija indirizzata b’mod speċifiku fir-rakkomandazzjonijiet li saru lill-Istati Membri dwar id-disa’ objettivi speċifiċi tal-PAK. F’dawn ir-rakkomandazzjonijiet, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Istati Membri jistabbilixxu valuri nazzjonali espliċiti għall-mira taż-żona organika, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni speċifika tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Il-Kummissjoni se trawwem assistenza teknika għall-bdiewa mal-UE kollha wara l-PAK tal-2020 biex tħeġġeġ l-użu tal-biedja organika. L-appoġġ għall-akkwakultura se jingħata permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għall-2021-2027.

L-iżvilupp tas-settur organiku jeħtieġ ukoll titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol agroalimentari. Il-Patt Ewropew għall-Ħiliet jipprovdi opportunitajiet għal sħubijiet tal-ħiliet fuq skala kbira f’ekosistemi industrijali bħal dak agroalimentari u għandu jiġi mobilizzat bis-sħiħ biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f’din il-Komunikazzjoni.

Azzjoni 9: Fil-qafas tal-PAK il-ġdida u tal-PKS, il-Kummissjoni se:

·mill-2023, tivvaluta ċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri rigward it-tkabbir tas-settur organiku, u tiżgura li l-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-possibbiltajiet offruti mill-PAK il-ġdida biex jappoġġaw is-settur organiku nazzjonali tagħhom. Dan l-appoġġ se jinkludi assistenza teknika, l-iskambju tal-aħjar prattiki u innovazzjonijiet fil-produzzjoni organika, u l-użu sħiħ tal-istrumenti rilevanti tal-PAK bħall-ekoskemi u l-impenji għall-ġestjoni ambjentali tal-iżvilupp rurali, li jinkludu l-biedja organika. Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli dwar suġġetti speċifiċi se jiġu msaħħa, b’mod partikolari bħala parti mis-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), għall-promozzjoni tal-iskambju ta’ għarfien rilevanti;

·mill-2022, tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki (kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ, korsijiet, materjali, eċċ.) fil-livell tal-UE u dak nazzjonali li jippermettu lill-fornituri tal-edukazzjoni (eż. skejjel tekniċi, universitajiet) jiżviluppaw korsijiet dwar il-biedja organika bħala parti mill-kurrikulu ġenerali u jippreżentaw soluzzjonijiet innovattivi mmirati lejn is-settur organiku (il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-bejgħ bl-imnut u l-konsum). Se jiġu stabbiliti networks tal-azjendi agrikoli ta’ dimostrazzjoni tal-UE dwar suġġetti speċifiċi għall-promozzjoni ta’ approċċ parteċipatorju (tixrid). L-aħjar prattiki u sinerġiji mal-proġetti tal-EIP-AGRI se jiġu promossi permezz tan-network futur tal-PAK; kif ukoll

·tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu ż-żieda tal-akkwakultura organika fil-pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali Pluriennali tagħhom għall-akkwakultura, u biex jagħmlu l-aħjar użu mill-possibbiltajiet offruti mill-FEMSA 2021-2027 għall-kisba ta’ dan l-għan. Il-Kummissjoni se tiffaċilita wkoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-innovazzjoni dwar l-akkwakultura organika fil-kuntest tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni.

2.2. L-iżvilupp ta’ analiżi tas-settur biex tiżdied it-trasparenza fis-suq

Id-disponibbiltà tad-data – b’mod partikolari dwar il-produzzjoni, il-prezzijiet tul il-katina ta’ provvista tal-ikel organiku, il-kummerċ, il-preferenzi tal-konsumatur, u kanali ta’ kummerċjalizzazzjoni speċifiċi - hija essenzjali għall-iffurmar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-produzzjoni organika. Sforzi ulterjuri għall-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tad-data fuq bażi regolari se jżidu t-trasparenza u l-kunfidenza fis-settur organiku.

Azzjoni 10: Sabiex tipprovdi prospett komprensiv dwar is-settur, il-Kummissjoni, mill-2021, se:

·tippubblika rapporti regolari dwar il-produzzjoni organika fl-UE abbażi tad-data tal-Eurostat, li b’mod partikolari jkun fihom informazzjoni dwar l-uċuħ, l-azjendi involuti fil-produzzjoni organika, u s-settur ewlieni tal-produzzjoni; kif ukoll

·tippubblika rapport annwali dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

Anki l-partijiet ikkonċernati, l-amministrazzjonijiet pubbliċi u l-akkademja qed isiru dejjem aktar interessati f’li jkollhom aċċess għal data preċiża u f’waqtha dwar il-prodotti organiċi. Din it-tip ta’ trasparenza se tgħin biex tinbena l-fiduċja bejn l-operaturi fil-katina alimentari, jiġi żgurat li l-produzzjoni taqbel max-xejriet ta’ konsum, u fl-aħħar nett tippermetti lill-operaturi jagħmlu deċiżjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ investiment aħjar.

Azzjoni 11: Mill-2022, il-Kummissjoni se:

·tintensifika l-ġbir tad-data tas-suq f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u testendi l-analiżi tal-Osservatorji tas-Suq tal-UE għall-prodotti organiċi.

2.3. L-appoġġ tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari

Il-biedja organika hija kkaratterizzata min-natura mferrxa tagħha, bil-produtturi jkollhom aċċess għal numru limitat ta’ proċessuri u bejjiegħa bl-imnut. L-iżbilanċi fil-katina alimentari li jillimitaw is-setgħa ta’ negozjar tal-bdiewa organiċi jistgħu jiżdiedu hekk kif is-sehem globali tas-suq tal-prodotti organiċi fis-settur tal-ikel qed jiżdied.

Billi joħolqu jew jingħaqdu ma’ “organizzazzjoni tal-produtturi” 25 , il-bdiewa organiċi jistgħu jibbenefikaw mill-fondi tal-UE taħt il-PAK, u mill-appoġġ u l-fondi disponibbli taħt l-organizzazzjoni komuni tas-suq għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-FEMSA, biex itejbu l-organizzazzjoni bejn id-diversi atturi fil-katina tal-provvista organika. Il-programmi operazzjonali li jkopru l-produzzjoni tal-frott u tal-ħxejjex organiċi jirċievu rata ta’ kofinanzjament ogħla. Madankollu, bħalissa hemm ftit għarfien dwar il-livell ta’ konċentrazzjoni fil-produzzjoni organika u dwar jekk din l-organizzazzjoni teħtieġx attenzjoni partikolari.

Il-bdiewa żgħar fl-UE jiffaċċjaw spejjeż relattivament għoljin u burokrazija żejda marbuta maċ-ċertifikazzjoni organika. Ir-Regolament 2018/848 dwar il-produzzjoni organika se jintroduċi sistema ta’ “ċertifikazzjoni ta’ grupp” li tippermetti lill-azjendi agrikoli jilħqu ċerti kriterji biex jiffurmaw grupp ma’ azjendi agrikoli żgħar oħra biex inaqqsu l-ispejjeż ta’ spezzjoni u ċertifikazzjoni u l-piż amministrattiv assoċjat. Din id-dispożizzjoni se ssaħħaħ ukoll in-networks lokali u ttejjeb is-swieq disponibbli.

Azzjoni 12: Mill-2021, il-Kummissjoni se:

·twettaq analiżi tal-grad ta’ organizzazzjoni fil-ktajjen ta’ provvista tas-settur organiku u tidentifika modi biex ittejjibha f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-produtturi u partijiet ikkonċernati oħra; kif ukoll

·tinvestiga l-possibbiltà legali tal-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet speċifiċi tal-produtturi organiċi jew is-sħubija magħhom u, fejn possibbli, tħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw fondi għal dan il-għan. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom saħħa akbar fis-suq u ġeneralment tista’ tgħin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa organiċi fil-katina tal-provvista agroalimentari, b’mod partikolari meta ffaċċjati bi prattiki kummerċjali inġusti 26 . Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li qed iseħħu prattiki kummerċjali inġusti li jippenalizzaw lill-produtturi organiċi, il-Kummissjoni għandha tindirizzahom billi tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha.

