Brussell, 28.5.2020

COM(2020) 408 final

2020/0104(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet għall-proposta u l-objettivi tagħha

It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 biddlet il-perspettiva ekonomika fl-Unjoni għas-snin li ġejjin.

L-impatt fuq żmien qasir f’kull Stat Membru se jiddependi fuq it-tul u s-severità tal-miżuri tal-lockdown, il-kompożizzjoni tal-produzzjoni u l-miżuri tal-politika ekonomika li ttieħdu biex jittaffa l-impatt immedjat tal-kriżi. L-effetti fuq żmien medju u twil se jiddependu fuq l-intensità tax-xokk għall-attività ekonomika kkawżat mill-pandemija tal-COVID fis-setturi kollha tal-ekonomija, ir-reżiljenza ekonomika tal-ekonomiji u l-kapaċità li jittieħdu miżuri adegwati. Ir-riskju ta’ distorsjoni tal-kundizzjonijiet ekwi tas-Suq Uniku jista’ jwassal għal diverġenzi ekonomiċi li qed jiżdiedu fl-Unjoni u jaggrava l-isfidi tat-tkabbir fit-tul tal-Ewropa fin-nuqqas ta’ azzjoni politika deċiżiva.

Issa li l-miżuri ta’ konfinament qed jitneħħew gradwalment, biex ikun hemm irkupru sostenibbli, jeħtieġ orjentazzjoni ta’ politika strateġika li ttaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi billi titrawwem konverġenza ekonomika u reżiljenza u b’hekk jingħata kontribut għal tkabbir sostenibbli fit-tul. Dan jinvolvi l-iffaċilitar taż-żewġ tranżizzjonijiet lejn soċjetà aktar ekoloġika u diġitali filwaqt li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika tal-Unjoni. L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jonqos b’mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f’din is-sitwazzjoni partikolari jiġi appoġġat l-investiment. Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi u soċjali relatati ma’ din il-kriżi biex jiġi evitat telf fit-tul fil-kapaċità produttiva u fl-impjiegi (effetti ta’ “isterisi”), filwaqt li b’hekk tiġi salvagwardjata r-reżiljenza ekonomika u soċjali. Barra minn hekk, irkupru sostenibbli u reżiljenti jeħtieġ qafas li jwassal għall-aħjar tip ta’ investiment u riformi. Huwa kruċjali wkoll li l-istrateġiji għall-irkupru implimentati mill-Istati Membri jintegraw b’mod xieraq l-isfidi rigward it-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u jappoġġaw l-investimenti u r-riformi f’dawn iż-żewġ oqsma ewlenin.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (“il-Faċilità”) li ġiet proposta se toffri appoġġ finanzjarju fuq skala kbira għal investimenti pubbliċi u riformi li jagħmlu l-ekonomiji tal-Istati Membri aktar reżiljenti, u aktar imħejjija għall-futur. Hija se tgħin lill-Istati Membri jindirizzaw l-isfidi ekonomiċi u soċjali li qed jiffaċċjaw, li saru aktar urġenti minħabba l-kriżi, f’diversi oqsma bħall-kwistjonijiet soċjali, l-impjiegi, il-ħiliet, l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, is-saħħa, iżda wkoll kwistjonijiet relatati mal-ambjent tan-negozju, inkluż l-amministrazzjoni pubblika u s-settur finanzjarju. B’mod kruċjali, hija se tiżgura wkoll li dan l-investiment u r-riformi jiffokaw fuq l-isfidi u l-ħtiġijiet ta’ investiment relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, biex b’hekk jiġi żgurat irkupru sostenibbli. L-investiment fit-teknoloġija ekoloġika u f’dik diġitali, il-kapaċitajiet u l-proċessi mmirati li jgħinu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa, l-għoti ta’ spinta lill-effiċjenza enerġetika f’diversi setturi ewlenin tal-ekonomija se jgħinu biex jinħolqu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli u biex l-Unjoni tkun tista’ tisfrutta l-vantaġġ tal-innovatur fit-tellieqa globali għall-irkupru. Hija se tgħin ukoll biex l-Unjoni ssir aktar reżiljenti u anqas dipendenti billi tiddiversifika ktajjen ewlenin tal-provvista. Hawnhekk, l-identifikazzjoni u t-tħejjija ta’ serje ta’ proġetti rilevanti f’konformità mal-prijoritajiet ippreżentati fis-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (is-“Semestru Ewropew”) huma tal-akbar importanza.

Għal raġunijiet ta’ konvenjenza, u bil-għan li jintlaħaq qbil malajr kemm jista’ jkun mill-koleġiżlaturi, din il-proposta għal regolament għandha bħala bażi l-aħħar test diskuss mill-koleġiżlaturi dwar il-proposta li tistabbilixxi Programm ta’ Appoġġ għal Riformi 1 , li ġie adottat mill-Kummissjoni fit-31 ta’ Mejju 2018 bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021- 2027, u tagħmel tibdil xieraq fih biex ikun jirrifletti l-objettivi riveduti, u l-mod ta’ implimentazzjoni aġġustat tal-istrument il-ġdid. Għalhekk, din il-proposta tissostitwixxi l-proposta tal-Kummissjoni għal Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, li ġiet irtirata. Konsegwentement, il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas ta’ governanza għall-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività għaż-Żona tal-Euro 2 ġiet irtirata wkoll. Barra minn hekk, qed titħejja wkoll proposta separata mill-Kummissjoni għal regolament [COD…] biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku lill-Istati Membri.

Il-Faċilità se tirrappreżenta programm ewlieni tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali. Hija se tipprovdi appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli u self lil Stati Membri biex jiġu appoġġati investimenti pubbliċi u riformi, kif stabbilit fil-pjanijiet tagħhom għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan se jagħmel lill-ekonomiji tal-Unjoni aktar reżiljenti u mħejjija aħjar għall-futur. Is-self se jikkomplementa appoġġ mhux ripagabbli u se jingħata bi skambju għal riformi addizzjonali u investimenti, li jmorru lil hinn mill-proġetti li diġà jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli. Is-self se jibbenefika mill-maturitajiet twal u mir-rati tal-imgħax favorevoli li tgawdi minnhom l-Unjoni. Għalhekk, dan se jkun ta’ interess u ta’ benefiċċju partikolari għall-Istati Membri li jiffaċċjaw spejjeż tas-self aktar għoljin. Sabiex jiġi żgurat li l-allokazzjoni tar-riżorsi tkun taqbel mal-objettiv tal-Faċilità, l-appoġġ mhux ripagabbli fl-ambitu tal-Faċilità se jkun ta’ benefiċċju b’mod partikolari għall-pajjiżi b’introjtu per capita aktar baxx u b’rata għolja ta’ qgħad biex jitqiesu l-isfidi ekonomiċi u soċjali għolja li jiffaċċjaw dawn il-pajjiżi.

Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-qawwa sħiħa tal-baġit tal-UE tiġi sfruttata biex jiġi mmobilizzat l-investiment u jiġi antiċipat appoġġ finanzjarju fl-ewwel snin kruċjali ta’ rkupru. Dawn il-proposti huma bbażati fuq żewġ pilastri:

(i) Strument ta’ emerġenza Ewropew għall-Irkupru li jammonta għal EUR 808 984,090 miljun (fi prezzijiet kurrenti). Dan se jżid is-saħħa finanzjarja tal-baġit tal-UE b’mod temporanju billi juża l-ispazju vojt fil-baġit tal-UE biex jinħolqu finanzjamenti addizzjonali fis-swieq finanzjarji. Il-fondi miġbura se jkunu l-bażi tal-miżuri immedjati u li jaġixxu malajr meħtieġa għall-protezzjoni l-għajxien tan-nies u biex l-ekonomija terġa’ lura fuq saqajha:

(ii) qafas finanzjarju pluriennali msaħħaħ (QFP) għall-2021-2027. Il-Kummissjoni qed tipproponi li ssaħħaħ programmi ewlenin permezz tal-Istrument ta’ Rkupru Ewropew biex l-investiment jgħaddi malajr sa fejn huwa meħtieġ, jissaħħaħ is-suq uniku, tiżdied il-kooperazzjoni f’oqsma bħas-saħħa u l-ġestjoni tal-kriżijiet, u l-Unjoni tiġi pprovduta b’baġit imfassal apposta biex tingħata spinta lil tranżizzjoni fit-tul lejn Ewropa aktar reżiljenti, ekoloġika u diġitali.

Minħabba li l-perjodu meta l-finanzjament isir disponibbli għall-Faċilità huwa limitat, l-appoġġ finanzjarju u l-azzjonijiet rilevanti meħuda mill-Istati Membri taħt il-patroċinju tal-Faċilità għandhom jiġu forniti minn qabel sa tmiem l-2024 u, fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, mill-anqas 60 fil-mija tat-total għandu jkun impenjat sa tmiem l-2022. Wara l-2024, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jużaw is-snin li jifdal sa tmiem il-QFP biex titrawwem l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet rilevanti fuq il-post, biex jinkiseb l-irkupru mistenni fis-setturi ekonomiċi u soċjali rilevanti, u biex jiġu promossi r-reżiljenza u l-konverġenza. Jekk wara dan, ikun hemm riżorsi finanzjarji disponibbli għall-Faċilità, u dawn jiġu allokati lilha fil-baġit tal-Unjoni, il-Kummissjoni tista’ torganizza wkoll aktar sejħiet.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-QFP rivedut u l-leġiżlazzjoni settorjali relatata jipproponu strumenti ġodda u msaħħa biex jindirizzaw il-konsegwenzi ekonomiċi tal-pandemija COVID-19. Din il-proposta tintegra dan il-pakkett ta’ miżuri, b’mod partikolari REACT UE 3 fl-ambitu tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni u l-proposti emendati għall-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) u InvestEU [...]. Il-proposta hija wkoll parti minn firxa ta’ miżuri żviluppati b’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19 attwali bħall-“Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus” 4 .

L-istrumenti proposti huma komplementari. REACT EU huwa mmirat lejn azzjonijiet ta’ reazzjoni għall-kriżi fi żmien qasir relatati mas-swieq tax-xogħol, il-kura tas-saħħa u l-SMEs (appoġġ għal-likwidità u s-solvenza) biex jipprovdi appoġġ immedjat u dirett lill-ekonomiji tal-Istati Membri. Il-Faċilità se tappoġġa riforma u investimenti fit-tul, b’mod partikolari fit-teknoloġija ekoloġika u dik diġitali, b’ impatt fit-tul fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Unjoni.

Barra minn hekk, diversi strumenti ta’ politika fil-livell tal-Unjoni jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ riformi u investimenti. Il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali attwalment jipprovdi appoġġ tekniku lill-Istati Membri għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ riformi. Il-fondi tal-Unjoni jiffinanzjaw proġetti ta’ investiment fl-oqsma ta’ politika indirizzati mill-fondi tal-Unjoni, li jeħtieġu konċentrazzjoni tematika ta’ finanzjament u pprovdew għadd ta’ kundizzjonijiet abilitanti qabel l-iżborż ta’ fondi. InvestEU jipprovdi finanzjament għal proġetti fl-ambitu ta’ aspetti ta’ politika differenti, iżda mhux neċessarjament marbuta ma’ sforzi ta’ riforma.

Din il-proposta attwali se tkun allinjata mill-qrib mal-gwida ta’ politika pprovduta fl-ambitu tas-Semestru Ewropew. L-ewwel nett, jeħtieġ li l-pjanijiet ta’ rkupru u reżiljenza li jridu jiġu appoġġati mill-Faċilità jikkontribwixxu biex jindirizzaw b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi indirizzati mill-Kunsill lill-Istati Membri fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. L-istrumenti inklużi f’din il-proposta, għalhekk, se jtejbu l-effettività tas-Semestru Ewropew u jikkontribwixxu għall-implimentazzjonijiet tal-isfidi identifikati f’dak il-kuntest. It-tieni, iż-żmien tal-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza tal-Istati Membri se jiġi allinjat ma’ dak tas-Semestru Ewropew, u dawn il-pjanijiet se jikkostitwixxu anness fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. It-tielet, ir-rapportar dwar il-progress tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet se jsir ukoll fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta tiggarantixxi konsistenza u komplementarjetà kif ukoll sinerġiji mal-politiki l-oħra tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni pproponiet skema ġdida msejħa “SURE” 5 biex tipproteġi lill-Ewropej kontra r-riskju tal-qgħad. L-għan tagħha huwa li tipprovdi sa EUR 100 biljun ta’ assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tgħin fil-protezzjoni tal-impjiegi u l-ħaddiema affettwati mill-pandemija tal-Coronavirus. Dan is-self se jassisti lill-Istati Membri biex jaffrontaw żidiet f’daqqa fin-nefqa pubblika biex jiġi ppreservat l-impjieg.

Il-Grupp tal-Euro qabel ukoll politikament li l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà flimkien għandhom iqiegħdu EUR 440 biljun ta’ finanzjament għad-dispożizzjoni tan-negozji u tal-Istati Membri li jeħtiġuhom, fejn dawn tal-aħħar ma jridu jissodisfaw l-ebda kundizzjoni ħlief il-kopertura tal-ispejjeż diretti u indiretti għall-kura tas-saħħa, it-trattament u l-prevenzjoni.

