Brussell, 9.12.2020

COM(2020) 791 final

2020/0350(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta’ allerti mill-Europol


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Il-kriminalità u t-terroriżmu joperaw b’mod transfruntier, hekk kif il-kriminali u t-terroristi jisfruttaw il-vantaġġi miġjuba mill-globalizzazzjoni u mill-mobbiltà. Konsegwentement, l-informazzjoni kondiviża mill-pajjiżi terzi mal-UE dwar l-attività kriminali u terroristika qed issir dejjem aktar rilevanti għas-sigurtà interna tal-UE, fil-fruntiera esterna tal-UE kif ukoll fit-territorju tal-Unjoni. Madankollu, bħalissa hemm limiti fil-kondiviżjoni ta’ informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi dwar persuni li jkunu suspettati jew li jinstabu ħatja ta’ reati kriminali u terroristiċi fl-UE. 1  B’mod aktar speċifiku, hemm limiti fil-kondiviżjoni ta’ informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi ma’ uffiċjali tal-ewwel linja fl-Istati Membri (uffiċjali tal-pulizija u gwardji tal-fruntiera) meta u fejn ikunu jeħtiġuha. L-istess japplika għall-informazzjoni kondiviża mill-organizzazzjonijiet internazzjonali mal-Europol.

Pereżempju, din il-problema tinħoloq fil-kuntest tal-isforzi kontinwi sabiex jinstabu ġellieda terroristi barranin. Ir-rapport Terrorism Situation and Trend 2 tal-Europol ta’ Ġunju 2020 jiddikjara li filwaqt li ħafna ġellieda terroristi barranin huma maħsuba li nqatlu jew ġew reklużi f’kampijiet ta’ detenzjoni jew ta’ refuġjati fil-Grigal tas-Sirja, għad hemm numru sostanzjali ta’ ġellieda terroristi barranin li ħadd ma jaf x’sar minnhom. Skont ir-rapport, il-kaos u n-nuqqas ta’ informazzjoni miż-żona ta’ kunflitt irriżultaw f’informazzjoni limitata u mhux verifikabbli disponibbli għall-Istati Membri dwar il-ġellieda terroristi barranin. Bl-istess mod, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2020 dwar l-azzjoni esterna tal-UE dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti jirrikonoxxu li “l-ġellieda terroristiċi barranin se jibqgħu sfida kbira komuni għas-sigurtà għas-snin li ġejjin”, filwaqt li jesiġu kooperazzjoni u kondiviżjoni ta’ informazzjoni mtejba u f’waqthom fost l-Istati Membri, mal-Europol u ma’ atturi rilevanti oħra tal-UE. 3 Madankollu, l-informazzjoni li l-Europol iddaħħal fis-sistemi ta’ informazzjoni tagħha, b’mod partikolari r-riżultat tal-analiżi tagħha stess ta’ data miksuba minn pajjiżi terzi, ma tilħaqx lill-utenti finali bl-istess mod bħall-informazzjoni li l-Istati Membri jipprovdu lis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS).

Il-Europol tistma li bħalissa l-informazzjoni dwar madwar 1000 ġellied terrorist barrani mhux mill-UE, ipprovduta minn pajjiżi terzi fdati lill-Europol u lill-Istati Membri individwali, ma ddaħħlitx fis-SIS. Bħala l-aktar bażi ta’ data użata b’mod mifrux għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fl-UE, is-SIS tipprovdi lill-uffiċjali tal-ewwel linja aċċess dirett f’ħin reali għal allerti dwar persuni u oġġetti, inklużi allerti dwar persuni suspettati u kriminali. Fin-nuqqas ta’ allerti fis-SIS dwar l-1000 ġellied terrorist barrani mhux mill-UE, hemm riskju li l-gwardji tal-fruntiera ma jindunawx bihom meta jfittxu li jidħlu fl-UE, jew meta l-uffiċjali tal-pulizija jagħmlulhom kontrolli fit-territorju tal-UE. Dan jikkostitwixxi nuqqas konsiderevoli fis-sigurtà.

F’dan ir-rigward, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2018 dwar it-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-użu tasSistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) għat-trattament ta’ persuni involuti fit-terroriżmu jew f’attivitajiet relatati mat-terroriżmu diġà fakkru fil-ħtieġa li jiġi żgurat “li informazzjoni dwar il-ġellieda terroristi barranin tittella’ fis-sistemi u pjattaformi Ewropej b’mod konsistenti u sistematiku”. 4 Il-Kunsill irrefera għal “approċċ konsistenti ta’ kondiviżjoni ta’ informazzjoni fuq tliet livelli dwar FTF bl-użu ottimali u konsistenti tad-data tas-SIS u tal-Europol li l-Europol tipproċessa għall-kontroverifika u għall-analiżi fil-Proġetti ta’ analiżi rilevanti.” Madankollu, l-Istati Membri mhux dejjem ikunu jistgħu jdaħħlu l-informazzjoni minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali dwar ġellieda terroristi barranin fis-SIS sabiex jagħmluha disponibbli għall-uffiċjali tal-ewwel linja fi Stati Membri oħra. L-ewwel nett, xi pajjiżi terzi jaqsmu data dwar persuni suspettati u kriminali mal-Europol biss u possibbilment ma’ xi Stati Membri. It-tieni, anki jekk Stat Membru jirċievi l-informazzjoni dwar persuni suspettati u kriminali direttament mingħand il-pajjiż terz jew permezz tal-Europol, jaf ma jkunx jista’ joħroġ allert dwar il-persuna kkonċernata minħabba restrizzjonijiet fid-dritt nazzjonali (eż. il-ħtieġa li tiġi stabbilita konnessjoni mal-ġurisdizzjoni nazzjonali). It-tielet, l-Istat Membru jista’ ma jkollux il-mezzi sabiex janalizza u jivverifika b’mod suffiċjenti l-informazzjoni li jkun irċieva. Dan iwassal għal diskrepanza bejn l-informazzjoni dwar persuni suspettati u kriminali li l-pajjiżi terzi jagħmlu disponibbli għall-Europol u għall-Istati Membri, u d-disponibbiltà tat-tali informazzjoni għall-uffiċjali tal-ewwel linja meta u fejn ikunu jeħtiġuha.

F’termini ta’ soluzzjoni possibbli fil-livell tal-UE, huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ li l-Europol għandha informazzjoni siewja dwar persuni suspettati u kriminali li tkun irċiviet mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Ladarba l-Europol tanalizza l-informazzjoni li tirċievi mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar persuni suspettati u kriminali, inkluż billi tikkontroverifikaha mal-informazzjoni li diġà jkollha fil-bażijiet ta’ data tagħha sabiex tikkonferma l-akkuratezza tal-informazzjoni u tikkomplementaha b’data oħra, il-Europol jeħtieġ li tagħmel ir-riżultat tal-analiżi tagħha disponibbli għall-Istati Membri kollha. Għal dak l-għan, il-Europol tuża s-sistemi ta’ informazzjoni tagħha sabiex tagħmel analiżi ta’ informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi dwar persuni suspettati u kriminali disponibbli għall-Istati Membri. Il-Europol se ddaħħal ukoll l-informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi fil-lista ta’ sorveljanza tas-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi eżentati mill-obbligu li jkunu fil-pussess ta’ viża meta jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. 5 Il-lista ta’ sorveljanza se tappoġġa lill-Istati Membri fil-valutazzjoni ta’ jekk persuna li tapplika għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar tkunx ta’ riskju għas-sigurtà.

Madankollu, il-Europol mhijiex kapaċi tipprovdi direttament u f’ħin reali lill-uffiċjali tal-ewwel linja fl-Istati Membri b’informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi li jkollha dwar persuni suspettati u kriminali. L-uffiċjali tal-ewwel linja ma għandhomx aċċess immedjat għas-sistemi ta’ informazzjoni tal-Europol jew għad-data mdaħħla mill-Europol fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS. Is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Europol jappoġġaw il-ħidma tal-investigaturi, tal-uffiċjali tal-intelligence kriminali u tal-analisti fl-Istati Membri. Filwaqt li huwa f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi liema awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom il-permess li jikkooperaw direttament mal-Europol 6 , tipikament ma jkun hemm l-ebda possibbiltà għall-uffiċjali tal-ewwel linja li jaċċessaw is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Europol.

Filwaqt li l-Europol tista’ tivverifika lill-persuni fis-SIS, u minn Marzu 2021 se tiġi informata bil-hits dwar allerti relatati mat-terroriżmu maħruġa minn Stati Membri oħra, il-Europol ma tistax toħroġ allerti fis-SIS bħala l-aktar bażi ta’ data użata b’mod wiesa’ għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fl-UE li hija direttament aċċessibbli għall-gwardji tal-fruntiera u għall-uffiċjali tal-pulizija. Għalhekk, informazzjoni kruċjali miksuba minn pajjiżi terzi miżmuma mill-Europol dwar persuni suspettati u kriminali tista’ ma tilħaqx lill-utenti finali fil-livell nazzjonali meta u fejn ikunu jeħtiġuha. Dan jinkludi l-analiżi tal-Europol tad-data li jirċievi mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali dwar ġellieda terroristi barranin, iżda anki dwar persuni involuti fil-kriminalità organizzata (eż. traffikar tad-drogi) jew kriminalità serja (eż. abbuż sesswali tat-tfal).

B’riflessjoni tad-differenzi fl-iskop bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Europol u s-SIS, hemm differenza kbira fl-ilħiq ta’ dawn is-sistemi.

Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol

Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen

Utenti

8 587 utent
(tmiem l-2019)

Kull uffiċjal tal-ewwel linja fl-Istati Membri 7 (gwardji tal-fruntiera u uffiċjali tal-pulizija)

Numru ta’ verifiki (fl-2019) 8

5,4 miljun

6,6 biljun

Sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas fis-sigurtà, l-objettiv ta’ din il-proposta huwa li tiġi stabbilita kategorija ġdida ta’ allerti speċifikament għall-Europol, sabiex l-informazzjoni tiġi pprovduta direttament u f’ħin reali lill-uffiċjali tal-ewwel linja. Għal dan l-għan, huwa meħtieġ li jiġu emendati kemm ir-Regolament (UE) 2016/794 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) 9 kif ukoll ir-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. 10 Minħabba l-ġeometrija varjabbli, filwaqt li Stati Membri differenti jipparteċipaw f’dawn iż-żewġ Regolamenti, l-emendi huma ppreżentati f’żewġ proposti separati li, però, huma loġikament marbuta ma’ xulxin.

Din il-proposta tikkonċerna l-emenda tar-Regolament (UE) 2018/1862. Il-proposta għandha l-għan li tippermetti lill-Europol li toħroġ “allerti ta’ informazzjoni” dwar persuni suspettati u kriminali bħala kategorija ġdida ta’ allerti fis-SIS, għall-użu esklussiv mill-Europol f’każijiet u f’ċirkostanzi speċifiċi u ddefiniti sew. Din hija bidla fundamentali importanti għas-SIS, peress li sa issa, l-Istati Membri biss setgħu jdaħħlu, jaġġornaw u jħassru d-data fis-SIS u l-Europol kellha aċċess sabiex “taqra biss,” li jkopri l-kategoriji kollha ta’ allerti. Il-Europol tkun tista’ toħroġ allerti fuq il-bażi tal-analiżi tagħha ta’ informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi jew ta’ informazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali, fl-ambitu ta’ reati li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol u biss fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex benefiċjarji tad-drittijiet tal-moviment liberu.

L-iskop tal-kategorija l-ġdida ta’ allerti huwa li fil-każ ta’ “hit”, l-allert jinforma lill-uffiċjal tal-ewwel linja li l-persuna kkonċernata tkun suspettata li hija involuta f’reat kriminali li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Europol. Bħala azzjoni li għandha tittieħed, il-fatt li l-persuna tiġi lokalizzata u l-post, il-ħin u r-raġuni għall-kontroll jiġu rrapportati lura lill-Europol (permezz tal-Uffiċċju SIRENE nazzjonali). Minbarra dan ir-rapportar, ma jkun hemm l-ebda obbligu ulterjuri fuq l-Istat Membru fejn tkun seħħet il-“hit”. Madankollu, l-Istat Membru li jeżegwixxi l-allert ikun jista’ jiddetermina, fuq bażi ta’ każ b’każ, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni ta’ sfond riċevuta mingħand il-Europol, jekk ikunx hemm bżonn li jittieħdu aktar miżuri fir-rigward tal-persuna skont id-dritt nazzjonali u bid-diskrezzjoni sħiħa ta’ dak l-Istat Membru.

Billi l-iskambju ta’ informazzjoni minn pajjiżi terzi jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali dwar persuni suspettati u kriminali jinkludi l-ipproċessar ta’ data personali, il-valutazzjoni tal-għażliet ta’ politika sabiex tiġi indirizzata l-problema identifikata tqis bis-sħiħ l-obbligu li jiġu rrispettati d-Drittijiet Fundamentali u b’mod partikolari d-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika u ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Din il-proposta hija marbuta mill-qrib ma’ u tikkomplementa politiki oħra tal-Unjoni, jiġifieri:

(1)is-sigurtà interna, b’mod partikolari l-“pakkett Kontra t-Terroriżmu” li din il-proposta tagħmel parti minnu;

(2)il-protezzjoni tad-data, peress li din il-proposta tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali ta’ individwi li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata fis-SIS;

(3)il-politiki esterni tal-Unjoni, b’mod partikolari l-ħidma tad-delegazzjonijiet tal-UE u l-politika kontra t-terroriżmu/dwar is-sigurtà f’pajjiżi terzi.

Din il-proposta hija marbuta mill-qrib ma’ leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni u tikkomplementaha, jiġifieri:

(1)dwar il-Europol, peress li din il-proposta tagħti drittijiet addizzjonali lill-Europol sabiex tipproċessa u tiskambja data, fi ħdan il-mandat tagħha, fis-SIS;

(2)dwar il-ġestjoni tal-fruntieri esterni: il-proposta tikkomplementa l-prinċipju fil-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen 11 tat-twettiq ta’ kontrolli sistematiċi kontra bażijiet ta’ data rilevanti tal-vjaġġaturi kollha mad-dħul u mal-ħruġ fiż-żona Schengen, kif stabbilit b’rispons għall-fenomenu tal-ġellieda terroristi barranin;

(3)dwar is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) li tipprovdi għal valutazzjoni bir-reqqa tas-sigurtà, inkluża verifika fis-SIS, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkun biħsiebhom jivvjaġġaw lejn l-UE;

(4)dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) 12 inkluża verifika fis-SIS, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li japplikaw għal viża.