Azzjoni 13: Mill-2022, il-Kummissjoni se:

·tqajjem kuxjenza u tipprovdi informazzjoni aħjar dwar iċ-“ċertifikazzjoni ta’ grupp”, u b’hekk tippermetti lill-bdiewa ta’ azjendi żgħar jaqsmu l-ispiża u l-piż amministrattiv taċ-ċertifikazzjoni, f’konformità mar-Regolament 2018/848 dwar il-produzzjoni organika.

2.4. Ir-rinfurzar tal-ipproċessar lokali u f’volum żgħir u t-trawwim ta’ ċirkwit ta’ kummerċ qasir

Il-biedja organika żviluppat l-aktar fil-livell tal-produzzjoni primarju, filwaqt li l-ipproċessar organiku huwa anqas żviluppat u regolat. Għalhekk, l-investiment f’tekniki ta’ pproċessar bir-reqqa u f’imballaġġ sostenibbli u riutilizzabbli, u l-kisba ta’ fehim aħjar tal-kwistjonijiet ta’ kwalità u sikurezza fil-ktajjen ta’ provvista organiċi, f’kombinazzjoni mar-regolamenti, huwa importanti għall-ħolqien ta’ valur ġdid għall-konsumaturi.

Il-minimizzazzjoni tal-kilometraġġ tal-ikel u tal-impatti tat-tibdil fil-klima hija sfida oħra għall-ktajjen tal-provvista organiċi, li titlob għas-simplifikazzjoni tal-loġistika tal-prodotti organiċi u tan-netwerks ta’ input agrikolu 27 . Dan jippermetti lill-produtturi organiċi żgħar li jinsabu f’żoni remoti jsibu suq għall-produzzjoni tagħhom u li jibbenefikaw mill-valur miżjud tal-istatus organiku tagħhom.

Madankollu, l-operaturi spiss jaħsbuha darbtejn qabel ma jaqilbu għall-prodotti organiċi minħabba n-nuqqas ta’ ktajjen ta’ provvista kummerċjali organiċi organizzati u effiċjenti. Minbarra l-problemi trażversali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-ktajjen tal-provvista agroalimentari, id-distribuzzjoni organika tista’ tirrikjedi spejjeż operatorji għoljin u żbilanċ bejn il-provvista u d-domanda.

L-iskambju tal-esperjenza u l-għarfien jista’ jħeġġeġ il-ħolqien ta’ swieq tal-ikel lokali u ktajjen tal-provvista qasira, u jħares l-integrità tal-kwalità organika tal-prodott. Il-programmi ddedikati u l-parteċipazzjoni f’networks rurali huma importanti wkoll.

Il-produzzjoni organika tista’ tgħin biex tistimula mudelli tan-negozju ġodda. Il-“Bijodistretti” taw prova li rnexxielhom jintegraw il-biedja organika u attivitajiet lokali oħra biex itejbu l-attrazzjoni turistika 28 anke f’żoni li jinsabu ’l barra mil-linja turistika prinċipali. “Bijodistrett” huwa żona ġeografika fejn il-bdiewa, il-pubbliku, l-operaturi turistiċi, l-assoċjazzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi jidħlu fi ftehim għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi lokali, ibbażat fuq prinċipji u prattiki organiċi. L-għan huwa li jiġi massimizzat il-potenzjal ekonomiku u soċjokulturali tat-territorju. Kull “bijodistrett” jinkludi kunsiderazzjonijiet dwar l-istil ta’ ħajja, in-nutrizzjoni, ir-relazzjonijiet umani u n-natura. Dan jirriżulta fi produzzjoni agrikola lokali li hija apprezzata mill-konsumaturi u għalhekk għandha valur ogħla fis-suq.

Azzjoni 14: Mill-2023, il-Kummissjoni se:

·tinvolvi ruħha mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati biex trawwem l-ipproċessar lokali u fuq skala żgħira, f’konformità mal-objettiv tar-Regolament 2018/848 dwar il-produzzjoni organika biex timxi lejn “ktajjen tal-provvista organiċi iqsar, li jipprovdu benefiċċji ambjentali u soċjali” u bħala parti mill-isforzi tagħha biex tappoġġa l-kummerċ għal prodotti organiċi fi ħdan is-suq uniku tal-UE. Din l-azzjoni se tissaħħaħ permezz ta’ riċerka mmirata & innovazzjoni taħt Orizzont Ewropa, inkluż appoġġ għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali; kif ukoll

·tħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ “Bijodistretti”.

Azzjoni 15: Peress li l-biedja organika tista’ ttejjeb l-inklużjoni soċjali fit-territorji rurali filwaqt li tippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti, mill-2022, il-Kummissjoni se:

·tassisti lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ miżuri għall-biedja organika f’żoni rurali li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bdiewa/l-impjiegi taż-żgħażagħ, li jistgħu jinkludu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki.

2.5. It-titjib tan-nutrizzjoni tal-annimali f’konformità mar-regoli organiċi

It-trobbija organika tal-annimali trid tilħaq l-istandards għoljin tal-benessri tal-annimali tal-UE u trid tissodisfa ħtiġijiet tal-imġiba speċifiċi għall-ispeċi tal-annimal, f’konformità mal-approċċ tal-prevenzjoni tal-mard għas-saħħa tal-annimali tal-UE. L-addittivi essenzjali tal-għalf, bħall-vitamini, qed jiġu prodotti dejjem aktar bil-fermentazzjoni b’mikroorganiżmi ġenetikament modifikati (GMM) 29 . Minħabba li din it-teknika ta’ produzzjoni mhijiex konformi mal-prinċipji organiċi, u minħabba li l-industrija tal-addittivi tal-għalf tista’ ma tapplikax għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi prodotti minn mikroorganiżmi konvenzjonali, il-problemi ta’ provvista għall-addittivi essenzjali fil-biedja organika tal-bhejjem qed jiżdiedu.

Minbarra milli tiżdied id-disponibbiltà ta’ proteini tal-għalf prodotti lokalment, jenħtieġ li jinstabu sorsi alternattivi ta’ proteina għall-għalf sabiex tiġi żgurata nutrizzjoni tal-annimal sostenibbli u diversifikata. Dawn jistgħu jinkludu insetti, stokkijiet ta’ għalf tal-baħar (eż. alka) u prodotti sekondarji mill-bijoekonomija (eż. skart mis-sajd u l-akkwakultura). Barra minn hekk, l-istandards tal-għalf organiku tal-annimali jenħtieġ li jinżammu aġġornati.

Azzjoni 16: Il-Kummissjoni biħsiebha:

·tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa dwar is-sorsi alternattivi ta’ vitamini organiċi u sustanzi oħra li jistgħu jkunu neċessarji, u dwar sorsi alternattivi ta’ proteina filwaqt li żżomm f’moħħha l-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom;

·tesplora mezzi biex tappoġġa l-applikazzjoni għall-addittivi tal-għalf prodotti mingħajr GMMs, għalf ibbażat fuq l-insetti kif ukoll stokkijiet tal-għalf marittimu; kif ukoll

·tadotta inizjattiva tal-alga fl-2022 biex tappoġġa l-produzzjoni tal-alga tal-UE u tappoġġa l-industrija tal-alga tal-UE biex tiżgura l-provvista tal-alga bħala materjal tal-għalf alternattiv għall-biedja organika tal-annimali.

2.6. Ir-rinfurzar tal-akkwakultura organika

L-akkwakultura organika tista’ tgħin biex tintlaħaq id-domanda tal-konsumatur għal ikel ta’ kwalità għolja diversifikat u prodott b’mod li jirrispetta l-ambjent u jiżgura l-benessri tal-annimali. Hija tista’ tgħin ukoll biex timtela d-diskrepanza bejn id-domanda u l-produzzjoni tal-prodotti tal-akkwakultura tal-UE għal prodotti tal-akkwakultura sostenibbli, u tittaffa l-pressjoni minn fuq stokkijiet selvaġġi.

