Brussell, 24.9.2020

COM(2020) 598 final

2020/0276(NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill adotta mandat 1 li jawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ negozjati għal protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u għall-estensjoni possibbli tal-protokoll attwali għal dak il-Ftehim, li se jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2020.

Il-mandat jistipula li f’każ li n-negozjati dwar Protokoll ġdid tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook jieħdu aktar żmien milli mistenni 2 , u sabiex jiġi evitat li l-attivitajiet tas-sajd jiġu interrotti għal perjodu sinifikanti taż-żmien, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprova taqbel mal-Gvern tal-Gżejjer Cook li ttawwal il-Protokoll attwali 3 , għal perjodu limitat, li jekk jista’ jkun ma jkunx ta’ aktar minn sena, sakemm tkompli tipprova tilħaq ftehim dwar Protokoll ġdid ma’ dan il-pajjiż f’konformità mal-objettivi stabbiliti fil-mandat.

Matul l-ewwel ċiklu ta’ negozjati (fis-16 ta’ Lulju 2020), in-negozjaturi tal-UE u tal-Gżejjer Cook qablu li minħabba li dawn in-negozjati huma kumplessi, se jkun hemm bżonn diversi ċikli ta’ negozjati sabiex dawn jiġu ffinalizzati. Għalhekk, iż-żewġ Partijiet qablu li jestendu l-Protokoll attwali għal perjodu massimu ta’ sena, skont il-mandat tal-Kunsill. Din l-estensjoni ġiet stabbilita permezz ta’ Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri li ġie inizjalat fi Brussell u f’Rarotonga (il-Gżejjer Cook) fid-29 ta’ Lulju 2020.

Sabiex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea li taħdem fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook, jeħtieġ li d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tapprova l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri tiġi adottata fil-ħin biex iż-żewġ Partijiet ikunu jistgħu jiffirmawh qabel jiskadi l-Protokoll attwali fit-13 ta’ Ottubru 2020.

Għalhekk, il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Kunsill jawtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri li jippermetti li l-Protokoll eżistenti jiġi estiż għal perjodu massimu ta’ sena.

Il-Protokoll għandu l-għan li jagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook f’konformità mal-parir xjentifiku u mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għas-Sajd fil-Punent tal-Paċifiku u l-Paċifiku Ċentrali (WCPFC), fil-limiti tal-kwantità żejda disponibbli. L-għan huwa wkoll li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook, sabiex jinħoloq qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Gżejjer Cook, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Il-protokoll attwali bejn l-UE u l-Gżejjer Cook jippermetti lill-flotta tal-UE tistad fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook għal speċijiet ta’ tonn, għal opportunitajiet tas-sajd annwali indikattivi ta’ 7 000 tunnellata.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

F’konformità mal-prijoritajiet tar-riforma tal-politika tas-sajd 4 , il-Protokoll jipprovdi opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook skont l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u filwaqt li jħares ir-rakkomandazzjonijiet tal-WCPFC. Il-Protokoll jippermetti wkoll lill-Unjoni Ewropea u lill-Gżejjer Cook jaħdmu aktar mill-qrib bejniethom biex jippromwovu l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook u jippermettilhom jappoġġaw l-isforzi tal-Gvern tal-Gżejjer Cook biex jiżviluppa s-settur tas-sajd tiegħu, fl-interess taż-żewġ partijiet.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

In-negozjar ta’ Protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli – li din il-proposta għal estensjoni tifforma stadju minnu, jidħol fil-qafas tal-azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi AKP, u jqis b’mod partikolari l-objettivi tal-UE fil-qasam tal-ħarsien tal-prinċipji demokratiċi u tad-drittijiet tal-bniedem.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika magħżula hija t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 43(2) li jistabbilixxi l-Politika Komuni dwar is-Sajd u l-Artikolu 218(5) li jikkonċerna l-proċedura għall-iffirmar tal-ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta tidħol fl-ambitu tal-kompetenza esklużiva tal-Unjoni Ewropea.

Proporzjonalità

Il-proposta hija proporzjonata mal-objettiv li jiġi stabbilit qafas ta’ governanza ġuridika, ambjentali, ekonomika u soċjali għall-attivitajiet tas-sajd li l-bastimenti tal-Unjoni jwettqu fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi, kif stabbilit fl-Artikolu 31 tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd. Hija tikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll mad-dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna finanzjarja lil pajjiżi terzi stabbiliti fl-Artikolu 32 ta’ dak ir-Regolament.