Flimkien ma’ dan ir-rispons fiskali Ewropew bla preċedent, il-Bank Ċentrali Ewropew ħa wkoll miżuri, fosthom bit-tnedija tal-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza għall-Pandemija ta’ EUR 750 biljun, li se jżidu l-assi totali mixtrija mill-Bank Ċentrali Ewropew għal EUR 1,1 triljun fl-2020, sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja fis-swieq tal-bonds tal-gvern.

Minħabba l-enfasi qawwija tagħha fuq l-investimenti u r-riformi li għandhom l-għan li jindirizzaw l-isfidi relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, il-Faċilità tikkumplimenta u tappoġġa l-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Aġenda Diġitali.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hi bbażata fuq l-Artikolu 175 (it-tielet paragrafu) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

L-Artikolu 175 (it-tielet paragrafu) tat-TFUE jipprevedi li, jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u mingħajr preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politiki l-oħra tal-Unjoni, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.

Skont l-Artikolu 175 (it-tielet paragrafu) tat-TFUE, il-Faċilità għall-Irkupru r-Reżiljenza fl-ambitu tar-regolament għandha l-għan li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni, permezz ta’ miżuri li jippermettu lill-Istati Membri kkonċernati jirkupraw b’mod aktar rapidu u aktar sostenibbli mill-kriżi tal-COVID-19, u jsiru (aktar) reżiljenti.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-finanzjament tal-attivitajiet proposti permezz tar-regolament previst jirrispetta l-prinċipji tal-valur miżjud Ewropew u tas-sussidjarjetà. Finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet li l-objettivi tagħhom ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom (“test tan-neċessità”), u li fihom l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali mqabbel mal-azzjoni tal-Istati Membri biss.

L-objettivi ġenerali tar-regolament huwa li l-koeżjoni tissaħħaħ, permezz ta’ miżuri li jippermettu t-titjib tar-reżiljenza tal-Istati Membri, il-mitigazzjoni tal-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi u l-appoġġ tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik tal-enerġija, u b’hekk jikkontribwixxi għall-irkupru u għat-trawwim tal-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi tal-COVID-19. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita mir-regolament tipprovdi appoġġ għar-riformi u l-investimenti li jindirizzaw l-isfidi ta’ natura strutturali tal-Istati Membri.

Il-loġika sottostanti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija tali li l-appoġġ jingħata b’risposta għal talba mill-Istat Membru kkonċernat li ssir fuq bażi volontarja. B’riżultat ta’ dan, kull Stat Membru jiddeċiedi jekk hijiex meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni, fid-dawl tal-possibbiltajiet disponibbli fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. L-implimentazzjoni tal-miżuri marbuta mal-irkupru ekonomiku u r-reżiljenza hija kwistjoni ta’ interess komuni għall-Unjoni.

L-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa biex jiġi kkoordinat rispons qawwi għat-tifqigħa tal-COVID-19 u għall-mitigazzjoni tal-konsegwenzi ekonomiċi enormi. Għalhekk, l-azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa biex jinkiseb irkupru ekonomiku rapidu u robust fl-Unjoni. Dan il-għan ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti jekk l-Istati Membri jaġixxu waħedhom, filwaqt li l-intervent tal-Unjoni jista’ jagħti valur addizzjonali billi jistabbilixxi regolament li jipprevedi strument bil-għan li jappoġġa l-Istati Membri finanzjarjament fid-disinn u l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti tant meħtieġa. Tali appoġġ jikkontribwixxi wkoll biex jittaffa l-impatt soċjetali kkawżat mill-kriżi attwali tal-COVID-19.

Proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità peress li ma tmurx lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv iddikjarat fil-livell Ewropew u li huwa meħtieġ għal dak il-għan. Il-karattru volontarju tal-użu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita mir-regolament propost u n-natura konsenswali tal-kooperazzjoni matul il-proċess kollu jikkostitwixxu garanzija addizzjonali li jiġi rispettat il-prinċipju ta’ proporzjonalità u għall-iżvilupp ta’ fiduċja u kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Għażla tal-istrument

L-għanijiet deskritti fit-taqsimiet preċedenti ma jistgħux jintlaħqu permezz ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet, jew b’azzjoni volontarja mill-Istati Membri. Huwa regolament biss li jista’ jippermetti li dawn jintlaħqu. Regolament applikabbli għall-Istati Membri kollha huwa wkoll l-istrument legali l-aktar xieraq biex tiġi organizzata l-provvista ta’ appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Minħabba l-urġenza biex titħejja l-proposta u biex tkun tista’ tiġi adottata fil-ħin mill-koleġiżlaturi, ma setgħetx titwettaq konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati. L-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati ġew ikkunsidrati wkoll matul il-proċess leġiżlattiv dwar il-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi.

Valutazzjoni tal-impatt

Minħabba n-natura urġenti tal-proposta, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt. Madankollu, din il-proposta għal regolament tibni fuq il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għall-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi, li kienet ibbażata fuq valutazzjoni tal-impatt, li s-sejbiet ewlenin tagħha jibqgħu validi mutatis mutandis.

Drittijiet fundamentali

Minħabba li l-Istati Membri se jitolbu u jirċievu appoġġ f’oqsma relatati, il-proposta se jkollha effett pożittiv fuq iż-żamma u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni. Pereżempju, l-appoġġ f’oqsma bħas-swieq tax-xogħol u l-assigurazzjoni soċjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-proprjetà, l-amministrazzjoni pubblika u s-sistema ġudizzjarja jista’ jikkontribwixxi biex jiġu sostnuti drittijiet fundamentali tal-Unjoni bħad-dinjità, il-libertà, l-ugwaljanza, is-solidarjetà, id-drittijiet taċ-ċittadini u l-ġustizzja.

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-faċilità għandu jkun ta’ EUR 602 905 000 000 (fi prezzijiet kurrenti). Il-pakkett se jiġi ffinanzjat mill-operazzjonijiet mutwatarji tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) XXX/XX (Regolament EURI). L-ammont se jkun disponibbli għall-Istati Membri fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli permezz ta’ ġestjoni diretta (għall-ammont totali ta’ EUR 334 950 000 000) u fil-forma ta’ self sa ammont ta’ EUR 267 955 000 000. L-ammont għall-appoġġ mhux ripagabbli jirrappreżenta dħul assenjat estern fis-sens tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

Minħabba n-natura temporanja tal-iskema ta’ finanzjament tal-Faċilità fir-rigward tal-irkupru ekonomiku tal-Istati Membri, il-perjodu ta’ disponibblità ta’ dawn ir-riżorsi huwa limitat għall-31 ta’ Diċembru 2024, kemm għall-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli kif ukoll għall-appoġġ tas-self.

Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli, tal-anqas 60 % tar-riżorsi totali għandhom ikunu impenjati sal-31 ta’ Diċembru 2022. L-impenji baġitarji jistgħu jinqasmu, fejn meħtieġ, f’rati annwali mqassma għal numru ta’ snin, bi skeda indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi għal perjodu massimu ta’ erba’ snin, u tal-investimenti għal perjodu massimu ta’ seba’ snin.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Sabiex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-istrument stabbilit b’dan ir-Regolament fit-twettiq tal-objettivi tagħha, il-Kummissjoni identifikat xi indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u se tiġbor d-data rilevanti perjodikament. Sett ta’ indikaturi se jkun meħtieġ li jiġu definit b’mod aktar preċiż, bi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, fil-livell tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri; dawn l-indikaturi se jirreferu għall-mikrodata xierqa li għandha tiġi aggregata skont il-bżonn u data rilevanti oħra. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja se jsegwi t-tlestija tal-istadji importanti u l-miri li sar qbil dwarhom mal-Istat Membru kkonċernat. Din id-data rilevanti trid tiġi integrata f’għodda apposta għall-monitoraġġ skont l-Istat Membru, u skont il-qasam ta’ politika.

Għal dan il-għan, l-Istati Membri se jinkludu, fir-rapportar annwali tagħhom dwar il-progress fis-Semestru Ewropew, evidenza dwar il-progress li jkun sar lejn l-istadji importanti u l-miri, u jipprovdu lill-Kummissjoni b’aċċess għad-data sottostanti, inkluża data amministrattiva fejn rilevanti.

Se jitwettqu evalwazzjoni u evalwazzjoni ex-post bil-għan li jiġu vvalutati l-effettività, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza tal-istrumenti. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni se takkompanja l-evalwazzjoni bi proposta għal rieżami tar-Regolament. L-evalwazzjonijiet se jitwettqu skont il-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 6 . L-evalwazzjonijiet se jinkludu t-tagħlimiet meħuda sabiex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqas u/jew problema jew kwalunkwe potenzjal biex ikomplu jittejbu l-azzjonijiet jew ir-riżultati tagħhom u biex jgħinu jiġi massimizzat l-impatt u l-isfruttar tagħhom.

L-evalwazzjoni se titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni. Mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ applikazzjoni tar-Regolament, se titwettaq evalwazzjoni finali ex-post mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni se tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. L-għan tal-istrument jinkludi firxa wiesgħa ta’ oqsma ta’ politika u jkopri oqsma relatati mal-koeżjoni, iż-żewġ tranżizzjonijiet (dik ekoloġika u dik diġitali), il-kompetittività, il-produttività, is-saħħa, u l-innovazzjoni intelliġenti (l-Artikolu 3).

Il-pakkett finali huwa stabbilit għal: (i) EUR 334 950 000 000 disponibbli għal appoġġ finanzjarju (appoġġ mhux ripagabbli ) u (ii) EUR 267 955 000 000 disponibbli għal self lill-Istati Membri. L-ammonti ta’ appoġġ mhux ripagabbli huma ffinanzjati minn dħul assenjat estern fis-sens tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju. L-impenji legali għal mill-inqas 60 fil-mija tal-appoġġ mhux ripagabbli għandhom jiddaħħlu sal-31 ta’ Diċembru 2022. Għall-ammont li jifdal, l-impenji legali għandhom jiddaħħlu sal-31 ta’ Diċembru 2024 (l-Artikolu 5). Ir-riżorsi jistgħu jiġu trasferiti fuq bażi volontarja mill-Istati Membri lill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza minn programm ta’ ġestjoni kondiviża (l-Artikolu 6).

L-istrument stabbilit b’dan ir-Regolament huwa soġġett għar-regoli ta’ governanza ekonomika tajba stabbiliti skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni tal-fondi strutturali u ta’ koeżjoni (l-Artikolu 9). Dan għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju (l-Artikolu 6). L-appoġġ finanzjarju se jkun addizzjonali għal dak ipprovdut taħt fondi u programmi oħra tal-Unjoni u ma jistax ikopri l-istess kost (l-Artikoli 8).

Hemm previsti dispożizzjonijiet dwar attivitajiet ta’ komunikazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill (l-Artikolu 21) u l-pubbliku ġenerali (l-Artikolu 26) kif ukoll dispożizzjonijiet dwar il-komplementarjetà (l-Artikolu 22), il-monitoraġġ (l-Artikolu 23), ir-rapporti annwali (l-Artikolu 24) u l-evalwazzjoni (l-Artikolu 25).

L-objettiv tal-Faċilità huwa li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi ttejjeb il-kapaċità ta’ reżiljenza u ta’ aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali bil-għan li tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima sal-2050, u b’hekk tagħti kontribut għall-irkupru tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Istati Membri wara l-kriżi tal-COVID-19, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi tkabbir sostenibbli. Għal dan il-għan, il-Faċilità se tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ finanzjarju dirett bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti (l-Artikolu 4). Ir-regoli tal-eliġibbiltà huma stabbiliti wkoll fir-rigward tar-riformi u l-investimenti: jenħtieġ li l-Istati Membri jħejju pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru u ta’ reżiljenza li jistabbilixxu l-aġenda ta’ riforma u ta’ investiment għall-erba’ snin li ġejjin. Dawn il-pjanijiet għandhom, bħala regola, jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi strutturali u ta’ proġetti ta’ investiment pubbliku permezz ta’ pakkett koerenti. Il-pjanijiet għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati fis-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta’ riforma, il-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, il-pjanijiet għal tranżizzjoni ġusta, u l-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali adottati taħt il-fondi tal-Unjoni. Għandhom jinkludu miżuri mmirati biex jindirizzaw l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri fir-rigward tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali tagħhom, u b’hekk irawmu perkors ta’ rkupru sostenibbli. Jekk Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-Semestru Ewropew abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 472/2013 7 , jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 8 , id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għall-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet, soġġetti għall-miżuri stabbiliti skont dan ir-regolament (l-Artikolu 14).

Għall-finijiet ta’ informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew il-Kunsill jista’ jiddiskuti l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta’ aġġustament fl-Unjoni. Jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti (il-Premessa 18).

