KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Emenda għall-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19
(2020/C 164/03)
1. INTRODUZZJONI
|
1.
|
Fid-19 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha “Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19” (1) (“il-Qafas Temporanju”). Fit-3 ta’ April 2020, hija adottat l-ewwel emenda li tippermetti għajnuna biex jiġu aċċellerati r-riċerka, l-ittestjar u l-produzzjoni ta’ prodotti rilevanti għall-COVID-19, biex jiġu protetti l-impjiegi u biex tkompli tiġi appoġġjata l-ekonomija matul il-kriżi attwali (2).
|
|
2.
|
Applikazzjoni mmirata u proporzjonata tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat tiżgura li l-miżuri ta’ sostenn nazzjonali jgħinu b’mod effettiv lill-impriżi milquta matul it-tifqigħa tal-COVID-19, filwaqt li jillimitaw id-distorsjonijiet bla bżonn fis-Suq Intern, iżommu l-integrità tas-Suq Intern u jiżguraw kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni. Dan jikkontribwixxi għall-kontinwità tal-attività ekonomika matul it-tifqigħa tal-COVID-19 u jipprovdi lill-ekonomija bi pjattaforma b’saħħitha biex tirkupra mill-kriżi, filwaqt li jqis l-importanza li jinkisbu ż-żewġ tranżizzjonijiet, dik ekoloġika u dik diġitali, skont l-objettivi tal-UE.
|
|
3.
|
L-għan ta’ din il-Komunikazzjoni huwa li tidentifika miżuri ta’ għajnuna mill-Istat temporanji addizzjonali li l-Kummissjoni tqis li huma kompatibbli skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19.
|
|
4.
|
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tqis li l-impriżi mhux finanzjarji li altrimenti jkunu vijabbli li huma soġġetti għal kriżi temporanja ta’ likwidità minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 jistgħu jiffaċċjaw kwistjonijiet ta’ solvenza aktar fit-tul. Għal għadd kbir minn dawn l-impriżi, il-miżuri ta’emerġenza li tpoġġew fis-seħħ biex tiġi kkontrollata l-imxija tat-tifqigħa tal-COVID-19 irriżultaw fi tnaqqis jew saħansitra f’sospensjoni tal-produzzjoni tal-oġġetti u/jew tal-forniment tas-servizzi tagħhom, kif ukoll xokk sinifikanti fid-domanda. It-telf li rriżulta se jkun rifless fi tnaqqis fl-ekwità tal-impriżi u se jaffettwa b’mod negattiv il-kapaċità tagħhom li jissellfu mingħand l-istituzzjonijiet finanzjarji.
|
|
5.
|
It-tnaqqis fl-ekwità għall-impriżi fis-swieq b’domanda baxxa u b’interruzzjoni fil-provvista jiggrava r-riskju ta’ tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku li potenzjalment jaffettwa l-ekonomija kollha tal-UE għal perjodu itwal. Interventi pubbliċi mmirati sew li jipprovdu ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi lill-impriżi jistgħu jnaqqsu r-riskju ta’ għadd sinifikanti ta’ insolvenzi għall-ekonomija tal-UE. B’hekk jistgħu jikkontribwixxu biex jippreservaw il-kontinwità tal-attività ekonomika matul it-tifqigħa tal-COVID-19 u biex jagħtu sostenn għall-irkupru ekonomiku sussegwenti.
|
|
6.
|
Għaldaqstant, din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-kriterji skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sostenn pubbliku fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi lill-impriżi li jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Għandha l-għan li tiżgura li t-tfixkil tal-ekonomija ma jirriżultax fil-ħruġ mis-suq bla bżonn tal-impriżi li kienu vijabbli qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Għaldaqstant, ir-rikapitalizzazzjonijiet ma jridux jaqbżu l-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, u jentieġ li ma jmorrux lil hinn mir-restawr tal-istruttura tal-kapital tal-benefiċjarju għal dik li kienet teżisti qabel it-tifqigħa tal-COVID-19.
|
|
7.
|
Il-Kummissjoni tenfasizza li jenħtieġ li l-għoti ta’ sostenn pubbliku nazzjonali fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi lill-impriżi li jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, bħala parti minn skemi jew f’każijiet individwali speċifiċi, jitqies biss jekk ma tkun tista’ tinstab ebda soluzzjoni oħra xierqa u jkun soġġett għal kondizzjonijiet stretti. Dan minħabba li dawn l-istrumenti joħolqu distorsjoni qawwija għall-kompetizzjoni bejn l-impriżi. Għaldaqstant, jenħtieġ li dawn l-interventi jkunu soġġetti wkoll għal kundizzjonijiet ċari fir-rigward tad-dħul, tar-remunerazzjoni u tal-ħruġ tal-Istat mill-impriżi kkonċernati, id-dispożizzjonijiet ta’ governanza u l-miżuri xierqa li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
|
|
8.
|
Jekk jingħata sostenn fil-livell tal-UE, li jqis l-interess komuni tal-UE, ir-riskju ta’ distorsjoni għas-Suq Intern jista’ jkun inqas, u għaldaqstant jista’ jkun jeħtieġ li jiġu imposti kundizzjonijiet inqas stretti. Il-Kummissjoni tikkunsidra li appoġġ u fondi addizzjonali tal-UE huma meħtieġa biex tiżgura li din il-kriżi simetrika globali ma tinbidilx f’xokk asimetriku għad-detriment tal-Istati Membri b’inqas possibbiltà li jappoġġjaw l-ekonomija tagħhom u l-kompetittività tal-UE kollha kemm hi.
|
|
9.
|
It-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali se jkollhom rwol ċentrali u prijoritarju biex jiġi żgurat li l-irkupru jirnexxi. Il-Kummissjoni tilqa’ l-passi li ħadu l-Istati Membri biex iqisu dawn l-isfidi meta jfasslu miżuri ta’ sostenn nazzjonali, u tfakkar fir-responsabbiltà tagħhom li jiżguraw li dawn il-miżuri ma jfixklux milli jintlaħqu l-objettivi klimatiċi u diġitali tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li t-tfassil ta’ miżuri ta’ sostenn nazzjonali b’mod li jissodisfa l-għanijiet ta’ politika tal-UE relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomiji tagħhom jippermetti tkabbir aktar sostenibbli fit-tul, u jippromwovi t-trasformazzjoni għall-objettiv miftiehem tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050. F’dan il-kuntest ta’ għajnuna bħala rimedju għal taqlib serju fl-ekonomija tal-Istati Membri, hija primarjament ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jfasslu miżuri ta’ sostenn nazzjonali b’mod li jintlaħqu l-objettivi ta’ politika tagħhom. Għal għajnuna skont din il-Komunikazzjoni, impriżi kbar għandhom jirrapportaw dwar kif l-għajnuna li jirċievu tagħti sostenn lill-attivitajiet tagħhom skont l-objettivi tal-UE u l-objettivi nazzjonali marbuta mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali.
|
|
10.
|
Barra minn hekk, għadd ta’ Stati Membri qed jikkunsidraw li jieħdu sehem fl-ekwità ta’ kumpaniji strateġiċi, biex jiżguraw li l-kontribuzzjoni tagħhom għall-funzjonament tajjeb tal-ekonomija tal-UE ma tiġix ipperikolata. Il-Kummissjoni tfakkar li t-TFUE huwa newtrali rigward is-sjieda pubblika fil-konfront ta’ dik privata (l-Artikolu 345 tat-TFUE). Jekk l-Istati Membri jixtru azzjonijiet eżistenti ta’ impriżi bil-prezz tas-suq jew jinvestu pari passu mal-azzjonisti privati, dan normalment ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat (3). Bl-istess mod, jekk l-Istati Membri jiddeċiedu li jixtru azzjonijiet ġodda maħruġa u/jew lill-impriżi jipprovdulhom tipi oħra ta’ sostenn għall-ekwità jew strumenti kapitali ibridi b’termini tas-suq, jiġifieri b’kondizzjonijiet li jikkonformaw mal-Prinċipju tal-Operatur tal-Ekonomija tas-Suq, dan ukoll ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat.