L-estensjoni b’sena tal-qafas stabbilit bil-Protokoll li se jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2020 għandha rwol fil-proċess tan-negozjar biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea li taħdem fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Saru konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-Protokoll għall-perjodu mill-2016 sal-2020. Ġew ikkonsultati wkoll l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Minn dawn il-konsultazzjonijiet ħareġ li jkun ta’ benefiċċju li jiġġedded il-Protokoll tas-Sajd mal-Gżejjer Cook. Din il-proposta għal estensjoni tal-Protokoll tifforma stadju mill-proċess tan-negozjar għal dan it-tiġdid.

Konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati

L-Istati Membri, ir-rappreżentanti tas-settur, l-organizzazzjonijiet internazzjonali tas-soċjetà ċivili kif ukoll l-amministrazzjoni tas-sajd u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-Gżejjer Cook ġew ikkonsultati fil-kuntest tal-evalwazzjoni. Saru wkoll konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Il-Kummissjoni użat konsulent indipendenti għall-evalwazzjonijiet ex post u ex ante, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(10) tar-Regolament li jistabbilixxi l-politika komuni tas-sajd.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni Ewropea hija ta’ EUR 700 000, abbażi ta’:

(a)ammont annwali għall-aċċess tal-kategoriji previsti fil-Protokoll għar-riżorsi tas-sajd ta’ EUR 350 000 għall-perjodu tal-estensjoni tal-Protokoll;

(b)appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tal-Gżejjer Cook ta’ EUR 350 000 għall-perjodu tal-estensjoni tal-Protokoll. Dan l-appoġġ jilħaq l-objettivi tal-politika nazzjonali tal-Gżejjer Cook b’rabta mal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-baħar għall-perjodu kollu tal-Protokoll.

L-ammont annwali għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa stabbilit fil-proċedura baġitarja annwali, fosthom għal-linja ta’ riżerva għall-protokolli li jkunu għadhom ma daħlux fis-seħħ fil-bidu tas-sena 5 .

L-iskambju ta’ ittri marbuta mal-estensjoni jistabbilixxu wkoll klawżola ta’ tnaqqis pro rata f’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex dawn jiġu ffirmati u, b’hekk, biex dawn jidħlu fis-seħħ qabel ma tiskadi l-estensjoni annwali li għaliha japplika l-iskambju ta’ ittri.

5.ELEMENTI OĦRAJN

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-arranġamenti dwar il-monitoraġġ huma previsti fil-Protokoll li qed jiġi estiż permezz tal-iskambju ta’ ittri.

2020/0276 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook 6 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2017/418 7 , daħal fis-seħħ fl-10 ta’ Mejju 2017. Il-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) kien applikat b’mod proviżorju mill-14 ta’ Ottubru 2016 8 , għal perjodu ta’ erba’ snin.

(2)Il-Protokoll se jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2020.

(3)Fis-7 ta’ Lulju 2020, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati mal-Gżejjer Cook għall-konklużjoni ta’ Protokoll ġdid li jimplimenta l-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli.

(4)Sa ma jitlestew in-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll, il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem l-Unjoni Ewropea, Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni għal perjodu massimu ta’ sena tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook. Dawn in-negozjati ntemmu b’suċċess u l-iskambju ta’ ittri ġie inizjalat fid-29 ta’ Lulju 2020.

(5)L-għan tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa li jippermetti lill-Unjoni u lill-Gvern tal-Gżejjer Cook ikomplu jaħdmu bejniethom biex jippromwovu politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook u li jippermetti lill-bastimenti tal-Unjoni jistadu f’dawn l-ilmijiet.

(6)(5)Għalhekk, jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(7)Biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet tal-Gżejjer Cook, jenħtieġ li l-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jiġi applikat b’mod proviżorju,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook, li se jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2020 (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri”), huwa awtorizzat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tat-tali Ftehim.

It-test tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Is-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istrument ta’ setgħat sħaħ li jawtorizza lill-persuna/i li n-negozjatur tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri jkun indika biex jiffirma/jiffirmaw il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri, suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

F’konformità mal-punt 6 tiegħu, il-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri għandu japplika b’mod proviżorju mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kull data oħra wara d-data tal-iffirmar tiegħu, sa ma jidħol fis-seħħ.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

   Għall-Kunsill

   Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.    QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.    Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Gżejjer Cook, li se jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2020.