Azzjoni 17: Mill-2022, il-Kummissjoni biħsiebha:

·tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni dwar sorsi alternattivi ta’ nutrijenti, it-tnissil u l-benessri tal-annimali fl-akkwakultura; il-promozzjoni ta’ investimenti f’sistemi ta’ polikultura adattata u ta’ akkwakultura multitrofika; u l-promozzjoni tal-imfaqas u tal-attivitajiet ta’ nurseries għal ħut żgħir organiku; kif ukoll

·tidentifika u tindirizza kif xieraq kwalunkwe ostakolu speċifiku għat-tkabbir tal-akkwakultura organika tal-UE.

Il-linji gwida l-ġodda dwar l-iżvilupp sostenibbli tal-akkwakultura tal-UE, li huwa mistenni li se jiġu adottati mill-Kummissjoni fir-rebbiegħa tal-2021, se jħeġġu lill-Istati Membri u lill-partijiet ikkonċernati jappoġġaw iż-żieda fil-produzzjoni organika.

ASSI 3: IL-PRODOTTI ORGANIĊI JMEXXU BL-EŻEMPJU: IT-TITJIB TAL-KONTRIBUT TAL-BIEDJA ORGANIKA GĦAS-SOSTENIBBILTÀ

Settur tal-agrikoltura u tal-akkwakultura sostenibbli u reżiljenti jiddependi minn bijodiversità msaħħa, li hija fundamentali għal ekosistema b’saħħitha u vitali għaż-żamma taċ-ċikli tan-nutrijenti fil-ħamrija, l-ilma nadif u d-dakkara. Żieda fil-bijodiversità tippermetti lill-bdiewa jadattaw aħjar għat-tibdil fil-klima. Is-settur organiku, fin-natura proprja tiegħu huwa orjentat lejn standards ambjentali ogħla, imnaqqxa fl-objettivi u fil-prinċipji tiegħu.

B’żieda fit-temperatura globali u żieda fl-imprevedibbiltà tat-temp, huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol li l-agrikoltura, inkluż dik organika, għandha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Il-prattiki estensivi tal-biedja u l-użu tal-enerġija rinnovabbli minflok il-fjuwils fossili jipprovdu lis-settur tal-agrikoltura organika l-opportunità li jwitti t-triq għal użu aħjar tar-riżorsi u biex jitnaqqsu l-iskart u l-emissjonijiet tal-karbonju.

Dan il-pjan ta’ azzjoni jiffoka b’mod esklussiv fuq il-promozzjoni tal-biedja organika u fuq il-kontribut tagħha għas-sostenibbiltà. Madankollu, il-produzzjoni organika għandha wkoll il-potenzjal li ttejjeb l-impatt ambjentali tagħha. L-impatt ambjentali tal-produzzjoni tal-ikel huwa indirizzat b’mod aktar wiesa’ mill-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt.

Ir-riċerka se tkun fundamentali għall-kisba ta’ dawn l-objettivi. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea biħsiebha tiddedika mill-inqas 30 % tas-sejħiet li jmiss relatati mal-Qasam ta’ Intervent 3 “Agrikoltura, forestrija u żoni rurali” tal-Cluster 6 ta’ Orizzont Ewropa għal suġġetti speċifiċi għas-settur organiku jew rilevanti għalih.

3.

3.1. It-tnaqqis tal-impronta klimatika u ambjentali

L-agrikoltura u l-akkwakultura għandhom rwol importanti fl-ilħuq tal-ambizzjoni tal-UE għal Ewropa b’newtralità klimatika sal-2050 permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Il-biedja organika tuża għadd ta’ prattiki ta’ ġestjoni li jikkontribwixxu għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, bil-benefiċċji addizzjonali għall-ambjent u l-bijodiversità.

F’dawn l-aħħar snin, kien hemm żieda rapida kemm fl-interess pubbliku kif ukoll dak privat dwar l-informazzjoni ambjentali lil hinn mill-informazzjoni offruta bħalissa mit-tikketta organika. Il-konsumaturi qegħdin isiru dejjem aktar interessati li jkunu jafu l-impatti ambjentali tal-prodotti sabiex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq is-sostenibbiltà. Tali deċiżjonijiet jappoġġaw l-ambizzjoni ta’ Tniġġis Żero tal-UE. Kif ħabbret fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari u l-Aġenda tal-Konsumatur, il-Kummissjoni se tipproponi miżuri biex tiġġieled il-greenwashing.

Azzjoni 18: Mill-2022, il-Kummissjoni se:

·tieħu passi 30 , biex tistabbilixxi, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, netwerk pilota ta’ azjendi organiċi pożittivi għall-klima, biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki. 31 Missjoni proposta fil-qasam tas-Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel tista’ tikkontribwixxi għan-netwerk pilota b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ laboratorji ħajjin u proġetti fanal u attivitajiet oħra li jappoġġaw is-sekwestru tal-karbonju.

3.2. It-tisħiħ tal-bijodiversità ġenetika u ż-żieda fir-rendimenti

Ir-rwol tal-biedja organika fiż-żamma ta’ ekosistema b’saħħitha, fir-rispett lejn il-bijodiversità u l-eżistenza ta’ predaturi naturali, u fil-preservazzjoni ta’ ekwilibriju ekoloġiku, huwa rikonoxxut sew. Ir-Regolament 2018/848 dwar il-produzzjoni organika jintroduċi objettivi speċifiċi u prinċipji relatati għall-protezzjoni tal-bijodiversità, li jsaħħu r-rwol tal-bdiewa organiċi bħala promoturi tal-preservazzjoni tal-bijodiversità. Bħala parti mill-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, il-Kummissjoni se tirrevedi wkoll id-Direttivi dwar il-Kummerċjalizzazzjoni taż-Żrieragħ biex tiffaċilita r-reġistrazzjoni tal-varjetajiet taż-żrieragħ, inklużi dawk użati għall-biedja organika, u tiżviluppa azzjonijiet biex tikkonserva r-riżorsi ġenetiċi u tiżviluppa żrieragħ b’varjabbiltà ġenetika ogħla u b’potenzjal ta’ bijodiversità usa’.

L-għelejjel organiċi jiksbu rendiment aktar baxx meta mqabbla mal-għelejjel konvenzjonali. Huwa essenzjali li titnaqqas id-diskrepanza fir-rendiment biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ekonomika, speċjalment għal dawk l-għelejjel li għalihom id-diskrepanza fir-rendiment għadha relattivament għolja.

Azzjoni 19: Sabiex tissaħħaħ il-bijodiversità u żżid ir-rendimenti, il-Kummissjoni biħsiebha:

·mill-2022, talloka finanzjament taħt Orizzont Ewropa biex jiġu appoġġati l-preservazzjoni u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi, attivitajiet ta’ tnissil minn qabel u attivitajiet ta’ tnissil, u d-disponibbiltà ta’ żrieragħ organiċi, u biex jingħata kontribut għall-iżvilupp ta’ materjal riproduttiv 32 tal-pjanti eteroġenju organiku u varjetajiet ta’ pjanti adatti għall-produzzjoni organika;

·se tistabbilixxi networks tal-UE ta’ azjendi agrikoli ta’ dimostrazzjoni biex tippromwovi approċċ parteċipattiv (tixrid). L-aħjar prattiki u sinerġiji mal-proġetti tal-EIP-AGRI se jiġu promossi permezz tan-network futur tal-PAK;

·se ssaħħaħ is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli, b’mod partikolari bħala parti mis-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), biex tippromwovi skambju ta’ għarfien ta’ materjal xieraq għall-biedja organika; kif ukoll

·se tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni dwar it-titjib tar-rendimenti organiċi.