Barra minn hekk , il-proposta tinkludi emendi addizzjonali għar-Regolament (UE) 2018/1862 sabiex tallinja d-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess, ir-rettifika ta’ data mhux preċiża u t-tħassir ta’ data maħżuna illegalment, ir-rimedji u r-responsabbiltà mar-Regolament (UE) 2016/794 u mar-Regolament (UE) 2018/1725 peress li dawk l-allinjamenti huma meħtieġa minħabba l-kategorija l-ġdida ta’ allerti li għandha tiddaħħal mill-Europol.

Fl-aħħar nett, bħala konsegwenza ta’ din il-proposta, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kemm dwar l-ETIAS kif ukoll dwar il-VIS jeħtieġ li tiġi vvalutata sabiex jiġi ddeterminat jekk għandhiex tiġi inkluża, bħala parti mill-valutazzjoni tas-sigurtà bil-quddiem, il-kategorija l-ġdida ta’ allerti tas-SIS fi ħdan l-ipproċessar awtomatizzat imwettaq mill-ETIAS u mill-VIS. F’dan l-istadju għadu mhuwiex possibbli li titwettaq din il-valutazzjoni, peress li r-regolamenti dwar l-ETIAS u l-VIS bħalissa qed jiġu nnegozjati fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Il-Kummissjoni se tippreżenta emendi konsegwenzjali għal kull wieħed minn dawn l-istrumenti wara li jiġu konklużi n-negozjati.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Din il-proposta temenda r-Regolament (UE) 2018/1862 u tuża waħda mill-bażijiet ġuridiċi tiegħu, jiġifieri l-Artikolu 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bħala l-bażi ġuridika. L-Artikolu 88 tat-TFUE jirreferi għall-mandat tal-Europol u l-punt (2)(a) ta’ dan l-Artikolu speċifikament għall-ġbir, għall-ħżin, għall-ipproċessar, għall-analiżi u għall-iskambju ta’ informazzjoni, b’mod partikolari dik mibgħuta mill-awtoritajiet tal-Istati Membri jew minn pajjiżi jew minn korpi terzi.

Ġeometrija varjabbli

Din il-proposta tibni fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-kooperazzjoni tal-pulizija u mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Għalhekk, iridu jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi li ġejjin konnessi mad-diversi protokolli u ftehimiet mal-pajjiżi assoċjati:

id-Danimarka: F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament se jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimentah fid-dritt nazzjonali tagħha.

l-Irlanda: L-Irlanda qed tieħu sehem f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 anness mat-TUE u mat-TFUE u mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 13 u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1745 14 . 

l-Iżlanda u n-Norveġja: dan ir-Regolament se jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 15 , li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 16 . 

L-Iżvizzera: dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 17 , li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE, moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI 18 .

Il-Liechtenstein: dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 19 , li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE 20 . 

Il-Bulgarija u r-Rumanija: dan ir-Regolament se jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE 21 u (UE) 2018/934 22 . 

il-Kroazja: dan ir-Regolament se jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011, u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 23 . 

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5(3) tat-TUE, jenħtieġ li tittieħed azzjoni fil-livell tal-UE biss meta l-għanijiet previsti ma jkunux jistgħu jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u, għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni proposta, ikunu jistgħu jinkisbu aħjar mill-UE.

Din il-proposta se tiżviluppa u tibni fuq is-SIS eżistenti, li ilha topera mill-1995. Il-qafas intergovernattiv oriġinali ġie ssostitwit bi strumenti tal-Unjoni fid-9 ta’ April 2013 [ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI]. Fit-28 ta’ Novembru 2018, ġew adottati tliet Regolamenti ġodda dwar is-SIS: Ir-Regolament (UE) 2018/1860 24 dwar l-użu tas-SIS fil-qasam tar-ritorn, ir-Regolament (UE) 2018/1861 25 dwar l-użu tas-SIS fil-qasam tal-fruntieri u r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-użu tas-SIS fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. Fl-aħħar tal-2021, dawn ir-Regolamenti se jħassru u jissostitwixxu l-qafas legali preċedenti li jirregola s-SIS.

F’okkażjonijiet preċedenti twettqet analiżi sħiħa tas-sussidjarjetà; din l-inizjattiva hija ffokata fuq l-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ allerti li għandha tiddaħħal fis-SIS mill-Europol, billi jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2018/1862.

Dan il-livell konsiderevoli ta’ skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Europol permezz tas-SIS ma jistax jinkiseb permezz ta’ soluzzjonijiet deċentralizzati. Minħabba l-iskala, l-effetti u l-impatti tal-azzjoni, din il-proposta tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni. L-objettivi ta’ din il-proposta jinkludu, fost l-oħrajn, ir-rekwiżiti proċedurali u legali għall-Europol sabiex jiddaħħlu allerti fis-SIS kif ukoll rekwiżiti tekniċi għall-Europol sabiex tiġi stabbilita interfaċċa teknika li permezz tagħha tkun tista’ ddaħħal, taġġorna u tħassar allerti.

Jekk ma jiġux indirizzati l-limitazzjonijiet eżistenti għas-SIS, jeżisti riskju li jintilfu diversi opportunitajiet għal massimizzazzjoni tal-effiċjenza u valur miżjud tal-UE u li jkun hemm theddidiet moħbijin li jikkonċernaw is-sigurtà li jfixklu l-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti.

Proporzjonalità

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 5(4) tat-TUE, jeħtieġ li n-natura u l-intensità ta’ miżura partikolari jkunu jaqblu mal-problema identifikata. Il-problemi kollha indirizzati f’din l-inizjattiva jitolbu, b’xi mod jew ieħor, appoġġ fil-livell tal-UE għall-Istati Membri sabiex jindirizzaw dawn il-problemi b’mod effettiv:

L-inizjattiva proposta tikkostitwixxi emenda tas-SIS fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali. F’termini tad-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali, din il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonata peress li tipprovdi għal proċeduri u għal salvagwardji speċifiċi meta jiddaħħlu allerti mill-Europol kif ukoll regoli speċifiċi dwar it-tħassir ta’ allerti u ma teħtieġx il-ġbir u l-ħżin ta’ data għal żmien itwal milli jkun assolutament meħtieġ sabiex is-sistema tkun tista’ tiffunzjona u tilħaq l-objettivi tagħha. L-allerti tas-SIS imdaħħla mill-Europol se jkun fihom biss id-data li tkun meħtieġa sabiex tiġi identifikata persuna. Id-dettalji addizzjonali l-oħra kollha huma pprovduti permezz tal-Uffiċċji SIRENE li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari. Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi għall-implimentazzjoni tas-salvagwardji u tal-mekkaniżmi meħtieġa kollha għall-protezzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tad-data, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħajja privata u tad-data personali tagħhom.

Il-miżura prevista hija proporzjonata fis-sens li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ f’termini ta’ azzjoni fil-livell tal-UE sabiex jintlaħqu l-objettivi definiti. L-allert imdaħħal mill-Europol ikun soluzzjoni “tal-aħħar istanza” f’każijiet meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jew ma jkollhomx l-intenzjoni li jdaħħlu allerti dwar il-persuna kkonċernata, li għalihom jista’ jsir rikors biss f’każijiet meta d-dħul tal-allert ikun meħtieġ u proporzjonat. L-azzjoni li għandha tittieħed se tkun limitata għall-provvista ta’ informazzjoni dwar il-post u l-ħin tal-verifika li fiha tkun seħħet il-hit dwar l-allert tal-Europol.

Għażla tal-istrument

Ir-reviżjoni proposta se tieħu l-forma ta’ Regolament u se temenda r-Regolament (UE) 2018/1862 sabiex tintroduċi kategorija ġdida ta’ allerti li għandha tiddaħħal fis-SIS mill-Europol. Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta hija l-punt (a) tal-Artikolu 88(2) tat-TFUE li huwa wkoll il-bażi ġuridika tar-Regolament (UE) 2018/1862 li se temenda.

Il-forma ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill trid tintgħażel billi d-dispożizzjonijiet għandhom ikunu vinkolanti u applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha kif ukoll mill-Europol. Il-proposta se tibni fuq u ssaħħaħ sistema ċentralizzata eżistenti li permezz tagħha l-Istati Membri jikkooperaw ma’ xulxin, xi ħaġa li tirrikjedi arkitettura u regoli operattivi vinkolanti komuni.

Il-bażi ġuridika tesiġi l-użu tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Barra minn hekk, il-proposta tipprovdi għal regoli direttament applikabbli li jippermettu li s-suġġetti tad-data jaċċessaw id-data proprja kif ukoll rimedji mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni ulterjuri f’dan ir-rigward. Bħala konsegwenza, Regolament biss jista’ jintgħażel bħala strument legali.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Sabiex jiġi żgurat li l-interess pubbliku ġenerali jiġi kkunsidrat kif xieraq fl-approċċ tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-mandat tal-Europol, inkluż il-kompitu li jiddaħħlu allerti fis-SIS, is-servizzi tal-Kummissjoni identifikaw il-partijiet ikkonċernati rilevanti u kkonsultawhom matul it-tħejjija ta’ din l-inizjattiva kollha. Is-servizzi tal-Kummissjoni fittxew fehmiet mingħand firxa wiesgħa ta’ esperti fis-suġġett, mingħand awtoritajiet nazzjonali, mingħand organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u mingħand membri tal-pubbliku dwar l-aspettattivi u t-tħassib tagħhom relatati mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Europol fl-appoġġ lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u fl-investigazzjoni effettivi tal-kriminalità.

Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni applikaw varjetà ta’ metodi u ta’ forom ta’ konsultazzjoni. 26 Dawn kienu jinkludu:

·il-konsultazzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Bidu, li talbiet opinjonijiet mingħand il-partijiet interessati kollha;

·konsultazzjoni mmirata mal-partijiet ikkonċernati permezz ta’ kwestjonarju;

·intervisti ma’ esperti; u

·workshops tematiċi mmirati għall-partijiet ikkonċernati li ffokaw fuq esperti fis-suġġett, inklużi prattikanti fil-livell nazzjonali. B’kunsiderazzjoni tat-teknikalitajiet u tal-ispeċifiċitajiet tas-suġġett, is-servizzi tal-Kummissjoni ffokaw fuq konsultazzjonijiet immirati, li jindirizzaw firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati fil-livell nazzjonali u tal-UE.

Id-diversità tal-perspettivi wriet l-importanza tagħha fis-sostenn lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li l-inizjattiva tagħha tindirizza l-ħtiġijiet, u tqis it-tħassib, ta’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, ippermettiet lill-Kummissjoni tiġbor data, fatti u fehmiet meħtieġa u indispensabbli dwar ir-rilevanza, l-effettività, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE ta’ din l-inizjattiva.

Fid-dawl tal-pandemija tal-Covid-19 u tar-restrizzjonijiet relatati u tal-inabbiltà ta’ interazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti f’ambjenti fiżiċi, l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ffokaw fuq alternattivi applikabbli bħal stħarriġiet online, intervisti telefoniċi semistrutturati, kif ukoll laqgħat permezz ta’ vidjokonferenza.

Il-partijiet ikkonċernati ġeneralment jappoġġaw it-tisħiħ tal-mandat legali tal-Europol sabiex jappoġġa lill-Istati Membri fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

Ir-riżultati tal-attivitajiet ta’ konsultazzjoni ġew inkorporati matul il-valutazzjoni tal-impatt u t-tħejjija tal-inizjattiva.

Valutazzjoni tal-impatt

F’konformità mar-rekwiżiti għal Regolamentazzjoni Aħjar, tħejjiet Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta għal Regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2016/794. Dan ir-rapport ivvaluta l-kwistjoni tal-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ allerti fis-SIS esklussivament għall-Europol, li tirrifletti r-rwol u l-kompetenzi tal-Europol, kif ukoll is-salvagwardji meħtieġa.

Ġewx ikkunsidrati diversi għażliet politiċi leġiżlattivi. L-għażliet politiċi li ġejjin ġew ivvalutati f’dettall sħiħ:

·Għażla politika 1: il-Europol titħalla toħroġ allerti ta’ “verifika diskreta” fis-SIS;

·Għażla politika 2: l-introduzzjoni ta’ kategorija ġdida ta’ allerti fis-SIS li għandha tintuża esklussivament mill-Europol.

Wara valutazzjoni dettaljata tal-impatt ta’ dawn l-għażliet politiċi, ġie konkluż li l-għażla politika preferuta hija l-għażla 2. Din l-għażla politika preferuta hija riflessa f’din l-inizjattiva.

L-għażla politika preferuta 2 twieġeb b’mod effettiv għall-problemi identifikati u ttejjeb il-kapaċità tal-Europol li tipprovdi lill-uffiċjali tal-ewwel linja bl-analiżi tagħha ta’ informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi dwar persuni suspettati u kriminali.

Drittijiet fundamentali

Din il-proposta żżid kategorija ġdida ta’ allerti – li għandha tiddaħħal mill-Europol – ma’ sistema eżistenti, u għalhekk tibni fuq salvagwardji importanti u effettivi li diġà ġew stabbiliti. Madankollu, hekk kif is-sistema tkompli tipproċessa d-data personali għal skop ġdid, hemm impatti potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali ta’ individwu. Dawn ġew ikkunsidrati bir-reqqa, u ġew stabbiliti salvagwardji addizzjonali sabiex jillimitaw l-ipproċessar tad-data mill-Europol għal dak li jkun strettament neċessarju u meħtieġ mil-lat operazzjonali.

F’din il-proposta ġew stabbiliti perijodi ta’ żmien ċari għar-rieżami tad-data għall-kategorija l-ġdida ta’ allerti. Il-perijodu ta’ rieżami huwa stabbilit għal massimu ta’ sena, li huwa l-iqsar perijodu ta’ rieżami applikat fis-SIS. Hemm rikonoxximent espliċitu u dispożizzjoni għad-drittijiet tal-individwi għall-aċċess u għar-rettifika tad-data relatata magħhom, u għat-talba ta’ tħassir skont id-drittijiet fundamentali tagħhom.