1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i)

11 – Affarijiet marittimi u sajd

11.03 – Kontribuzzjonijiet obbligatorji għall-organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) u għal organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn u għall-ftehimiet dwar is-sajd sostenibbli (SFPAs)

11.03.01 – L-istabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi

1.3.    Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar:

 azzjoni ġdida 

 azzjoni ġdida segwita minn proġett pilota/azzjoni preparatorja 9  

X l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew direzzjoni mill-ġdid ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.    Objettiv(i)

1.4.1.    Objettiv(i) ġenerali

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) ma’ pajjiżi terzi jissodisfaw l-objettiv ġenerali li l-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jingħataw aċċess għaż-żoni tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u li tinbena sħubija ma’ dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.

L-SFPAs jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-politika komuni tas-sajd u l-impenji meħudin fil-kuntest ta’ politiki Ewropej oħrajn (l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-pajjiżi terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (is-sajd IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi sħab fl-ekonomija globali u governanza politika u finanzjarja aħjar tas-sajd).

1.4.2.    Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

Objettiv speċifiku

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-UE, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi SFPAs ma’ stati kostali, b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Affarijiet marittimi u sajd, biex jiġi stabbilit qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFPAs) (il-linja baġitarja 11.03.01).

1.4.3.    Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

L-estensjoni tal-Protokoll tal-SFPA eżistenti se tippermetti li jiġi evitat li l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti Ewropej jiġu interrotti meta l-Protokoll jiskadi fit-13 ta’ Ottubru 2020. L-estensjoni se tkun tapplika għal perjodu massimu ta’ sena, sa ma jitlestew in-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll.

Il-Protokoll jippermetti li tiġi stabbilita sħubija strateġika dwar is-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook. Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għal ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fil-livell nazzjonali mill-pajjiż sieħeb, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-monitoraġġ u mal-ġlieda kontra s-sajd illegali u mal-appoġġ għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira.

1.4.4.    Indikaturi tal-prestazzjoni

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-progress u tal-kisbiet.

Ir-rati tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (l-użu annwali tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd bħala perċentwali tad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll).

Id-data dwar il-qabdiet (il-ġbir u l-analiżi) u l-valur kummerċjali tal-Ftehim.

Il-kontribut għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE, kif ukoll għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (flimkien ma’ ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli oħrajn).

Il-kontribut għat-titjib tar-riċerka, tal-monitoraġġ u tal-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd min-naħa tal-pajjiż sieħeb u tal-iżvilupp tas-settur tas-sajd tiegħu, l-aktar dak fuq skala żgħira.

1.5.    Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.    Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Hu maħsub li l-iskambju ta’ ittri li jestendi l-Protokoll se jkun japplika b’mod proviżorju mid-data tal-iffirmar tiegħu, jiġifieri mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kull data oħra wara li jiġi ffirmat, sabiex jiġi evitat li jiġu interrotti l-attivitajiet tas-sajd li jkunu għaddejjin skont il-Protokoll attwali.

1.5.2.    Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li jkun addizzjonali għall-valur li kieku kien jinħoloq mill-Istati Membri waħedhom.

Jekk l-Unjoni ma tikkonkludix Protokoll ġdid, il-bastimenti tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jibqgħu jwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi l-Ftehim fih klawżola li teskludi l-attivitajiet tas-sajd li ma jsirux fi ħdan il-qafas iddefinit minn protokoll tal-Ftehim. Għalhekk, hemm valur miżjud ċar ħafna għall-flotta tal-UE ta’ distanzi twal. Il-Protokoll jipprovdi wkoll qafas għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-Unjoni u l-Gżejjer Cook.

1.5.3.    Tagħlimiet meħudin minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

B’analiżi tal-qabdiet li saru fiż-żona tas-sajd tal-Gżejjer Cook fl-imgħoddi, kif ukoll bil-valutazzjonijiet u bil-pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet irnexxielhom jistabbilixxu tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 7 000 tunnellata fis-sena għat-tonn u għall-ispeċijiet li jixbhuh u opportunitajiet tas-sajd għal 4 bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartaruni. L-appoġġ settorjali jqis il-ħtiġijiet f’termini tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet tas-sajd tal-Gżejjer Cook u l-prijoritajiet tal-istrateġija nazzjonali tas-sajd, fosthom, b’mod partikolari, ir-riċerka xjentifika u l-inizjattivi ta’ kontroll u ta’ monitoraġġ tas-sajd.