L-Istati Membri se jkunu jistgħu jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja fil-forma ta’ appoġġ mhux ripagabbli. Se jiġi ddeterminat ammont massimu għal kull Stat Membru fuq il-bażi ta’ koeffiċjent tal-kontribuzzjoni definit (Anness I). Dawn l-ammonti se jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-prodott domestiku gross (PDG) per capita u r-rata tal-qgħad relattiva ta’ kull Stat Membru (l-Artikolu 10). Il-pakkett finanzjarju għall-appoġġ mhux ripagabbli tal-Faċilità se jkun magħmul disponibbli fil-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022 għal pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri. Wara dan il-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2024, jekk ikun hemm il-flus disponibbli, il-Kummissjoni tista’ torganizza sejħiet f’konformità mal-kalendarju tas-Semestru Ewropew (l-Artikolu 11).

Minbarra l-appoġġ mhux ripagabbli, l-Istati Membri se jkollhom il-possibbiltà li jitolbu self. L-għan tas-self se jkun li jiffinanzja riformi u investimenti addizzjonali. It-talba għal self tista’ ssir flimkien mal-pjan, jew fi żmien differenti flimkien ma’ pjan rivedut (l-Artikolu 12). Il-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru mhuwiex se jeċċedi l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda fl-ammont massimu se tkun possibbli f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, skont ir-riżorsi disponibbli. Malli tittieħed deċiżjoni dwar it-talba għal self, il-Kummissjoni tikkonkludi ftehim ta’ self mal-Istat Membru inkwistjoni (l-Artikolu 13).

L-Istat Membru jkollu jippreżenta l-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza lill-Kummissjoni mhux iktar tard mit-30 ta’ April. Jenħtieġ li l-pjanijiet ikunu jikkostitwixxu anness tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma rispettiv, li jista’ jiġi ppreżentat separatament minnu u aktar kmieni. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw abbozz ta’ pjan iktar kmieni flimkien mal-abbozz tal-baġit nazzjonali tagħhom. Jenħtieġ li l-pjanijiet jistabbilixxu riformi u investimenti li jindirizzaw l-isfidi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, fost l-oħrajn, jispjegaw kif isaħħu l-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, u l-kontribut biex tissaħħaħ il-koeżjoni. Jenħtieġ li l-pjan ikun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll stima tal-kost totali kif ukoll stadji importanti u miri xierqa u skeda indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investimenti. Fejn applikabbli, il-pjan propost jista’ jinkludi talba għal self għal aktar riformi u investimenti. (l-Artikolu 15). Waqt l-implimentazzjoni, il-pjan jista’ jiġi emendat jekk dan ikun iġġustifikat minn ċirkostanzi oġġettivi (l-Artikolu 18).

Il-Kummissjoni se tivvaluta l-pjanijiet abbażi ta’ kriterji trasparenti, b’mod partikolari, fost l-oħrajn: jekk il-pjan huwiex mistenni li jindirizza b’mod effettiv l-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, jekk jikkontribwixxix biex isaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-pjan ikunx jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; u jekk l-istima tal-kostijiet ipprovduta mill-Istat Membru hijiex raġonevoli u plawżibbli u hija proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija. Għal dan il-għan tiġi stabbilita sistema ta’ klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-proposti (Anness II). Fejn applikabbli, il-Kummissjoni tivvaluta wkoll it-talba għal self mill-Istat Membru kkonċernat, fuq il-bażi tal-plawżibbiltà tal-kost ogħla li jiġġarrab b’rabta mar-riformi u mal-investimenti addizzjonali (l-Artikolu 16).

Wara l-valutazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru (l-Artikolu 17) u, fejn applikabbli, l-ammont tas-self; jekk il-kriterji tal-valutazzjoni jiġu ssodisfati, l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima prevista, jew l-ammont tal-kost totali tal-pjan, skont jekk il-kost tal-pjan ikunx ogħla jew aktar baxx mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima prevista għal dak l-Istat Membru. Ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan ma jissodisfax il-kriterji tal-valutazzjoni.

L-ammont tas-self mhuwiex se jkun ogħla mid-differenza bejn il-kost totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, rivedut fejn rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima. Dan se jkun soġġett ukoll għal limitu massimu għal kull Stat Membru eliġibbli. F’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, jekk ikun disponibbli l-finanzjament, l-ammont massimu jista’ jiġi miżjud (l-Artikolu 12).

Qed jiġu stabbiliti wkoll regoli dwar il-pagamenti u dwar kwistjonijiet finanzjarji oħra, inklużi s-sospensjoni u l-kanċellazzjoni; b’mod partikolari, l-Istat Membru jista’ jippreżenta talba għall-pagament fuq bażi ta’ kull sentejn; jenħtieġ li l-pagamenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja jew tal-appoġġ tas-self addizzjonali jsiru f’pagamenti parzjali, fuq il-bażi tat-twettiq tal-miri u l-istadji importanti (l-Artikolu 19).

L-Istat Membru kkonċernat irid jirrapporta kull tliet xhur fis-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-impenji tar-riforma, b’dawn ir-rapporti jkunu debitament riflessi fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma. Huwa previst ukoll ir-rapportar xieraq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-Artikolu 20).

Is-setgħat ta’ implimentazzjoni huma kkonferiti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza u għall-pagament tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami tar-Regolament dwar il-Proċedura ta’ Kumitat (l-Artikolu 27).

2020/0104 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 9 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 10 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Skont l-Artikoli 120 u 121 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“it-Trattat”), l-Istati Membri huma meħtieġa jwettqu l-politiki ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni u fil-kuntest tal-linji gwida ġenerali li l-Kunsill jifformula. Skont l-Artikolu 148 tat-Trattat, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-politiki tal-impjiegi li jqisu l-linji gwida għall-impjiegi. Il-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi tal-Istati Membri hija għalhekk kwistjoni ta’ tħassib komuni.

(2)L-Artikolu 175 tat-Trattat jipprevedi, fost l-oħrajn, li l-Istati Membri jenħtieġ jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi tagħhom b’tali mod li jiksbu l-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174.

(3)Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika (“is-Semestru Ewropew”), inkluż il-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, huwa l-qafas li jidentifika l-prijoritajiet ta’ riformi nazzjonali u li jimmonitorja l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ investiment pluriennali nazzjonali tagħhom stess b’appoġġ għal dawk ir-riformi. Dawk l-istrateġiji jenħtieġ jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma annwali bħala mod li jippreżenta u jikkoordina l-proġetti ta’ investiment ta’ prijorità li jridu s-sostenn tal-finanzjament nazzjonali u / jew tal-Unjoni.

(4)It-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 fil-bidu tas-sena 2020 biddlet il-prospetti ekonomiċi għas-snin li ġejjin fl-Unjoni u fid-dinja, u teħtieġ rispons urġenti u kkoordinat mill-Unjoni sabiex tlaħħaq mal-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali enormi għall-Istati Membri kollha. L-isfidi marbuta mal-kuntest demografiku ġew amplifikati bil-COVID-19. Il-pandemija attwali tal-COVID-19 kif ukoll il-kriżi ekonomika u finanzjarja preċedenti wrew li l-iżvilupp ta’ ekonomiji u sistemi finanzjarji sodi u reżiljenti mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b’saħħithom jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b’mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Il-konsegwenzi fi żmien medju u fit-tul tal-kriżi tal-COVID-19 se jiddependu b’mod kritiku fuq kemm l-ekonomiji tal-Istati Membri jirkupraw malajr mill-kriżi, li min-naħa l-oħra jiddependi fuq l-ispazju fiskali li għandhom disponibbli l-Istati Membri biex jieħdu miżuri li jimmitigaw l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u fuq ir-reżiljenza tal-ekonomiji tagħhom. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għalhekk se jkunu essenzjali biex l-ekonomiji jirritornaw għal perkors ta’ rkupru sostenibbli u tiġi evitata żieda fid-diverġenzi fl-Unjoni.

(5)L-implimentazzjoni tar-riformi li jikkontribwixxu għall-kisba ta’ livell għoli ta’ reżiljenza tal-ekonomiji domestiċi, isaħħu l-kapaċità ta’ aġġustament u jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir huma fost il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. Għaldaqstant, dawn huma kruċjali biex l-irkupru jsegwi perkors sostenibbli u insostenn tal-proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali f’livelli ogħla. Dan huwa saħansitra aktar meħtieġ wara l-kriżi tal-pandemija biex inwittu t-triq għal irkupru rapidu.

(6)L-esperjenzi tal-passat urew li l-investiment spiss jitnaqqas b’mod drastiku waqt il-kriżijiet. Madankollu, huwa essenzjali li f’din is-sitwazzjoni partikolari jiġi sostnut l-investiment biex jiġi aċċellerat l-irkupru u jissaħħaħ il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul. L-investiment f’teknoloġiji, kapaċitajiet u proċessi ekoloġiċi u diġitali, li għandhom l-għan li jassistu fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u jtejbu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-abitazzjoni u f’setturi ewlenin oħrajn tal-ekonomija huwa importanti biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u jinħolqu l-impjiegi. B’hekk l-Unjoni se ssir ukoll iktar reżiljenti u inqas dipendenti billi tiddiversifika l-katini ewlenin tal-provvista.

(7)Fil-preżent ma jeżistix strument li jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett b’rabta mal-ksib tar-riżultati u mal-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku tal-Istati Membri b’rispons għall-isfidi identifikati fis-Semestru Ewropew, u bil-għan li jkun hemm impatt dewwiem fuq il-produttività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-Istati Membri.

(8)F’dan l-isfond, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-qafas attwali għall-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri u jingħata appoġġ finanzjarju dirett lill-Istati Membri permezz ta’ għodda innovattiva. Għal dan il-għan jenħtieġ li tiġi stabbilita Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-“Faċilità”) fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, biex tipprovdi appoġġ finanzjarju sinifikanti u effettiv biex tiżdied l-implimentazzjoni tar-riformi u tal-investiment pubbliku relatat fl-Istati Membri. Il-Faċilità jenħtieġ li tkun komprensiva u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-esperjenza miksuba mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri mill-użu ta’ strumenti u programmi oħra.

(9)Jenħtieġ li t-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(10)F’konformità mar-Regolament [l-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea] u fil-limiti tar-riżorsi allokati fih, il-miżuri għall-irkupru u r-reżiljenza fil-qafas tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jenħtieġ li jittieħdu biex jindirizzaw l-impatt bla preċedent tal-kriżi tal-COVID-19. Jenħtieġ li tali riżorsi addizzjonali jintużaw b’tali mod li jiżguraw il-konformità mal-limiti ta’ żmien stipulati fir-Regolament [EURI].

(11)Fid-dawl tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala l-istrateġija tat-tkabbir sostenibbli tal-Ewropa u t-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Faċilità stabbilita b’dan ir-Regolament se tikkontribwixxi biex jiġu integrati l-azzjonijiet klimatiċi u s-sostenibbiltà ambjentali u biex tinkiseb il-mira ġenerali li 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE tkun tappoġġa objettivi klimatiċi.

(12)Sabiex jiġu implimentati dawn l-objettivi globali, se jiġu identifikati l-azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Faċilità, u vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-proċessi tal-evalwazzjonijiet u ta’ rieżami rilevanti. Minbarra dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa lill-impatt tal-pjanijiet nazzjonali ppreżentati fil-qafas ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tat-trawwim tat-tranżizzjoni ekoloġika kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali. It-tnejn li huma se jkollhom rwol ta’ prijorità fir-rilanċ mill-ġdid tal-ekonomija u fl-immodernizzar tagħha.

(13)Sabiex ikunu jistgħu jittieħdu miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika tajba, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ implimentazzjoni uniformi, jenħtieġ li l-Kunsill jingħata s-setgħa li jissospendi, fuq proposta mill-Kummissjoni u permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-perjodu għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet dwar proposti ta’ pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u li jissospendi l-pagamenti fil-qafas ta’ din il-Faċilità f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità serju b’rabta mal-każijiet rilevanti relatati mal-proċess ta’ governanza ekonomika stipulat fir-Regolament (UE) Nru XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] (...). Jenħtieġ li l-Kunsill jingħata wkoll is-setgħa li jirrevoka dawk is-sospensjonijiet permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, fuq proposta mill-Kummissjoni, b’rabta mal-istess każijiet rilevanti.

(14)Jenħtieġ li l-objettiv ġenerali tal-Faċilità jkun il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal dan il-għan, jenħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta’ aġġustament tal-Istati Membri, timmitiga l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali li l-għan tagħhom hu li sal-2050 tinkiseb Ewropa newtrali għall-klima, biex b’hekk jerġa’ jinkiseb il-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni wara l-kriżi, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

(15)Jenħtieġ li l-objettiv speċifiku tal-Faċilità jkun li tipprovdi appoġġ finanzjarju bil-għan li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u tal-investimenti stabbiliti fil-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza. Jenħtieġ li dak l-objettiv speċifiku jiġi segwit f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

(16)Sabiex tkun żgurata l-kontribuzzjoni tiegħu għall-objettivi tal-Faċilità, jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun jinkludi miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku permezz ta’ pjan koerenti għall-irkupru u r-reżiljenza. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konsistenti mal-isfidi u mal-prijoritajiet speċifiċi għall-pajjiż kif identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, mal-programmi nazzjonali ta’ riforma, mal-pjanijiet nazzjonali tal-enerġija u tal-klima, mal-pjanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta, kif ukoll mal-ftehimiet ta’ sħubija u mal-programmi operazzjonali adottati fil-qafas tal-fondi tal-Unjoni. Sabiex tingħata spinta lill-azzjonijiet li jaqgħu fil-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u tal-Aġenda Diġitali, jenħtieġ li l-pjan jistabbilixxi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Jenħtieġ li bil-miżuri jkun possibbli t-twettiq rapidu tal-miri, tal-objettivi u tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fil-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima u fl-aġġornamenti tagħhom. L-attivitajiet appoġġati kollha jenħtieġ li jiġu segwiti b’rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni.