|
|
11.
|
Il-Kummissjoni tfakkar ukoll li hemm għadd ta’ għodod addizzjonali biex jiġu indirizzati l-akkwiżizzjonijiet ta’ kumpaniji strateġiċi. Fil-Komunikazzjoni tagħha maħruġa fil-25 ta’ Marzu 2020 (4), il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri li diġà għandhom mekkaniżmu eżistenti tal-iskrinjar tal-investiment dirett barrani fis-seħħ jagħmlu użu sħiħ minn dawn l-għodod biex jevitaw flussi kapitali mill-pajjiżi li mhumiex tal-UE li jistgħu jimminaw is-sigurtà jew l-ordni pubbliku tal-UE. Il-Kummissjoni talbet ukoll lill-Istati Membri li attwalment ma għandhomx mekkaniżmu ta’ skrinjar, jew li l-mekkaniżmi ta’ skrinjar tagħhom ma jkoprux it-tranżazzjoni rilevanti kollha, jistabbilixxu mekkaniżmu tal-iskrinjar komplut, f’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, inkluż ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-FDI (5) u l-moviment liberu tal-kapital (l-Artikolu 63 tat-TFUE), u l-obbligi internazzjonali.
|
|
12.
|
It-tieni, il-Kummissjoni tqis li d-dejn subordinat jista’ jkun ukoll mezz xieraq biex l-impriżi jingħataw sostenn biex jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. B’mod partikolari, huwa strument li jikkawża inqas distorsjoni mill-ekwità jew il-kapital ibridu, billi ma jistax jiġi kkonvertit f’ekwità meta l-kumpanija tkun negozju attiv. Għaldaqstant, din il-Komunikazzjoni tintroduċi l-possibbiltà li l-Istati Membri jagħtu sostenn f’din il-forma addizzjonali fit-Taqsima 3.3 tal-Qafas Temporanju, li tikkonċerna l-istrumenti tad-dejn, soġġett għal salvagwardji addizzjonali li jipproteġu l-kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-Suq Intern. Madankollu, jekk id-dejn subordinat jaqbeż il-limiti stabbiliti fit-Taqsima 3.3, jenħtieġ li din il-miżura tad-dejn subordinat tiġi vvalutata skont il-kundizzjonijiet għall-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 stabbiliti fit-Taqsima 3.11 biex jiġi żgurat trattament indaqs.
|
|
13.
|
It-tielet, l-applikazzjoni tal-Qafas Temporanju wriet il-ħtieġa li jiġu introdotti modifiki klerikali kif ukoll kjarifiki addizzjonali u emendi fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet fit-Taqsima 3.1, fit-Taqsima 3.2, fit-Taqsima 3.3, fit-Taqsima 3.4, fit-Taqsima 3.7, fit-Taqsima 4 u fit-Taqsima 5.
|
|
14.
|
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, biex tiżgura li l-irkupru jirnexxi, se jkunu jenħtieġu investimenti privati u pubbliċi addizzjonali fuq skala kbira biex iwieġbu għall-isfidi u jaħtfu l-opportunitajiet taż-żewġ tranżizzjonijiet, dik ekoloġika u dik diġitali. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar li din l-emenda għall-Qafas Temporanju tikkomplementa pjuttost milli tissostitwixxi l-possibbiltajiet eżistenti biex l-Istati Membri jagħtu sostenn skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Pereżempju, rigward is-sostenn ta’ kapital, b’mod partikolari għall-kumpaniji innovattivi, il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Finanzjament tar-Riskju (6) u r-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (7) jagħtu biżżejjed possibbiltajiet għall-Istati Membri.
|
|
15.
|
Bl-istess mod, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw l-innovazzjoni u l-investiment ekoloġiċi u diġitali, u jżidu l-livell ta’ protezzjoni ambjentali f’konformità mar-regoli eżistenti dwar l-għajnuna mill-Istat. (8) Kif diġà tħabbar fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2020, ir-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari l-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-Ambjent u l-Enerġija, se jkunu riveduti sal-2021 fid-dawl tal-objettivi ta’ politika tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u jagħtu sostenn lil tranżizzjoni kosteffettiva u soċjalment inklużiva għan-newtralità klimatika sal-2050. Dan se jikkontribwixxi għal strateġija ta’ rkupru għall-ekonomija Ewropea li tikseb iż-żewġ tranżizzjonijiet, dik ekoloġika u dik diġitali, skont l-objettivi nazzjonali u tal-UE.
|
2. EMENDI GĦALL-QAFAS TEMPORANJU
|
16.
|
L-emendi li ġejjin għall-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lil-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 se jidħlu fis-seħħ mit-8 ta’ Mejju 2020.
|
|
17.
|
Il-punt 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“7.
|
Jekk minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19 il-banek jispiċċaw li jkollhom bżonn għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja (ara l-Artikolu 2(1)(28) tal-BRRD u l-Artikolu 3(1)(29) tal-SRMR) fil-forma ta’ likwidità, rikapitalizzazzjoni jew miżura tal-assi indeboliti, irid ikun hemm valutazzjoni dwar jekk il-miżura tkunx konformi mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 32(4)(d) (i), (ii) jew (iii) tal-BRRD u l-Artikolu 18(4)(d) (i), (ii) jew (iii) tal-SRMR. Fil-każ li jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-aħħar, il-bank li jirċievi tali għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ma jitqiesx li jkun qiegħed ifalli jew li x’aktarx ifalli. Sal-punt li tali miżuri jkunu jindirizzaw problemi marbuta mat-tifqigħa tal-COVID-19, ikunu jitqiesu li jaqgħu taħt il-punt 45 tal-Komunikazzjoni Bankarja tal-2013 (9), li tistabbilixxi eċċezzjoni għar-rekwiżit tal-kondiviżjoni tal-piżijiet minn azzjonisti u kredituri subordinati.”
|
|
|
18.
|
Il-Punt 9 huwa mibdul b’dan li ġej:
“9.
|
Hemm ir-riskju li t-tifqigħa tal-COVID-19 twassal għal tnaqqis serju li jolqot lill-ekonomija kollha tal-UE, b’impatt fuq in-negozji, l-impjiegi u l-unitajiet domestiċi. Huwa meħtieġ appoġġ pubbliku mmirat sew biex jiġi żgurat li s-swieq ikollhom biżżejjed likwidità, biex tagħmel tajjeb għall-ħsara li se tiġġarrab mill-impriżi tas-saħħa u biex l-attività ekonomika tinżamm għaddejja matul u wara t-tifqigħa tal-COVID-19. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jappoġġjaw l-operaturi fl-industrija tal-ivvjaġġar u t-turiżmu biex jiżguraw li t-talbiet għar-rimborż ikkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 ikunu sodisfatti bil-għan li jiżguraw il-protezzjoni tal-passiġġieri u d-drittijiet tal-konsumatur, u trattament ugwali tal-passiġġieri u l-vjaġġaturi. Meta wieħed iqis id-daqs limitat tal-baġit tal-UE, ir-rispons ewlieni se jingħata fil-baġits nazzjonali tal-Istati Membri. Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jippermettu lill-Istati Membri jieħdu azzjoni rapida u effettiva biex jingħata appoġġ liċ-ċittadini u lill-impriżi, partikolarment lill-SMEs, li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19.”
|
|
|
19.
|
Il-punt 13 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“13.
|
L-Istati Membri jistgħu jfasslu wkoll miżuri ta’ sostenn skont ir-Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (10) mingħajr l-involviment tal-Kummissjoni.”