L-iżvilupp u l-effettività kontinwa tas-SIS se jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-persuni fis-soċjetà.

Il-proposta tiggarantixxi d-dritt tas-suġġett tad-data għal rimedji effettivi disponibbli sabiex jikkontesta kwalunkwe deċiżjoni, li f’kull każ għandu jinkludi rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Din il-proposta twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIS kurrenti billi tintroduċi kategorija ġdida ta’ allerti għall-Europol.

Id-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża ma’ din il-proposta tirrifletti t-tibdiliet meħtieġa għall-istabbiliment ta’ din il-kategorija l-ġdida ta’ allerti fis-SIS Ċentrali minn eu-LISA, l-Aġenzija tal-UE responsabbli għall-ġestjoni u għall-iżvilupp tas-SIS Ċentrali. Fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tad-diversi aspetti tal-ħidma meħtieġa fir-rigward tas-SIS Ċentrali mill-eu-LISA, ir-Regolament propost jeħtieġ ammont globali ta’ EUR 1 820 000 għall-perijodu 2021-2022.

Il-proposta jkollha wkoll impatt fuq l-Istati Membri għaliex teħtieġ li dawn jaġġornaw is-sistemi nazzjonali tagħhom, konnessi mas-SIS Ċentrali, sabiex ikunu jistgħu juru l-allert tal-Europol lill-utenti finali tagħhom. L-ispejjeż relatati mal-iżvilupp tas-sistemi nazzjonali konnessi mas-SIS Ċentrali għandhom ikunu koperti mir-riżorsi disponibbli għall-Istati Membri taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 il-ġdid għall-iżvilupp u għall-manutenzjoni tas-SIS.

Il-proposta tirrikjedi wkoll li l-Europol tistabbilixxi interfaċċa teknika għad-dħul, għall-aġġornar u għat-tħassir tad-data fis-SIS Ċentrali. Id-dikjarazzjoni finanzjarja mehmuża mal-proposta sabiex jiġi emendat ir-regolament tal-Europol tkopri l-ispejjeż relatati mat-twaqqif ta’ din l-interfaċċa mill-Europol.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

Fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2018/1862, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-eu-LISA se jirrieżaminaw u jimmonitorjaw b’mod regolari l-użu tas-SIS, sabiex jiżguraw li din tkompli tiffunzjona b’mod effettiv u effiċjenti.

Il-Kummissjoni se tkun megħjuna mill-Kumitat SIS-SIRENE (Formazzjoni tal-pulizija) fl-implimentazzjoni tal-miżuri tekniċi u operazzjonali kif deskritti fil-proposta permezz tal-emendar tad-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni rilevanti tal-Kummissjoni.

L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2018/1862 jipprevedi l-evalwazzjoni tal-użu tas-SIS mill-Europol, mill-Eurojust u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mwettqa mill-Kummissjoni tal-anqas kull ħames snin. Din l-evalwazzjoni se tkopri l-proċeduri tal-Europol sabiex iddaħħal id-data fis-SIS. Il-Europol se jkollha tiżgura li jingħata segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjoni. Jintbagħat rapport dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u s-segwitu tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/1862 jinkludi dispożizzjonijiet fl-Artikolu 74(9) għal proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni formali u regolari li se jkun applikabbli wkoll għall-kategorija l-ġdida ta’ allerti introdotta b’din l-emenda.

Kull erba’ snin, il-Kummissjoni hija meħtieġa twettaq, u taqsam mal-Parlament u mal-Kunsill, evalwazzjoni ġenerali tas-SIS u tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri. Din se:

·teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla mal-objettivi;

·tevalwa jekk il-ġustifikazzjoni sottostanti għas-sistema għadhiex valida;

·teżamina kif ir-Regolament qiegħed jiġi applikat għas-sistema ċentrali;

·tevalwa s-sigurtà tas-sistema ċentrali;

·tesplora implikazzjonijiet għall-funzjonament tas-sistema fil-ġejjieni.

Kull sentejn, l-eu-LISA hija meħtieġa tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-funzjonament tekniku – inkluża s-sigurtà – tas-SIS, l-infrastruttura tal-komunikazzjoni li ssostniha, u l-iskambju bilaterali u multilaterali ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Istati Membri kif ukoll is-Sistema Awtomatizzata għall-Identifikazzjoni tal-Marki tas-Swaba’.

L-eu-LISA hija inkarigata li tipprovdi statistika ta’ kuljum, ta’ kull xahar u annwali dwar l-użu tas-SIS, sabiex jiġi żgurat monitoraġġ kontinwu tas-sistema u tal-funzjonament tagħha meta mqabbla mal-objettivi.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-proposta tippermetti lill-Europol li toħroġ “allerti ta’ informazzjoni” dwar persuni suspettati u kriminali bħala kategorija ġdida ta’ allerti fis-SIS, għall-użu esklussiv mill-Europol f’każijiet u f’ċirkostanzi speċifiċi u ddefiniti sew. Il-Europol tkun tista’ toħroġ allerti bħal dawn fuq il-bażi tal-analiżi tagħha ta’ informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi jew ta’ informazzjoni minn organizzazzjonijiet internazzjonali, u fi ħdan l-ambitu ta’ reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol u biss fuq ċittadini ta’ pajjiżi terzi. 27 Dan l-objettiv speċifiku jillimita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni miksuba minn pajjiżi terzi għal persuni suspettati u kriminali.

L-iskop tal-kategorija l-ġdida ta’ allert huwa li, fil-każ ta’ “hit”, l-allert jinforma lill-uffiċjal tal-ewwel linja li l-Europol ikollha informazzjoni dwar il-persuna. B’mod aktar speċifiku, l-allert jinforma li l-Europol ikollha informazzjoni li tagħti raġunijiet sabiex dik il-persuna titqies li jkollha l-intenzjoni li twettaq jew li qed twettaq wieħed mir-reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Europol, jew li valutazzjoni ġenerali tal-informazzjoni disponibbli għall-Europol tagħti raġuni sabiex wieħed jemmen li l-persuna tista’ twettaq tali reat fil-futur.

Il-proposta tistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar ir-rekwiżiti proċedurali li l-Europol għandha tissodisfa qabel ma ddaħħal allert fis-SIS. Dawn il-passi proċedurali jiżguraw il-legalità tad-dħul tal-allert kif ukoll il-prijorità tal-allerti mdaħħla mill-Istati Membri u li tiġi kkunsidrata kwalunkwe oġġezzjoni mill-Istati Membri.

L-ewwel nett, il-Europol għandha tanalizza l-informazzjoni li tirċievi mingħand pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, eż. billi tqabbilha ma’ informazzjoni oħra disponibbli, sabiex tivverifika l-akkuratezza tagħha u tikkomplementa l-istampa ta’ informazzjoni. Jekk ikun meħtieġ, il-Europol għandha twettaq aktar skambju ta’ informazzjoni mal-pajjiż terz jew mal-organizzazzjoni internazzjonali. Il-Europol għandha tevalwa wkoll jekk id-dħul tal-allert ikunx meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tiegħu kif stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/794.

It-tieni, il-Europol trid tivverifika li ma jkun hemm l-ebda allert fis-SIS dwar l-istess persuna.

It-tielet, il-Europol trid taqsam l-informazzjoni miġbura dwar il-persuna kkonċernata mal-Istati Membri kollha u twettaq konsultazzjoni minn qabel sabiex tikkonferma li l-ebda Stat Membru ma jkollu l-intenzjoni li jdaħħal l-allert huwa stess fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura mill-Europol u li l-Istati Membri ma joġġezzjonawx għad-dħul tal-allert mill-Europol. Dawn id-dispożizzjonijiet jiżguraw li jekk Stat Membru jqis li jkollu biżżejjed informazzjoni u raġunijiet sabiex jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2018/1862 kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali tiegħu għad-dħul tal-allert huwa stess, ikollu l-possibbiltà li jagħmel dan, u dan l-allert jieħu preċedenza. F’dan il-każ, l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jiddeterminaw il-kategorija ta’ allerti rilevanti disponibbli għalihom, fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2018/1862 u joħorġu allert. L-Istati Membri jkollhom ukoll il-possibbiltà li joġġezzjonaw għall-allert li jkun se jiddaħħal mill-Europol, f’każijiet ġustifikati, b’mod partikolari jekk is-sigurtà nazzjonali tagħhom tkun titlob hekk jew meta x’aktarx li l-allert ikun jirrappreżenta riskju għal inkjesti, għal investigazzjonijiet jew għal proċeduri uffiċjali jew legali jew jekk jiksbu informazzjoni ġdida dwar il-persuna li tkun is-suġġett tal-allert li tbiddel il-valutazzjoni tal-każ.

Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, il-Europol għandha żżomm rekords dettaljati relatati mad-dħul tal-allert fis-SIS u mar-raġunijiet għal tali dħul li jippermettu verifika tal-konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali.

Fl-aħħar nett, il-Europol għandha tinforma lill-Istati Membri kollha bid-dħul tal-allert fis-SIS permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

Barra minn hekk, il-proposti jallinjaw l-obbligi u r-rekwiżiti tal-Europol meta jiddaħħlu l-allerti fis-SIS mal-Istati Membri li joħorġu l-allert. Dawn ir-rekwiżiti jikkonċernaw: il-kategoriji ta’ data, il-proporzjonalità, il-kontenut minimu ta’ data sabiex jiddaħħal allert, id-dħul ta’ data bijometrika, regoli ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data, il-kwalità tad-data fis-SIS kif ukoll regoli dwar id-distinzjoni bejn persuni b’karatteristiċi simili, b’identità użata ħażin u b’konnessjonijiet.

Bħala azzjoni li għandha tittieħed, l-uffiċjal tal-ewwel linja jkun meħtieġ jirrapporta minnufih l-okkorrenza tal-“hit” lill-Uffiċċju SIRENE nazzjonali, li min-naħa tiegħu jikkuntattja lill-Europol. L-uffiċjal tal-ewwel linja jirrapporta biss li l-persuna li tkun is-suġġett ta’ allert ġiet lokalizzata u jindika l-post, il-ħin u r-raġuni għall-verifika mwettqa. Minbarra dan l-obbligu ta’ rapportar bħala miżura mhux koerċitiva, ma jkun hemm l-ebda obbligu ulterjuri fuq l-Istat Membru fejn tkun seħħet il-“hit”. L-“allert ta’ informazzjoni” ma jkunx jimponi obbligu fuq l-uffiċjali tal-ewwel linja tal-Istati Membri sabiex jivverifikaw b’mod diskret il-persuna taħt allert u jiġbru sett ta’ informazzjoni dettaljata jekk jiltaqgħu magħha fil-fruntiera esterna jew fi ħdan it-territorju tal-UE. Minflok, l-Istat Membru li jeżegwixxi l-allert ikun liberu li jiddetermina, fuq bażi ta’ każ b’każ, inkluż fuq il-bażi tal-informazzjoni ta’ sfond riċevuta mingħand il-Europol, jekk ikunx hemm bżonn li jittieħdu aktar miżuri fir-rigward tal-persuna kkonċernata. Tali miżuri ulterjuri jittieħdu skont id-dritt nazzjonali u soġġetti għad-diskrezzjoni sħiħa tal-Istat Membru.

B’mod simili għal kategoriji oħra ta’ allert, il-proposta tiddefinixxi l-perijodu ta’ rieżami għall-allerti mdaħħla mill-Europol kif ukoll ir-regoli dwar it-tħassir tal-allerti li huma speċifiċi għal dan it-tip ta’ allert. Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li allert jinżamm biss għaż-żmien li jkun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-iskop li għalih ikun iddaħħal. Jenħtieġ li allert imdaħħal mill-Europol fis-SIS jitħassar, b’mod partikolari, jekk il-persuna li tkun is-suġġett tal-allert ma tibqax taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-kategorija ta’ allert, Stat Membru joġġezzjona għall-inklużjoni ta’ tali allert, Stat Membru jdaħħal allert ieħor fis-SIS jew jekk il-Europol issir taf li l-informazzjoni li tkun irċiviet mingħand il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma kinitx korretta jew kienet ikkomunikata lill-Europol għal finijiet illegali, pereżempju jekk il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-persuna kienet motivata minn raġunijiet politiċi. 

Il-proposta tinkludi emendi għar-Regolament (UE) 2018/1862 sabiex tallinja d-dispożizzjonijiet tagħha dwar il-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari d-dritt ta’ aċċess, ir-rettifika ta’ data mhux preċiża u t-tħassir ta’ data maħżuna illegalment, ir-rimedji u r-responsabbiltà mar-Regolament (UE) 2016/794 u mar-Regolament (UE) 2018/1725 peress li dawk l-allinjamenti huma meħtieġa minħabba l-kategorija l-ġdida ta’ allerti li għandha tiddaħħal mill-Europol.

2020/0350 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta’ allerti mill-Europol

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari il-punt (a) tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (“SIS”) tikkostitwixxi għodda essenzjali sabiex jinżamm livell għoli ta’ sigurtà fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni billi tappoġġa l-kooperazzjoni operazzjonali bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, b’mod partikolari l-gwardji tal-fruntiera, il-pulizija, l-awtoritajiet doganali, l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni, u l-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni, għad-detezzjoni, għall-investigazzjoni jew għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali. Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 28 jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għas-SIS fir-rigward ta’ materji li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Kapitoli 4 u 5 tat-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

(2)L-allerti dwar persuni u oġġetti mdaħħla fis-SIS isiru disponibbli f’ħin reali direttament lill-utenti finali kollha tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri li jużaw is-SIS skont ir-Regolament (UE) 2018/1862. L-allerti tas-SIS fihom informazzjoni dwar persuna jew oġġett partikolari kif ukoll struzzjonijiet għall-awtoritajiet dwar x’għandhom jagħmlu meta jsibu dik il-persuna jew dak l-oġġett.