(17)Fejn Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-Semestru Ewropew abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 472/2013 11 , jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 12 , jenħtieġ li jkun possibbli li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu applikati għall-Istat Membru kkonċernat, fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet, soġġetti għall-miżuri stabbiliti skont dan ir-regolament

(18)Għall-finijiet ta’ informazzjoni għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kunsill ikun jista’ jiddiskuti, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, l-istat tal-irkupru, tar-reżiljenza u tal-kapaċità ta’ aġġustament fl-Unjoni. Sabiex tkun żgurata evidenza xierqa, jenħtieġ li din id-diskussjoni tkun ibbażata fuq l-informazzjoni strateġika u analitika tal-Kummissjoni disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u, meta tkun disponibbli, fuq il-bażi tal-informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet fis-snin preċedenti.

(19)Sabiex tiġi żgurata kontribuzzjoni finanzjarja proporzjonata għall-bżonnijiet effettivi tal-Istati Membri biex iwettqu u jlestu r-riformi u l-investimenti inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, huwa xieraq li tiġi stabbilita kontribuzzjoni finanzjarja massima li tkun għad-dispożizzjoni tagħhom fil-qafas tal-Faċilità f’dak li għandu x’jaqsam mal-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli). Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni massima tkun ikkalkolata fuq il-bażi tal-popolazzjoni, l-invers tal-prodott domestiku gross (PDG) per capita u r-rata tal-qgħad relattiva ta’ kull Stat Membru.

(20)Huwa meħtieġ li jiġi stabbilit proċess għall-preżentazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza mill-Istati Membri, u l-kontenut tagħhom. Bil-għan li tiġi żgurata l-espedjenza tal-proċeduri, jenħtieġ li Stat Membru jippreżenta pjan għall-irkupru u r-reżiljenza sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April, bħala anness separat tal-Programm Nazzjonali ta’ Riforma. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida, jenħtieġ li l-Istat Membru jippreżenta l-abbozz tal-pjan flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena li ġejja fil-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel.

(21)Sabiex tiġi żgurata s-sjieda nazzjonali u enfasi fuq ir-riformi u l-investimenti rilevanti, jenħtieġ li l-Istati Membri li jixtiequ jirċievu appoġġ jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza li jkun debitament motivat u sostanzjat. Jenħtieġ li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jistabbilixxi l-ġabra dettaljata ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-miri u l-istadji importanti, u l-impatt mistenni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll miżuri li huma rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jenħtieġ li jkun jinkludi wkoll spjegazzjoni tal-konsistenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew. Jenħtieġ li titfittex u tinkiseb kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri matul il-proċess kollu.

(22)Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru u jenħtieġ li taġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru inkwistjoni. Il-Kummissjoni se tirrispetta bis-sħiħ is-sjieda nazzjonali tal-proċess u għalhekk se tqis il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat u se tivvaluta jekk il-pjan ta’ rkupru u ta’ reżiljenza propost mill-Istat Membru hux mistenni li jikkontribwixxi biex jindirizza b’mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjoni speċifika għall-pajjiż ikkonċernat indirizzata lill-Istat Membru kkonċernat jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew; jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom; jekk il-pjan hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fl-Istat Membru kkonċernat; jekk il-pjan hux mistenni jikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali; jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi; jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti; u jekk l-arranġament propost mill-Istat Membru kkonċernat hux mistenni jiżgura implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati.

(23)Jenħtieġ li jiġu stabbiliti linji gwida xierqa, bħala Anness ta’ dan ir-Regolament, biex iservu bħala bażi għall-Kummissjoni biex tivvaluta b’mod trasparenti u ekwu l-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza u biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja f’konformità mal-objettivi u ma’ kwalunkwe rekwiżit rilevanti ieħor stabbiliti f’dan ir-Regolament. Fl-interess tat-trasparenza u l-effiċjenza, jenħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta’ klassifikazzjoni għall-valutazzjoni tal-proposti ta’ pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza għal dan il-għan.

(24)Għall-finijiet tat-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ kwalità għolja u biex il-Kummissjoni tkun assistita fil-valutazzjoni tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u fil-valutazzjoni tal-grad tal-kisba tagħhom, jenħtieġ li jkun previst l-użu ta’ parir minn esperti u, fuq talba tal-Istat Membru, konsulenza bejn il-pari.

(25)Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, id-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li ssegwi kriterji sempliċi. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat.

(26)Dment li l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jindirizza b’mod sodisfaċenti l-kriterji ta’ valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat il-kontribuzzjoni finanzjarja massima fejn il-kost totali stmat tar-riforma u tal-investiment inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess jew ogħla minnu. Jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jiġi allokat ammont ugwali għall-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jekk dan il-kost totali stmat ikun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima stess. Jenħtieġ li ma tingħata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jindirizzax b’mod sodisfaċenti l-kriterji tal-valutazzjoni.

(27)Sabiex ikun żgurat li l-appoġġ finanzjarju jingħata minn qabel fis-snin inizjali wara l-kriżi, u biex tkun żgurata l-kompatibbiltà mal-fondi disponibbli għal dan l-istrument, jenħtieġ li l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri ssir sal-31 ta’ Diċembru 2024. Għal dan il-għan, jenħtieġ li sal-31 ta’ Diċembru 2022 jittieħed impenn legali għal mill-inqas 60 fil-mija tal-ammont disponibbli għall-appoġġ mhux ripagabbli. Jenħtieġ li sal-31 ta’ Diċembru 2024 jittieħed impenn legali għall-ammont li jifdal.

(28)Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju għall-pjan ta’ Stat Membru jkun possibbli fil-forma ta’ self, bil-konklużjoni ta’ ftehim ta’ self mal-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ talba debitament motivata mill-Istat Membru kkonċernat. Jenħtieġ li s-self li jsostni l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali tal-irkupru u tar-reżiljenza jingħata b’dati ta’ maturità li jirriflettu n-natura fit-tul ta’ dan l-infiq. Dawn id-dati ta’ maturità jistgħu jvarjaw mid-dati ta’ maturità tal-fondi li l-Unjoni tissellef fis-swieq kapitali biex tiffinanzja s-self. Għaldaqstant, huwa meħtieġ li tiġi prevista l-possibbiltà ta’ deroga mill-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju, li jipprevedi li l-maturitajiet tas-self għall-assistenza finanzjarja jenħtieġ li ma jiġux ittrasformati.

(29)It-talba għal self jenħtieġ li tkun ġustifikata mill-ħtiġijiet finanzjarji marbuta ma’ riformi u investimenti addizzjonali inklużi fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, li jkunu notevolment rilevanti għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għalhekk, permezz ta’ kost tal-pjan ogħla mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima (li se tkun) allokata permezz tal-kontribuzzjoni mhux ripagabbli. Jenħtieġ li jkun possibbli li t-talba għal self tiġi sottomessa flimkien mal-preżentazzjoni tal-pjan. Jekk it-talba għas-self issir f’mument differenti, jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn pjan rivedut bi stadji importanti u miri addizzjonali. Biex ikun żgurat il-frontloading tar-riżorsi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitolbu appoġġ ta’ self sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2024. Għall-finijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, l-ammont totali tas-self kollu mogħti skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkollu limitu massimu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma jaqbiżx l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu. Żieda tal-ammont b’limitu massimu jenħtieġ li tkun possibbli f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni soġġetti għar-riżorsi disponibbli. Għall-istess raġunijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, jenħtieġ li jkun possibbli li jitħallas is-self bin-nifs mat-twettiq tar-riżultati.

(30)Stat Membru jenħtieġ li jkollu l-possibbiltà li jagħmel talba motivata biex jiġi emendat il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fil-perjodu ta’ implimentazzjoni, jekk iċ-ċirkostanzi oġġettivi jiġġustifikaw tali azzjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta t-talba motivata u tieħu deċiżjoni ġdida fi żmien erba’ xhur.

(31)Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u simplifikazzjoni fil-ġestjoni finanzjarja tal-istrument, l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza jenħtieġ li jieħu l-forma ta’ finanzjament ibbażat fuq il-kisba tar-riżultati mkejla b’referenza għal stadji importanti u miri indikati fil-pjanijiet approvati għall-irkupru u r-reżiljenza. Għal dan il-għan, l-appoġġ addizzjonali għas-self jenħtieġ li jkun marbut mal-istadji importanti u l-miri addizzjonali meta mqabbla ma’ dawk rilevanti għall-appoġġ finanzjarju (jiġifieri l-appoġġ mhux ripagabbli).

(32)Għall-fini ta' ġestjoni finanzjarja soda, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għall-impenji tal-baġit, għall-pagamenti, għas-sospensjoni, għall-kanċellazzjoni u għall-irkupru ta' fondi. Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istati Membri li jippreżentaw talbiet għall-pagamenti fuq bażi biannwali. Il-pagamenti jenħtieġ li jsiru b’mod rateali u jkunu bbażati fuq valutazzjoni pożittiva mill-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru. Is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja jenħtieġ li jkunu possibbli jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkunx ġie implimentat b’mod sodisfaċenti mill-Istat Membru. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri kontradittorji xierqa biex jiżguraw li d-deċiżjoni mill-Kummissjoni fir-rigward tas-sospensjoni, il-kanċellazzjoni u l-irkupru tal-ammonti mħallsa tirrispetta d-dritt tal-Istati Membri li jipprovdu kummenti.

(33)Għal monitoraġġ effettiv tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jirrapportaw kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. Tali rapporti mħejjija mill-Istati Membri kkonċernati jenħtieġ li jkunu riflessi b’mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rapportar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

(34)Għall-finijiet ta’ trasparenza, il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza adottati mill-Kummissjoni jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni jenħtieġ li jitwettqu mill-Kummissjoni kif xieraq.

(35)Sabiex tiġi żgurata allokazzjoni effiċjenti u koerenti ta’ fondi mill-baġit tal-Unjoni u biex jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, l-azzjonijiet f'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu konsistenti u komplementari mal-programmi attwali tal-Unjoni, filwaqt li jevitaw finanzjament doppju għall-istess nefqa. B'mod partikolari, fl-istadji kollha tal-proċess, il-Kummissjoni u l-Istat Membru jenħtieġ li jiżguraw koordinazzjoni effettiva sabiex jissalvagwardjaw il-konsistenza, il-komplementarjetà u s-sinerġija bejn is-sorsi ta’ finanzjament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat meta jippreżentaw il-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni. L-appoġġ finanzjarju permezz tal-Faċilità jenħtieġ li jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt fondi u programmi oħra tal-Unjoni, u proġetti ta’ riforma u investiment iffinanzjati mill-Faċilità jenħtieġ li jkunu jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kostijiet.

(36)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li tiġi evalwata l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b’dan ir-Regolament fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Jekk xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Istrumenti fil-post.

(37)Huwa opportun li l-Kummissjoni tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stipulata f’dan ir-Regolament. Dan ir-rapport jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar mill-Istati Membri skont il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza approvati; jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar il-volum tar-rikavati assenjati lill-Faċilità mill-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru fis-sena preċedenti, imqassma skont il-linja baġitarja, u l-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

(38)Jenħtieġ li titwettaq evalwazzjoni indipendenti ta’ nofs it-terminu li tħares lejn il-kisba tal-objettivi tal-Faċilità stabbilita b’dan ir-Regolament, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi tagħha u l-valur miżjud tagħha. Jekk xieraq, l-evalwazzjoni jenħtieġ li tkun akkumpanjata minn proposta għal emendi għal dan ir-Regolament. Barra minn hekk, evalwazzjoni indipendenti ex post jenħtieġ li tittratta l-impatt fit-tul tal-istrumenti. 

(39)Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri u l-kontribuzzjoni finanzjarja korrispondenti allokata għalihom jenħtieġ li jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza u mal-ħlas tal-appoġġ finanzjarju meta jiġu ssodisfati l-istadji importanti u l-miri rilevanti jenħtieġ li jiġu eżerċitati mill-Kummissjoni f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, skont il-proċedura ta’ eżami tiegħu 13 . Wara l-adozzjoni ta’ att ta’ implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli għall-Istat Membru kkonċernat u għall-Kummissjoni li jaqblu dwar ċerti arranġamenti operazzjonali ta’ natura teknika, li jagħtu dettalji dwar aspetti tal-implimentazzjoni fir-rigward ta’ skedi ta’ żmien, indikaturi għall-istadji importanti u l-miri, u aċċess għal data sottostanti. Sabiex titħalla r-rilevanza kontinwa tal-arranġamenti operazzjonali fir-rigward taċ-ċirkostanzi prevalenti matul l-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, jenħtieġ li jkun possibbli li l-elementi ta’ tali arranġamenti tekniċi jistgħu jiġu mmodifikati b’kunsens reċiproku. Għal dan ir-Regolament japplikaw ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwisti, premji, implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà ta’ atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(40)F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 15 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 16 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 17 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u jekk xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, fosthom kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil 18 l. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

(41)Ladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dan l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv.