|
|
|
20.
|
Il-punt 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“20.
|
Miżuri ta’ għajnuna temporanji koperti minn din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu akkumulati ma’ xulxin skont ir-regoli ta’ akkumulazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Miżuri ta’ għajnuna temporanji koperti minn din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu akkumulati ma’ għajnuna skont Regolamenti de minimis (11) jew ma’ għajnuna oħra skont ir-Regolamenti ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (12) dment li jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet u r-regoli ta’ akkumulazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti.”
|
|
|
21.
|
Jiddaħħal il-punt 20bis:
“20bis.
|
L-għajnuna għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u finanzjarji ma għandhiex tiġi vvalutata taħt din il-Komunikazzjoni ħlief għal: (i) vantaġġi indiretti għall-istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu li jidderieġu l-għajnuna fil-forma ta’ self jew garanziji taħt it-Taqsimiet 3.1 sa 3.3 skont is-salvagwardji tat-Taqsima 3.4, u (ii) għajnuna taħt it-Taqsima 3.10 dment li l-iskema ma tkunx immirata esklużivament għall-impjegati mis-settur finanzjarju.”
|
|
|
22.
|
It-titolu tat-Taqsima 3.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.1
|
Ammonti limitati ta’ għajnuna”
|
|
|
23.
|
Fil-punt 22, in-nota 16 ta’ qiegħ il-paġna hija sostitwita b’dan li ġej:
“Jekk l-għajnuna tiġi konċessa fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-obbligazzjoni ta’ taxxa li fir-rigward tagħha jkun ġie konċess dak il-benefiċċju trid tkun seħħet mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020.”
|
|
24.
|
Il-punt 23bis huwa sostitwit b’dan li ġej:
“23bis.
|
Meta impriża tkun attiva f’diversi setturi li għalihom ikunu japplikaw ammonti massimi differenti skont il-punti 22(a) u 23(a), l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura, b’mezzi xierqa, bħalma huma s-separazzjoni tal-kontijiet, li jiġi rispettat il-limitu relevanti għal kull waħda minn dawn l-attivitajiet u li ma jeċċedix l-ammont massimu globali ta’ EUR 800 000 għal kull impriża.” Meta impriża tkun attiva fis-setturi koperti mill-punt 23(a), jenħtieġ li l-ammont massimu globali ta’ EUR 120 000 ma jinqabiżx għal kull impriża.”
|
|
|
25.
|
Jiddaħħal il-punt 24bis:
“24bis.
|
L-għajnuna konċessa taħt it-Taqsima 3.2 ma għandhiex tkun akkumulata mal-għajnuna konċessa għall-istess kapital tas-self sottostanti taħt it-Taqsima 3.3 u viċi versa. L-għajnuna konċessa taħt it-Taqsima 3.2 u t-Taqsima 3.3 tista’ tiġi akkumulata għal self differenti dment li l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jeċċedix il-limiti stabbiliti fil-punt 25(d) jew fil-punt 27(d). Benefiċjarju jista’ jibbenefika b’mod parallel minn diversi miżuri taħt it-Taqsima 3.2 dment li l-ammont globali tas-self għal kull benefiċjarju ma jeċċedix il-limiti stabbiliti fil-punt 25(d) u (e).”
|
|
|
26.
|
L-ittra (iii) fil-punt 25(d) hija sostitwita b’dan li ġej:
“iii.
|
b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni (pereżempju b’rabta mal-karatteristiċi ta’ ċertu tip ta’ impriżi), l-ammont tas-self ikun jista’ jiżdied biex ikun ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità mill-mument tal-konċessjoni għat-18-il xahar segwenti għall-SMEs (13) u għat-12-il xahar segwenti fil-każ ta’ impriżi kbar. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ awtoċertifikazzjoni mill-benefiċjarju (14).”
|
|
|
27.
|
Il-punt 25(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“e.
|
Fil-każ ta’ self li jimmatura sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-ammont tal-kapital tas-self jista’ jkun ogħla milli hu taħt il-punt 25(d) b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u dment li tibqa’ assigurata l-proporzjonalità tal-għajnuna u l-Istat Membru juri dan lill-Kummissjoni.”
|
|
|
28.
|
Il-punt 26 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“26.
|
Sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal-likwidità għal impriżi li jiffaċċjaw nuqqas għall-għarrieda, ir-rati tal-imgħax sussidjati għal perjodu u għal ammont ta’ self li jkunu limitati jistgħu jkunu soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi attwali. Barra minn hekk, dejn subordinat, li huwa subordinat għal kredituri ordinarji superjuri fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, jista’ jkun ukoll soluzzjoni xierqa, meħtieġa u mmirata matul iċ-ċirkostanzi attwali. Tali dejn huwa strument inqas ta’ distorsjoni minn ekwità jew kapital ibridu, peress li ma jistax jiġi kkonvertit awtomatikament f’ekwità meta l-kumpanija tkun negozju attiv. Għalhekk, l-għajnuna fil-forma ta’ dejn subordinat (15) trid tissodisfa l-kundizzjonijiet rispettivi skont it-Taqsima 3.3, li tikkonċerna l-istrumenti ta’ dejn. Madankollu, peress li żżid l-abbiltà tal-kumpaniji li jieħdu dejn superjuri b’mod simili għal sostenn kapitali, żieda fir-riskju tal-kreditu u limitazzjoni ulterjuri fir-rigward tal-ammont imqabbel mad-dejn superjuri (terz għal impriżi kbar u nofs l-ammont għall-SMEs, kif definit fil-punt 27(d) (i) jew (ii), għandhom japplikaw ukoll. Lil hinn minn dawn il-limiti, id-dejn subordinat għandu jiġi vvalutat f’konformità mal-kundizzjonijiet għall-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 stabbiliti fit-Taqsima 3.11 biex ikun żgurat trattament ugwali.”
|
|
|
29.
|
Punt 26bis ġdid jiddaħħal kif ġej:
“26bis.
|
L-għajnuna mogħtija skont it-Taqsima 3.3 ma għandhiex tiġi akkumulata ma’ għajnuna mogħtija għall-istess kapital ta’ self sottostanti fit-Taqsima 3.2 u viċi versa. L-għajnuna mogħtija skont it-Taqsima 3.2 u t-Taqsima 3.3 tista’ tiġi akkumulata għal self differenti sakemm l-ammont globali ta’ self għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-punt 25(d) jew fil-punt 27(d). Benefiċjarju jista’ jibbenefika b’mod parallel minn diversi miżuri skont it-Taqsima 3.3 sakemm l-ammont globali ta’ self għal kull benefiċjarju ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fil-punti 27 (d) u (e).”
|
|
|
30.
|
L-ittra (iii) fil-punt 27(d) hija sostitwita b’dan li ġej:
“iii.
|
b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni (pereżempju b’rabta mal-karatteristiċi ta’ ċertu tip ta’ impriżi), l-ammont tas-self ikun jista’ jiżdied biex ikun ikopri l-ħtiġijiet ta’ likwidità mill-mument tal-konċessjoni għat-18-il xahar segwenti għall-SMEs (16) u għat-12-il xahar segwenti fil-każ ta’ impriżi kbar. Il-ħtiġijiet ta’ likwidità għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ awtoċertifikazzjoni mill-benefiċjarju (17).”
|
|
|
31.
|
Il-punt 27(e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“e.
|
Fil-każ ta’ self li jimmatura sal-31 ta’ Diċembru 2020, l-ammont tal-kapital tas-self jista’ jkun ogħla milli hu taħt il-punt 27(d) b’ġustifikazzjoni xierqa pprovduta mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u dment li tibqa’ assigurata l-proporzjonalità tal-għajnuna u l-Istat Membru juri dan lill-Kummissjoni;
|
|
|
32.