1.5.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali u sinerġiji possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Il-fondi allokati għall-kontribuzzjoni finanzjarja għall-aċċess fil-kuntest tal-SFPA jikkostitwixxu dħul funġibbli fil-baġit nazzjonali tal-Gżejjer Cook. Madankollu, il-fondi maħsuba għall-appoġġ settorjali jiġu allokati lill-Ministeru responsabbli għas-sajd (ġeneralment billi jiddaħħlu fil-liġi annwali dwar il-baġit), bħala kundizzjoni għall-konklużjoni u għall-monitoraġġ tal-SFPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament mingħand donaturi oħrajn ta’ fondi internazzjonali biex jitwettqu proġetti u/jew programmi fil-livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.5.5.    Valutazzjoni tal-għażliet differenti ta’ finanzjament disponibbli, inkluż l-ambitu għar-riallokazzjoni

Mhux applikabbli

Durata u impatt finanzjarju tal-proposta/tal-inizjattiva

X durata limitata

   Fis-seħħ mill-2020 sal-2022

X    Impatt finanzjarju fl-2020 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2020 sal-2022 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

Modalità/modalitajiet ta’ ġestjoni ppjanata/i 10  

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

X mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

◻ lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

◻ lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

◻ lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

◻ lill-korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

◻ lill-korpi tal-liġi pubblika;

◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

◻ lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.    MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, flimkien mal-uffiċjal tas-sajd tiegħu bbażat fir-reġjun (Fiji)) se tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-Protokoll f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd min-naħa tal-operaturi, mad-data dwar il-qabdiet u mal-ħarsien tal-kundizzjonijiet tal-appoġġ settorjali.

L-SFPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt, li matulha l-Kummissjoni u l-Gvern tal-Gżejjer Cook jirrieżaminaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u, jekk ikun meħtieġ, jaġġustaw il-programmazzjoni u, jekk ikun japplika, il-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.    Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.    Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposta

Ir-riskju identifikat huwa n-nuqqas ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd min-naħa tas-sidien tal-bastimenti tal-UE u n-nuqqas ta’ użu jew id-dewmien fl-użu tal-fondi maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd min-naħa tal-Gżejjer Cook.

2.2.2.    Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Qed jiġi ppjanat djalogu estensiv dwar il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali prevista fil-Ftehim u fil-Protokoll. L-analiżi konġunta tar-riżultati wkoll tifforma parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.

Barra minn hekk, il-Ftehim u l-Protokoll fihom klawżoli speċifiċi biex jiġu sospiżi f’ċerti kundizzjonijiet u f’ċerti ċirkustanzi.


2.2.3.    Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ errur (mal-ħlas u fl-għeluq)

2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku mal-Gvern Gżejjer Cook u li tikkoordina b’mod regolari ma’ dan il-pajjiż bil-ħsieb li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll u li ssaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. Kull pagament li l-Kummissjoni tagħmel fil-kuntest tal-SFPA hu suġġett għar-regoli u għall-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi fejn titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja huma identifikati bis-sħiħ. Il-Protokoll jipprevedi li l-kontribuzzjoni finanzjarja trid titħallas f’kont bankarju nnominat tal-Gvern fil-Gżejjer Cook.

3.    IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff 11 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 12

mill-pajjiżi kandidati 13

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

11.03.01

Stabbiliment ta’ qafas ta’ governanza għall-attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet ta’ pajjiżi terzi (SFAs)

Diff.

Le

Le

Le

Le

Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.    Impatt finanzjarju stmat tal-proposta fuq l-approprjazzjonijiet

3.2.1.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

2

It-tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali

DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd

2020

2021

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

Linja tal-baġit 14 11.0301

Impenji

(1a)

0.700

0.700

Pagamenti

(2 a)

0.350

0.350

0.700

Linja baġitarja

Impenji

(1b)

Pagamenti

(2b)

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 15  

Linja baġitarja

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd

Impenji

=1a+1b +3

Pagamenti

=2a+2b

+3





TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0.700

0.700

Pagamenti

(5)

0.350

0.350

0.700

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għall-INTESTATURA 2
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0.700

0.700

Pagamenti

=5+ 6

0.350

0.350

0.700

Jekk il-proposta/l-inizjattiva tolqot aktar minn intestatura operazzjonali waħda, irrepeti t-taqsima ta’ hawn fuq:

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali (l-intestaturi operazzjonali kollha)

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi (l-intestaturi operazzjonali kollha)

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

0.700

0.700

Pagamenti

=5+ 6

0.350

0.350

0.700





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

Jenħtieġ li din it-taqsima timtela billi tintuża d-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiddaħħal fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva (l-Anness V tar-regoli interni), li għandha tittella’ fil-pjattaforma elettronika “DECIDE” għall-finijiet tal-konsultazzjoni bejn is-servizzi.