(42)Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali u pakkett finanzjarju

Artikolu 1
Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (il-“Faċilità”).

Jistabbilixxi l-objettivi tiegħu, il-finanzjament, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2
Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1."Fondi tal-Unjoni" tfisser il-fondi koperti mir-Regolament (UE) YYY/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-suċċessur CPR] 19 ;

2.“Kontribuzzjoni finanzjarja” tfisser appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli disponibbli għall-allokazzjoni jew allokat lill-Istati Membri fil-Faċilità; kif ukoll

3.“Semestru Ewropew ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika” (minn hawn ’il quddiem is-“Semestru Ewropew”) tfisser il-proċess stabbilit mill-Artikolu 2-a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 20 . 

Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b’dan ir-Regolament għandu jirreferi għal oqsma ta’ politika relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, mat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, is-saħħa, il-kompetittività, ir-reżiljenza, il-produttività, l-edukazzjoni u l-ħiliet, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi u l-investiment, u l-istabilità tas-sistemi finanzjarji.

Artikolu 4
Objettivi ġenerali u speċifiċi

1.L-objettiv ġenerali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi ttejjeb il-kapaċità ta’ reżiljenza u ta’ aġġustament tal-Istati Membri, ittaffi l-impatt soċjali u ekonomiku tal-kriżi, u tappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u b’hekk tikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Unjoni, trawwem il-ħolqien tal-impjiegi wara l-kriżi tal-COVID-19, u tippromwovi t-tkabbir sostenibbli.

2.Sabiex jinkiseb dakn-objettiv ġenerali, l-objettiv speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun li tipprovdi lill-Istati Membri b’appoġġ finanzjarju bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investimenti kif stabbilit fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza. Dan l-objettiv speċifiku għandu jiġi segwit f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Artikolu 5
Riżorsi mill-Istrument Ewropew għall-Irkupru

1.Il-miżuri msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [EURI] għandhom jiġu implimentati b’din il-Faċilità:

(a) bl-ammont ta’ EUR 334 950 000 000 imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 3(2)(a) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet kurrenti, disponibbli għal appoġġ mhux ripagabbli, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (8) tar-Regolament [EURI].

Dawn l-ammonti għandhom jikkostitwixxu fi dħul assenjat estern f’konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju.

(b) permezz tal-ammont ta’ EUR 267 955 000 000 imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament [EURI] fi prezzijiet kurrenti, disponibbli għall-appoġġ tas-self lill-Istati Membri skont l-Artikoli 12 u 13, soġġett għall-Artikolu 4(5) tar-Regolament [EURI].

2.L-ammonti msemmija fil-paragrafu 1(a) jistgħu jkopru wkoll spejjeż li huma ta’ attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni li huma meħtieġa għall-ġestjoni ta’ kull strument u r-realizzazzjoni tal-objettivi tiegħu, b’mod partikolari studji, laqgħat ta’ esperti u azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, kemm-il darba jkunu marbuta mal-objettivi ta’ dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju ta’ informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni, u l-ispejjeż l-oħra kollha tal-assistenza teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-ġestjoni ta’ kull strument. L-ispejjeż jistgħu jkopru wkoll il-kostijiet ta’ attivitajiet oħra ta’ appoġġ bħall-kontroll tal-kwalità u l-monitoraġġ ta’ proġetti fuq il-post u l-kostijiet tal-konsulenza bejn il-pari u l-esperti għall-valutazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ riformi u investimenti.

Artikolu 6
Riżorsi mill-programmi b’ġestjoni kondiviża

Jekk jitolbu dan, ir-riżorsi allokati għall-Istati Membri b’ġestjoni kondiviża jistgħu jiġu trasferiti għall-Faċilità. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi b’mod dirett f’konformità mal-Artikolu 62(1)(a) tar-Regolament Finanzjarju. Dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istati Membru kkonċernat.

Artikolu 7
Implimentazzjoni

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tiġi implimentata mill-Kummissjoni b’ġestjoni diretta f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8
Addizzjonalità u finanzjament komplementari

L-appoġġ mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandu jkun addizzjonali mal-appoġġ ipprovdut minn fondi u programmi oħra tal-Unjoni. Proġetti ta’ riforma u ta’ investiment jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm tali appoġġ ma jkoprix l-istess kost.

Artikolu 9
Miżuri li jorbtu l-Faċilità mal-governanza ekonomika soda

1.Fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità sinifikanti fir-rigward ta’ kwalunkwe wieħed mill-każijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(7) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...)] is- [CPR], il-Kunsill għandu, fuq proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex jissospendi l-perjodu ta’ żmien għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikoli 17(1) u 17(2) jew jissospendi l-pagamenti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Id-Deċiżjoni li tissospendi l-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandha tapplika għal applikazzjonijiet għal pagament ippreżentati wara d-data tad-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

Is-sospensjoni tal-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 17 għandha tapplika mill-jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Jekk ikun hemm sospensjoni tal-pagamenti, għandu japplika l-Artikolu 15(9) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il- (...).

2.Jekk iseħħ xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(11) tar-Regolament li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar [...], il-Kunsill għandu, bi proposta mill-Kummissjoni, jadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni biex iwaqqaf is-suspensjoni tal-perjodu ta’ żmien jew tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu preċedenti.

Il-proċeduri jew il-pagamenti rilevanti għandhom jerġgħu jibdew mill-jum wara t-tneħħija tas-sospensjoni.

KAPITOLU II

Kontribuzzjoni finanzjarja, proċess ta’ allokazzjoni u self

Artikolu 10
Kontribuzzjoni finanzjarja massima

Kontribuzzjoni finanzjarja massima għandha tiġi kkalkulata għal kull Stat Membru għall-allokazzjoni tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a), bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I, ibbażata fuq il-popolazzjoni, l-invers tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) per capita u r-rata ta’ qgħad relattiva ta’ kull Stat Membru.

Artikolu 11
Allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.Għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli allokazzjoni ta’ EUR334 950 000 000, imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5(1). Kull Stat Membru jista’ jippreżenta talbiet sal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tiegħu, imsemmija fl-Artikolu 10, biex jimplimenta l-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza tiegħu.

2.Għal perjodu li jibda mill-31 ta’ Diċembru 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2024, jekk ir-riżorsi finanzjarji jkunu disponibbli, il-Kummissjoni tista’ torganizza sejħiet f’konformità mal-kalendarju tas-Semestru Ewropew. Għal dan il-għan, għandha tippubblika kalendarju indikattiv tas-sejħiet li għandhom jiġu organizzati f'dak il-perjodu, u għandha tindika, f'kull sejħa, l-ammont disponibbli għall-allokazzjoni. Kull Stat Membru jista’ jipproponi li jirċievi sa ammont massimu li jikkorrispondi għas-sehem ta’ allokazzjoni tiegħu mill-ammont disponibbli għall-allokazzjoni, kif imsemmi fl-Anness I, biex jimplimenta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza. 

Artikolu 12
Self

1.Sal-31 ta’ Diċembru 2024, u b'talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti appoġġ ta’ self lill-Istat Membru kkonċernat għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru u ta’ reżiljenza tiegħu.

2.Stat Membru jista’ jitlob self fl-istess ħin tal-preżentazzjoni ta’ pjan għall-irkupru u r-reżiljenza msemmi fl-Artikolu 15, jew f’mument differenti sal-31 ta’ Awwissu 2024. Fil-każ tal-aħħar, it-talba għandha tkun akkumpanjata minn pjan rivedut, li jinkludi stadji importanti u miri addizzjonali.

3.It-talba għal self minn Stat Membru għandha tistipula:

(a)ir-raġunijiet għall-appoġġ tas-self, ġustifikati mill-ħtiġijiet finanzjarji ogħla marbuta ma’ riformi u investimenti addizzjonali;

(b)ir-riformi u l-investimenti addizzjonali f’konformità mal-Artikolu 15;

(c)il-kost ogħla tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kkonċernat imqabbel mal-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10, jew mal-kontribuzzjoni finanzjarja allokata għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fuq il-bażi tal-Artikolu 17(3)(b).

4.L-appoġġ tas-self għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun ogħla mid-differenza bejn il-kost totali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, kif rivedut jekk rilevanti, u l-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10. Il-volum massimu tas-self għal kull Stat Membru ma għandux jaqbeż l-4,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tiegħu.

5.B’deroga mill-paragrafu 4, soġġett għad-disponibbiltà tar-riżorsi, l-ammont tal-appoġġ tas-self jista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiżdied.

6.L-appoġġ tas-self għandu għandu jkun żburżat f’pagamenti rateali soġġetti għat-twettiq tal-istadji importanti u l-miri f’konformità mal-Artikolu 17(4)(g).

7.Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar it-talba għal appoġġ tas-self f’konformità mal-Artikolu 17. Jekk xieraq, il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jiġi emendat skont dan.

Artikolu 13
Ftehim ta’ self

1.Qabel ma tidħol fi ftehim ta’ self mal-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk:

(a)il-ġustifikazzjoni biex jintalab is-self u l-ammont tiegħu humiex ikkunsidrati raġonevoli u plawżibbli fir-rigward tar-riformi u l-investimenti addizzjonali; kif ukoll

(b)ir-riformi u l-investimenti addizzjonali jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3).

2.Jekk it-talba għal self tissodisfa l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, u mal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tidħol fi ftehim ta’ self mal-Istat Membru kkonċernat. Il-ftehim ta’ self, flimkien mal-elementi stabbiliti fl-Artikolu 220(5) tar-Regolament Finanzjarju, għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)l-ammont tas-self f’euro;

(b)il-maturità medja; l-Artikolu 220(2) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika fir-rigward ta’ din il-maturità;

(c)il-formula tal-ipprezzar, u l-perjodu ta’ disponibbiltà tas-self;

(d)in-numru massimu ta’ pagamenti u l-iskeda ta’ ħlas lura;

(e)l-elementi l-oħra meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-appoġġ tas-self b’rabta mar-riformi u l-proġetti ta’ investiment ikkonċernati f’konformità mad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

3.F’konformità mal-Artikolu 220(5)(e) tar-Regolament Finanzjarju, il-kostijiet marbuta mas-self ta’ fondi għas-selfiet imsemmija f’dan l-Artikolu għandhom jitħallsu mill-Istati Membri benefiċjarji.

4.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-amministrazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ self relatati ma’ self mogħti f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

5.Stat Membru li jibbenefika minn self mogħti f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandu jiftaħ kont dedikat għall-ġestjoni tas-self riċevut. Għandu wkoll jittrasferixxi l-kapital u l-imgħax dovuti għal kwalunkwe self relatat f’kont indikat mill-Kummissjoni f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti skont il-paragrafu preċedenti, għoxrin jum ta’ negozju TARGET2 qabel id-data ta’ maturità korrispondenti.

KAPITOLU III

Pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza

Artikolu 14
Eliġibbiltà

1.Skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4, l-Istati Membri għandhom iħejju pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza. Dawn il-pjanijiet għandhom jistabbilixxu l-aġenda ta’ riforma u investiment tal-Istat Membru kkonċernat għall-erba’ snin sussegwenti. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza eliġibbli għall-finanzjament taħt dan l-istrument għandhom jinkludu miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku permezz ta’ pakkett koerenti.

2.Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti mal-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b’mod partikolari dawk rilevanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali jew li jirriżultaw minnha. Il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-informazzjoni inkluża mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali ta’ riforma taħt is-Semestru Ewropew, fil-pjanijiet nazzjonali tagħhom għall-enerġija u l-klima u bl-aġġornamenti tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1999 21 , fil-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta taħt il-Fond ta’ Tranżizzjoni Ġusta 22 , u fil-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi operazzjonali taħt il-fondi tal-Unjoni.

3.Jekk Stat Membru jkun eżentat mill-monitoraġġ u l-valutazzjoni tas-Semestru Ewropew fuq il-bażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013, jew ikun soġġett għal sorveljanza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002, id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għall-Istat Membru kkonċernat fir-rigward tal-isfidi u l-prijoritajiet identifikati mill-miżuri stabbiliti skont ir-regolamenti tiegħu.

Artikolu 15
Pjan għall-irkupru u r-reżiljenza

1.Stat Membru li jixtieq jirċievi appoġġ permezz tal-Faċilità għandu jippreżenta lill-Kummissjoni pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif definit fl-Artikolu 14(1).

2.Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat mill-Istat Membru kkonċernat għandu jikkostitwixxi f'anness mal-Programm ta’ Riforma Nazzjonali tiegħu u għandu jiġi ppreżentat uffiċjalment mhux aktar tard mit-30 ta’ April. Jista’ jiġi ppreżentat abbozz ta’ pjan minn Stat Membru li jibda mill-15 ta’ Ottubru tas-sena ta’ qabel, flimkien mal-abbozz tal-baġit tas-sena sussegwenti.