|
Il-punt 27bis jiddaħħal kif ġej:
“27bis
|
Strumenti ta’ dejn, li huma subordinati għal kredituri mhux garantiti superjuri ordinarji fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, jistgħu jingħataw b’rati tal-imgħax imnaqqsa, li jkunu tal-inqas daqs ir-rata bażi u l-marġnijiet tar-riskju tal-kreditu msemmija fit-tabella tal-punt 27(a) b’żieda ta’ 200 punt bażi għall-impriżi kbar u 150 punt bażi għall-SMEs. Il-possibbiltà alternattiva tal-punt 27(b) tapplika għal tali strumenti ta’ dejn. Il-punti 27(c), 27(f) u 27(g) għandhom jiġu ssodisfati wkoll. Jekk l-ammont tad-dejn subordinat jaqbeż iż-żewġ limiti li ġejjin (18), il-kompatibbiltà tal-istrument mas-Suq Intern tiġi determinata skont it-Taqsima 3.11:
i.
|
Żewġ terzi tal-kont tal-pagi annwali tal-benefiċjarju għal impriżi kbar u l-kont tal-pagi annwali tal-benefiċjarju għall-SMEs, kif definit fil-punt 27(d)(i), kif ukoll
|
ii.
|
8,4 % tal-fatturat totali tal-benefiċjarju fl-2019 għall-impriżi kbar u 12,5 % tal-fatturat totali tal-benefiċjarju fl-2019 għall-SMEs.”
|
|
|
|
33.
|
Il-punt 28 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“28.
|
L-għajnuna fil-forma ta’ garanziji u ta’ self skont it-Taqsima 3.1, it-Taqsima 3.2 u t-Taqsima 3.3 ta’ din il-Komunikazzjoni jistgħu jiġu pprovduti lil impriżi li jiffaċċjaw nuqqas għall-għarrieda ta’ likwidità direttament jew permezz ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji oħra bħala intermedjarji finanzjarji. Fil-każ tal-aħħar, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.”
|
|
|
34.
|
Il-punt 31 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“31.
|
Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew xi istituzzjoni finanzjarja oħra, sa fejn ikun assolutament possibbli, jgħaddu l-vantaġġi tal-garanzija pubblika jew tar-rati tal-imgħax issussidjati fuq self lill-benefiċjarji finali. L-intermedjaru finanzjarju jrid ikun fil-pożizzjoni li juri li huwa jħaddem mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-vantaġġi jgħaddu sa fejn ikun assolutament possibbli għand il-benefiċjarji finali fil-forma ta’ volumi akbar ta’ ffinanzjar, portafolli aktar riskjużi, rekwiżiti iċken ta’ garanziji, primjums iżgħar ta’ garanzija jew rati tal-imgħax aktar baxxi għajr mingħajr tali garanziji pubbliċi jew self.”
|
|
|
35.
|
L-ittra (j) fil-punt 37 tiġi sostitwita b’dan li ġej:
“j.
|
L-infrastrutturi tal-ittestjar u tal-espansjoni għandhom ikunu miftuħa għal diversi utenti u l-aċċess għandu jingħata fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja. L-impriżi li jkunu ffinanzjaw mill-inqas 10 % tal-kostijiet tal-investiment jistgħu jingħataw aċċess preferenzjali b’kundizzjonijiet aktar favorevoli.”
|
|
|
36.
|
Il-punt 43bis jiddaħħal kif ġej:
“43bis.
|
Sal-punt li skema bħal din tinkludi wkoll impjegati ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu jew finanzjarji, kwalunkwe għajnuna lil dawk l-istituzzjonijiet m’għandhiex l-għan li tippreserva jew terġa’ tikseb il-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza tagħhom, minħabba l-għan prinċipalment soċjali ta’ din l-għajnuna. (19) Bħala riżultat, il-Kummissjoni tqis li tali għajnuna jenħtieġ li ma tiġix kwalifikata bħala għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja skont l-Artikolu 2(1)(28) BRRD u l-Artikolu 3(1)(29) SRMR, u jenħtieġ li ma tiġix ivvalutata skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat applikabbli għas-settur bankarju (20).
|
|
|
37.
|
Tiddaħħal it-Taqsima li ġejja:
“3.11. Miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni
|
44.
|
Dan il-Qafas Temporanju jippreżenta l-kriterji skont ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat, li abbażi tagħhom l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sostenn pubbliku fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi lill-impriżi li jiffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. (21) Huwa għandu l-għan li jiżgura li t-tfixkil tal-ekonomija ma jirriżultax fi ħruġ bla bżonn mis-suq ta’ impriżi li kienu vijabbli qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Għaldaqstant, ir-rikapitalizzazzjonijiet ma jridux jaqbżu l-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, u jentieġ li ma jmorrux lil hinn mir-restawr tal-istruttura tal-kapital tal-benefiċjarju għal dik li kienet teżisti qabel it-tifqigħa tal-COVID-19. Impriżi kbar iridu jirrappurtaw dwar kif l-għajnuna li rċevew tappoġġja l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-objettivi tal-UE u l-obbligi nazzjonali marbuta mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, inkluż l-għan tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050.
|
|
45.
|
Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tenfasizza li l-għoti ta’ appoġġ pubbliku nazzjonali fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi, bħala parti minn skemi jew f’każijiet individwali, jenħtieġ li jitqies biss jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni xierqa oħra. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ħruġ ta’ tali strumenti jkun soġġett għal kundizzjonijiet stretti minħabba li huma distorsivi ħafna għall-kompetizzjoni bejn l-impriżi. Għalhekk, interventi bħal dawn iridu jkunu soġġetti wkoll għal kundizzjonijiet ċari fir-rigward tad-dħul, tar-remunerazzjoni u tal-ħruġ tal-Istat mill-ekwità tal-impriżi kkonċernati, id-dispożizzjonijiet ta’ governanza u miżuri xierqa li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. B’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li t-tfassil ta’ miżuri ta’ sostenn nazzjonali b’mod li jissodisfa l-għanijiet ta’ politika tal-UE relatati mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomiji tagħhom jippermetti tkabbir aktar sostenibbli fit-tul, u jippromwovi t-trasformazzjoni għall-objettiv miftiehem tal-UE tan-newtralità klimatika sal-2050.
|
3.11.1. Applikabbiltà
|
46.
|
Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw għal skemi ta’ rikapitalizzazzjoni u miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni individwali tal-Istati Membri għal impriżi mhux finanzjarji (kollettivament imsejħa miżuri ta’ “rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19”) taħt din il-Komunikazzjoni, li mhumiex koperti mit-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni. Huma japplikaw għal miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 għal impriżi kbar u SMEs. (22)
|
|
47.
|
Il-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-istrumenti tad-dejn subordinat li jaqbżu ż-żewġ limiti msemmija fil-punt 27bis (i) u (ii) fit-Taqsima 3.3 ta’ din il-Komunikazzjoni.
|
|
48.
|
Il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma għandhomx jingħataw aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2021.
|
3.11.2. Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà u ta’ dħul
|
49.