3.3. Alternattivi għal inputs kuntenzjużi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti oħra

Il-biedja organika hija rikonoxxuta għal-limitazzjoni tal-inputs mhux fl-azjenda agrikola. Il-leġiżlazzjoni organika tawtorizza l-użu ta’ sett speċifiku ta’ prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti b’impatt aktar baxx fuq l-ambjent u fuq il-ħamrija. Madankollu, ċerti sustanzi jagħmlu ħsara lill-fawna tal-ħamrija u, ladarba jnixxu fl-ilmijiet ta' taħt l-art, jistgħu jipperikolaw lill-ispeċijiet akkwatiċi. Għalhekk, huwa importanti li wieħed ikompli jinvestiga l-perkorsi għat-tneħħija gradwali jew għas-sostituzzjoni ta’ inputs kontenzjużi fil-biedja organika, bħar-ram, u jiżviluppa alternattivi għal dawn il-prodotti biex jippermetti lill-bdiewa organiċi jipproteġu l-għelejjel tagħhom.

Azzjoni 20: Il-Kummissjoni:

·mill-2023, biħsiebha talloka finanzjament taħt Orizzont Ewropa għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni dwar approċċi alternattivi għal inputs kontenzjużi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lir-ram u sustanzi oħra kif ivvalutat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; kif ukoll

·mill-2022, filwaqt li tibni fuq ir-regolament li ġej dwar il-bijopestiċidi, u permezz tas-servizzi msaħħa ta’ konsulenza għall-farms, b’mod partikolari AKIS, se trawwem fejn xieraq l-użu ta’ prodotti alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti, bħal dawk li fihom sustanzi attivi bijoloġiċi.

3.4. It-tisħiħ tal-benessri tal-annimali

Il-biedja organika diġà għandha rwol importanti fit-titjib tal-benessri tal-annimali, li huwa parti integrali mis-sostenibbiltà tas-sistemi tal-ikel. Benessri tal-annimali aħjar itejjeb is-saħħa u l-kwalità tal-ikel tal-annimali, inaqqas il-ħtieġa ta’ medikazzjoni, u jista’ jgħin biex jippreserva l-bijodiversità. F’konformità mal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, jeħtieġ li jittieħdu azzjonijiet biex il-benessri tal-annimali jittejjeb aktar, filwaqt li jiġu mmobilizzati l-istrumenti kollha disponibbli għal rispons aħjar tal-aspettattivi u d-domandi taċ-ċittadini. Filwaqt li l-Kummissjoni se tirrevedi l-leġiżlazzjoni dwar il-benessri tal-annimali biex fl-aħħar mill-aħħar tiżgura livell ogħla ta’ benessri tal-annimali, il-biedja organika għandha tibqa’ l-mudell f’termini ta’ protezzjoni tal-benessri tal-annimali u tinvolvi garanzija għall-konsumatur li l-annimali kienu ttrattati tajjeb tul il-katina u jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-imġiba naturali tagħhom kemm fil-livell tar-razzett kif ukoll waqt it-trasport, peress li l-annimali għandhom jinħelsu minn kwalunkwe uġigħ, dwejjaq jew tbatija evitabbli matul il-qtil tagħhom u operazzjonijiet relatati.

 

Azzjoni 21: Fil-kuntest tal-Pjattaforma tal-Benessri tal-Annimali, il-Kummissjoni se:

·tkompli taħdem mal-Istati Membri u mas-soċjetà ċivil biex issib modi konkreti u operazzjonali biex ittejjeb aktar il-benessri tal-annimali fil-produzzjoni organika.

3.5. Nagħmlu użu aktar effiċjenti mir-riżorsi

Il-politiki tal-ekonomija ċirkolari jqiegħdu l-effiċjenza fir-riżorsi fiċ-ċentru tat-teħid tad-deċiżjonijiet, filwaqt li jiżguraw valur miżjud u li r-riżorsi jistgħu jintużaw u jerġgħu jintużaw aktar fit-tul, u għalhekk jiġi eliminat l-iskart, tiġi minimizzata d-domanda għar-riżorsi (bħall-ilma, il-fjuwils fossili u l-enerġija), tittejjeb l-effiċjenza u jitnaqqsu l-ispejjeż.

Matul l-aħħar 50 sena, ir-rwol ekonomiku tal-plastiks żdied b’mod kostanti, u l-plastiks saru aktar importanti għal numru dejjem jiżdied ta’ prodotti u ktajjen ta’ prodotti. Madankollu, il-produzzjoni tal-plastik u l-inċinerazzjoni tal-iskart tal-plastik iwasslu għal emissjonijiet sinifikanti ta’ gassijiet serra 33 .

Fil-biedja organika għadu jintuża ħafna plastik: fir-riti tal-mulch, fis-serer u fil-kanali, fir-riti tas-sillaġġ, fix-xbieki għall-ħżin tal-għalf tal-annimali, fil-ħbula tal-frott tal-baħar bil-qoxra u fl-imballaġġ. Minbarra li jtejbu l-użu mill-ġdid, il-ġbir u r-riċiklaġġ tal-plastik konvenzjonali, il-bdiewa jeħtieġu aktar ċarezza dwar meta l-plastik b’bażi bijoloġika u bijodegradabbli jista’ jikkontribwixxi f’ekonomija ċirkolari.

Azzjoni 22: Il-Kummissjoni biħsiebha:

·tadotta Qafas dwar il-plastik b’bażi bijoloġika, kompostabbli u bijodegradabbli 34 , li se jinkludi prinċipji u kriterji li skonthom l-użu ta’ materjali sostenibbli b’bażi bijoloġika li huma faċilment bijodegradabbli f’kundizzjonijiet naturali huwa ta’ benefiċċju għall-ambjent. Il-qafas se jkopri l-plastik kollu, inkluż għall-użi fit-tipi kollha ta’ agrikoltura, u għalhekk se jkun ukoll rilevanti ħafna għall-biedja organika li tiwtti t-triq f’termini ta’ sostenibbiltà.

 

Xi prattiki agrikoli huma l-ostakli ewlenin biex l-ilmijiet ħelwin u l-ilmijiet marittimi tal-UE jiksbu status tajjeb skont id-Direttivi dwar il-qafas tal-ilma u l-qafas marittimu. Dan minħabba t-tniġġis diffuż tan-nutrijenti (nitroġenu u fosforu) u tal-pestiċidi. Madwar 38 % tal-korpi tal-ilma tal-wiċċ tal-UE jinsabu taħt pressjoni minn tniġġis diffuż (li 25 % minnu, jaf is-sors ewlieni tiegħu lill-produzzjoni agrikola), mill-astrazzjoni tal-ilma għat-tisqija, u minn bidliet idromorfoloġiċi (eż. minħabba d-drenaġġ) 35 . It-tibdil fil-klima se jżid il-ħtiġijiet tal-irrigazzjoni fl-UE u jnaqqas id-disponibbiltà tal-ilma.

Azzjoni 23: Il-Kummissjoni se:

·tippromwovi użu aktar effiċjenti u sostenibbli tal-ilma, żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u trasport nadif, u tnaqqis tar-rilaxx tan-nutrijenti, fit-tipi kollha ta’ agrikoltura, bil-biedja organika li twitti t-triq, bl-involviment tal-Istati Membri permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, kif ukoll mal-Linji Gwida Strateġiċi l-ġodda għall-akkwakultura u l-FEMSA. 

KONKLUŻJONI

Sabiex tinkiseb il-mira ambizzjuża ta’ 25 % tal-erja agrikola taħt biedja organika u żieda sinifikanti fl-akkwakultura organika sal-2030 kif spjegat fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u dik għall-Bijodiversità, huwa meħtieġ li s-settur organiku jiġi pprovdut bl-għodod li se joħolqu l-kundizzjonijiet li jistgħu jiskattaw il-bidla fl-agrikoltura u fl-akkwakultura tal-UE lejn l-istandards ta’ kwalità għolja li l-konsumaturi tal-UE jagħtuhom importanza. Barra minn hekk, il-mira tal-biedja organika se tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ilħuq ta’ miri oħra previsti fl-Istrateġija għall-Bijodiversità u fl-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, bħall-mira tat-tnaqqis tal-pestiċidi u l-mira dwar it-tnaqqis tas-surplus tan-nutrijenti, filwaqt tikkontribwixxi fl-iggwidar tal-UE lejn l-Ambizzjoni tagħha ta’ Tniġġis Żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi.