3.Il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għandu jkun dovutament motivat u sostanzjat. B'mod partikolari għandu jistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a)spjegazzjoni tal-mod kif l-isfidi u l-prijoritajiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew mistennija jiġu indirizzati;

(b)spjegazzjoni ta’ kif il-pjan isaħħaħ il-potenzjal ta’ tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u l-kontribut tiegħu biex jissaħħu l-koeżjoni u l-konverġenza ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(c)spjegazzjoni ta’ kif il-miżuri fil-pjan mistennija jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(d)l-istadji importanti previsti, il-miri u skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni tar-riformi tul perjodu massimu ta’ erba’ snin, u tal-investimenti tul perjodu massimu ta’ seba’ snin;

(e)il-proġetti ta’ investiment previsti, u l-perjodu ta’ investiment relatat;

(f)il-kost totali stmat tar-riformi u l-investimenti koperti mill-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat (imsejjaħ ukoll “il-kost totali stmat tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza”) appoġġat minn ġustifikazzjoni xierqa u kif din hija proporzjonata għall-impatt mistenni fuq l-ekonomija u fuq l-impjiegi;

(g)jekk ikun rilevanti, informazzjoni dwar finanzjament tal-Unjoni eżistenti jew ippjanat;

(h)il-miżuri ta' akkumpanjament li jistgħu jkunu meħtieġa;

(i)ġustifikazzjoni tal-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(j)l-arranġamenti għall-implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri kkonċernati, inkluż l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati;

(k)jekk ikun xieraq, it-talba għal appoġġ ta’ self u l-istadji importanti addizzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 12(2) u (3) u l-elementi tagħhom; u

(l)kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.

4.Fit-tħejjija ta’ proposti għall-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni torganizza skambju ta’ prattiki tajba sabiex l-Istati Membri rikjedenti jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-esperjenza ta’ Stati Membri oħra. L-Istati Membri jistgħu wkoll jitolbu appoġġ tekniku permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku skont ir-regolament tiegħu.

Artikolu 16
Valutazzjoni tal-Kummissjoni

1.Waqt li tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istat Membru kkonċernat. Il-Kummissjoni tista' tagħmel kummenti jew tfittex informazzjoni addizzjonali. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi l-informazzjoni addizzjonali mitluba u jista’ jirrevedi l-pjan jekk ikun meħtieġ, qabel il-preżentazzjoni uffiċjali tiegħu.

2.Meta tivvaluta l-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi allokat lill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni analitika dwar l-Istat Membru kkonċernat disponibbli fil-kuntest tas-Semestru Ewropew kif ukoll il-ġustifikazzjoni u l-elementi pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 15(3), u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra inkluż, b’mod partikolari, dik li tinsab fil-Programm Nazzjonali ta’ Riforma u l-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat u, jekk ikun rilevanti, informazzjoni minn appoġġ tekniku rċevut permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku.

3.Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza u l-kontribut tagħha għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dan il-għan, għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż rilevanti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew;

(b)jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c)jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat;

(d)jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza hux mistenni jikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal tat-tkabbir, tal-ħolqien tal-impjiegi u tar-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, itaffi l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(e)jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi;

(f)jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u proġetti ta’ investimenti pubbliċi li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti;

(g)jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta’ żmien, l-istadji importanti u l-miri previsti, u l-indikaturi relatati.

4.F’każ li l-Istat Membru kkonċernat ikun talab għal appoġġ għal self kif imsemmi fl-Artikolu 12, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk it-talba għal appoġġ għal self tissodisfax il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(1), b’mod partikolari jekk ir-riformi u l-investimenti addizzjonali kkonċernati mit-talba għal self jissodisfawx il-kriterji ta’ valutazzjoni skont il-paragrafu 3.

5.Għall-fini tal-valutazzjoni tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista’ tkun assistita minn esperti.

Artikolu 17
Deċiżjoni tal-Kummissjoni

1.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istat Membru, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Fil-każ li l-Kummissjoni tivvaluta pożittivament il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, din id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi l-proġetti ta’ riforma u ta’ investiment li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru, inklużi l-istadji importanti u l-miri u l-kontribuzzjoni finanzjarja allokata skont l-Artikolu 11.

2.Jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob appoġġ ta’ self, id-deċiżjoni għandha tistabbilixxi wkoll l-ammont tal-appoġġ għal self kif imsemmi fl-Artikolu 12(4) u (5) u r-riformi u l-proġetti ta’ investiment addizzjonali li jridu jiġu implimentati mill-Istat Membru koperti minn dan l-appoġġ għal self, inklużi l-istadji importanti u l-miri addizzjonali.

3.Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ddeterminata abbażi tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3). L-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi stabbilit kif ġej:

(a)jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun daqs il-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmija fl-Artikolu 10 jew ogħla, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun daqs l-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10;

(b)jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 10, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun daqs l-ammont tal-kostijiet totali stmati tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c)jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza ma jkun jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), ma għandha tiġi allokata l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru kkonċernat.

4.Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tistipula:

(a)il-kontribuzzjoni finanzjarja li trid titħallas bin-nifs ladarba l-Istat Membru jkun implimenta b’mod sodisfaċenti l-istadji importanti rilevanti u l-miri identifikati b’rabta mal-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(b)id-deskrizzjoni tar-riformi u tal-proġetti ta’ investiment u l-ammont tal-kost totali stmata tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(c)il-perjodu għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif ġej:

(1)fir-rigward tal-ikkompletar tal-investiment, il-perjodu ta’ investiment sa meta l-proġett ta’ investiment irid jiġi implimentat għandu jintemm mhux aktar tard minn seba’ snin wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni;

(2)fir-rigward tat-tlestija tar-riformi, il-perjodu sa meta r-riformi jridu jiġu implimentati għandu jintemm mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni.

(d)l-arranġamenti u l-iskeda għall-implimentazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza;

(e)l-indikaturi rilevanti fir-rigward tal-issodisfar tal-istadji importanti u tal-miri previsti; u

(f)l-arranġamenti biex jingħata aċċess lill-Kummissjoni għad-data sottostanti rilevanti.

(g)jekk ikun xieraq, l-ammont tas-self li jrid jitħallas bin-nifs u l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-iżborż tal-appoġġ għas-self.

5.Jekk il-Kummissjoni tagħti valutazzjoni negattiva għal pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tikkomunika valutazzjoni dovutament ġustifikata fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni tal-proposta mill-Istat Membru.

6.L-arranġamenti u l-iskeda għall-implimentazzjoni kif imsemmija fil-punt (d), l-indikaturi rilevanti relatati mal-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri previsti msemmija fil-punt (e), l-arranġamenti għall-għoti ta’ aċċess mill-Kummissjoni għad-data sottostanti msemmija fil-punt (f), u, jekk ikun xieraq, l-istadji importanti u l-miri addizzjonali relatati mal-iżborż tal-appoġġ għas-self imsemmi fil-punt (g) tal-paragrafu 4 għandhom jiġu spjegati ulterjorment f’arranġament operazzjonali li jrid jiġi miftiehem mill-Istat Membru kkonċernat u mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1.

7.L-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

Artikolu 18
Emendar tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istat Membru

1.Jekk il-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri rilevanti, ma jkunux għadhom jistgħu jinkisbu, la totalment u lanqas parzjalment, mill-Istat Membru kkonċernat minħabba ċirkostanzi oġġettivi, l-Istat Membru kkonċernat jista' jippreżenta talba motivata lill-Kummissjoni biex jemenda jew jissostitwixxi d-deċiżjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 17(1) 17(2). Għal dan l-għan, l-Istat Membru jista' jipproponi pjan għall-irkupru u r-reżiljenza modifikat jew ġdid.

2.Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat jiġġustifikaw emenda fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-pjan il-ġdid skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, u għandha tieħu deċiżjoni ġdida f’konformità mal-Artikolu 17 fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tat-talba.

3.Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li r-raġunijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat ma jiġġustifikawx emenda tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza, hija għandha tiċħad it-talba fi żmien erba’ xhur mill-preżentazzjoni uffiċjali tagħha, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni.

KAPITOLU IV

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 19
Regoli dwar il-pagamenti, is-sospensjoni u l-kanċellazzjoni ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji

1.Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) għandha tikkostitwixxi f'impenn legali individwali fis-sens tar-Regolament Finanzjarju, li jista’ jkun ibbażat fuq impenji globali. Jekk ikun xieraq, l-impenji baġitarji jistgħu jitqassmu f'pagamenti akkont annwali mifruxin fuq bosta snin.

2.Il-pagament tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Istat Membru kkonċernat skont dan l-Artikolu għandu jsir skont l-approprjazzjonijiet baġitarji u soġġett għall-finanzjament disponibbli. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni msemmijin f'dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).

3.Mat-tlestija tal-istadji importanti u l-miri rilevanti indikati fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvat fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni, l-Istat Membru kkonċernat għandu jippreżenta talba dovutament iġġustifikata lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja u, jekk ikun rilevanti, tal-porzjon tas-self. Dawn it-talbiet għall-ħlas jistgħu jiġu ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fuq bażi biennali. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba, jekk l-istadji importanti u l-miri rilevanti stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għall-fini tal-valutazzjoni, l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6) għandu jiġi kkunsidrat ukoll. Il-Kummissjoni tista’ tkun assistita minn esperti.

Jekk il-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni pożittiva, din għandha tadotta deċiżjoni li tawtorizza l-iżborż tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont ir-Regolament Finanzjarju.

4.Jekk, b’riżultat tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tistabbilixxi li l-istadji importanti u l-miri stabbiliti fid-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1) ma jkunux ġew implimentati b’mod sodisfaċenti, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha jew ta’ parti minnha għandu jiġi sospiż. L-Istat Membru kkonċernat jista’ jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni.

Is-sospensjoni għandha titneħħa jekk l-Istat Membru jkun ħa l-miżuri meħtieġa biex jiżgura implimentazzjoni sodisfaċenti tal-istadji importanti u l-miri msemmijin fl-Artikolu 17(1).

5.B’deroga mill-Artikolu 116(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-iskadenza tal-pagament għandha tibda tiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni tal-eżitu pożittiv lill-Istat Membru kkonċernat skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, jew mid-data tal-komunikazzjoni tat-tneħħija tas-sospensjoni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

6.Jekk l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ħa l-miżuri meħtieġa fi żmien sitt xhur mis-sospensjoni, il-Kummissjoni għandha tikkanċella l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-konklużjonijiet tagħha.

7.Jekk, fi żmien tmintax-il xahar mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(1), ma jkun sar l-ebda progress tanġibbli fir-rigward ta' kwalunkwe wieħed mill-istadji importanti u l-miri rilevanti mill-Istat Membru kkonċernat, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jiġi kkanċellat skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn mill-komunikazzjoni tal-valutazzjoni tagħha dwar sarx progress tanġibbli. 

8.Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu japplikaw mutatis mutandis għall-appoġġ ta’ self addizzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-ftehim ta’ self imsemmi fl-Artikolu 13, u tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 17(2).

KAPITOLU V

Rappurtar u Informazzjoni

Artikolu 20
Rappurtar mill-Istat Membru fis-Semestru Ewropew

L-Istat Membru kkonċernat għandu jirrapporta kull tliet xhur fil-proċess tas-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar fil-kisba tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza, inkluż l-arranġament operazzjonali msemmi fl-Artikolu 17(6). Għal dan il-għan, ir-rapporti ta’ kull tliet xhur tal-Istati Membri għandhom jiġu riflessi b’mod xieraq fil-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma, li għandhom jintużaw bħala għodda għar-rappurtar dwar il-progress lejn it-tlestija tal-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza.

Artikolu 21
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u komunikazzjoni dwar il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri

1.Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza kif approvati fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 17 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien żejjed. L-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob lill-Kummissjoni tħassar informazzjoni sensittiva jew kunfidenzjali, li d-divulgazzjoni tagħha tista' tipperikola l-interessi pubbliċi tal-Istat Membru.

2.Il-Kummissjoni tista’ tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni biex tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni għall-appoġġ finanzjarju previst fil-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza rilevanti, inkluż permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni konġunti mal-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati.

KAPITOLU VI

Komplementarjetà, monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 22
Koordinazzjoni u komplementarjetà

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati għandhom, f'miżura proporzjonata għar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, irawmu sinerġiji u jiżguraw koordinazzjoni effettiva bejn l-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni, u b'mod partikolari ma' miżuri ffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni. Għal dan il-għan, huma għandhom:

(a)jiżguraw il-komplementarjetà, is-sinerġija, il-koerenza u l-konsistenza bejn strumenti differenti fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni, kemm fil-fażi tal-ippjanar kif ukoll waqt l-implimentazzjoni;

(b)jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni biex jevitaw id-dupplikazzjoni tal-isforz; u

(c)jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn dawk responsabbli għall-implimentazzjoni fil-livelli tal-Unjoni, nazzjonali u, jekk ikun xieraq, reġjonali biex jinkisbu l-objettivi tal-istrumenti stabbiliti skont dan ir-Regolament.