|
Il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 trid tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
|
mingħajr l-intervent tal-Istat il-benefiċjarju jkun se jfalli jew ikun se jiffaċċja diffikultajiet serji biex iżomm l-operazzjonijiet tiegħu. Diffikultajiet bħal dawn jistgħu jintwerew b’mod partikolari, bid-deterjorament tal-proporzjon tad-dejn mal-ekwità jew indikaturi simili tal-benefiċjarju;
|
(b)
|
huwa fl-interess komuni li jkun hemm intervent. Dan jista’ jkun relatat mal-evitar ta’ tbatija soċjali u ta’ falliment tas-suq minħabba telf sinifikanti ta’ impjiegi, il-ħruġ ta’ kumpanija innovattiva, il-ħruġ ta’ kumpanija ta’ importanza sistemika, ir-riskju ta’ tfixkil għal servizz importanti, jew sitwazzjonijiet simili sostanzjati kif xieraq mill-Istat Membru kkonċernat;
|
(c)
|
il-benefiċjarju ma jkunx jista jsib finanzjament fis-swieq b’termini affordabbli u l-miżuri orizzontali li jeżistu fl-Istat Membru kkonċernat biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità ma jkunux biżżejjed biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tiegħu; kif ukoll
|
(d)
|
il-benefiċjarju ma jkunx impriża li kienet diġà tinsab f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 (skont it-tifsira tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (23)).
|
|
|
50.
|
L-Istati Membri għandhom jagħtu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 taħt skema ta’ għajnuna approvata mill-Kummissjoni biss wara talba bil-miktub għal tali għajnuna mill-impriżi benefiċjarji prospettivi. Fir-rigward ta’ għajnuna notifikabbli b’mod individwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza ta’ tali talba bil-miktub bħala parti min-notifika tal-miżura ta’ għajnuna individwali lill-Kummissjoni.
|
|
51.
|
Ir-rekwiżiti ta’ din it-Taqsima u t-Taqsimiet 3.11.4, 3.11.5, 3.11.6 u 3.11.7 japplikaw kemm għall-iskemi ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 kif ukoll għal miżuri ta’ għajnuna individwali. Meta tapprova skema, il-Kummissjoni se titlob in-notifika separata ta’ għajnuna individwali li taqbeż il-limitu ta’ EUR 250 miljun. B’rabta ma’ dawn in-notifiki, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-finanzjament eżistenti fis-suq jew il-miżuri orizzontali biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità humiex biżżejjed biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju; li l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni magħżula u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom huma xierqa biex jiġu indirizzati d-diffikultajiet serji tal-benefiċjarju; li l-għajnuna tkun proporzjonata; u li l-kundizzjonijiet f’din it-Taqsima u t-Taqsimiet 3.11.4, 3.11.5, 3.11.6 u 3.11.7 jiġu mħarsa.
|
3.11.3. Tipi ta’ miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni
|
52.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 bl-użu ta’ żewġ settijiet distinti ta’ strumenti ta’ rikapitalizzazzjoni:
(a)
|
strumenti ta’ ekwità, b’mod partikolari, il-ħruġ ta’ ishma komuni jew privilaġġati ġodda; u/jew
|
(b)
|
strumenti b’komponent ta’ ekwità (imsejħa “strumenti kapitali ibridi”) (24), b’mod partikolari drittijiet ta’ parteċipazzjoni fil-profitt, parteċipazzjonijiet passivi u bonds konvertibbli garantiti jew mhux garantiti.
|
|
|
53.
|
L-intervent tal-Istat jista’ jieħu l-forma ta’ kwalunkwe varjazzjoni tal-istrumenti msemmija hawn fuq, jew taħlita ta’ strumenti ta’ ekwità u kapitali ibridi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jissottoskrivu l-istrumenti ta’ hawn fuq fil-kuntest ta’ offerta tas-suq, bil-kundizzjoni li kwalunkwe intervent tal-Istat f’benefiċjarju li jirriżulta, ikun jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima 3.11 tal-Komunikazzjoni. L-Istat Membru jrid jiżgura li l-istrumenti ta’ rikapitalizzazzjoni magħżula u l-kundizzjonijiet mehmuża magħhom ikunu xierqa biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ rikapitalizzazzjoni tal-benefiċjarju, filwaqt li fl-istess ħin ikunu l-inqas ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni.
|
3.11.4. L-ammont tar-rikapitalizzazzjoni
|
54.
|
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità tal-għajnuna, l-ammont tar-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jridx jaqbeż il-minimu meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju, u jenħtieġ li ma jmurx lil hinn mir-restawr tal-istruttura kapitali tal-benefiċjarju għal dik ta’ qabel it-tifqigħa tal-COVID-19, jiġifieri s-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2019. Fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għajnuna, għandha titqies l-għajnuna mill-Istat riċevuta jew ippjanata fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19.
|
3.11.5. Ir-remunerazzjoni u l-ħruġ tal-Istat
Prinċipji ġenerali
|
55.
|
L-Istat għandu jirċievi remunerazzjoni xierqa għall-investiment. Iktar ma r-remunerazzjoni tkun qrib it-termini tas-suq, iktar tkun baxxa d-distorsjoni tal-kompetizzjoni potenzjali kkawżata mill-intervent tal-Istat.
|
|
56.
|
Jenħtieġ li r-rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 tiġi mifdija meta l-ekonomija tistabbilizza ruħha. Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li jingħata biżżejjed żmien lill-benefiċjarju biex jifdi r-rikapitalizzazzjoni. L-Istat Membru jrid iwaqqaf mekkaniżmu biex jinċentivizza gradwalment it-tifdija.
|
|
57.
|
Jenħtieġ li r-rimunerazzjoni tal-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 tiżdied sabiex tikkonverġi mal-prezzijiet tas-suq biex jiġi pprovdut inċentiv għall-benefiċjarju u għall-azzjonisti l-oħra biex jifdu l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni mill-Istat u biex jimminimizzaw ir-riskju ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.
|
|
58.
|
Isegwi li l-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 irid ikun fihom l-inċentivi xierqa biex l-impriżi jifdu r-rikapitalizzazzjoni u jfittxu kapital alternattiv meta l-kundizzjonijiet tas-suq jippermettu, billi jirrikjedu remunerazzjoni għolja biżżejjed għar-rikapitalizzazzjoni.
|
|
59.
|
Bħala alternattiva għall-metodoloġiji tar-remunerazzjoni stabbiliti hawn taħt, l-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw skemi jew miżuri individwali fejn il-metodoloġija tar-remunerazzjoni tkun adattata skont il-karatteristiċi u l-anzjanità tal-istrument kapitali sakemm dawn iwasslu għal riżultat simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-rimunerazzjoni tal-Istat.
|
Remunerazzjoni tal-istrumenti ta’ ekwità
|
60.
|
Injezzjoni ta’ kapital mill-Istat, jew intervent ekwivalenti, għandha ssir bi prezz li ma jaqbiżx il-prezz medju tal-ishma tal-benefiċjarju matul il-15-il jum ta’ qabel it-talba għall-injezzjoni ta’ kapital. Jekk il-benefiċjarju ma jkunx kumpanija elenkata fil-Borża, jenħtieġ li tiġi stabbilita stima tal-valur tas-suq tiegħu minn espert indipendenti jew permezz ta’ mezzi proporzjonati oħra.
|
|
61.
|
Kull miżura ta’ rikapitalizzazzjoni għandha tinkludi mekkaniżmu step-up li jżid ir-remunerazzjoni tal-Istat, biex il-benefiċjarju jkun inċentivat jixtri lura l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. Iż-żieda fir-remunerazzjoni tista’ tkun fil-forma ta’ ishma addizzjonali (25) konċessi lill-Istat jew mekkaniżmi oħra, u jenħtieġ li tikkorrispondi għal żieda ta’ mill-inqas 10 % fir-remunerazzjoni tal-Istat (għall-parteċipazzjoni li tirriżulta mill-injezzjoni ta’ ekwità mill-Istat b’rabta mal-COVID-19 u li ma tħallsitx lura), għal kull pass tal-istep-up:
(a)
|
Jekk erba’ snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19 l-Istat ma jkunx biegħ mill-inqas 40 fil-mija tal-parteċipazzjoni fl-ekwità li tirriżulta mill-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, il-mekkaniżmu step-up jiġi attivat.