L-UE għandha rwol ewlieni x’tiżvolġi fil-promozzjoni tal-bidliet fil-prattiki tal-biedja. Iż-żieda fil-produzzjoni organika hija ċentrali għat-tranżizzjoni għal setturi tal-agrikoltura u tal-akkwakultura aktar sostenibbli li jipprovdu introjti ġusti għall-bdiewa u jikkontribwixxu għal żoni rurali u kostali Ewropej vibranti.

Sabiex timmonitorja l-progress, il-Kummissjoni se torganizza laqgħat ta’ segwitu pubbliċi annwali mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, l-Istati Membri, il-korpi konsultattivi tal-Unjoni u l-partijiet ikkonċernati kif xieraq. Il-Kummissjoni se tippubblika wkoll rapporti ta’ progress kull sentejn – inkluża tabella ta’ valutazzjoni - u se tippreżentahom f’avvenimenti ddedikati, kif ukoll rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024 tal-pjan ta’ azzjoni, li għandu jiġi ppreżentat f’konferenza ta’ livell għoli. Sabiex tqajjem kuxjenza dwar il-produzzjoni organika, il-Kummissjoni se torganizza wkoll “Jum Organiku” annwali madwar l-UE kollha.

(1)    Il-proposta leġiżlattiva COM/2018/392 final - 2018/0216 (COD), il-politika agrikola komuni (PAK) futura tenfasizza wkoll ir-rwol ta’ benefiċċju tal-biedja organika u toffri appoġġ għaliha permezz ta’ mekkaniżmi differenti.
(2)    COM(2020) 380 final.
(3)    COM(2020) 381 final.
(4)    Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007.
(5)      Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew: https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2020-0005_MT.html .
(6)      Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt: https://www.consilium.europa.eu/media/46419/st12099-en20.pdf .
(7)    F’dan ir-rapport speċjali tal-Ewrobarometru, 56 % ta’ dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li kienu konxji tal-logo organiku.
(8)      Eurostat u IHS Markit.
(9)       https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/page/LFST_R_ERGAU__custom_443889 u https://ec.europa.eu/eurostat/databrowser/product/page/ILC_DI17__custom_416294 .
(10)      Ir-rwol tal-finanzjament taħt il-Politika Agrikola Komuni (PAK) għan-nisa fl-agrikoltura : https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2015/536466/IPOL_STU(2015)536466_EN.pdf .
(11)    COM(2020) 846 final.
(12)    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Analiżi tal-Baċiri tal-Baħar Reġjonali - L-isfidi reġjonali fil-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd - Perspettiva tal-Baċir tal-Baħar biex tiggwida l-Ipprogrammar tal-FEMS (SWD (2020) 206 final).
(13)      B’mod aktar speċifiku, 30 % tas-sejħiet li jmiss li jkunu relatati maż-Żona ta’ Intervent 3 “Agrikoltura, forestrija u żoni rurali” tal-Cluster 6 ta’ Orizzont Ewropa.
(14)    Fibl - id-Dinja tal-agrikoltura organika 2020.
(15)    Id-Dokument ta’ Riflessjoni tal-Kummissjoni “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030”.
(16)    EWROBAROMETRU speċjali 504.
(17)      Minbarra dawk fejn is-servizzi tal-Kummissjoni huma diġà preżenti.
(18)    SWD(2019) 366 final - Il-kriterji tal-UE għall-akkwist pubbliku ekoloġiku għall-ikel, is-servizzi tal-catering u d-distributuri awtomatiċi.
(19)      Il-proġett Best-ReMaP dwar id-dieta u n-nutrizzjoni b’enfasi speċjali fuq it-tfal: https://bestremap.eu/ .
(20)    Ir-Regolament dwar is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali (IMSOC): https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=celex%3A32019R1715 .
(21)      “Għalkemm sar titjib fis-sistema ta’ kontroll għal prodotti organiċi, għad fadal ċerti sfidi”: https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR19_04/SR_organic-food_MT.pdf .
(22)     https://ec.europa.eu/environment/biodiversity/business/index_mt.htm .
(23)      EUMOFA, L-Akkwakultura Organika tal-UE, Mejju 2017.
(24)      Il-baġit finali għall-ekoskema (2023-2027) għadu qed jiġi diskuss bejn il-PE u l-Kunsill fil-kuntest tar-riforma tal-PAK. Il-pożizzjoni tal-PE tipprevedi allokazzjoni tal-baġit ta’ EUR 58,1 biljun u l-pożizzjoni tal-Kunsill baġit ta’ EUR 38,7 biljun.
(25) “Organizzazzjonijiet tal-produtturi” tista’ tirreferi għal kwalunkwe tip ta’ entità li ġiet iffurmata fuq l-inizjattiva ta’ produtturi f’settur speċifiku (kooperazzjoni orizzontali) biex tissodisfa wieħed jew aktar mill-għanijiet speċifiċi elenkati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, kemm jekk hija formalment rikonoxxuta kif ukoll jekk le skont l-Artikolu 152/jew l-Artikolu 161. Dawn huma kkontrollati mill-produtturi u jistgħu jieħdu forom legali differenti, eż. kooperattivi agrikoli, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew kumpaniji privati bi produtturi bħala azzjonisti.
(26) Studju riċenti tal-OP ikkonkluda li “l-OP huma wkoll f’pożizzjoni aħjar minn bdiewa individwali biex jirreżistu prattiki minn sħab kummerċjali li huma perċepiti bħala inġusti fir-rigward tal-bdiewa jew li mhumiex konformi mat-termini kuntrattwali”: https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/2c31a562-eef5-11e9-a32c-01aa75ed71a1/language-en.
(27)    Stolze et al: “Organic in Europe, expanding beyond a niche” f’Organics in Europe, prospects and development 2016.
(28)    FAO, “L-esperjenza tal-Bijodistretti fl-Italja”: http://www.fao.org/agroecology/database/detail/en/c/1027958/ .
(29)      Għall-addittivi tal-għalf prodotti mill-GMM f’użu konfinat, l-operatur irid juri li l-addittiv ma fihx traċċa tal-mikroorganiżmi li jipproduċu, b’mod partikolari kwalunkwe traċċa ta’ DNA rikombinanti.
(30)      Wara t-tlestija tal-moduli dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-ġestjoni tan-nutrijenti tal-Għodda għas-Sostenibbiltà tal-Azjendi Agrikoli.
(31)      L-istima tal-marka tal-karbonju għandha tkun konformi mal-metodi żviluppati mill-Kummissjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-impronta ambjentali tal-prodotti u tal-organizzazzjonijiet (PEF/OEF) kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2013 (2013/179/UE).
(32)    Materjal eteroġenju organiku: materjal riproduttiv tal-pjanti li ma jappartjenix għal varjetà, iżda minflok jappartjeni għal raggruppament ta’ pjanti fi ħdan unità tassonomika botanika unika.
(33)    COM(2018) 28 final - Il-Komunikazzjoni dwar “Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari”.
(34) Kif imħabbar fl-Istrateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari – COM(2018) 28 final - u l-Pjan ta’ Azzjoni għal Ekonomija Ċirkolari – COM(2020) 98 final.
(35)    SWD(2019) 439 final - Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-kontroll tal-idoneità tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

Brussell, 19.4.2021

COM(2021) 141 final/2

CORRIGENDUM

This document corrects the annexe of document COM(2021)141 final of 25.03.2021

Concerns all language versions.

It concerns linguistic errors.

The text shall read as follows:

ANNESS

tal-

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

DWAR PJAN TA' AZZJONI GĦALL-IŻVILUPP TAL-PRODUZZJONI ORGANIKA

{SWD(2021) 65 final}


Azzjonijiet

Atturi Proposti

ASSI 1.