Artikolu 23
Monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha timmonitorizza l-implimentazzjoni tal-Faċilità u tikkalkula l-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4. L-indikaturi li jridu jintużaw għar-rappurtar dwar il-progress u għall-fini tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Faċilità lejn il-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi huma stabbiliti fl-Anness III. Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandu jkun immirat u proporzjonat għall-attivitajiet imwettqin taħt il-Faċilità.

2.Is-sistema tar-rappurtar tal-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u r-riżultati jinġabru b’mod effiċjenti, effikaċi u fil-ħin. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni.

Artikolu 24
Rapport annwali

1.Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Faċilità stabbilita f’dan ir-Regolament.

2.Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-progress li sar bil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri kkonċernati taħt il-Faċilità.

3.Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni li ġejja:

(a)Il-volum tar-rikavati assenjati għall-Faċilità permezz tal-Istrument ta’ Rkupru mill-Unjoni Ewropea fis-sena ta’ qabel, imqassam skont il-linja tal-baġit, u

(b)il-kontribuzzjoni tal-ammonti miġbura permezz tal-Istrument ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea għall-kisbiet tal-objettivi tal-Faċilità.

4.Għall-fini tar-rappurtar dwar l-attivitajiet imsemmijin fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista' tuża l-kontenut tad-dokumenti rilevanti adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew, ikun kif xieraq.

Artikolu 25
Evalwazzjoni u evalwazzjoni ex post tal-Faċilità

1.Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport ta’ evalwazzjoni indipendenti dwar l-implimentazzjoni tiegħu u rapport ta’ evalwazzjoni ex post indipendenti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem l-2027.

2.Ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu, b’mod partikolari, jivvaluta sa fejn intlaħqu l-objettivi, l-effiċjenza tal-użu tar-riżorsi u l-valur miżjud Ewropew. Huwa għandu jindirizza wkoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi u l-azzjonijiet kollha.

3.Jekk ikun xieraq, l-evalwazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn proposta għall-emendar ta’ dan ir-Regolament.

4.Ir-rapport tal-evalwazzjoni ex post għandu jikkonsisti minn valutazzjoni globali tal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament u għandu jinkludi informazzjoni dwar l-impatt tiegħu fit-tul.

KAPITOLU VII

Komunikazzjoni u dispożizzjonijiet finali

Artikolu 26
Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-istrumenti stabbiliti minn dan ir-Regolament, mal-azzjonijiet u mar-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-istrumenti stabbilita minn dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi msemmijin fl-Artikolu 4.

Artikolu 27
Proċedura ta' kumitat

1.    Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Jekk issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 28
Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / L-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / l-inizjattiva

1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB

1.3.Natura tal-proposta / l-inizjattiva

1.4.Għan(ijiet)

1.5.Raġunijiet għall-proposta / l-inizjattiva

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

1.7.Il-mod(i) ta’ ġestjoni ppjanati

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA / L-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa milquta

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa 

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / L-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / l-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

1.2.Qasam / oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM / ABB 23  

Koeżjoni

Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji

1.3.Natura tal-proposta / l-inizjattiva

X Il-proposta / l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida 

 Il-proposta / l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja 24  

 Il-proposta / l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta / l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida 

1.4.Għan(ijiet)

1.4.1.L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta / l-inizjattiva

L-għan strateġiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza huwa li jippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jtejjeb ir-reżiljenza u l-kapaċità ta’ aġġustament u l-konverġenza tal-Istati Membri u jappoġġa t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u tal-enerġija, u b’hekk jikkontribwixxi għar-restawr tal-potenzjal tat-tkabbir tal-ekonomiji tal-Istati Membri wara l-kriżi COVID-19, u biex irawwem it-tkabbir sostenibbli.

1.4.2.Għan(ijiet) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM / ABB

Għan speċifiku Nru

L-għan speċifiku huwa li l-Istati Membri jingħataw appoġġ finanzjarju (“għotjiet” u “self”) bil-ħsieb li jinkisbu l-istadji importanti u l-miri tar-riformi u l-investiment kif stabbilit fil-pjanijiet tal-irkupru u r-reżiljenza li l-Istati Membri se jippreżentaw u l-Kummissjoni tapprova. L-għan speċifiku se jiġi segwit f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati.

Attività / attivitajiet ABM / ABB ikkonċernata/i

[…]

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta / l-inizjattiva jenħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji / gruppi fil-mira.

L-appoġġ finanzjarju mill-Faċilità huwa marbut mal-kisba tar-riżultati; għaldaqstant, il-Faċilità hija mistennija li tikkontribwixxi għat-titjib tar-reżiljenza u l-kapaċità ta’ aġġustament tal-Istati Membri u biex terġa’ taqbad it-triq tal-irkupru ekonomiku u tat-tkabbir sostenibbli; dan se jinkludi wkoll il-kontribuzzjoni għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u jiżgura l-ġustizzja tal-proċess sa fejn huma kkonċernati s-setturi soċjali.

1.4.4.Indikaturi ta’ riżultati u impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta / l-inizjattiva.

Indikaturi tal-output:

għadd ta’ pjanijiet kif approvati mill-Kummissjoni;

kontribuzzjoni finanzjarja globali allokata lill-pjanijiet;

Indikaturi tar-riżultati: 

għadd ta’ pjanijiet implimentati; 

Indikaturi tal-impatt

l-għanijiet stabbiliti fil-pjanijiet, li nkisbu, fost l-oħrajn, minħabba l-appoġġ finanzjarju riċevut

1.5.Raġunijiet għall-proposta / l-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li għandhom jintlaħqu fi żmien qasir jew twil

L-iżvilupp ta’ ekonomiji sodi u reżiljenti u sistemi finanzjarji mibnija fuq strutturi ekonomiċi u soċjali b’saħħithom se jgħin lill-Istati Membri jirreaġixxu b’mod aktar effiċjenti għax-xokkijiet u jirkupraw minnhom aktar malajr. Ir-riformi u l-investimenti biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet strutturali tal-ekonomiji u biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom huma għalhekk essenzjali biex l-ekonomiji jerġgħu lura fuq perkors ta’ rkupru sostenibbli u jevitaw aktar twessigħ tad-diverġenzi fl-Unjoni.

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Azzjoni fil-livell tal-Unjoni hija meħtieġa biex jinkiseb irkupru ekonomiku rapidu u robust fl-Unjoni. Dan l-għan ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri jaġixxu waħedhom, filwaqt li l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur addizzjonali billi jistabbilixxi strumenti mmirati biex jappoġġaw finanzjarjament lill-Istati Membri fir-rigward tat-tfassil u l-implimentazzjoni tar-riformi u l-investimenti tant meħtieġa. Tali appoġġ jikkontribwixxi għall-mitigazzjoni wkoll tal-impatt soċjetali kkawżat mill-kriżi.

1.5.3.Tagħlimiet minn esperjenzi simili fil-passat

Strumenti oħra fil-livell tal-Unjoni jappoġġaw l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u l-investimenti. Min-naħa tal-politika, ir-rakkomandazzjonijiet ta’ politika pprovduti mill-Unjoni permezz tas-Semestru Ewropew jidentifikaw il-prijoritajiet ta’ riforma u investiment. Il-fondi tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk koperti mir-Regolament (UE) Nru XXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [CPR] jiffinanzjaw proġetti ta’ investiment li jeħtieġu konċentrazzjoni tematika u li ċerti kundizzjonijiet abilitanti jiġu ssodisfati. InvestEU jipprovdi finanzjament għal proġetti ta’ investiment privat taħt twieqi ta’ politika differenti, mhux neċessarjament marbuta ma’ sforzi ta’ riforma.

L-ebda wieħed minn dawn l-istrumenti ma jipprovdi appoġġ finanzjarju dirett u komprensiv fil-forma ta’ “għotjiet” u “self” lill-Istati Membri fid-dawl tat-twettiq tar-riżultati relatati mal-pjanijiet ta’ rkupru għal riformi u investimenti. Dan se jkun il-mod ta’ twassil distint tal-Faċilità.

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra.

Il-Faċilità se tkun il-komplementarjetà u se tiżgura sinerġiji ma’ programmi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari l-proġetti ffinanzjati mill-fondi strutturali u ta’ koeżjoni u mill-InvestEU; dan se jikkontribwixxi biex jingrana l-użu tal-fondi tal-Unjoni u biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet. Għal dan il-għan, l-ewwel nett l-Istati Membri huma meħtieġa jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti dwar il-finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni meta jissottomettu l-pjanijiet tagħhom lill-Kummissjoni; it-tieni, l-appoġġ finanzjarju mill-Faċilità se jkun addizzjonali għall-appoġġ ipprovdut taħt fondi u programmi oħra tal-Unjoni, f’dik ir-riforma u proġetti ta’ investiment jistgħu jirċievu finanzjament minn programmi u strumenti oħra tal-Unjoni sakemm appoġġ bħal dan ma jkoprix l-istess kostijiet; it-tielet, se tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn il-Faċilità u programmi oħra tal-Unjoni u l-fondi tal-Unjoni permezz ta’ governanza msaħħa fi ħdan l-arranġamenti ta’ ħidma interni tal-Kummissjoni. Id-deċiżjonijiet li jipprovdu appoġġ finanzjarju lil Stat Membru se jqisu l-miżuri ffinanzjati mill-fondi u l-programmi tal-Unjoni, u l-ħtieġa li jiġi evitat finanzjament doppju. Barra minn hekk, ir-riformi u l-investimenti li se jibbenefikaw minn appoġġ finanzjarju permezz tal-istrumenti se jiġu identifikati fil-kuntest tas-Semestru Ewropew.

1.6.It-tul ta’ żmien u l-impatt finanzjarju

 Proposta / inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

   Proposta / inizjattiva b’effett minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

X Impatt finanzjarju mill-2021 sal-2024 għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

X Proposta / inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS

segwita minn operazzjoni sħiħa.

1.7.Il-mod(i) ta’ ġestjoni ppjanati 25

X Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta b’delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit:

pajjiżi terzi jew il-korpi li ħatru;

organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi imsemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sa fejn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li huma fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod ta’ ġestjoni wieħed, ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”

Kummenti

mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Indikaturi speċifiċi tal-output, tar-riżultati u tal-impatt se jiġu definiti f’kull pjan approvat mal-Istati Membri, biex il-kisba tal-għanijiet u l-miri tiġi stabbilita bħala kundizzjoni biex jingħata l-appoġġ finanzjarju.

L-Istati Membri se jirrapportaw kull tliet xhur fis-Semestru Ewropew dwar il-progress li jkun sar lejn l-istadji importanti u l-miri. Il-Kummissjoni se tirrapporta wkoll kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Se ssir evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni ex post bil-għan li jiġu vvalutati l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-relevanza, u l-koerenza tal-Faċilità.

Il-Kummissjoni se tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-kummenti tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/i identifikat(i)

Ir-riskju jirrelata mal-kejl tal-prestazzjoni (nuqqas ta’ kisba ta’ miri /stadji importanti definiti minn qabel).

Il-miżuri li se jiġu implimentati biex jiġu mmitigati dawn ir-riskji huma dawn li ġejjin:

   proċess ta’ evalwazzjoni bir-reqqa qabel l-iżborż ta’ fondi biex jintlaħqu l-istadji / il-miri mill-Istati Membri benefiċjarji;

   l-attivazzjoni ta’ sospensjoni, u l-kanċellazzjoni ta’ pagamenti f’każ ta’ nuqqas ta’ lħuq tal-istadji / il-miri minn Stati Membri benefiċjarji.

2.2.2.Informazzjoni dwar is-sistema ta’ kontroll interna stabbilita

Il-Faċilità se tiġi implimentata b’ġestjoni diretta mill-Kummissjoni skont ir-Regolament Finanzjarju.

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ żball.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja se tiġi pprovduta lill-Istat Membru fil-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kost imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

2.3.Miżuri ta’ prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika miżuri eżistenti jew previsti ta’ prevenzjoni u protezzjoni.

Jeżistu dispożizzjonijiet standard fil-proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Id-DĠ REFORM se japplika l-Istrateġija tiegħu ta’ Kontra l-Frodi, filwaqt li jqis il-proporzjonalità u l-kost-benefiċċju tal-miżuri li jridu jiġu implimentati.

Il-proċessi xierqa ta’ kontroll intern japplikaw fil-livelli ta’ ġestjoni u jitfasslu biex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli għall-kisba tal-objettivi li ġejjin: l-effikaċja, l-effiċjenza u l-ekonomija tal-operazzjonijiet; l-affidabbiltà tar-rappurtar; is-salvagwardja tal-assi u tal-informazzjoni; ġestjoni adegwata tar-riskji relatati mal-legalità u mar-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti, u l-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u s-segwitu ta’ frodi u irregolaritajiet.

3.STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA / L-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa milquta

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff. / Mhux diff 26 .

minn pajjiżi tal-EFTA 27

minn pajjiżi kandidati 28

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

Diff. / Mhux diff.