|
(b)
|
Jekk sitt snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19 l-Istat ma jkunx biegħ il-parteċipazzjoni kollha tiegħu fl-ekwità b’riżultat tal-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, il-mekkaniżmu step-up jerġa’ jiġi attivat. (26)
|
Jekk il-benefiċjarju ma jkunx kumpanija elenkata fil-Borża, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jimplementaw kull wieħed miż-żewġ passi sena wara, jiġifieri ħames u seba’ snin rispettivament wara li tingħata l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19.
|
|
62.
|
Il-Kummissjoni tista’ taċċetta mekkaniżmi alternattivi, dment li b’mod ġenerali jwasslu għal eżitu simili fir-rigward tal-effetti ta’ inċentiv fuq il-ħruġ tal-Istat u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat.
|
|
63.
|
F’kull waqt jenħtieġ li l-benefiċjarju jkollu l-possibbiltà li jixtri lura s-sehem ta’ ekwità akkwistat mill-Istat. Sabiex jiġi żgurat li l-Istat jirċievi remunerazzjoni xierqa għall-investiment, jenħtieġ li l-prezz tax-xiri lura jkun l-ammont l-iktar għoli bejn (i) l-investiment nominali tal-Istat b’żieda ta’ remunerazzjoni annwali tal-imgħax ta’ 200 punt bażi ogħla milli indikata fit-tabella hawn isfel (27); jew (ii) il-prezz tas-suq fil-mument tax-xiri lura.
|
|
64.
|
B’mod alternattiv, l-Istat jista’ f’kull waqt ibigħ is-sehem tiegħu fl-ekwità bil-prezzijiet tas-suq, lil akkwirenti oħra għajr il-benefiċjarju. Fil-prinċipju tali bejgħ jirrikjedi konsultazzjoni miftuħa u mhux diskriminatorja tal-akkwirenti potenzjali jew bejgħ fil-borża. L-Istat jista’ jagħti drittijiet ta’ prijorità lill-azzjonisti eżistenti biex jixtru bil-prezz li jirriżulta mill-konsultazzjoni pubblika.
|
Remunerazzjoni tal-istrumenti kapitali ibridi
|
65.
|
Ir-remunerazzjoni globali tal-istrumenti kapitali ibridi trid tieħu kont debitu tal-elementi li ġejjin:
(a)
|
il-karatteristiċi tal-istrument magħżul, inkluż il-livell ta’ subordinazzjoni tiegħu, ir-riskju u l-modalitajiet kollha tal-pagament tiegħu;
|
(b)
|
inċentivi inerenti għall-ħruġ (bħal eżempju step-up u klawsoli ta’ tifdija); kif ukoll
|
(c)
|
rata ta’ mgħax benchmark xierqa.
|
|
|
66.
|
Ir-remunerazzjoni minima tal-istrumenti kapitali ibridi sakemm jiġu kkonvertiti fi strumenti tat-tip “ekwità” għandha tkun mill-inqas ugwali għar-rata bażi (IBOR ta’ sena jew ekwivalenti kif ippubblikata mill-Kummissjoni (28)), biż-żieda tal-primjum indikat hawn taħt.
Remunerazzjoni tal-istrumenti kapitali ibridi: rata IBOR+ ta’ sena.
Tip ta’ riċevitur
|
L-ewwel sena
|
It-tieni u t-tielet sena
|
Ir-raba’ u l-ħames sena
|
Is-sitt u s-seba’ sena
|
It-tmien sena u ’l quddiem
|
SMEs
|
225 punt bażi
|
325 punt bażi
|
450 punt bażi
|
600 punt bażi
|
800 punt bażi
|
Impriżi kbar
|
250 punt bażi
|
350 punt bażi
|
500 punt bażi
|
700 punt bażi
|
950 punt bażi
|
|
|
67.
|
Il-konverżjoni tal-istrumenti kapitali ibridi f’ekwità għandha ssir b’ħamsa fil-mija jew iktar taħt it-TERP (Theoretical Ex-Rights Price) fil-mument tal-konverżjoni.
|
|
68.
|
Wara l-konverżjoni f’ekwità, irid jiġi inkluż mekkaniżmu step-up biex tiżdied ir-remunerazzjoni tal-Istat, biex il-benefiċjarji jkunu inċentivati jixtru lura l-injezzjonijiet ta’ kapital mill-Istat. Jekk, sentejn wara l-konverżjoni f’ekwità, l-ekwità li tirriżulta mill-intervent tal-Istat b’rabta mal-COVID-19 tkun għadha proprjetà tal-Istat, l-Istat għandu jirċievi sehem addizzjonali tas-sjieda tal-benefiċjarju, apparti l-parteċipazzjoni li jifdal li tirriżulta mill-konverżjoni mill-Istat tal-istrumenti kapitali ibridi b’rabta mal-COVID-19. Dan is-sehem addizzjonali ta’ sjieda għandu jkun mill-inqas 10 fil-mija tal-parteċipazzjoni li jifdal li tirriżulta mill-konverżjoni tal-Istat tal-istrumenti kapitali ibridi b’rabta mal-COVID-19. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta mekkaniżmi step-up alternattivi, dment li jkollhom l-istess effett ta’ inċentiv u impatt ġenerali simili fuq ir-remunerazzjoni tal-Istat.
|
|
69.
|
L-Istati Membri jistgħu jagħżlu formula ta’ prezzijiet li tinkludi wkoll klawżoli addizzjonali ta’ step-up jew ta’ ħlas lura. Jenħtieġ li tali karatteristiċi jiġu ddisinjati b’tali mod li jinkoraġġixxu tmiem bikri tal-appoġġ mill-Istat għall-benefiċjarju fil-forma ta’ rikapitalizzazzjoni. Il-Kummissjoni tista’ taċċetta wkoll metodoloġiji tal-ipprezzar alternattivi, sakemm dawn ikunu jwasslu għal remunerazzjonijiet li huma simili jew ogħla minn dawk li jirriżultaw mill-metodoloġija ta’ hawn fuq.
|
|
70.
|
Peress li n-natura tal-istrumenti ibridi tvarja b’mod sinifikanti, il-Kummissjoni ma tipprovdix gwida għat-tipi kollha ta’ strumenti. L-istrumenti ibridi f’kull każ iridu jsegwu l-prinċipji msemmija hawn fuq, bir-remunerazzjoni tirrifletti r-riskju tal-istrumenti partikolari.
|
3.11.6. Governanza u prevenzjoni ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni
|
71.
|
Għall-prevenzjoni ta’ distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni, il-benefiċjarji ma jistgħu jipparteċipaw f’ebda espansjoni kummerċjali aggressiva ffinanzjata minn għajnuna mill-Istat u lanqas ma jistgħu jieħdu riskji eċċessivi. Bħala prinċipju ġenerali, iktar ma jkun żgħir is-sehem tal-ekwità tal-Istat Membru u iktar ma tkun għolja r-remunerazzjoni, inqas ikun hemm bżonn ta’ salvagwardji.
|
|
72.
|
Jekk il-benefiċjarju ta’ miżura ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 ta’ ammont ogħla minn EUR 250 miljun ikun impriża b’saħħa sinifikanti f’mill-inqas wieħed mis-swieq rilevanti fejn jopera, l-Istati Membri jridu jipproponu miżuri addizzjonali biex jippreservaw il-kompetizzjoni effettiva f’dawk is-swieq. Meta jipproponu tali miżuri, l-Istati Membri jistgħu b’mod partikolari joffru impenji strutturali jew ta’ komportament previsti fl-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-miżuri korrettivi aċċettabbli skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004.
|
|
73.
|
Il-benefiċjarji li jirċievu miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 huma pprojbiti milli jirreklamawhom għal skopijiet kummerċjali.
|
|
74.