IKEL U PRODOTTI ORGANIĊI GĦAL KULĦADD:

NISTIMULAW ID-DOMANDA U NIŻGURAW IL-FIDUĊJA TAL-KONSUMATUR

1

Il-promozzjoni tal-biedja organika u l-logo tal-UE

Fir-rigward tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-Kummissjoni:

1.1.

mill-2021, se tiffoka aktar fuq il-prodotti organiċi fost it-temi koperti mis-sejħa annwali għall-proposti dwar il-miżuri ta’ informazzjoni dwar il-PAK;

COM

1.2.

mill-2022, se tiġbor data b’mod kontinwu dwar il-benefiċċji ambjentali, ekonomiċi u soċjali tal-biedja organika u tagħti informazzjoni liċ-ċittadini, inklużi l-bdiewa, dwar dawn il-benefiċċji billi jtejjeb l-użu tal-midja soċjali;

COM

1.3.

mill-2022, tkejjel l-għarfien tal-konsumaturi dwar il-logo organiku tal-UE biex jiġi mmonitorjat il-progress mill-Ewrobarometru tal-2020. Tkompli twettaq stħarriġiet tal-Ewrobarometru bħala għodda siewja biex titkejjel l-effettività tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tippromwovi l-logo organiku; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

1.4.

tidentifika l-avvenimenti ewlenin li jinfurmaw dwar il-prodotti organiċi, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn id-domanda hija taħt il-livell medju tal-UE, f’kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u korpi oħra bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni fl-Istati Membri.

COM/PE/KESE/KtR/korpi oħra tal-UE/SM/partijiet ikkonċernati

2

Il-promozzjoni tal-biedja organika u l-logo tal-UE

Fir-rigward tal-promozzjoni, il-Kummissjoni se tkompli tiżgura baġit ambizzjuż fil-politika dwar il-promozzjoni tal-UE biex tagħti spinta lill-konsum tal-prodotti organiċi li huma allinjati mal-ambizzjoni, mal-politika u mal-azzjonijiet tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer. Mill-2021, il-Kummissjoni se:

2.1.

talloka baġit imtejjeb fil-qafas tal-programmi ta’ ħidma annwali tal-politika dwar il-promozzjoni agrikola, bl-għan li żżid l-għarfien tal-konsumatur dwar il-prodotti organiċi u tistimula d-domanda għalihom;

COM

2.2.

tintensifika l-promozzjoni tal-prodotti organiċi tal-UE fi swieq tat-tkabbir immirati lejn pajjiżi terzi, pereżempju permezz tal-parteċipazzjoni f’fieri f’kooperazzjoni mal-Istati Membri;

COM/SM/partijiet ikkonċernati

2.3.

tqajjem kuxjenza dwar l-opportunitajiet ta’ esportazzjoni għall-produtturi organiċi tal-UE, biex jieħdu vantaġġ min-netwerk tagħna ta’ Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles u ftehimiet ta’ ekwivalenza; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

2.4.

tistimula l-viżibbiltà tas-settur permezz ta’ premjijiet li jirrikonoxxu l-eċċellenza fil-katina tal-ikel organiku fl-UE.

COM

3

Il-promozzjoni tal-canteens organiċi u ż-żieda fl-użu tal-akkwist pubbliku ekoloġiku 

Sabiex tistimula użu akbar tal-prodotti organiċi fil-canteens pubbliċi, il-Kummissjoni, flimkien mal-partijiet ikkonċernati u l-Istati Membri se:

3.1.

tagħti spinta lill-għarfien tal-kriterji għall-APE maħruġa fl-2019, tal-ħidma dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Ikel għas-Saħħa, u tal-Azzjoni Konġunta Best-ReMAP;

COM/SM/partijiet ikkonċernati

3.2.

tintegra l-prodotti organiċi fil-kriterji mandatorji minimi għall-akkwist pubbliku tal-ikel sostenibbli li għandhom jiġu żviluppati bħala parti mill-qafas leġiżlattiv għas-sistemi tal-ikel sostenibbli sal-2023;

COM/SM/partijiet ikkonċernati

3.3.

tanalizza s-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-applikazzjoni tal-APE tal-UE. Il-Kummissjoni se tuża l-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar il-biedja organika biex timmonitorja l-applikazzjoni tal-APE u titlob lill-Istati Membri jżidu l-użu tal-APE mill-awtoritajiet pubbliċi. Se tistieden ukoll lill-Istati Membri jiffissaw miri nazzjonali ambizzjużi għall-prodotti organiċi fl-APE; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

3.4.

f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, mal-Kumitat tar-Reġjuni u mal-Patt tas-Sindki, tħejji avvenimenti speċifiċi għall-amministrazzjonijiet pubbliċi responsabbli mill-catering pubbliku, biex tqajjem kuxjenza dwar l-APE tal-UE billi torbot dawn l-inizjattivi mal-Patt Klimatiku Ewropew, mill-2022.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

4

Ir-rinfurzar tal-iskemi tal-iskejjel organiċi

Bħala parti mir-rieżami tal-qafas tal-iskemi tal-iskejjel tal-UE ppjanata għall-2023 fl-ambitu tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, u f’konformità mal-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, il-Kummissjoni se:

4.1.

tikkollabora mal-Istati Membri biex tidentifika modi kif tkompli żżid id-distribuzzjoni tal-prodotti organiċi fl-iskemi tal-iskejjel. Il-Kummissjoni se tappella lill-Istati Membri biex dan is-sehem ikomplu jżiduh, u dawk li għadhom lura se jkollhom bżonn jagħmlu sforzi akbar; kif ukoll

COM/SM

4.2.

twettaq studju dwar il-prezz reali tal-ikel, inkluż ir-rwol tat-tassazzjoni, bil-ħsieb li jiġu żviluppati rakkomandazzjonijiet.

COM

5

Il-prevenzjoni tal-frodi alimentari u t-tisħiħ tal-fiduċja tal-konsumatur

Mill-2021, il-Kummissjoni se ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-prattiki frawdolenti u b’mod partikolari:

5.1.

tiżgura superviżjoni robusta tas-sistemi ta’ kontroll fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi; iżżid il-kooperazzjoni mal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi bħala ekwivalenti, billi fost l-oħrajn tiddependi mill-mezzi u r-riżultati tal-awditi preċedenti tagħhom;

COM/SM/pajjiżi terzi

5.2.

tassisti lill-Istati Membri fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni ta’ politika ta’ prevenzjoni tal-frodi organika, permezz ta’ sessjonijiet ta’ ħidma għall-kondiviżjoni tat-tagħlimiet meħuda u l-aħjar prattiki;

COM/SM

5.3.

tikkoopera man-Network tal-UE tal-Frodi Alimentari u mal-Europol fl-analiżi tas-settur għall-prevenzjoni tal-frodi u fil-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet; iżżid il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-korpi tal-infurzar tal-liġi fil-pajjiżi terzi sabiex tiskambja informazzjoni dwar il-kummerċ u l-frodi organiċi;

COM/Network tal-UE tal-Frodi Alimentari/Europol/pajjiżi terzi

5.4.

tappoġġa lill-Istati Membri bi gwida dwar il-kontroll rinforzat tal-importazzjonijiet fil-fruntiera;

COM/SM

5.5.

tippromwovi miżuri aktar b’saħħithom biex tindirizza l-prattiki frawdolenti permezz tal-katalgi ta’ sanzjonijiet;

COM/SM

5.6.

timplimenta miżuri biex tinforma lill-konsumaturi u/jew tirtira mis-suq prodotti meta tkun ġiet identifikata frodi; kif ukoll

COM/SM

5.7.

tiżviluppa sistemi ta’ twissija bikrija, bl-użu tal-intelliġenza artifiċjali għall-estrazzjoni tad-data fl-UE (eż. is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Informazzjoni għall-Kontrolli Uffiċjali — IMSOC) u l-bażijiet tad-data tal-Istati Membri.