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2020

2021

TOTAL

DĠ: Affarijiet Marittimi u Sajd

•Riżorsi umani

•Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ Affarijiet Marittimi u Sajd

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

2020

2021

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

0.700

0.700

Pagamenti

0.350

0.350

0.700

3.2.2.    Output stmat iffinanzjat b’approprjazzjonijiet operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

2019

2020

2021

TOTAL

Tip 16

Kost medju

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Kost

Numru

Numru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 17 ...

- Aċċess

Annwali

0.350

0.350

4.125

61.625

- Settorjali

Annwali

0.350

0.350

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

0.700

0.700

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

TOTALI

0.700

0.700

3.2.3.    Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet amministrattivi

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 18

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

Intestatura 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Barra mill-INTESTATURA 5 19
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.1.    Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01/11/21 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01/11 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) 20

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JPD fid-Delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  21

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02/12/22 (AC, END, INT — Riċerka indiretta)

10 01 05 02/12 (AC, END, INT — Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

L-implimentazzjoni tal-Protokoll (il-pagamenti, l-aċċess tal-bastimenti tal-UE għall-ilmijiet tal-Gżejjer Cook, l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd), it-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, it-tħejjija tat-tiġdid tal-Protokoll, l-evalwazzjoni esterna, il-proċeduri leġiżlattivi u n-negozjati.

Persunal estern

L-implimentazzjoni tal-Protokoll: il-kuntatt mal-awtoritajiet tal-Gżejjer Cook b’rabta mal-aċċess tal-bastimenti tal-UE għall-ilmijiet tal-Gżejjer Cook, l-ipproċessar tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, it-tħejjija u s-segwitu tal-laqgħat tal-Kumitati Konġunti, b’mod partikolari l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali.

3.2.4.    Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    tista’ tiġi ffinanzjata kompletament permezz ta’ riallokazzjoni fl-intestatura rilevanti tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (il-QFP).

Dan għandu x’jaqsam mal-użu tal-linja ta’ riżerva (il-Kapitolu 40).

   teħtieġ l-użu tal-marġni mhux allokat taħt l-intestatura rilevanti tal-QFP u/jew l-użu tal-istrumenti speċjali ddefiniti fir-Regolament dwar il-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati, l-ammonti korrispondenti u l-istrumenti li qed jiġi propost li jintużaw.

   teħtieġ reviżjoni tal-QFP.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.    Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 22

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati





3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq id-dħul ieħor

jekk jogħġbok indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

f’miljuni ta’ Euro (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 23

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (eż. il-metodu/il-formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    Id-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tawtorizza l-ftuħ tan-negozjati għal protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u għall-estensjoni possibbli tal-protokoll attwali għal dak il-Ftehim (ST 8848/20).
(2)    B’mod partikolari minħabba l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni attwali tas-saħħa fid-dinja minħabba l-pandemija tal-COVID-19.
(3)    Il-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook (ĠU L 131, 20.5.2016, p. 10).
(4)    ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.
(5)    F’konformità mal-Ftehim interistituzzjonali dwar il-kooperazzjoni f’materji ta’ baġit (bin-numru ta’ referenza 2013/C 373/01).
(6)    ĠU L 131, 20.05.2016, p. 3.
(7)    Id-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/418 tat-28 ta’ Frar 2017 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (ĠU L 64, 10.03.2017, p. 1).
(8)    ĠU L 289 tal-25.10.2016, p.1.
(9)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(10)    Id-dettalji dwar il-modalitajiet ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/EN/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(11)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(12)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(13)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(14)    Skont in-nomenklatura uffiċjali tal-baġit.
(15)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(16)    L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li jridu jiġu pprovduti (pereż. l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(17)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(18)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(19)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(20)    AC = Persunal bil-kuntratt; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JPD = Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet.
(21)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(22)    Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva. Jekk jogħġbok issostitwixxi n-“N” bl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni prevista (pereżempju: 2021). Agħmel l-istess għas-snin ta’ wara.
(23)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 20 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 24.9.2020

COM(2020) 598 final

ANNESS

li jakkumpanja l-

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook


Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook dwar l-estensjoni tal-Protokoll dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook

Ittra mill-Unjoni Ewropea 

Sinjuri,

Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin għall-estensjoni tal-Protokoll li attwalment huwa fis-seħħ (mill-14 ta’ Ottubru 2016 sat-13 ta’ Ottubru 2020), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.