|
Sakemm mill-inqas 75 % tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux mifdija, il-benefiċjarji minbarra l-SMEs għandhom jiġu mwaqqfa milli jakkwistaw sehem ta’ aktar minn 10 % f’kompetituri jew operaturi oħra fl-istess linja tan-negozju, inklużi operazzjonijiet upstream u downstream.
|
|
75.
|
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, u bla ħsara għall-kontroll tal-fużjonijiet, dawn il-benefiċjarji jistgħu jakkwistaw sehem ta’ aktar minn 10 % f’operaturi upstream jew downstream fil-qasam ta’ operazzjoni tagħhom, sakemm l-akkwiżizzjoni tkun neċessarja biex tinżamm il-vijabbiltà tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni tista’ tawtorizza l-akkwiżizzjoni jekk tkun neċessarja biex tinżamm il-vijabbiltà tal-benefiċjarju. L-akkwiżizzjoni ma tistax tiġi implimentata qabel il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni dwar il-kwistjoni.
|
|
76.
|
L-għajnuna mill-Istat ma għandhiex tintuża għas-sussidju inkroċjat tal-attivitajiet ekonomiċi ta’ impriżi integrati li diġà kienu f’diffikultajiet ekonomiċi fil-31 ta’ Diċembru 2019. Għandha tiddaħħal fis-seħħ separazzjoni ċara tal-kontijiet f’kumpaniji integrati, biex jintwera li l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni ma jibbenefikawx minnha dawk l-attivitajiet.
|
|
77.
|
Sakemm il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija għal kollox, il-benefiċjarji ma jistgħux jagħmlu pagamenti ta’ dividendi, la pagamenti ta’ kupuni mhux obbligatorji, u lanqas jixtru ishma lura, għajr f’relazzjoni mal-Istat.
|
|
78.
|
Sakemm mill-inqas 75 % tal-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija, ir-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-maniġment tal-benefiċjarji ma tistax taqbeż il-parti fissa tar-remunerazzjoni tiegħu/tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2019. Għall-persuni li jsiru membri tal-maniġment mar-rikapitalizzazzjoni jew warajha, il-limitu applikabbli huwa r-remunerazzjoni fissa l-iktar baxxa tal-membri kollha tal-maniġment fil-31 ta’ Diċembru 2019. Fl-ebda ċirkostanza ma għandhom jitħallsu bonuses jew komponenti oħra varjabbli jew komparabbli tar-remunerazzjoni.
|
3.11.7. Strateġija ta’ ħruġ tal-Istat mill-parteċipazzjoni li tirriżulta mir-rikapitalizzazzjoni u obbligi ta’ rapportar
|
79.
|
Il-benefiċjarji għajr l-SMEs li jkunu rċevew rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 ta’ iktar minn 25 % tal-ekwità fil-mument tal-intervent iridu jippreżentaw strateġija ta’ ħruġ kredibbli għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru, sakemm l-intervent tal-Istat ma jitnaqqasx taħt il-livell ta’ 25 % tal-ekwità fi żmien 12-il xahar mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna. (29)
|
|
80.
|
L-istrateġija ta’ ħruġ għandha tistabbilixxi:
(a)
|
il-pjan tal-benefiċjarju dwar il-kontinwazzjoni tal-attività tiegħu u l-użu tal-fondi investiti mill-Istat, inkluż skeda ta’ pagament tar-remunerazzjoni u tat-tifdija tal-investiment tal-Istat (flimkien “l-iskeda ta’ ripagament”); u
|
(b)
|
il-miżuri li l-benefiċjarju u l-Istat se jieħdu biex jimxu mal-iskeda ta’ ripagament.
|
|
|
81.
|
Jenħtieġ li l-istrateġija ta’ ħruġ titħejja u tiġi ppreżentata lill-Istat Membru fi żmien 12-il xahar wara l-konċessjoni tal-għajnuna u trid tiġi approvata mill-Istat Membru.
|
|
82.
|
Minbarra l-obbligu stabbilit fil-punti 79 sa 81, il-benefiċjarji jridu jirrapportaw lill-Istat Membru dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-iskeda ta’ ripagament u l-konformità mal-kundizzjonijiet fit-taqsima 3.11.6 fi żmien 12-il xahar wara l-preżentazzjoni tal-iskeda, u mbagħad perjodikament kull 12-il xahar.
|
|
83.
|
Sakemm il-miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni tal-COVID-19 ma jkunux ġew mifdija għalkollox, fi żmien 12-il xahar mid-data tal-konċessjoni tal-għajnuna u mbagħad perjodikament kull 12-il xahar il-benefiċjarji ta’ rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19, għajr l-SMEs, għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar kif użaw l-għajnuna li rċevew. B’mod partikolari, jenħtieġ li din tkun tinkludi informazzjoni dwar kif il-mod li bih jużaw l-għajnuna li rċevew isostni l-attivitajiet tagħhom f’konformità mal-objettivi tal-UE u mal-obbligi nazzjonali b’rabta mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, inkluż l-għan tal-UE ta’ newtralità klimatika sal-2050.
|
|
84.
|
Jenħtieġ li l-Istat Membru jirrapporta lill-Kummissjoni kull sena dwar l-implimentazzjoni tal-iskeda ta’ ripagament u l-konformità mal-kundizzjonijiet fit-Taqsima 3.11.6. Jekk il-benefiċjarju jkun irċieva rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 li teċċedi l-EUR 250 miljun, ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar il-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 54.
|
|
85.
|
Jekk sitt snin wara r-rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19 l-intervent tal-Istat ma jkunx tnaqqas għal inqas minn 15 % tal-ekwità tal-benefiċjarju, irid jiġi nnotifikat pjan ta’ ristrutturar skont il-Linji Gwida ta’ Salvataġġ u Ristrutturar għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti fil-pjan ta’ ristrutturar jiżgurawx il-vijabbiltà tal-benefiċjarju, anki fid-dawl tal-objettivi tal-UE u l-obbligi nazzjonali marbuta mat-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali, u l-ħruġ tal-Istat mingħajr ma jaffettwa ħażin il-kummerċ sa punt li jkun kuntrarju għall-interess komuni. Jekk il-benefiċjarju ma jkunx kumpanija elenkata fil-Borża, jew ikun SME, l-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jinnotifika pjan ta’ ristrutturar biss jekk l-intervent tal-Istat ma jkunx tnaqqas għal inqas minn 15 % tal-ekwità seba’ snin wara r-rikapitalizzazzjoni b’rabta mal-COVID-19.”
|
|
|
38.
|
Il-punt 44 huwa numerat mill-ġdid bħala l-punt 86 u huwa emendat kif ġej:
“86.
|
Ħlief għall-għajnuna li tiġi konċessa skont it-taqsimiet 3.9, 3.10 u 3.11, l-Istati Membri huma obbligati li jippubblikaw informazzjoni rilevanti (30) dwar kull għajnuna individwali konċessa skont din il-Komunikazzjoni fis-sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat jew fl-għodda tal-IT tal-Kummissjoni (31) fi żmien 12-il xahar mill-mument tal-konċessjoni. L-Istati Membri jridu jippubblikaw informazzjoni rilevanti (32) dwar kull rikapitalizzazzjoni individwali konċessa skont it-taqsima 3.11 fis-sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat jew fl-għodda tal-IT tal-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-mument tar-rikapitalizzazzjoni. Il-valur nominali tar-rikapitalizzazzjoni għandu jiġi inkluż għal kull benefiċjarju.”
|
|
|
39.
|
Il-punti 45-52 huma nnumerati mill-ġdid bħala l-punti 87-94.
|
|
40.
|
Il-punt 49 huwa numerat mill-ġdid bħala l-punt 91 u huwa sostitwit b’dan li ġej:
“91.
|
Il-Kummissjoni tapplika din il-Komunikazzjoni mid-19 ta’ Marzu 2020, filwaqt li tqis l-impatt ekonomiku tat-tifqigħa tal-COVID-19, li kien jirrikjedi azzjoni immedjata. Din il-Komunikazzjoni hija ġustifikata biċ-ċirkostanzi eċċezzjonali attwali u mhux se tiġi applikata wara l-31 ta’ Diċembru 2020, ħlief it-Taqsima 3.11 li se tiġi applikata sal-1 ta’ Lulju 2021. Il-Kummissjoni tista’ tirrieżamina din il-Komunikazzjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 abbażi ta’ kunsiderazzjonijiet importanti tal-politika tal-kompetizzjoni jew ekonomiċi. Fejn ikun ta’ għajnuna, il-Kummissjoni tista’ wkoll tipprovdi kjarifiki ulterjuri dwar il-metodu tagħha fir-rigward ta’ kwistjonijiet partikolari.”
|
|
(1) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Marzu 2020, C(2020)1863 (ĠU C 91 I, 20.3.2020, p. 1).