(3)L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), imwaqqfa permezz tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 29 , għandha rwol importanti fl-użu tas-SIS u fl-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari mal-Istati Membri dwar allerti tas-SIS. Madankollu, skont ir-regoli eżistenti, l-allerti fis-SIS jistgħu jinħarġu biss mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(4)Minħabba n-natura dejjem aktar globali tal-kriminalità serja u tat-terroriżmu li ġġib magħha l-mobilità dejjem akbar, l-informazzjoni li pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija Kriminali u l-Qorti Kriminali Internazzjonali, jiksbu dwar kriminali u terroristi qed issir dejjem aktar rilevanti għas-sigurtà tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali informazzjoni tikkontribwixxi għall-isforzi komprensivi sabiex tiġi żgurata s-sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea. Parti minn din l-informazzjoni tiġi kondiviża biss mal-Europol. Filwaqt li l-Europol għandha informazzjoni siewja riċevuta mingħand sħab esterni dwar kriminali serji u terroristi, hija ma tistax toħroġ allerti fis-SIS. L-Istati Membri mhux dejjem ikunu jistgħu joħorġu allerti fis-SIS fuq il-bażi ta’ tali informazzjoni.

(5)Sabiex titnaqqas id-diskrepanza fil-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-kriminalità serja u t-terroriżmu, b’mod partikolari dwar ġellieda terroristi barranin – meta l-monitoraġġ tal-moviment tagħhom ikun kruċjali – huwa neċessarju li jiġi żgurat li l-Europol tkun tista’ tagħmel din l-informazzjoni disponibbli direttament u f’ħin reali lill-uffiċjali tal-ewwel linja fl-Istati Membri.

(6)Għalhekk, jenħtieġ li l-Europol tkun awtorizzata ddaħħal allerti fis-SIS skont ir-Regolament (UE) 2018/1862, b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u għar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

(7)Għal dak l-għan, jenħtieġ li tinħoloq kategorija speċifika ta’ allert fis-SIS, li għandha tinħareġ esklussivament mill-Europol, li tinforma lill-utenti finali li jwettqu tfittxija fis-SIS li l-persuna kkonċernata tkun issuspettata li hija involuta f’reat kriminali li fir-rigward tiegħu tkun kompetenti l-Europol, u sabiex il-Europol tikseb konferma li l-persuna li tkun soġġetta għall-allert tkun ġiet lokalizzata.

(8)Sabiex jiġi vvalutat jekk każ konkret ikunx adegwat, rilevanti u importanti biżżejjed sabiex jiġġustifika d-dħul ta’ allert fis-SIS, u sabiex jiġu kkonfermati l-affidabbiltà tas-sors ta’ informazzjoni u l-akkuratezza tal-informazzjoni dwar il-persuna kkonċernata, jenħtieġ li l-Europol twettaq valutazzjoni individwali dettaljata ta’ kull każ inklużi konsultazzjonijiet ulterjuri mal-pajjiż terz jew mal-organizzazzjoni internazzjonali li tkun qasmiet id-data dwar il-persuna kkonċernata, kif ukoll analiżi ulterjuri tal-każ, b’mod partikolari billi tqabblu ma’ informazzjoni li diġà jkollha fil-bażijiet ta’ data tagħha, sabiex tikkonferma l-akkuratezza tal-informazzjoni u tikkomplementaha b’data oħra fuq il-bażi tal-bażijiet ta’ data tagħha stess. Jenħtieġ li l-valutazzjoni individwali dettaljata tinkludi l-analiżi ta’ jekk hemmx raġunijiet suffiċjenti sabiex jiġi kkunsidrat li l-persuna tkun wettqet reat kriminali jew ħadet sehem f’reat kriminali, jew se twettaq reat kriminali li fir-rigward tiegħu tkun kompetenti l-Europol.

(9)Jenħtieġ li l-Europol tkun tista’ ddaħħal allert fis-SIS biss jekk il-persuna kkonċernata ma tkunx diġà soġġetta għal allert fis-SIS maħruġ minn Stat Membru. Prekundizzjoni oħra għall-ħolqien ta’ allert bħal dan jenħtieġ li tkun li l-Istati Membri ma joġġezzjonawx għall-ħruġ tal-allert fis-SIS. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli dwar l-obbligi tal-Europol qabel ma ddaħħal id-data fis-SIS, b’mod partikolari l-obbligu li l-Istati Membri jiġu kkonsultati f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794. Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Istati Membri jitolbu t-tħassir ta’ allert mill-Europol, b’mod partikolari jekk jiksbu informazzjoni ġdida dwar il-persuna li tkun is-suġġett tal-allert, jekk is-sigurtà nazzjonali tagħhom tkun tirrikjedi dan jew meta x’aktarx li l-allert ikun jirrappreżenta riskju għal inkjesti, għal investigazzjonijiet jew għal proċeduri uffiċjali jew legali.

(10)Għall-finijiet tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-data, tal-awtomonitoraġġ u tal-iżgurar tal-integrità u tas-sigurtà xierqa tad-data, jenħtieġ li l-Europol iżżomm rekords tal-valutazzjoni individwali ta’ kull każ, li jenħtieġ li jinkludu r-raġunijiet għad-dħul tal-allert. F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794, jenħtieġ li l-Europol tikkoopera mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tagħmel dawn ir-rekords disponibbli fuq talba, sabiex ikunu jistgħu jintużaw għall-monitoraġġ tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

(11)Hemm bżonn li jiġu stabbiliti regoli dwar it-tħassir tal-allerti fis-SIS mill-Europol. Jenħtieġ li allert jinżamm biss għaż-żmien meħtieġ sabiex jintlaħaq l-fini li għalih ikun iddaħħal. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji dettaljati li jiddeterminaw meta jenħtieġ li jitħassar l-allert. Jenħtieġ li allert imdaħħal mill-Europol fis-SIS jitħassar, b’mod partikolari, jekk Stat Membru joġġezzjona, jekk Stat Membru jdaħħal allert ieħor fis-SIS jew jekk il-Europol issir taf li l-informazzjoni li tkun irċiviet mingħand il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali ma kinitx korretta jew kienet ikkomunikata lill-Europol għal finijiet illegali, pereżempju jekk il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar il-persuna kienet motivata minn raġunijiet politiċi.

(12)Meta ddaħħal allerti fis-SIS, jenħtieġ li l-Europol tkun marbuta bl-istess rekwiżiti u obbligi applikabbli għall-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) 2018/1862 meta jdaħħlu allerti fis-SIS. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Europol tikkonforma ma’ standards, ma’ protokolli u ma’ proċeduri tekniċi komuni stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà tal-interfaċċa teknika tagħha mas-SIS Ċentrali għal trażmissjoni fil-pront u effettiva tad-data. Ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-regoli ġenerali dwar l-ipproċessar tad-data, il-proporzjonalità, il-kwalità tad-data, is-sigurtà tad-data, ir-rapportar u l-obbligi relatati mal-ġbir tal-istatistika applikabbli għall-Istati Membri meta jdaħħlu allerti fis-SIS jenħtieġ li japplikaw għall-Europol ukoll.

(13)Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 30 u r-Regolament (UE) 2016/794 jenħtieġ li japplikaw għall-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol meta twettaq ir-responsabblitajiet tagħha skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jwettaq awditi perijodiċi dwar l-ipproċessar tad-data tal-Europol fir-rigward tas-SIS u l-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

(14)Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-istabbiliment u r-regolamentazzjoni ta’ kategorija speċifika ta’ allerti maħruġa mill-Europol fis-SIS sabiex tiġi skambjata informazzjoni dwar persuni li jirrappreżentaw theddida għas-sigurtà interna tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu, minħabba n-natura tagħhom, jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jilħaq dawk l-objettivi.

(15)Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament jirrispetta bis-sħiħ il-protezzjoni ta’ data personali f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea filwaqt li jfittex li jiżgura ambjent sigur għall-persuni kollha li jirrisjedu fit-territorju tal-Unjoni.

(16)F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimentah fid-dritt nazzjonali tagħha.

(17)L-Irlanda qed tieħu sehem f’dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 anness mat-TUE u mat-TFUE u mal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE 31 u mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1745 32 .

(18)Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mir-Repubblika tal-Iżlanda u mir-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 33 li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE 34 .

(19)Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 35 , li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri b’mod konġunt mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI 36 .

(20)Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tat-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen 37 , li jaqgħu fi ħdan il-qasam imsemmi fil-punt (G) tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE 38 .

(21)Fir-rigward tal-Bulgarija u tar-Rumanija, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2005, u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2010/365/UE 39 u (UE) 2018/934 40 .

(22)Fir-rigward tal-Kroazja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huwa b’xi mod ieħor relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni tal-2011, u jenħtieġ li jinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 41 .

(23)Fir-rigward ta’ Ċipru dan ir-Regolament jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen jew li b’xi mod ieħor huwa relatat miegħu fis-sens tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003 [għandha tiżdied id-Deċiżjoni eventwali tal-Kunsill].

(24)Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat, f’konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 42 .

(25)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 2018/1862 jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1862

(1)Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“2.    Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll dispożizzjonijiet dwar l-arkitettura teknika tas-SIS, dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri, tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (“Europol”) u tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), dwar l-ipproċessar tad-data, dwar id-drittijiet tal-persuni kkonċernati u dwar ir-responsabbiltà.”

(2)Fl-Artikolu 3, jiżdied il-punt li ġej:

“(22)    “ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li mhijiex ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE, bl-eċċezzjoni ta’ persuni li jkunu benefiċjarji tad-dritt tal-moviment liberu fi ħdan l-Unjoni f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE jew skont ftehimiet bejn l-Unjoni, jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u pajjiżi terzi min-naħa l-oħra;”

(3)L-Artikolu 24 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.    Meta Stat Membru jqis li l-għoti ta’ effett lil allert imdaħħal f’konformità mal-Artikolu 26, 32, 36 jew 37a ma jkunx kompatibbli mad-dritt nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew l-interessi nazzjonali essenzjali tiegħu, dan jista’ jkun jeħtieġ li tiżdied marka mal-allert bl-għan li l-azzjoni li tkun se tittieħed fuq il-bażi tal-allert ma titteħidx fit-territorju tiegħu. Il-marki fuq l-allerti mdaħħla f’konformità mal-Artikolu 26, 32 jew 36 għandhom jiżdiedu mill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti, il-marki fuq allerti mdaħħla f’konformità mal-Artikolu 37a għandhom jiżdiedu mill-Europol.”

(b)il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.    Jekk f’każijiet partikolarment urġenti u serji, Stat Membru emittenti jew il-Europol titlob l-eżekuzzjoni tal-azzjoni, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jeżamina jekk ikunx jista’ jippermetti li l-marka miżjuda fuq talba tiegħu, tiġi rtirata. Fejn dan ikun possibbli, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li l-azzjoni li għandha tittieħed, titwettaq immedjatament.”

(4)Jiddaħħal il-Kapitolu IXa li ġej:

“KAPITOLU IXa

Allerti mdaħħla mill-Europol dwar persuni ta’ interess

Artikolu 37a
Objettivi u kondizzjonijiet għad-dħul ta’ allerti

1.    Il-Europol tista’ ddaħħal allerti dwar il-persuni fis-SIS għall-fini ta’ informar tal-utenti finali li jwettqu tiftix fis-SIS dwar l-involviment suspettat ta’ dawk il-persuni f’reat kriminali li fir-rigward tiegħu tkun kompetenti l-Europol f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/794, kif ukoll għall-fini ta’ kisba ta’ informazzjoni f’konformitàmal-Artikolu 37b ta’ dan ir-Regolament li l-persuna kkonċernata ġiet lokalizzata.

2.    Il-Europol tista’ biss iddaħħal allert fis-SIS dwar persuni li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq il-bażi ta’ informazzjoni riċevuta mingħand pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali f’konformità mal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/794, meta l-informazzjoni tkun relatata ma’ waħda minn dawn li ġejjin:

(a)persuni li jkunu suspettati li wettqu jew li ħadu sehem f’reat kriminali li fir-rigward tiegħu tkun kompetenti l-Europol f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/794, jew li jkunu nstabu ħatja ta’ tali reat;

(b)persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti sabiex wieħed jemmen li se jwettqu reati kriminali li fir-rigward tagħhom tkun kompetenti l-Europol f’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/794.

3.    Il-Europol tista’ biss iddaħħal allert fis-SIS wara li tkun żgurat dan kollu li ġej:

(a)analiżi tad-data pprovduta f’konformità mal-paragrafu 2 tkun ikkonfermat l-affidabbiltà tas-sors tal-informazzjoni u l-akkuratezza tal-informazzjoni dwar il-persuna kkonċernata, li tippermetti lill-Europol tiddetermina li dik il-persuna taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 2, fejn meħtieġ, wara li tkun wettqet aktar skambji ta’ informazzjoni mal-fornitur tad-data f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2016/794;

(b)verifika tkun ikkonfermat li d-dħul ta’ allert ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Europol kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2016/794;

(c)tiftix fis-SIS, imwettaq f’konformità mal-Artikolu 48 ta’ dan ir-Regolament, ma żvelax l-eżistenza ta’ allert dwar il-persuna kkonċernata;

(d)konsultazzjoni, li tinvolvi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar il-persuna kkonċernata mal-Istati Membri li jipparteċipaw fir-Regolament (UE) 2016/794 f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, tkun ikkonfermat li:

(i)    ma tkun ġiet espressa l-ebda intenzjoni minn Stat Membru li jdaħħal allert fis-SIS dwar il-persuna kkonċernata;

(ii) l-ebda oġġezzjoni motivata ma tkun ġiet espressa minn Stat Membru rigward id-dħul propost ta’ allert fis-SIS dwar il-persuna kkonċernata mill-Europol.

4.    Il-Europol għandha żżomm rekords dettaljati relatati mad-dħul tal-allert fis-SIS u mar-raġunijiet għal tali dħul sabiex tippermetti li ssir verifika tal-konformità mar-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3. Dawn ir-rekords għandhom ikunu disponibbli għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data meta mitluba.

5.    Il-Europol għandha tinforma lill-Istati Membri kollha bid-dħul tal-allert fis-SIS permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari f’konformità mal-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament.

6.    Ir-rekwiżiti u l-obbligi applikabbli għall-Istat Membru emittenti fl-Artikoli 20, 21, 22, 42, 56, 59, 61, 62 u 63 għandhom japplikaw għall-Europol meta tiġi pproċessata d-data fis-SIS.