COM/SM

6

It-titjib tat-traċċabbiltà

Mill-2021, il-Kummissjoni se:

6.1.

tiżviluppa bażi tad-data ta’ ċertifikati tal-operaturi kollha tal-UE, u aktar tard anki tal-operaturi rilevanti minn pajjiżi terzi, li tibni fuq l-analiżi li diġà nbdiet taħt il-pjan ta’ azzjoni tal-2014, u bħala segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri;

COM

6.2.

tippromwovi r-reġistrazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-korpi ta’ kontroll u l-iffirmar taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni fi TRACES b’mod diġitali. Dan il-proċess mingħajr karti se jnaqqas il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

6.3.

tikkoordina eżerċizzji ta’ traċċabbiltà regolari dwar il-prodotti organiċi f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, mal-korpi ta’ kontroll tagħhom u mal-pajjiżi terzi, speċjalment f’każijiet ta’ suspett ta’ frodi alimentari.

COM/SM/pajjiżi terzi

7

It-titjib tat-traċċabbiltà

Mill-2021, il-Kummissjoni se:

tivvaluta sa liema punt it-traċċabbiltà ta’ prodotti organiċi tista’ tibbenefika minn blockchain jew teknoloġiji diġitali oħra, f’sinerġija mal-ħidma fuq il-passaporti tal-prodotti diġitali, u fit-tieni pass, tipprevedi proġett pilota mal-partijiet ikkonċernati. Dawn il-passi se jiġu ssupplimentati minn azzjonijiet fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa dwar l-użu ta’ teknoloġiji tal-blockchain fis-settur agroalimentari kif ukoll azzjonijiet oħra mmirati tar-riċerka u l-innovazzjoni bl-għan li jiġu żviluppati soluzzjonijiet għat-traċċar tal-ikel organiku.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

8

Il-kontribut tas-settur privat

Bl-objettiv li jiġi rinforzat ir-rwol tal-bejjiegħa bl-imnut, tal-bejjiegħa bl-ingrossa, tas-servizzi tal-catering, tar-ristoranti u ta’ negozji oħra, fl-2021, il-Kummissjoni se:

8.1.

timmira li tikseb impenji ċari mill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex jappoġġaw u jżidu d-distribuzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti organiċi, fil-kuntest tal-kodiċi ta’ kondotta tal-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt għal prattiki kummerċjali u ta’ kummerċjalizzazzjoni responsabbli, u jxerrdu l-aħjar prattiki fi pjattaformi rilevanti bħall-Pjattaforma tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

8.2.

tistabbilixxi sħubijiet ma’ negozji li huma lesti jippromwovu l-użu ta’ prodotti organiċi bħala parti mill-politika korporattiva tagħhom dwar is-sostenibbiltà. Dawn il-miżuri se jiġu diskussi aktar fil-pjattaforma għan-Negozju u l-Bijodiversità.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

ASSI 2.

LEJN L-2030:

L-ISTIMOLU TAL-KONVERŻJONI U R-RINFURZAR TAL-KATINA TAL-VALUR KOLLHA

9

L-inkoraġġiment tal-konverżjoni, tal-investiment u tal-iskambju tal-aħjar prattiki

Fil-qafas tal-PAK il-ġdida u tal-PKS, il-Kummissjoni se:

9.1.

mill-2023, tivvaluta ċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-Istati Membri rigward it-tkabbir tas-settur organiku, u tiżgura li l-Istati Membri jagħmlu l-aħjar użu mill-possibbiltajiet offruti mill-PAK il-ġdida biex jappoġġaw is-settur organiku nazzjonali tagħhom. Dan l-appoġġ se jinkludi assistenza teknika, l-iskambju tal-aħjar prattiki u innovazzjonijiet fil-produzzjoni organika, u l-użu sħiħ tal-istrumenti rilevanti tal-PAK bħall-ekoskemi u l-impenji għall-ġestjoni ambjentali tal-iżvilupp rurali, li jinkludu l-biedja organika. Is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli dwar suġġetti speċifiċi se jiġu msaħħa, b’mod partikolari bħala parti mis-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), għall-promozzjoni tal-iskambju ta’ għarfien rilevanti;

COM/SM

9.2.

mill-2022, tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki (kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ, korsijiet, materjali, eċċ.) fil-livell tal-UE u dak nazzjonali li jippermettu lill-fornituri tal-edukazzjoni (eż. skejjel tekniċi, universitajiet) jiżviluppaw korsijiet dwar il-biedja organika bħala parti mill-kurrikulu ġenerali u jippreżentaw soluzzjonijiet innovattivi mmirati lejn is-settur organiku (il-produzzjoni, l-ipproċessar, il-bejgħ bl-imnut u l-konsum). Se jiġu stabbiliti networks tal-azjendi agrikoli ta’ dimostrazzjoni tal-UE dwar suġġetti speċifiċi għall-promozzjoni ta’ approċċ parteċipatorju (tixrid). L-aħjar prattiki u sinerġiji mal-proġetti tal-EIP-AGRI se jiġu promossi permezz tan-network futur tal-PAK; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

9.3.

tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jinkludu ż-żieda tal-akkwakultura organika fil-pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali Pluriennali tagħhom għall-akkwakultura, u biex jagħmlu l-aħjar użu mill-possibbiltajiet offruti mill-FEMSA 2021-2027 għall-kisba ta’ dan l-għan. Il-Kummissjoni se tiffaċilita wkoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-innovazzjoni dwar l-akkwakultura organika fil-kuntest tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

10

L-iżvilupp ta’ analiżi tas-settur biex tiżdied it-trasparenza fis-suq

Sabiex tipprovdi prospett komprensiv dwar is-settur il-Kummissjoni, mill-2021 se:

10.1.

tippubblika rapporti regolari dwar il-produzzjoni organika fl-UE abbażi tad-data tal-Eurostat, li b’mod partikolari jkun fihom informazzjoni dwar l-uċuħ, l-azjendi involuti fil-produzzjoni organika, u s-settur ewlieni tal-produzzjoni; kif ukoll

COM

10.2.

tippubblika rapport annwali dwar l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

COM

11

L-iżvilupp ta’ analiżi tas-settur biex tiżdied it-trasparenza fis-suq

Mill-2022, il-Kummissjoni se:

tintensifika l-ġbir tad-data tas-suq f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u testendi l-analiżi tal-Osservatorji tas-Suq tal-UE għall-prodotti organiċi.

COM/SM/Osservatorji tas-Suq tal-UE

12

L-appoġġ tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari

Mill-2021, il-Kummissjoni se:

12.1.

twettaq analiżi tal-grad ta’ organizzazzjoni fil-ktajjen ta’ provvista tas-settur organiku u tidentifika modi biex ittejjibha f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-produtturi u partijiet ikkonċernati oħra; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

12.2.

tinvestiga l-possibbiltà legali tal-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet speċifiċi tal-produtturi organiċi jew is-sħubija magħhom u, fejn possibbli, tħeġġeġ lill-Istati Membri jallokaw fondi għal dan il-għan. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom saħħa akbar fis-suq u ġeneralment tista’ tgħin biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bdiewa organiċi fil-katina tal-provvista agroalimentari, b’mod partikolari meta ffaċċjati bi prattiki kummerċjali inġusti. Jekk ikun hemm biżżejjed evidenza li qed iseħħu prattiki kummerċjali inġusti li jippenalizzaw lill-produtturi organiċi, il-Kummissjoni għandha tindirizzahom billi tuża l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

13

L-appoġġ tal-organizzazzjoni tal-katina alimentari 

Mill-2022, il-Kummissjoni se:

tqajjem kuxjenza u tipprovdi informazzjoni aħjar dwar iċ-“ċertifikazzjoni ta’ grupp”, u b’hekk tippermetti lill-bdiewa ta’ azjendi żgħar jaqsmu l-ispiża u l-piż amministrattiv taċ-ċertifikazzjoni, f’konformità mar-Regolament 2018/848 dwar il-produzzjoni organika.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

14

Ir-rinfurzar tal-ipproċessar f’volum żgħir u t-trawwim ta’ ċirkwit ta’ kummerċ qasir