(2) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2020, C(2020)2215 (ĠU C 112 I, 4.4.2020, p. 1).
(3) Ara wkoll it-Taqsima 4.2.3 tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea C/2016/2946 (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).
(4) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Gwida lill-Istati Membri rigward l-investiment dirett barrani u l-moviment liberu tal-kapital minn pajjiżi terzi, u l-protezzjoni tal-assi strateġiċi tal-Ewropa, qabel l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/452 (ir-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-FDI), C(2020) 1981 final, 25.3.2020.
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1).
(6) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi investimenti ta’ finanzjament ta’ riskju (ĠU C 19, 22.1.2014, p. 4).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(8) Pereżempju, il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1), il-Linji gwida għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1), il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1), il-Qafas għall-għajnuna mill-Istat għar-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni (ĠU C 198, 27.6.2014, p. 1) u l-Kriterji għall-analiżi tal-kompatibbiltà mas-suq intern tal-għajnuna mill-Istat biex tippromwovi l-eżekuzzjoni ta’ proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (ĠU C 188, 20.6.2014, p. 4).
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Awwissu 2013, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri ta’ appoġġ favur il-banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (ĠU C 216, 30.7.2013, p. 1).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).
(11) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 360/2012 tal-25 ta’ April 2012 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 114, 26.4.2012, p. 8).
(12) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Ir-Regolament ta’ Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 702/2014 tal-25 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara ċertu kategoriji ta’ għajnuna fis-setturi tal-agrikoltura u l-forestrija u f’żoni rurali kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 193, 1.7.2014, p. 1) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).
(13) Kif definit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa).
(14) Il-pjan ta’ likwidità jista’ jinkludi kemm il-kapital operatorju kif ukoll il-kostijiet tal-investiment.
(15) Ħlief jekk din l-għajnuna tikkonforma mal-kundizzjonijiet tat-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni.
(16) Kif definit fl-Anness I għar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa.
(17) Il-pjan ta’ likwidità jista’ jinkludi kemm il-kapital operatorju kif ukoll il-kostijiet tal-investiment.
(18) Jekk il-pagamenti tal-kupun jiġu kapitalizzati dan irid jitqies meta jiġu stabbiliti dawn il-limiti, sakemm din il-kapitalizzazzjoni kienet ippjanata jew prevedibbli fiż-żmien tan-notifika tal-miżura. Kull miżura oħra ta’ għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ dejn subordinat mogħtija fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19, anke barra minn din il-Komunikazzjoni, trid tkun inkluża f’dan il-kalkolu. Madankollu, dejn subordinat mogħti b’konformità mat-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni ma jgħoddx għal dawn il-limiti.
(19) Ara b’analoġija id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.49554-CY l-iskema Ċiprijotta għal self improduttiv kollateralizzat ma’ residenzi primarji (Estia), premessa 73 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.53520-EL- Skema ta’ Protezzjoni bir-Residenza Primarja, premessa 71.
(20) Ara l-punt 6 ta’ din il-Komunikazzjoni.
(21) Il-possibbiltà li tiġi offruta għajnuna fil-forma ta’ ekwità u/jew strumenti kapitali ibridi, iżda għal ammonti nominali ħafna inqas, hija diġà prevista fil-kundizzjonijiet tat-Taqsima 3.1 ta’ din il-Komunikazzjoni..
(22) Kif stipulat fil-punt 16 tal-Komunikazzjoni, in-notifika ta’ approċċi alternattivi tibqa’ possibbli f’konformità mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.
(23) Kif definit fl-Artikolu 2 (18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(24) L-istrumenti kapitali ibridi huma strumenti li għandhom karatteristiċi ta’ dejn kif ukoll ta’ ekwità. Pereżempju, bonds konvertibbli jiġu rremunerati bħall-bonds sakemm jiġu kkonvertiti f’ekwità. Il-valutazzjoni tar-remunerazzjoni globali tal-istrumenti kapitali ibridi għalhekk tiddependi minn naħa waħda fuq ir-remunerazzjoni tagħhom meta jkunu strumenti li jixbhu d-dejn u min-naħa l-oħra fuq il-kundizzjonijiet għall-konverżjoni fi strumenti simili għal ekwità.
(25) L-ishma addizzjonali jistgħu, pereżempju, jingħataw permezz tal-ħruġ ta’ bonds konvertibbli fid-data tar-rikapitalizzazzjoni, li mbagħad jiġu kkonvertiti f’ekwità fid-data tal-attivazzjoni tal-mekkaniżmu step-up.
(26) Pereżempju jekk l-istep-up ikun fil-forma tal-għoti ta’ ishma addizzjonali lill-Istat. Jekk il-parteċipazzjoni tal-Istat f’benefiċjarju tkun 40 % b’riżultat tal-injezzjoni ta’ kapital, u jekk l-Istat ma jbigħx il-parteċipazzjoni tiegħu qabel id-data mitluba, jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tal-Istat tiżdied b’mill-inqas 0,1 × 40 % = 4 % biex tilħaq 44 % erba’ snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, u tilħaq 48 % sitt snin wara l-injezzjoni ta’ ekwità b’rabta mal-COVID-19, li jwassal għal dilwizzjoni korrispondenti tal-ishma tal-azzjonisti l-oħra.
(27) Iż-żieda ta’ 200 punt bażi ma tapplikax fis-sena 8 u ’l quddiem.
(28) Ir-rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu li jistabbilixxi r-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6), ippubblikati fuq is-sit web tad-DĠ Kompetizzjoni fuq https://ec.europa.eu/competition/state_aid/legislation/reference_rates.html
(29) Għall-finijiet ta’ din is-Sottotaqsima 3.11.7, jenħtieġ li l-istrumenti ibridi konċessi mill-Istat jitqiesu bħala ekwità.
(30) Tirreferi għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 u l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014. Għall-ħlas bil-quddiem ripagabbli, għall-garanziji, għas-self, għas-self subordinat u għal forom oħra, għandu jiddaħħal il-valur nominali tal-istrument sottostanti għal kull benefiċjarju. Għall-benefiċċji fuq it-taxxa u fuq il-pagamenti, l-ammont tal-għajnuna individwali jista’ jiġi indikat f’firxiet.
(31) It-tiftix pubbliku dwar it-trasparenza tal-għajnuna mill-Istat jagħti aċċess għal data dwar għotjiet individwali ta’ għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Istati Membri f’konformità mar-rekwiżiti Ewropej ta’ trasparenza għall-għajnuna mill-Istat u huwa disponibbli fuq https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt
(32) Tirreferi għall-informazzjoni meħtieġa fl-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 u tal-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 702/2014 u l-Anness III tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 tas-16 ta’ Diċembru 2014.