Artikolu 37b
Eżekuzzjoni tal-azzjoni fuq il-bażi ta’ allert

1.    Fil-każ ta’ hit dwar allert imdaħħal mill-Europol, l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu:

(a)jiġbor u jikkomunika l-informazzjoni li ġejja:

       (i) il-fatt li l-persuna li jkun inħareġ allert dwarha tkun ġiet lokalizzata;

       (ii) il-post, il-ħin u r-raġuni għall-verifika;

(b)f’konformità mad-dritt nazzjonali, jiddeċiedi jekk ikunx meħtieġ li jittieħdu miżuri ulterjuri.

2.    L-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandu jikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1(a) permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.”

(5)L-Artikolu 48 huwa emendat kif ġej:

(a)it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Dħul u pproċessar ta’ data fis-SIS mill-Europol”

(b)il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.    Fejn meħtieġ sabiex twettaq il-mandat tagħha, il-Europol għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess u ta’ tiftix tad-data fis-SIS u li ddaħħal, taġġorna u tħassar allerti skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament. Il-Europol għandha ddaħħal, taġġorna, tħassar u tfittex id-data fis-SIS permezz ta’ interfaċċa teknika dedikata. L-interfaċċa teknika għandha tiġi stabbilita u mantnuta mill-Europol f’konformità mal-istandards, mal-protokolli u mal-proċeduri tekniċi komuni ddefiniti fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament u għandha tippermetti li ssir konnessjoni diretta mas-SIS Ċentrali.

Il-Europol għandha tiskambja informazzjoni supplimentari f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Manwal SIRENE. Għal dak l-għan, il-Europol għandha tiżgura d-disponibbiltà għal informazzjoni supplimentari relatata mal-allerti tagħha stess 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.”

(c)il-paragrafu 4 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“4.    L-użu mill-Europol ta’ informazzjoni miksuba minn tiftix fis-SIS jew mill-ipproċessar ta’ informazzjoni supplimentari għandu jkun soġġett għall-kunsens tal-Istat Membru li jkun ipprovda l-informazzjoni jew bħala Stat Membru emittenti jew bħala Stat Membru ta’ eżekuzzjoni. Jekk l-Istat Membru jippermetti l-użu ta’ tali informazzjoni, it-trattament tagħha mill-Europol għandu jkun irregolat bir-Regolament (UE) 2016/794. Il-Europol għandha tikkomunika biss tali informazzjoni lil pajjiżi terzi u lil korpi terzi bil-kunsens tal-Istat Membru li pprovda l-informazzjoni u f’konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data.”

(d)    jiddaħħal il-paragrafu 7a li ġej:

“7a.    Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jwettaq awditu tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data personali tal-Europol skont dan ir-Regolament f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-awditjar tal-anqas kull erba’ snin.”

(6)L-Artikolu 53 huwa emendat kif ġej:

(a)jiddaħħal il-paragrafu 5a li ġej:

“5a.    Il-Europol tista’ ddaħħal allert dwar persuna għall-finijiet tal-Artikolu 37a(1) għal perijodu ta’ sena. Il-Europol għandha tirrieżamina l-ħtieġa li jinżamm l-allert f’dak il-perijodu. Il-Europol għandha, fejn xieraq, tistabbilixxi perijodi iqsar ta’ rieżami.”

(b)    il-paragrafi 6, 7 u 8 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“6.    Fi ħdan il-perijodu ta’ rieżami msemmi fil-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 5a, l-Istat Membru emittenti u, fil-każ ta’ data personali mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, jistgħu, b’segwitu għal valutazzjoni individwali komprensiva li għandha tiġi rreġistrata, jiddeċiedu li jżommu l-allert dwar persuna għal aktar żmien mill-perijodu ta’ rieżami, jekk jirriżulta li dan ikun meħtieġ u proporzjonat għall-finijiet li għalihom ikun iddaħħal l-allert. F’dawn il-każijiet, il-paragrafu 2, 3, 4, 5 jew 5a għandu japplika ukoll għall-estensjoni. Kwalunkwe estensjoni bħal din għandha tiġi kkomunikata lis-CS-SIS.”

“7.    L-allerti dwar persuni għandhom jitħassru awtomatikament wara l-perijodu ta’ rieżami msemmi fil-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 5a ikun skada, ħlief meta l-Istat Membru emittenti jew, fil-każ ta’ allerti mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, tkun informat lis-CS-SIS dwar estensjoni skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Is-CS-SIS għandha awtomatikament tinforma lill-Istati Membri emittenti jew lill-Europol dwar it-tħassir skedat ta’ data erba’ xhur minn qabel.”

“8.    L-Istati Membri u l-Europol għandhom iżommu statistika dwar in-numru ta’ allerti dwar persuni li l-perijodi ta’ żamma tagħhom ikunu ġew estiżi f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, u jittrażmettuha, fuq talba, lill-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 69.”

(7)Fl-Artikolu 55, jiddaħħal il-paragrafu 6a li ġej:

“6a.    Allerti dwar persuni mdaħħla mill-Europol skont l-Artikolu 37a għandhom jitħassru meta:

(a)l-allert jiskadi f’konformità mal-Artikolu 53;

(b)il-Europol tiddeċiedi li jitħassru, b’mod partikolari meta wara li ddaħħal l-allert, il-Europol issir taf li l-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 37a(2) ma kinitx korretta jew ġiet ikkomunikata lill-Europol għal skopijiet illegali, jew meta l-Europol issir taf jew tiġi informata minn Stat Membru li l-persuna li tkun is-suġġett tal-allert ma tibqax taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 37a(2);

(c)ir-riċevuta ta’ notifika, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari, mill-Europol mingħand Stat Membru, li jkun wasal sabiex idaħħal, jew ikun daħħal allert dwar il-persuna li tkun is-suġġett tal-allert maħruġ mill-Europol;

(d)ir-riċevuta ta’ notifika mill-Europol mingħand Stat Membru li jipparteċipa fir-Regolament (UE) 2016/794 f’konformità mal-Artikolu 7 ta’ dak ir-Regolament, dwar l-oġġezzjoni motivata tiegħu għall-allert.”

(8)L-Artikolu 56 huwa emendat kif ġej:

(a)il-paragrafu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“1.    L-Istati Membri għandhom jipproċessaw biss id-data msemmija fl-Artikolu 20 għall-finijiet stabbiliti għal kull kategorija ta’ allert imsemmija fl-Artikoli 26, 32, 34, 36, 37a, 38 u 40.”

(b)il-paragrafu 5 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“5.    Fir-rigward tal-allerti stabbiliti fl-Artikoli 26, 32, 34, 36, 37a, 38 u 40 ta’ dan ir-Regolament, kwalunkwe pproċessar ta’ informazzjoni fis-SIS għal finijiet li mhumiex dawk li għalihom tkun iddaħħlet fis-SIS irid ikun konness ma’ każ speċifiku u ġġustifikat mill-ħtieġa li tiġi impedita theddida serja u imminenti għall-ordni pubbliku u għas-sigurtà pubblika, fuq il-bażi ta’ raġunijiet serji ta’ sigurtà nazzjonali jew għall-finijiet ta’ prevenzjoni ta’ reat kriminali serju. L-awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru emittenti jew mill-Europol jekk id-data tkun iddaħħlet skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, għandha tinkiseb għal dan l-għan.”

(9)Fl-Artikolu 61, il-paragrafi 1 u 2 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

“1.    Fejn, meta jiddaħħal allert ġdid, isir evidenti li diġà hemm allert fis-SIS dwar persuna bl-istess deskrizzjoni tal-identità, l-Uffiċċju SIRENE għandu jikkuntattja lill-Istat Membru emittenti jew, jekk l-allert iddaħħal skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari fi żmien 12-il siegħa sabiex jikkontroverifika jekk is-suġġetti taż-żewġ allerti humiex l-istess persuna.”

 “2.    Meta l-kontroverifika tiżvela li s-suġġett tal-allert il-ġdid u l-persuna soġġetta għall-allert diġà mdaħħal fis-SIS huma tabilħaqq l-istess persuna, l-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru emittenti għandu japplika l-proċedura għad-dħul ta’ allerti multipli msemmija fl-Artikolu 23. Permezz ta’ deroga, il-Europol għandha tħassar l-allert li tkun daħħlet kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 55(6a).”

(10)L-Artikolu 67 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 67
Dritt ta’ aċċess, ta’ rettifika ta’ data mhux akkurata u ta’ tħassir ta’ data maħżuna mhux skont il-liġi

(1)Is-suġġetti tad-data għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet stabbiliti fl-Artikoli 15, 16 u 17 tar-Regolament (UE) 2016/679, fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 14 u l-Artikolu 16(1) u (2) tad-Direttiva (UE) 2016/680 u fil-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725.

(2)Stat Membru għajr l-Istat Membru emittenti jista’ jipprovdi lis-suġġett tad-data l-informazzjoni dwar kwalunkwe data personali tas-suġġett tad-data li tkun qed tiġi pproċessata biss jekk ikun l-ewwel ta lill-Istat Membru emittenti l-opportunità li jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu. Jekk id-data personali tkun iddaħħlet fis-SIS mill-Europol, l-Istat Membru li jkun irċieva t-talba għandu jirreferi t-talba lill-Europol mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 5 ijiem minn meta jirċiviha, u l-Europol għandha tipproċessa t-talba f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u mar-Regolament (UE) 2018/1725. Jekk il-Europol tirċievi talba dwar data personali mdaħħla fis-SIS minn Stat Membru, il-Europol għandha tirreferi t-talba lill-Istat Membru emittenti tal-allert mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 5 ijiem minn meta tirċievi t-talba. Il-komunikazzjoni bejn dawk l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Europol għandha ssir permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari.

(3)Stat Membru f’konformità mad-dritt nazzjonali tiegħu, li jinkludi l-liġi li tittrasponi d-Direttiva (UE) 2016/680 u, fil-każ ta’ data personali mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol f’konformità mal-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandhom jieħdu deċiżjoni li ma jipprovdux l-informazzjoni lis-suġġett tad-data, kollha kemm hi jew parti minnha, sa fejn u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew kompluta tkun tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tas-suġġett tad-data kkonċernat, sabiex:

(a)jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għal inkjesti, għal investigazzjonijiet jew għal proċeduri uffiċjali jew legali;

(b)jiġi evitat li jiġu kompromessi l-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c)tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d)tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali; jew

(e)jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħrajn.

Fil-każijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru jew, fil-każ ta’ data personali mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-miktub, mingħajr dewmien żejjed, dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni ta’ aċċess u dwar ir-raġunijiet għar-rifjut jew għar-restrizzjoni. Tali informazzjoni tista’ titħalla barra meta l-provvista tagħha tostakola kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stipulati fil-punti (a) sa (e) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. L-Istat Membru jew, fil-każ ta’ data personali mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, għandha tinforma lis-suġġett tad-data bil-possibbiltà li jippreżenta lment quddiem awtorità ta’ superviżjoni jew li jfittex rimedju ġudizzjarju.

L-Istat Membru, jew, fil-każ ta’ data personali mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, għandha tiddokumenta r-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni li ma tiġix ipprovduta informazzjoni lis-suġġett tad-data. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti. F’każijiet bħal dawn, is-suġġett tad-data għandu wkoll ikun jista’ jeżerċita d-drittijiet tiegħu permezz tal-awtoritajiet superviżorji kompetenti.

(4)Wara applikazzjoni għal aċċess, għal rettifika jew għal tħassir, l-Istat Membru jew, fil-każ ta’ data personali mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar is-segwitu mogħti għall-eżerċizzju tad-drittijiet skont dan l-Artikolu mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba. Dak il-perjodu jista’ jiġi estiż b’xahrejn oħra meta jkun hemm bżonn, b’kunsiderazzjoni tal-kumplessità u tan-numru tat-talbiet. L-Istat Membru jew, fil-każ ta’ data personali mdaħħla fis-SIS skont l-Artikolu 37a ta’ dan ir-Regolament, il-Europol, għandha tinforma lis-suġġett tad-data dwar kwalunkwe estensjoni bħal din fi żmien xahar minn meta tirċievi t-talba, flimkien mar-raġunijiet għad-dewmien. Meta s-suġġett tad-data jagħmel it-talba b’mezzi f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta b’mezzi elettroniċi, fejn ikun possibbli, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-data. ”

(11)L-Artikolu 68 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

Artikolu 68
Rimedji

(1)Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar rimedji tar-Regolament (UE) 2016/679 u tad-Direttiva (UE) 2016/680, jista’ jsir rikors minn kwalunkwe persuna quddiem kwalunkwe awtorità superviżorja jew qorti, skont id-dritt ta’ kwalunkwe Stat Membru għall-aċċess, għar-rettifika, għat-tħassir, għall-kisba ta’ informazzjoni jew għall-kisba ta’ kumpens fir-rigward ta’ allert relatat magħha.

(2)Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rimedji tar-Regolament (UE) 2018/1725, kull persuna tista’ tippreżenta lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data sabiex ikollha aċċess, tirrettifika, tħassar, tikseb informazzjoni jew tikseb kumpens b’rabta ma’ allert relatat magħha mdaħħal mill-Europol.

(3)L-Istati Membri u l-Europol jimpenjaw ruħhom reċiprokament li jinfurzaw id-deċiżjonijiet finali meħuda mill-qrati, mill-awtoritajiet jew mill-korpi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 72.

(4)L-Istati Membri u l-Europol għandhom kull sena jibagħtu rapport lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar:

(a)in-numru ta’ talbiet għall-aċċess ippreżentati lill-kontrollur tad-data u n-numru ta’ każijiet li fihom ikun ingħata aċċess għad-data;

(b)in-numru ta’ talbiet għall-aċċess ippreżentati lill-awtorità superviżorja u n-numru ta’ każijiet li fihom ikun ingħata aċċess għad-data;

(c)in-numru ta’ talbiet għar-rettifika ta’ data mhux akkurata u għat-tħassir ta’ data maħżuna mhux skont il-liġi, lill-kontrollur tad-data u n-numru ta’ każijiet li fihom id-data tkun ġiet irrettifikata jew tħassret;

(d)in-numru ta’ talbiet għar-rettifika ta’ data mhux akkurata u għat-tħassir ta’ data maħżuna b’mod illegali ippreżentati lill-awtorità superviżorja;

(e)in-numru ta’ proċedimenti tal-qorti mibdija;

(f)in-numru ta’ każijiet li fihom il-qorti tkun qatgħet il-kawża favur ir-rikorrent;

(g)kwalunkwe osservazzjoni dwar każijiet ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ deċiżjonijiet finali mill-qrati jew mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra dwar allerti mdaħħla mill-Istat Membru emittenti jew mill-Europol.