Mill-2023, il-Kummissjoni se:

14.1.

tinvolvi ruħha mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati biex trawwem l-ipproċessar lokali u fuq skala żgħira, f’konformità mal-objettiv tar-Regolament 2018/848 dwar il-produzzjoni organika biex timxi lejn “ktajjen tal-provvista organiċi iqsar, li jipprovdu benefiċċji ambjentali u soċjali”, u bħala parti mill-isforzi tagħha biex tappoġġa l-kummerċ għal prodotti organiċi fi ħdan is-suq uniku tal-UE. Din l-azzjoni se tissaħħaħ permezz ta’ riċerka mmirata & innovazzjoni taħt Orizzont Ewropa, inkluż appoġġ għall-użu ta’ teknoloġiji diġitali;; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

14.2.

tħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ “Bijodistretti”.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

15

Ir-rinfurzar tal-ipproċessar f’volum żgħir u t-trawwim ta’ ċirkwit ta’ kummerċ qasir

Peress li l-biedja organika tista’ ttejjeb l-inklużjoni soċjali fit-territorji rurali filwaqt li tippromwovi kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti, fl-2022, il-Kummissjoni se:

tassisti lill-Istati Membri fit-tfassil ta’ miżuri għall-biedja organika f’żoni rurali li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-bdiewa/l-impjiegi taż-żgħażagħ li jistgħu jinkludu l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

16

It-titjib tan-nutrizzjoni tal-annimali f’konformità mar-regoli organiċi

Il-Kummissjoni biħsiebha:

16.1.

tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa dwar is-sorsi alternattivi ta’ vitamini organiċi u sustanzi oħra li jistgħu jkunu neċessarji, u dwar sorsi alternattivi ta’ proteina filwaqt li żżomm f’moħħha l-fattibbiltà teknika u ekonomika tagħhom;

COM/SM/partijiet ikkonċernati

16.2.

tesplora mezzi biex tappoġġa l-applikazzjoni għall-addittivi tal-għalf prodotti mingħajr GMMs, għalf ibbażat fuq l-insetti kif ukoll stokkijiet tal-għalf marittimu; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

16.3.

tadotta inizjattiva tal-alga fl-2022 biex tappoġġa l-produzzjoni tal-alga tal-UE u tappoġġa l-industrija tal-alga tal-UE biex tiżgura l-provvista tal-alga bħala materjal tal-għalf alternattiv għall-biedja organika tal-annimali.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

17

Ir-rinfurzar tal-akkwakultura organika

Mill-2022, il-Kummissjoni biħsiebha:

17.1.

tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni dwar sorsi alternattivi ta’ nutrijenti, it-tnissil u l-benessri tal-annimali fl-akkwakultura; il-promozzjoni ta’ investimenti fis-sistemi ta’ polikultura adattata u ta’ akkwakultura multitrofika; u l-promozzjoni tal-imfaqas u tal-attivitajiet ta’ nurseries għal ħut żgħir; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

17.2.

tidentifika u tindirizza kif xieraq kwalunkwe ostakolu speċifiku għat-tkabbir tal-akkwakultura organika tal-UE.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

ASSI 3.

IL-PRODOTTI ORGANIĊI JMEXXU BL-EŻEMPJU:

IT-TITJIB TAL-KONTRIBUT TAL-BIEDJA ORGANIKA GĦAS-SOSTENIBBILTÀ

18

It-tnaqqis tal-impronta klimatika u ambjentali

Mill-2022, il-Kummissjoni se:

tieħu passi, biex tistabbilixxi, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, netwerk pilota ta’ azjendi organiċi pożittivi għall-klima, biex jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki. Missjoni proposta fil-qasam tas-Saħħa tal-Ħamrija u l-Ikel tista’ tikkontribwixxi għan-netwerk pilota b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ laboratorji ħajjin u proġetti fanal u attivitajiet oħra li jappoġġaw is-sekwestru tal-karbonju.

COM/partijiet ikkonċernati

19

It-tisħiħ tal-bijodiversità ġenetika u ż-żieda fir-rendimenti

Sabiex tissaħħaħ il-bijodiversità u żżid ir-rendimenti, il-Kummissjoni biħsiebha:

19.1.

mill-2022, talloka finanzjament taħt Orizzont Ewropa biex jiġu appoġġati l-preservazzjoni u l-użu ta’ riżorsi ġenetiċi, attivitajiet ta’ tnissil minn qabel u attivitajiet ta’ tnissil, u d-disponibbiltà ta’ żrieragħ organiċi, u biex jingħata kontribut għall-iżvilupp ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti eteroġenju organiku u varjetajiet ta’ pjanti adatti għall-produzzjoni organika;

COM

19.2.

se tistabbilixxi networks tal-UE ta’ azjendi agrikoli ta’ dimostrazzjoni biex tippromwovi approċċ parteċipattiv (tixrid). L-aħjar prattiki u sinerġiji mal-proġetti tal-EIP-AGRI se jiġu promossi permezz tan-network futur tal-PAK;

COM/SM/partijiet ikkonċernati

19.3.

se ssaħħaħ is-servizzi ta’ konsulenza għall-azjendi agrikoli, b’mod partikolari bħala parti mis-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikoli (AKIS), biex tippromwovi skambju ta’ għarfien ta’ materjal xieraq għall-biedja organika; kif ukoll

COM/SM/partijiet ikkonċernati

19.4.

se tappoġġa r-riċerka u l-innovazzjoni dwar it-titjib tar-rendimenti organiċi.

COM

20

Alternattivi għal inputs kuntenzjużi u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti oħra

Il-Kummissjoni:

20.1.

mill-2023, biħsiebha talloka finanzjament taħt Orizzont Ewropa għal proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni dwar approċċi alternattivi għal inputs kontenzjużi, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lir-ram u sustanzi oħra kif ivvalutat mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; kif ukoll

COM

20.2.

mill-2022, filwaqt li tibni fuq ir-regolament li ġej dwar il-bijopestiċidi, u permezz tas-servizzi msaħħa ta’ konsulenza għall-farms, b’mod partikolari AKIS, se trawwem fejn xieraq l-użu ta’ prodotti alternattivi għall-protezzjoni tal-pjanti, bħal dawk li fihom sustanzi attivi bijoloġiċi.

COM

21

It-tisħiħ tal-benessri tal-annimali

Fil-kuntest tal-Pjattaforma tal-Benessri tal-Annimali, il-Kummissjoni se:

tkompli taħdem mal-Istati Membri u mas-soċjetà ċivil biex issib modi konkreti u operazzjonali biex ittejjeb aktar il-benessri tal-annimali fil-produzzjoni organika.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

22

Nagħmlu użu aktar effiċjenti mir-riżorsi

Il-Kummissjoni biħsiebha:

tadotta Qafas dwar il-plastik b’bażi bijoloġika, kompostabbli u bijodegradabbli, li se jinkludi prinċipji u kriterji li skonthom l-użu ta’ materjali sostenibbli b’bażi bijoloġika li huma faċilment bijodegradabbli f’kundizzjonijiet naturali huwa ta’ benefiċċju għall-ambjent. Il-Qafas se jkopri l-plastik kollu, inkluż għall-użi fit-tipi kollha ta’ agrikoltura, u għalhekk se jkun ukoll rilevanti ħafna għall-biedja organika li tiwtti t-triq f’termini ta’ sostenibbiltà.

COM/SM/partijiet ikkonċernati

23

Nagħmlu użu aktar effiċjenti mir-riżorsi

Il-Kummissjoni se:

tippromwovi użu aktar effiċjenti u sostenibbli tal-ilma, żieda fl-użu tal-enerġija rinnovabbli u trasport nadif, u tnaqqis tar-rilaxx tan-nutrijenti, fit-tipi kollha ta’ agrikoltura, bil-biedja organika li twitti t-triq, bl-involviment tal-Istati Membri permezz tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom, kif ukoll mal-Linji Gwida Strateġiċi l-ġodda għall-akkwakultura u l-FEMSA.

COM/SM