5.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/1


Informazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 mill-Iżvezja

It-tifqigħa tal-COVID-19

(Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli u taħriġ perjodiċi f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10))

(2020/C 189/01)

Notifika minn: l-Iżvezja

B’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2020/698, l-Iżvezja infurmat lill-Kummissjoni nhar it-2 ta’ Ġunju 2020 li ddeċidiet li ma tapplikax ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698.

Dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2020/698 li l-Iżvezja ddeċidiet li mhux se tapplika:

L-Artikolu 4(1) dwar l-ispezzjonijiet regolari tat-takografi fit-trasport bit-triq skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

L-Artikolu 4(2) dwar it-tiġdid tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014;

L-Artikolu 4(3) dwar is-sostituzzjoni tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014.


(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).