Mudell għar-rapportar imsemmi f’dan il-paragrafu għandu jkun inkluż fil-Manwal SIRENE.

(5)Ir-rapporti mill-Istati Membri u mill-Europol għandhom jiġu inklużi fir-rapport konġunt imsemmi fl-Artikolu 71(4).”

(12)L-Artikolu 72 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 72
Responsabbiltà

(1)Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal kumpens u għal kwalunkwe responsabbiltà skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680, ir-Regolament (UE) 2018/1725 u r-Regolament (UE) 2016/794:

(a)kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali minn Stat Membru b’riżultat ta’ operazzjoni illegali ta’ pproċessar ta’ data personali bl-użu tal-N.SIS jew kwalunkwe att ieħor li ma jkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mingħand dak l-Istat Membru;

(b)kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ kwalunkwe att mill-Europol li ma jkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mill-Europol;

(c)kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkun ġarrab dannu materjali jew mhux materjali b’riżultat ta’ kwalunkwe att mill-eu-LISA li ma jkunx kompatibbli ma’ dan ir-Regolament, għandu jkun intitolat li jirċievi kumpens mill-eu-LISA.

Stat Membru, il-Europol jew l-eu-LISA għandha tkun eżentata mir-responsabbiltà tagħha, kollha kemm hi jew parzjalment, jekk tagħti prova li ma tkunx responsabbli għall-avveniment li jkun wassal għad-dannu.

(2)Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta’ Stat Membru jew tal-Europol milli tikkonforma mal-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament jikkawża dannu lis-SIS, dak l-Istat Membru jew il-Europol għandha tinżamm responsabbli għal tali dannu, ħlief jekk u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor li jieħu sehem fis-SIS ikun naqas milli jieħu miżuri raġonevoli sabiex jipprevjeni li d-dannu jseħħ jew sabiex jimminimizza l-impatt tiegħu.

(3)It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati bid-dritt nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. It-talbiet għal kumpens kontra l-Europol għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati bir-Regolament (UE) 2016/794 u soġġetti għall-kondizzjonijiet previsti fit-Trattati. It-talbiet għal kumpens kontra l-eu-LISA għad-dannu msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti fit-Trattati.”

(13)Fl-Artikolu 74, il-paragrafu 3 huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“3.    L-eu-LISA għandha tipproduċi kuljum, kull xahar u kull sena, statistika li turi n-numru ta’ reġistri għal kull kategorija ta’ allerti, kemm għal kull Stat Membru kif ukoll flimkien. L-eu-LISA għandha tipprovdi wkoll rapporti annwali dwar in-numru ta’ hits għal kull kategorija ta’ allerti, in-numru ta’ drabi li sar tiftix fis-SIS u n-numru ta’ drabi li s-SIS ġiet aċċessata għall-fini tad-dħul, tal-aġġornar jew tat-tħassir ta’ allert, kemm għal kull Stat Membru, għall-Europol kif ukoll għal kollha kemm huma flimkien. L-istatistika prodotta ma għandux ikun fiha data personali. Ir-rapport statistiku annwali għandu jiġi ppubblikat.”

(14)Fl-Artikolu 79, jiddaħħal il-paragrafu 7 li ġej:

“7.    Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni li tistabbilixxi d-data li fiha l-Europol għandha tibda ddaħħal, taġġorna u tħassar data fis-SIS skont dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament [XXX], wara verifika li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)l-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament ikunu ġew emendati sal-punt meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament [XXX];

(b)il-Europol tkun innotifikat lill-Kummissjoni li għamlet l-arranġamenti tekniċi u proċedurali meħtieġa sabiex tipproċessa d-data tas-SIS u sabiex tiskambja informazzjoni supplimentari skont dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament [XXX];

(c)l-eu-LISA tkun innotifikat lill-Kummissjoni li lestiet b’suċċess l-attivitajiet kollha ta’ ttestjar fir-rigward tas-CS-SIS u tal-interazzjoni bejn is-CS-SIS u l-interfaċċa teknika tal-Europol imsemmija fl-Artikolu 48(1) ta’ dan ir-Regolament kif emendat bir-Regolament [XXX].

Din id-deċiżjoni għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

Artikolu 2
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mid-data stabbilita f’konformità mal-Artikolu 79(7) tar-Regolament (UE) 2018/1862.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Il-President    Il-President

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA – “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

1.3.Il-proposta hija marbuta ma’

1.4.Objettivi

1.5.Ir-raġunijiet għall-proposta

1.6.Durata u impatt finanzjarju stmat tal-proposta

1.7.Il-metodu previst tal-ġestjoni

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u n-nefqa tal-baġit affettwati

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA – “AĠENZIJI”

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta

Il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali.

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

Qasam ta’ politika: Affarijiet Interni

Attività: Il-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Fruntieri

Nomenklatura: 11 10 02

1118.0207: Ġestjoni tal-Fruntieri - Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

1.3.Il-proposta hija marbuta ma’

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja 43  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni ta’ azzjoni waħda jew aktar f’azzjoni oħra/f’azzjoni ġdida 

1.4.Objettivi

1.4.1.Objettivi ġenerali

Bi tweġiba għal ħtiġijiet operazzjonali urġenti u għat-talbiet mill-koleġiżlaturi għal appoġġ aktar b’saħħtu għall-Europol, il-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 ħabbar inizjattiva leġiżlattiva sabiex “[jissaħħaħ] ukoll il-mandat tal-Europol sabiex [tissaħħaħ] il-kooperazzjoni operattiva tal-pulizija”.

Wieħed mill-elementi ta’ din l-inizjattiva leġiżlattiva huwa li jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet tal-Europol fil-kondiviżjoni tal-analiżi mill-Europol tad-data riċevuta mingħand pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali direttament u f’ħin reali mal-uffiċjali tal-ewwel linja fl-Istati Membri. Il-proposta sabiex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2018/1862 dwar is-SIS tikkontribwixxi għal din l-inizjattiva billi testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIS bil-ħolqien ta’ kategorija separata ġdida ta’ allerti li għandha tintuża mill-Europol għall-kondiviżjoni ta’ din id-data, skont kundizzjonijiet stretti, mal-uffiċjali tal-ewwel linja fl-Istati Membri.

Din hija azzjoni importanti tal-Istrateġija dwar l-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE ta’ Lulju 2020. F’konformità mas-sejħa tal-Linji Gwida politiċi sabiex “nagħmlu dak kollu li hu possibbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni taċ-ċittadini tagħna”, l-inizjattiva hija mistennija li ssaħħaħ lill-Europol sabiex tgħin lill-Istati Membri jżommu liċ-ċittadini sikuri.

L-objettivi ġenerali ta’ din l-inizjattiva jirriżultaw miż-żewġ għanijiet ibbażati fuq it-Trattat:

1. li l-Europol tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja li taffettwa lil żewġ Stati Membri jew aktar, it-terroriżmu u forom oħra ta’ kriminalità li jaffettwaw interess komuni kopert minn politika tal-Unjoni;

2. li l-eu-LISA tappoġġa lill-Europol u lill-Istati Membri fl-iskambju ta’ informazzjoni għall-fini tal-prevenzjoni tal-kriminalità serja jew tat-terroriżmu.

1.4.2.Objettiv speċifiku

L-objettiv speċifiku joħroġ mill-objettivi ġenerali deskritti hawn fuq: “il-provvista lill-uffiċjali tal-ewwel linja tar-riżultat tal-analiżi tal-Europol tad-data riċevuta mingħand pajjiżi terzi.”

L-għan huwa li l-uffiċjali tal-ewwel linja jiġu pprovduti bir-riżultat tal-analiżi tal-Europol tad-data riċevuta mingħand pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali dwar persuni suspettati u kriminali meta u fejn dan ikun meħtieġ.

L-għan sottostanti huwa li l-uffiċjali tal-ewwel linja jingħataw aċċess dirett u f’ħin reali għal din id-data meta jivverifikaw persuna fil-fruntiera esterna jew fit-territorju tal-UE, sabiex jingħataw appoġġ fil-kompiti tagħhom.

1.4.3.Riżultati u impatt mistennija

Il-proposta se tkun ta’ benefiċċju primarjament għall-individwi u għas-soċjetà inġenerali billi ttejjeb il-kapaċità tal-Europol li tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-kriminalità u fil-protezzjoni taċ-ċittadini tal-UE. Iċ-ċittadini se jibbenefikaw direttament u indirettament minn rati aktar baxxi ta’ kriminalità, minn danni ekonomiċi mnaqqsa, u minn anqas kostijiet relatati mas-sigurtà.

Il-proposta ma fihiex obbligi regolatorji għaċ-ċittadini/għall-konsumaturi, u ma toħloqx kostijiet addizzjonali f’dak ir-rigward.

Il-proposta se toħloq ekonomiji ta’ skala għall-amministrazzjonijiet peress li se tbiddel l-implikazzjonijiet tar-riżorsi tal-attivitajiet immirati mil-livell nazzjonali għal-livell tal-UE. L-awtoritajiet pubbliċi fl-Istati Membri se jibbenefikaw direttament mill-proposta bis-saħħa tal-ekonomiji ta’ skala li jwasslu għall-iffrankar tal-ispejjeż amministrattivi.

1.4.4.Indikaturi tal-prestazzjoni

L-indikaturi ewlenin li ġejjin se jippermettu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-prestazzjoni tal-objettivi speċifiċi:

Objettiv speċifiku: “dħul fis-seħħ tal-funzjonalitajiet aġġornati tas-SIS Ċentrali sal-aħħar tal-2022”

Indikaturi għall-Europol:

- it-twaqqif ta’ intefaċċa teknika għad-dħul, għall-aġġornar u għat-tħassir ta’ allerti fis-SIS Ċentrali;

- it-tlestija b’suċċess tat-testijiet organizzati mill-eu-LISA.

Indikaturi għall-eu-LISA:

- it-tlestija b’suċċess ta’ ttestjar komprensiv ta’ qabel it-tnedija fil-livell Ċentrali;

- it-tlestija b’suċċess ta’ testijiet mal-Europol sabiex tiġi trażmessa data lis-SIS Ċentrali u mal-Istati Membri u mas-sistemi tal-Aġenziji kollha;

- it-tlestija b’suċċess tat-testijiet SIRENE għall-kategorija l-ġdida ta’ allerti.

F’konformità mal-Artikolu 28 tal-FFR u sabiex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja soda, l-eu-LISA diġà timmonitorja l-progress fil-kisba tal-objettivi tagħha b’indikaturi tal-prestazzjoni. L-aġenzija bħalissa għandha 29 Indikatur Ewlieni Korporattiv tal-Prestazzjoni. Dawn l-indikaturi huma rrapportati fir-Rapport Annwali ta’ Attività Konsolidat tal-eu-LISA, li jinkludi monitoraġġ ċar tal-mira sal-aħħar tas-sena kif ukoll tqabbil mas-sena ta’ qabel. Dawn l-indikaturi se jiġu adattati kif meħtieġ wara l-adozzjoni tal-proposta.

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati fit-terminu qasir jew fit-tul inkluża skeda ta’ żmien dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

It-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva teħtieġ miżuri tekniċi u proċedurali fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, li jenħtieġ li jibdew meta tidħol fis-seħħ il-leġiżlazzjoni riveduta.

Ir-riżorsi rilevanti – b’mod partikolari r-riżorsi umani - jenħtieġ li jiġu żgurati sabiex l-eu-LISA tkun tista’ tikkontribwixxi għas-servizzi tal-Europol.

Ir-rekwiżiti ewlenin wara d-dħul fis-seħħ tal-proposta huma kif ġej fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri tas-SIS Ċentrali mill-eu-LISA:

- li tiġi żviluppata u implimentata kategorija ġdida ta’ allerti fis-SIS Ċentrali f’konformità mar-rekwiżiti ddefiniti fir-regolament;

- li jiġu aġġornati l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni supplimentari bejn l-Uffiċċji SIRENE u l-Europol;

- li tiġi żviluppata l-funzjonalità għall-Istati Membri u għall-Aġenziji sabiex jagħmlu tfittxijiet fis-Sistema Ċentrali dwar din il-kategorija ta’ allerti;

- li jiġu aġġornati l-funzjonalitajiet fis-SIS Ċentrali relatati mar-rapportar u mal-istatistika.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni

Il-kriminalità serja u t-terroriżmu huma ta’ natura transnazzjonali. Għalhekk, l-azzjoni fil-livell nazzjonali waħedha ma tistax tirribattihom b’mod effettiv. Din hija r-raġuni għaliex l-Istati Membri jagħżlu li jaħdmu flimkien fil-qafas tal-UE sabiex jindirizzaw it-theddidiet li jirriżultaw mill-kriminalità serja u mit-terroriżmu.

Il-proposta se toħloq ekonomiji ta’ skala sinifikanti fil-livell tal-UE, peress li se ċċaqlaq il-kompiti u s-servizzi, li jistgħu jitwettqu b’mod aktar effiċjenti fil-livell tal-UE, mil-livell nazzjonali għall-eu-LISA u għall-Europol. Għalhekk, il-proposta tipprovdi għal soluzzjonijiet effiċjenti għall-isfidi, li kieku jkollhom jiġu indirizzati bi spejjeż ogħla b’27 soluzzjoni nazzjonali individwali, jew għal sfidi li ma jistgħux jiġu indirizzati fil-livell nazzjonali minħabba n-natura transnazzjonali tagħhom.

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Il-proposta tibni fuq il-ħtieġa li l-Europol u l-Istati Membri jiġu appoġġati fl-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà transnazzjonali li qed jevolvu kontinwament lil hinn mil-livell nazzjonali biss.