F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook għalhekk qablu dwar dan li ġej:

(1)Mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kwalunkwe data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll se jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.

(2)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Gżejjer Cook skont l-estensjoni se tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll. Dan il-pagament se jsir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.

(3)L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 350 000. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli se japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali se jkunu japplikaw mutatis mutandis.

(4)F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex dan jiġi ffirmat u, b’hekk, biex dan jidħol fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt 1 hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq se jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas se jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

(5)Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd se jiġu allokati fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness 1 tal-Protokoll, għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tiegħu.

(6)Dan l-iskambju ta’ ittri se jkun japplika b’mod proviżorju mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kwalunkwe data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, sa meta dan jidħol fis-seħħ. Huwa se jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li taqblu mal-kontenut tagħha.

Dejjem tagħkom,

                   …………………………

Għall-Unjoni Ewropea

Ittra mill-Gvern tal-Gżejjer Cook 

Sinjuri,

Bi pjaċir nikkonfermalkom li rċevejt l-ittra tagħkom tal-lum li tgħid dan li ġej:

“Sinjuri,

Bi pjaċir nikkonfermalkom li aħna naqblu mal-arranġamenti interim li ġejjin għall-estensjoni tal-Protokoll li attwalment huwa fis-seħħ (mill-14 ta’ Ottubru 2016 sat-13 ta’ Ottubru 2020), minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”, li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook, sa ma jitlestew in-negozjati dwar it-tiġdid tal-Protokoll.

F’dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Gżejjer Cook għalhekk qablu dwar dan li ġej:

(1)Mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kwalunkwe data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan l-iskambju ta’ ittri, l-arranġamenti li kienu fis-seħħ matul l-aħħar sena tal-Protokoll se jiġġeddu bl-istess kundizzjonijiet għal perjodu massimu ta’ sena.

(2)Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-aċċess tal-bastimenti għall-ilmijiet tal-Gżejjer Cook skont l-estensjoni se tkun tikkorrispondi għall-ammont annwali previst fl-Artikolu 2 tal-Protokoll. Dan il-pagament se jsir f’pagament wieħed sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-applikazzjoni proviżorja ta’ dan l-iskambju ta’ ittri.

(3)L-appoġġ settorjali marbut ma’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni jammonta għal EUR 350 000. Il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli se japprova l-ipprogrammar marbut ma’ dan l-ammont skont id-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tal-Protokoll sa mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan l-iskambju ta’ ittri. Il-kundizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3 tal-Protokoll marbutin mal-implimentazzjoni u mal-pagamenti tal-appoġġ settorjali se jkunu japplikaw mutatis mutandis.

(4)F’każ li n-negozjati biex jiġġedded il-Protokoll iwasslu biex dan jiġi ffirmat u, b’hekk, biex dan jidħol fis-seħħ qabel jiskadi l-perjodu ta’ sena stabbilit fil-punt 1 hawn fuq, il-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmijin fil-punti 2 u 3 hawn fuq se jitnaqqsu pro rata temporis. L-ammont korrispondenti li jkun diġà tħallas se jitnaqqas mill-ewwel kontribuzzjoni finanzjarja li tkun dovuta skont il-Protokoll il-ġdid.

(5)Matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Ftehim ta’ estensjoni, il-liċenzji tas-sajd se jiġu allokati fil-limiti stabbiliti fil-Protokoll permezz ta’ imposti jew ta’ ħlasijiet bil-quddiem li jikkorrispondu għal dawk stabbiliti fit-Taqsima 5 tal-Anness 1 tal-Protokoll, għall-aħħar sena tal-applikazzjoni tiegħu.

(6)Dan l-iskambju ta’ ittri se jkun japplika b’mod proviżorju mill-14 ta’ Ottubru 2020 jew minn kwalunkwe data oħra wara d-data tal-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, sa meta dan jidħol fis-seħħ. Huwa se jidħol fis-seħħ fid-data meta l-Partijiet jgħarrfu lil xulxin li lestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

Nitlobkom ġentilment tikkonfermaw li rċevejtu din l-ittra u li taqblu mal-kontenut tagħha.”

Nikkonfermalkom li l-kontenut tal-ittra tagħkom huwa aċċettabbli għall-Gvern tiegħi.

L-ittra tagħkom u din l-ittra jikkostitwixxu ftehim f’konformità mal-proposta tagħkom.

Dejjem tagħkom,

Għall-Gvern tal-Gżejjer Cook.