L-Ewropa qed taffaċċja sitwazzjoni ta’ sigurtà li ma tiqafx tinbidel, b’theddidiet għas-sigurtà li jevolvu dejjem aktar u dejjem aktar kumplessi. Il-kriminali jisfruttaw il-vantaġġi li jġibu magħhom it-trasformazzjoni diġitali, it-teknoloġiji l-ġodda, il-globalizzazzjoni u l-mobbiltà, inklużi l-interkonnettività u n-nuqqas ta’ ċarezza tal-konfini bejn id-dinja fiżika u diġitali. Il-kriżi tal-COVID-19 kompliet tgħarraq is-sitwazzjoni, hekk kif il-kriminali malajr ħatfu l-opportunitajiet sabiex jisfruttaw il-kriżi billi jadattaw il-modi ta’ operazzjoni tagħhom jew billi jiżviluppaw attivitajiet kriminali ġodda

Dawn it-theddidiet għas-sigurtà li qed jevolvu jitolbu appoġġ effettiv fil-livell tal-UE għall-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi. L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri għamlu dejjem aktar użu mill-appoġġ u mill-għarfien espert li toffri l-Europol sabiex għall-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu.

Din il-proposta tibni wkoll fuq it-tagħlimiet meħuda u fuq il-progress miksub sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti SIS tal-2018, mill-iżviluppi li saru mill-eu-LISA sabiex timplimenta r-Regolamenti SIS tal-2018, u mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-2018 dwar l-eu-LISA, filwaqt li tirrikonoxxi li l-importanza operazzjonali tal-kompiti tal-aġenzija diġà nbidlet sostanzjalment. L-ambjent il-ġdid tat-theddidiet biddel l-appoġġ li jeħtieġu u jistennew l-Istati Membri fost kompiti oħra wkoll mill-eu-LISA sabiex jingħata appoġġ lill-Europol bl-għan li ċ-ċittadini jinżammu sikuri, b’mod li ma kienx prevedibbli meta l-koleġiżlaturi nnegozjaw il-mandat kurrenti tal-Europol.

Ir-rieżami preċedenti tal-mandat tal-eu-LISA u d-domanda dejjem akbar għas-servizzi mill-Istati Membri wrew li l-kompiti tal-eu-LISA jeħtieġ li jkunu sostnuti minn riżorsi finanzjarji u umani adegwati.

1.5.4.Kompatibbiltà mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħrajn

Il-proposta twieġeb għax-xenarju tas-sigurtà li qed jinbidel minħabba li se tappoġġa lill-eu-LISA sabiex din tipprovdi lill-Europol bil-kapaċitajiet u bl-għodod meħtieġa sabiex tappoġġa lill-Istati Membri b’mod effettiv fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu. Il-Komunikazzjoni “Il-mument tal-Ewropa: Tiswija u Tħejjija għall-Ġenerazzjoni li Jmiss” 44 enfasizzat il-ħtieġa li tinbena Unjoni aktar reżiljenti hekk kif il-kriżi tal-COVID-19 “kixfet ukoll għadd ta’ vulnerabbiltajiet u żieda sinifikanti f’ċerti reati, bħaċ-ċiberkriminalità. Dan juri l-ħtieġa li tissaħħaħ l-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE”.

Din il-proposta hija kompletament allinjata mal-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020, li ħabbar inizjattiva leġiżlattiva sabiex “[jissaħħaħ] ukoll il-mandat tal-Europol sabiex [tissaħħaħ] il-kooperazzjoni operattiva tal-pulizija” 45 . L-eu-LISA se tikkontribwixxi għal dan l-objettiv billi testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-SIS sabiex tkun tista’ tinħoloq kategorija separata ġdida ta’ allerti mill-Europol.

Dan it-tisħiħ tal-mandat tal-Europol huwa wieħed mill-azzjonijiet ewlenin identifikati fl-Istrateġija tal-Unjoni dwar is-Sigurtà tal-UE ta’ Lulju 2020 46 . Europol aktar effettiva se tiżgura li l-aġenzija tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha b’mod sħiħ u tkun tista’ tgħin sabiex jintlaħqu l-prijoritajiet strateġiċi għall-Unjoni tas-Sigurtà.

F’konformità mas-sejħa tal-Linji Gwida Politiċi 47 sabiex “nagħmlu dak kollu li hu possibbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-protezzjoni taċ-ċittadini tagħna”, din il-proposta tindirizza dawk l-oqsma li fihom il-partijiet ikkonċernati jitolbu sostenn imsaħħaħ lill-Europol sabiex l-Istati Membri jkunu megħjuna jżommu liċ-ċittadini sikuri.

1.5.5.Valutazzjoni tal-għażliet differenti disponibbli ta’ finanzjament, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Il-proposta tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027 tirrikonoxxi l-ħtieġa li tissaħħaħ l-eu-LISA sabiex jiżdied l-appoġġ lill-Istati Membri għall-ġestjoni effettiva tal-fruntieri fl-2021.

Mill-2016 u mill-aħħar reviżjoni tal-mandat tal-eu-LISA, ix-xejra kienet lejn tkabbir esponenzjali tal-flussi tad-data tal-aġenzija u tad-domanda għas-servizzi tagħha 48 , li wassal għal talbiet għal żidiet baġitarji u tal-persunal akbar mil-livelli inizjalment ipprogrammati.

Għalhekk, peress li l-proposta se tintroduċi kompiti importanti ġodda fir-Regolament dwar l-eu-LISA u se tiċċara, tikkodifika u tagħti dettalji dwar kompiti oħra, u b’hekk testendi l-kapaċitajiet tal-eu-LISA fil-kuntest tat-trattati, din ma tistax tiġi koperta b’livell stabbli ta’ riżorsi. Il-proposta teħtieġ li tkun sostnuta minn żidiet fir-riżorsi finanzjarji u umani xierqa li jinsabu fl-Intestatura 4 “Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri” tal-QFP 2021-2027.

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

Proposta/inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

Impatt finanzjarju mill-SSSS sal-SSSS

☒ Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perijodu ta’ bidu mill-2021 sal-2022,

segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Il-metodu previst tal-ġestjoni 49  

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni permezz ta’

   aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni konġunta mal-Istati Membri

Ġestjoni indiretta billi l-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit jiġu fdati lil:

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li jridu jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

il-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71;

korpi rregolati bil-liġi pubblika;

korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-linja bażi għall-kontribuzzjoni tal-UE għall-baġit tal-eu-LISA ġiet identifikata fuq il-bażi tal-Iskeda tal-QFP Nru 68 50 u tad-Dokument ta’ Ħidma III li jakkumpanja l-Abbozz tal-Baġit 2021. L-informazzjoni f’din l-LFS hija mingħajr preġudizzju għall-adozzjoni tal-QFP 2021-2027 u tal-Baġit 2021.

Fin-nuqqas ta’ votazzjonijiet li jgħaddu l-QFP 2021-2027 u l-Baġit 2021, l-impatt finanzjarju stmat tal-inizjattiva jinkludi biss ir-riżorsi meħtieġa minbarra l-kontribuzzjoni tal-linja bażi tal-UE tal-eu-LISA (kostijiet addizzjonali meta mqabbla mal-linja bażi).

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Il-monitoraġġ u r-rapportar tal-proposta se jsegwu l-prinċipji deskritti fir-Regolament dwar l-eu-LISA 51 , fir-Regolament Finanzjarju 52 u f’konformità mal-approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati 53 .

L-eu-LISA jeħtiġilha b’mod partikolari tibgħat kull sena lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni li jkun fih programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali u programmazzjoni tar-riżorsi. Id-Dokument jistabbilixxi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-monitoraġġ tal-kisba tal-objettivi u tar-riżultati. L-eu-LISA jeħtiġilha tippreżenta wkoll Rapport Annwali Konsolidat ta’ Attività lill-bord ta’ amministrazzjoni. Dan ir-rapport jinkludi b’mod partikolari informazzjoni dwar il-kisba tal-objettivi u tar-riżultati stabbiliti fid-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni. Ir-rapport irid jintbagħat ukoll lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Barra minn hekk, kif spjegat fl-Artikolu 39 tar-Regolament dwar l-eu-LISA, sat-12 ta’ Diċembru 2023, u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-Bord ta’ Amministrazzjoni, għandha tevalwa, f’konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni, it-twettiq tal-Aġenzija fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat, tal-postijiet u tal-kompiti tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll evalwazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-mod li bih, u sa liema punt, l-Aġenzija tikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u għall-istabbiliment ta’ ambjent tal-IT koordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni fl-ispazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja. B’mod partikolari, dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa possibbli li jiġu mmodifikati l-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe tali modifika. Il-Bord ta’ Amministrazzjoni jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-emendi għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni.

Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tibqax ġustifikata fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, hija tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew inkella jitħassar.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord ta’ Amministrazzjoni dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Is-sejbiet tal-valutazzjoni għandhom isiru pubbliċi.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-operat tas-SIS, fuq il-bażi tar-Regolament (UE) 2018/1862, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-eu-LISA se jirrieżaminaw u jimmonitorjaw b’mod regolari l-użu tas-SIS, sabiex jiżguraw li din tkompli tiffunzjona b’mod effettiv u effiċjenti.

L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2018/1862 jipprevedi l-evalwazzjoni tal-użu tas-SIS mill-Europol imwettqa mill-Kummissjoni tal-anqas kull ħames snin. Din l-evalwazzjoni se tkopri l-proċeduri tal-Europol sabiex iddaħħal id-data fis-SIS. Il-Europol se jkollha tiżgura li jingħata segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mill-evalwazzjoni. Jintbagħat rapport dwar ir-riżultati tal-evalwazzjoni u s-segwitu tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Barra minn hekk, ir-Regolament (UE) 2018/1862 jinkludi dispożizzjonijiet fl-Artikolu 74(9) għal proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni formali u regolari li se jkun applikabbli wkoll għall-kategorija l-ġdida ta’ allerti introdotta b’din l-emenda.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Meta jitqies li l-proposta tħalli impatt fuq il-kontribuzzjoni annwali tal-UE lill-eu-LISA, il-baġit tal-UE se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni indiretta.

Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, il-baġit tal-eu-LISA għandu jiġi implimentat f’konformità ma’ kontroll intern effettiv u effiċjenti 54 . Għalhekk, l-eu-LISA hija marbuta li timplimenta strateġija ta’ kontroll xierqa kkoordinata fost l-atturi xierqa involuti fil-katina ta’ kontroll.

Fir-rigward tal-kontrolli ex post, l-eu-LISA, bħala aġenzija deċentralizzata, hija soġġetta b’mod partikolari għal:

- awditu intern mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni;

- rapporti annwali mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li fihom tipprovdi dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti;

- il-kwittanza annwali mogħtija mill-Parlament Ewropew;

- l-investigazzjonijiet possibbli mwettqa mill-OLAF sabiex jiġi żgurat, b’mod partikolari, li r-riżorsi allokati lill-aġenziji jintużaw kif suppost.

Bħala DĠ sieħeb għall-eu-LISA, id-DĠ HOME se jimplimenta l-Istrateġija ta’ Kontroll tiegħu fuq l-aġenziji deċentralizzati sabiex jiżgura rapportar affidabbli fil-qafas tar-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) tiegħu. Filwaqt li l-aġenziji deċentralizzati għandhom responsabbiltà sħiħa għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħhom, id-DĠ HOME huwa responsabbli għall-ħlas regolari tal-kontribuzzjonijiet annwali stabbiliti mill-Awtorità Baġitarja.

Fl-aħħar nett, l-Ombudsman Ewropew jipprovdi saff ieħor ta’ kontroll u ta’ responsabbiltà fl-eu-LISA.

2.2.2.Informazzjoni rigward ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ġew identifikati r-riskji li ġejjin:

- diffikultajiet potenzjali għall-eu-LISA fil-ġestjoni tal-iżviluppi ppreżentati fil-proposta kurrenti b’mod parallel ma’ żviluppi oħra li għaddejjin (eż. is-Sistema ta’ Dħul u Ħruġ, is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, u t-titjib tas-SIS, tal-VIS u tal-Eurodac);

- dipendenzi bejn it-tħejjijiet li għandhom isiru mill-eu-LISA fir-rigward tas-SIS Ċentrali u t-tħejjijiet li għandhom isiru mill-Europol fir-rigward tat-twaqqif ta’ interfaċċa teknika sabiex tiġi trażmessa data lis-SIS;

- frammentazzjoni tal-attivitajiet ewlenin tal-eu-LISA minħabba l-multiplikazzjoni tal-kompiti u tat-talbiet;

- in-nuqqas ta’ livelli adegwati ta’ riżorsi finanzjarji u umani sabiex ilaħħqu mal-ħtiġijiet operazzjonali;

- in-nuqqas ta’ riżorsi tal-ICT, li jirriżulta f’dewmien fl-iżviluppi u fl-aġġornamenti neċessarji tas-sistema ewlenija;

- ir-riskji relatati mal-ipproċessar ta’ data personali mill-eu-LISA u l-ħtieġa li jiġu evalwati u adattati b’mod regolari s-salvagwardji proċedurali u tekniċi sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ data personali u tad-drittijiet fundamentali.

L-eu-LISA timplimenta Qafas speċifiku ta’ Kontroll Intern ibbażat fuq il-Qafas ta’ Kontroll Intern tal-Kummissjoni Ewropea. Id-Dokument Uniku ta’ Programmazzjoni jrid jipprovdi informazzjoni dwar is-sistemi ta’ kontroll intern, filwaqt li r-Rapport Annwali tal-Attività Konsolidat (CAAR) irid ikun fih informazzjoni dwar l-effiċjenza u l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll intern, inkluż fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju. Is-CAAR 2019 jirrapporta li, il-maniġment tal-Aġenzija għandu assigurazzjoni raġonevoli li l-kontrolli interni xierqa huma fis-seħħ u li dawn qed jiffunzjonaw kif maħsub. Matul is-sena, ir-riskji ewlenin ġew identifikati u ġestiti b’mod xieraq. Din l-assigurazzjoni hija kkonfermata wkoll mir-riżultati tal-awditi interni u esterni mwettqa.

Livell ieħor ta’ superviżjoni interna huwa pprovdut ukoll mill-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-eu-LISA, fuq il-bażi ta’ pjan tal-awditu annwali li b’mod partikolari jqis il-valutazzjoni tar-riskji fl-eu-LISA. Il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tgħin lill-eu-LISA fl-ilħuq tal-objettivi tagħha billi ġġib approċċ sistematiku u dixxiplinat għall-evalwazzjoni tal-effettività tal-ġestjoni tar-riskju, tal-kontroll u tal-proċessi ta’ governanza, u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tagħhom.

Barra minn hekk, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-eu-LISA (funzjoni indipendenti marbuta direttament mas-Segretarjat tal-Bord ta’ Amministrazzjoni) jissorveljaw l-ipproċessar ta’ data personali mill-eu-LISA.

Fl-aħħar nett, bħala DĠ sieħeb tal-eu-LISA, id-DĠ HOME jmexxi eżerċizzju annwali ta’ ġestjoni tar-riskju sabiex jidentifika u jivvaluta r-riskji għolja potenzjali relatati mal-operazzjonijiet tal-aġenziji, inkluża l-eu-LISA. Ir-riskji kkunsidrati bħala kritiċi jiġu rrapportati kull sena fil-pjan ta’ ġestjoni tad-DĠ HOME u jiġu akkumpanjati minn pjan ta’ azzjoni li jiddikjara l-azzjoni ta’ mitigazzjoni.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontroll ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”) u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Il-proporzjon ta’ “kostijiet tal-kontrolli/il-valur tal-fondi relatati ġestiti” huwa rapportat mill-Kummissjoni. Ir-RAA tal-2019 ta’ DĠ HOME jirrapporta 0,28 % għal dan il-proporzjon fir-rigward tal-Entitajiet Fdati tal-Ġestjoni Indiretta u tal-Aġenziji Deċentralizzati, inkluża l-eu-LISA.

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonfermat il-legalità u r-regolarità tal-kontijiet annwali tal-eu-LISA għall-2018, li jimplika rata ta’ żball ta’ anqas minn 2 %. Ma hemm l-ebda indikazzjoni li r-rata ta’ żball se tmur għall-agħar fis-snin li ġejjin.

Barra minn hekk, l-artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju tal-eu-LISA jipprevedi l-possibbiltà li l-aġenzija taqsam kapaċità tal-awditjar intern ma’ korpi oħra tal-Unjoni li jaħdmu fl-istess qasam ta’ politika jekk il-kapaċità tal-awditjar intern ta’ korp uniku tal-Unjoni ma tkunx kosteffettiva.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Il-miżuri relatati mal-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra huma deskritti, fost l-oħrajn, fl-Artikolu 50 tar-Regolament tal-eu-LISA u taħt it-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju tal-eu-LISA.

L-eu-LISA għandha tipparteċipa b’mod partikolari f’attivitajiet ta’ prevenzjoni tal-frodi tal-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi u tinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar każijiet ta’ frodi preżunta u ta’ irregolaritajiet finanzjarji preżunti oħra – f’konformità mal-istrateġija interna tagħha kontra l-frodi.

Barra minn hekk, bħala DĠ sieħeb, id-DĠ HOME żviluppa u implimenta l-istrateġija tiegħu stess kontra l-frodi fuq il-bażi tal-metodoloġija pprovduta mill-OLAF. L-aġenziji deċentralizzati, inkluża l-Europol, jaqgħu fl-ambitu tal-istrateġija. Ir-RAA tad-DĠ HOME għall-2019 ikkonkluda li l-proċessi ta’ prevenzjoni u ta’ detezzjoni tal-frodi ħadmu b’mod sodisfaċenti u, għalhekk, ikkontribwew għall-assigurazzjoni fuq il-kisba tal-objettivi ta’ kontroll intern.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata:

·Linji baġitarji eżistenti

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff. 55

mill-pajjiżi tal-EFTA 56

minn pajjiżi kandidati 57

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

4

11 10 02 – Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

Diff.

LE

LE

IVA

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Fl-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Heading………………………………………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.SS.SS.SS]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa 

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

4

Il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri

eu-LISA: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

Year
2021 58

Year
2022

Year
2023

Year
2024

Year
2025

Year
2026

Year
2027

TOTAL

Titolu 1:

Impenji

(1)

0,160

0,160

0

0

0

0

0

0,320

Pagamenti

(2)

0,160

0,160

0

0

0

0

0

0,320

Titolu 2:

Impenji

(1a)

0

0

0

0

0

0

0

0

Pagamenti

(2a)

0

0

0

0

0

0

0

0

Titolu 3:

Impenji

(3a)

0

1,500

1,500

Pagamenti

(3b)

0

1,500

1,500

TOTAL tal-Approprjazzjonijiet
għal eu-LISA

Impenji

=1+1a +3a

0,160

1,660

1,820

Pagamenti

=2+2a

3b

0,160

1,660

1,820








Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Year
N

Year
N+1

Year
N+2

Year
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

Riżorsi Umani 

Nefqa amministrattiva oħra 

TOTAL DĠ <…….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Impenji totali = Pagamenti totali)

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Year
2021 59

Year
2022

Year
2023

Year
2024

Year
2025

Year
2026

Year
2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0,160

1,660

1,820

Pagamenti

0,160

1,660

1,820

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet tal-eu-LISA 

   Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-objettivi u r-riżultati

Year
2021

Year
2022

Year
2023

Year
2024

Year
2025

Year
2026

Year
2027

TOTAL

RIŻULTATI

Tip 60

Spiża medja

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru

Spiża

Nru totali

Spiża totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 61 Żvilupp tas-Sistema Ċentrali

- Riżultat

1

1,500

1

1

1,500

- Riżultat

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 1

1

1,500

1

1

1,500

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 Manutenzjoni tas-Sistema Ċentrali

- Riżultat

Subtotal għall-objettiv speċifiku Nru 2

SPIŻA TOTALI

3.2.3.L-impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-eu-LISA 

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Year
2021 62

Year
2022

Year
2023

Year
2024

Year
2025

Year
2026

Year
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

Persunal bil-kuntratt

0,160

0,160

0,320

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

0,160

0,160

0,320

Rekwiżiti tal-persunal (FTE):

Year
2021 63

Year
2022

Year
2023

Year
2024

Year
2025

Year
2026

Year
2027

TOTAL

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AD)

Aġenti temporanji (Gradi ta’ AST)

Persunal bil-kuntratt

2

2

Esperti Nazzjonali Sekondati

TOTAL

2

2

Ir-reklutaġġ huwa ppjanat għall-2021, sabiex il-persunal ikun disponibbli ħalli jibda l-iżvilupp tas-SIS Ċentrali fi żmien debitu bil-ħsieb li tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-kategorija maħluqa ġdida ta’ allerti sal-2022.

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ prinċipali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa massimu ta’ punt deċimali wieħed)

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

·Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full Time: FTE) 64

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 ss 65

- fil-Kwartieri Ġenerali 66

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT – Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati minn persunal tad-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie riallokat fid-DĠ, flimkien ma’, jekk ikun hemm bżonn, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ amministrattiv taħt il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl ta’ limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

Deskrizzjoni tal-kalkolu tal-kost għall-unitajiet FTE jenħtieġ li titniżżel fit-taqsima 3 tal-Anness V.

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali 

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tirrikjedi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Kummenti:

Il-proposta hija kompatibbli mal-QFP 2021-2027.

F’dan l-istadju ma hija ppjanata l-ebda programmazzjoni mill-ġdid tal-QFP 2021-2027; madankollu, dan ma jeskludix il-possibbiltà ta’ programmazzjoni mill-ġdid fil-futur.

L-impatt baġitarju tar-riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-eu-LISA se jiġi kkumpensat permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju min-nefqa pprogrammata taħt l-Intestatura 4.

   Il-proposta/inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 67 .

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet tal-parti terza 

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Year
N

Year
N+1

Year
N+2

Year
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati



3.3.L-impatt stmat fuq id-dħul 

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

  jekk jogħġbok indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa

f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/inizjattiva 68

Year
N

Year
N+1

Year
N+2

Year
N+3

Niżżel kemm hemm bżonn snin sabiex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Speċifika l-metodu sabiex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    F’dan il-kuntest, ir-referenza għal “persuni suspettati u kriminali” tkopri: (a) Persuni li jkunu suspettati li wettqu jew li ħadu sehem f’reat kriminali li fir-rigward tiegħu tkun kompetenti l-Europol, jew li jkunu nstabu ħatja ta’ tali reat. (b) Persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet suffiċjenti sabiex wieħed jemmen li se jwettqu reati kriminali li fir-rigward tagħhom tkun kompetenti l-Europol.
(2)     https://www.europol.europa.eu/activities-services/main-reports/european-union-terrorism-situation-and-trend-report-te-sat-2020 .
(3)     https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2020/06/16/preventing-and-countering-terrorism-and-violent-extremism-council-adopts-conclusions-on-eu-external-action/ .
(4)     https://www.consilium.europa.eu/media/36284/st09680-en18.pdf .
(5)    Ir-Regolament (UE) 2018/1240.
(6)    L-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2016/794.
(7)    25 Stat Membru jipparteċipaw fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja). L-Irlanda u Ċipru jinsabu fil-proċess li jkunu konnessi mas-sistema fl-2021. Erba’ Pajjiżi Assoċjati ma’ Schengen huma konnessi mas-sistema (l-Iżlanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja u l-Iżvizzera). Il-Europol, it-timijiet skjerati mill-Frontex u mill-Aġenzija tal-UE għall-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali, il-Eurojust, għandhom aċċess għal partijiet speċifiċi tas-sistema iżda ma jistgħux joħorġu allerti fis-sistema.
(8)    Għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, it-tabella turi l-verifiki kollha mwettqa fl-2019 mill-utenti kollha li għandhom aċċess għas-sistema. Meta jivverifikaw is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, l-utenti jkunu qed jivverifikaw id-data ma’ dawk l-allerti li jkollhom aċċess għalihom (li mhux fil-każijiet kollha jkunu jinkludu allerti dwar l-infurzar tal-liġi).
(9)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).
(10)    Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
(11)    Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).
(12)    Ir-Regolament (UE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar
is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’
data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perijodu qasir
(Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60–81).
(13)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(14)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1745 tat-18 ta’ Novembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar il-protezzjoni tad-data u dwar l-implimentazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fl-Irlanda (ĠU L 393, 23.11.2020, p. 3).
(15)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(16)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(17)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(18)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- Acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).
(19)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(20)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).
(21)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).
(22)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta’ Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).
(23)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta’ April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).
(24)    ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1.
(25)    ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14.
(26)    Ta’ min jinnota li l-attivitajiet ta’ konsultazzjoni użati servew sabiex jinġabru informazzjoni u argumenti. Mhumiex stħarriġiet, minħabba li jirreferu għal kampjuni mhux rappreżentattivi tal-partijiet ikkonċernati jew tal-popolazzjoni ġenerali u, għalhekk, ma jippermettux li jinħarġu konklużjonijiet.
(27)    F’konformità mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2018/1862, din tkun tkopri persuni li jkun hemm indikazzjoni ċara li jkun biħsiebhom iwettqu jew li qed iwettqu kwalunkwe wieħed mir-reati li għalihom tkun kompetenti l-Europol, jew persuni li valutazzjoni ġenerali (b’mod partikolari fuq il-bażi ta’ reati kriminali tal-passat) tagħti raġunijiet sabiex wieħed jemmen li fil-futur jistgħu jwettqu wieħed mir-reati li għalihom tkun kompetenti l-Europol.
(28)    Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
(29)    Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53–114).
(30)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(31)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tiehu sehem f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).
(32)    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1745 tat-18 ta’ Novembru 2020 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen dwar il-protezzjoni tad-data u dwar l-implimentazzjoni proviżorja ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fl-Irlanda (ĠU L 393, 23.11.2020, p. 3).
(33)    ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.
(34)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).
(35)    ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(36)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal- Acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).
(37)    ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.
(38)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).
(39)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/365/UE tad-29 ta’ Ġunju 2010 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal- acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 166, 1.7.2010, p. 17).
(40)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/934 tal-25 ta’ Ġunju 2018 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li fadal tal-acquis ta’ Schengen marbuta mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Bulgarija u fir-Rumanija (ĠU L 165, 2.7.2018, p. 37).
(41)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/733 tal-25 ta’ April 2017 dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen relatati mas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen fir-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 108, 26.4.2017, p. 31).
(42)    Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
(43)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(44)    COM(2020) 456 (27.5.2020)
(45)    COM(2020) 440 final – Annessi 1 sa 2 (27.5.2020)
(46)    COM(2020) 605 final (24.7.2020).
(47)     https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/political-guidelines-next-commission_mt.pdf .
(48)    L-indikaturi operazzjonali tal-eu-LISA għall-2019 għas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen juru li t-tiftix u l-hits ittriplikaw minn 6 miljun fl-2014 għal 18-il miljun fl-2019.
(49)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx .
(50)    Dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-kummissjoni – Decentralised agencies and EPPO.
(51)    Ir-Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 (ĠU L 295/99 tal-21.11.2018).
(52)    Id-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Amministrazzjoni Nru 2019-198 li tistabbilixxi r-Regoli Finanzjarji tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) tat-28.08.2019.
(53)    https://europa.eu/european-union/sites/europaeu/files/docs/body/joint_statement_and_common_approach_2012_mt.pdf
(54)    L-Artikolu 30 tar-Regolament Finanzjarju tal-eu-LISA
(55)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(56)    EFTA: l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(57)    Pajjiżi kandidati u, fejn ikun applikabbli, pajjiżi potenzjalment kandidati mill-Balkani tal-Punent.
(58)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(59)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(60)    Riżultati huma prodotti u servizzi li jridu jiġu forniti (eż.: numru ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, numru ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(61)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(62)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(63)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(64)    AC= Persunal bil-Kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Esperti Nazzjonali Sekondati; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(65)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(66)    Prinċipalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).
(67)    Ara l-Artikoli 11 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.
(68)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri l-ammonti gross wara t-tnaqqis ta’ 20 % għall-ispejjeż tal-ġbir.