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’ 
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………………………]

Diff. / Mhux diff.

minn pajjiżi tal-EFTA

minn pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

fis-sens tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

IVA/LE

3.2.Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Minbarra n-nefqa amministrattiva taħt l-Intestatura 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali, in-nefqa proposta marbuta mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza se tkun koperta minn EUR 267 955 000 000 (fi prezzijiet attwali) fil-forma ta’ self u EUR 334 950 000 000 (fi prezzijiet attwali) magħmula disponibbli bħala dħul assenjat estern, fis-sens tal-Artikolu 21(5) tar-Regolament Finanzjarju, li jirriżultaw mill-operazzjonijiet ta’ self tal-Unjoni kif stabbilit fir-Regolament (UE) XXX/XX [ir-Regolament EURI].

Minn dan l-ammont, jistgħu jiġu allokati sa EUR 42 000 000 għan-nefqa amministrattiva.

It-tqassim indikattiv tan-nefqa huwa kif ġej (EUR miljun, fi prezzijiet attwali):

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Sena 
2021

Sena 
2022

Sena 
2023

Sena 
2024

Sena 
2025

Sena 
2026

Sena 
2027

Snin ta’ wara

TOTALI

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

Self

Ftehimiet iffirmati

(1)

132 651.000

135 304.000

-

-

-

-

-

-

267 955.000

Pagamenti tas-self

(2)

39 795.300

73 753.950

66 988.750

60 356.200

27 060.800

-

-

-

267 955.000

Għotjiet

Impenji

(1a)

131 580.000

134 211.000

34 228.000

34 913.000

6.000

6.000

6.000

-

334 950.000

Pagamenti

(2a)

19 742.100

53 030.250

78 162.750

86 952.550

59 129.300

25 743.850

10 443.850

1 745.350

334 950.000

li minnhom approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett imsemmi hawn fuq għal għotjiet

6.000

6.000

6.000

6.000

6.000

6.000

6.000

-

42.000

 





Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTALI

Il-Kummissjoni (ECFIN, SG)

• Riżorsi umani

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

15,750

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTALI Il-Kummissjoni (ECFIN, SG)

Approprjazzjonijiet

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

15,750

Approprjazzjonijiet TOTALI 
skont L-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Impenji totali = pagamenti totali)

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

15,750

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTALI

Approprjazzjonijiet TOTALI
taħt L-INTESTATURI minn 1 sa 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

15,750

Pagamenti

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

15,750

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenji f’EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Indika l-għanijiet u l-outputs

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTALI

OUTPUTS

Tip 29

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru Totali

Kost Totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 30

- Output

- Output

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2…

- Output

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.L-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTALI

INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

15,750

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

2,250

15,750

Barra mill-INTESTATURA 5 31  
of the multiannual financial framework

Riżorsi umani

6,000

6,000

6,000

6,000

6,000

6,000

6,000

42,000

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7 
tal-qafas finanzjarju pluriennali

6,000

6,000

6,000

6,000

6,000

6,000

6,000

42,000

TOTALI

8,250

8,250

8,250

8,250

8,250

8,250

8,250

57,750

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqiet oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.3.2.Stima tar-rekwiżiti ta’ riżorsi umani

   Il-proposta / l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li għandha tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

15

15

15

15

15

15

15

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE) 32

XX 01 02 01 (AC, END, INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL , END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  33

- fil-Kwartieri

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħra (speċifika)

75

75

75

75

75

75

75

TOTALI

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu sodisfatti mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li jkunu ġew immobilizzati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li għandhom jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju

Persunal estern

3.2.4.Il-kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali

   Il-proposta / l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta / l-inizjattiva se tinvolvi il-programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega r-riprogrammar meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji konċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta / l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta / l-inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn terzi persuni.

Il-proposta / l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Totali

Speċifika l-entità ta’ kofinanzjament 

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati

 

3.3.Stima tal-impatt fuq id-dħul

   Il-proposta / l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta / l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq riżorsi proprji

   fuq dħul mixxellanju

EUR miljuni (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja ta’ dħul tal-baġit:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Natura tal-proposta / l-inizjattiva 34

Sena 
N

Sena 
N+1

Sena 
N+2

Sena 
N+3

Daħħal is-snin kollha meħtieġa biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

L-Artikolu ………….

Għad-dħul mixxellanju “assenjat”, speċifika l-linja/i tan-nefqa tal-baġit milquta.

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. 

(1)    2018/0213 (COD). Brussell, 31.5.2018 COM(2018) 391 final.
(2)    2019/0161 (COD), Brussell, 24.7.2019 COM(2019) 354 final.
(3)    ĠU…
(4)    ĠU…
(5)    COM (2020) 139 final, Brussell, 2.4.2020.
(6)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1). [referenzi tal-ĠU stabbiliti biss fl-ewwel paġna.]
(7)    ĠU L 140 of 27.5.2013.
(8)    ĠU L 53 of 23.2.2002.
(9)    ĠU C , , p. .
(10)    ĠU C , , p. .
(11)    ĠU L 140 of 27.5.2013.
(12)    ĠU L 53 of 23.2.2002.
(13)    Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(14)    Ir-Regolament (UE, Euratom ) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L248, 18.9.2013, p. 1)
(15)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p.1)
(16)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L292, 15.11.96, p. 2)
(17)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L283, 31.10.2017, p.1)
(18)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)
(19)    ĠU C , , p. .
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 tas-7 ta’ Lulju 1997 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta’ pożizzjonijiet ta’ baġit u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta’ politika ekonomika (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1)
(21)    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika.
(22)    […]
(23)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(24)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju
(25)    Id-dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html
(26)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(27)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles
(28)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(29)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: għadd ta’ skambji tal-istudenti ffinanzjati, għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.)
(30)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2 “Għan(ijiet) speċifiku/ċi…”
(31)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(32)    AC= Persunal Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Żgħażagħ f’Delegazzjonijiet.
(33)    Sottolimitu massimu għall-persunal estern kopert mill-approprjazzjonijiet operazzjonali (linji li qabel kienu “BA”).
(34)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 28.5.2020

COM(2020) 408 final

ANNESSI

tal-Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi Faċilità għall-Irkupru u għar-Reżiljenza


ANNESS I

Metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima (jiġifieri l-appoġġ finanzjarju mhux ripagabbli) għal kull Stat Membru taħt il-Faċilità

Dan l-anness jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima disponibbli għal kull Stat Membru. Il-metodu jqis:

·il-popolazzjoni;

·l-invers tal-PDG per capita;

·ir-rata medja tal-qgħad matul dawn l-aħħar ħames snin imqabbla mal-medja tal-UE (2015-2019).

Biex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta’ riżorsi:

·il-PDG invers per capita huwa limitat għal 150 % tal-medja tal-UE

·id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad ta’ pajjiż individwali mill-medja tal-UE hija limitata għal 150 % tal-medja tal-UE

·biex jitqiesu s-swieq tax-xogħol ġeneralment aktar stabbli ta’ Stati Membri aktar sinjuri (b’ING per capita ogħla mill-medja tal-UE), id-devjazzjoni tar-rata tal-qgħad tagħhom mill-medja tal-UE hija limitata għal 75 %.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja massima ta’ Stat Membru taħt il-Faċilità () hija definita kif ġej:

fejn:

FS (Appoġġ Finanzjarju) huwa l-pakkett finanzjarju disponibbli taħt il-Faċilità kif imsemmi fl-Artikolu 5(1)(a); u

hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-Istat Membru i, definit bħala:

,

b’1. 

u b’ u 0,75 għal Stati Membri bi

Bi:

hija l-koeffiċjent tal-allokazzjoni tal-pajjiż i

Huwa l-Prodott Domestiku Gross per capita tal-2019 tal-pajjiż i,

 Il-prodott Domestiku Gross per capita ponderat tal-2019 tal-Istati Membri tal-EU-27,

hija l-popolazzjoni totali tal-2019 fil-pajjiż i,

hija l-popolazzjoni totali tal-2019 fl-Istati Membri tal-EU-27

hija r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 tal-pajjiż i

hija r-rata medja tal-qgħad matul il-perjodu 2015-2019 fl-EU-27 

L-applikazzjoni tal-metodoloġija se tirriżulta fis-sehem u l-ammont li ġejjin għall-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal kull Stat Membru.

ANNESS II

Gwida tal-valutazzjoni għall-Faċilità

1. Ambitu

L-għan ta’ dawn il-linji gwida tal-valutazzjoni huwa li jservu flimkien ma’ dan ir-Regolament bħala bażi biex il-Kummissjoni tivvaluta - b’mod trasparenti u ekwu - il-proposti għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri u biex tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja f’konformità mal-għanijiet u ma’ kwalunkwe rekwiżit ieħor rilevanti stabbilit f’dan ir-Regolament. Dawn il-linji gwida b’mod partikolari jirrappreżentaw il-bażi għall-applikazzjoni tal-kriterji tal-valutazzjoni u għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 16(3) u 17(3).

Il-linji gwida tal-valutazzjoni huma mfassla biex:

(a) jagħtu gwida ulterjuri dwar il-proċess tal-valutazzjoni tal-proposti għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri;

(b) jipprovdu aktar dettalji dwar il-kriterji tal-valutazzjoni u jistipulaw sistema ta’ klassifikazzjoni, li trid tiġi stabbilita bil-ħsieb li tiżgura proċess ekwu u trasparenti; u

(c) jiddefinixxu r-rabta bejn il-valutazzjoni li trid issir mill-Kummissjoni skont il-kriterji tal-valutazzjoni u d-determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja li trid tiġi stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza magħżulin.

Il-linji gwida huma għodda biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposti għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza kif ippreżentati mill-Istati Membri, u biex jiġi żgurat li l-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza jappoġġaw riformi u investiment pubbliku li huma rilevanti u juru valur miżjud għoli, filwaqt li jiżguraw trattament ugwali fost l-Istati Membri.

2. Kriterji tal-valutazzjoni

Skont l-Artikolu 16(3), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza, u l-kontribut tagħhom għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u għal dak il-għan, hija għandha tqis il-kriterji li ġejjin:

(a)jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi kruċjali identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew;

(b)jekk il-pjan jinkludix miżuri li effettivament jikkontribwixxu għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew għall-indirizzar tal-isfidi li jirriżultaw minnhom;

(c)jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat;

(d)jekk il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwiex mistenni li jikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta’ tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

(e)jekk il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentat hijiex raġonevoli u plawżibbli u hijiex proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija;

(f)jekk il-pjan ta’ rkupru u ta’ reżiljenza fihx miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u ta’ proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti;

(g) jekk l-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati humiex mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza, inklużi l-iskeda ta’ żmien prevista, l-istadji importanti u l-miri, u l-indikaturi relatati.

Bħala riżultat tal-proċess ta’ valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti klassifikazzjonijiet għall-pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza ppreżentati mill-Istati Membri, skont kull wieħed mill-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3), sabiex tivvaluta l-importanza u l-koerenza tal-pjanijiet u bil-għan li tistabbilixxi l-allokazzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 17(3).

Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u effiċjenza, is-sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tvarja minn A sa C, kif stabbilit f’dan li ġej:

2.1 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi kruċjali identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- Il-pjan ta’ rkupru u ta’ reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inklużi l-aspetti fiskali, jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew indirizzati lill-Istati Membri kkonċernati,

u,

- dawn l-isfidi huma meqjusa bħala kruċjali biex tingħata spinta lill-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat,

u,

Wara t-tlestija tar-riformi u l-investimenti proposti, l-isfidi relatati jkunu mistennija li jiġu solvuti jew indirizzati b’mod sodisfaċenti.

u

- Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jirrappreżenta rispons komprensiv u adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat;

Klassifikazzjoni

A – Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati b’mod effettiv l-isfidi kruċjali identifikati fis-CSRs, jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew, u l-pjan jirrappreżenta rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

B – Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati parzjalment l-isfidi kruċjali identifikati fis-CSRs, jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew u l-pjan jirrappreżenta rispons parzjalment adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

C – Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza ma jikkontribwixxi biex tiġi indirizzata l-ebda sfida kruċjali identifikata fis-CSRs, jew f’dokumenti rilevanti oħra adottati uffiċjalment mill-Kummissjoni fis-Semestru Ewropew u l-pjan ma jirrappreżentax rispons adegwat għas-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat.

2.2 Il-pjan jinkludi miżuri li jikkontribwixxu b’mod effettiv għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jew biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw minnhom.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiġu stabbiliti sistemi favur il-klima u l-ambjent u biex is-setturi ekonomiċi jew soċjali jsiru aktar ekoloġiċi bil-għan li jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali ta’ Ewropa newtrali għall-klima sal-2050;

jew

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-trasformazzjoni diġitali tas-setturi ekonomiċi jew soċjali;

jew

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi li jirriżultaw mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u/jew diġitali

u

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Klassifikazzjoni

A – Sa punt għoli

B – Sa punt moderat

C – Sa punt baxx

2.3 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jkollu impatt fit-tul fuq l-Istat Membru kkonċernat

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija twassal għal bidla strutturali fl-amministrazzjoni jew fl-istituzzjonijiet rilevanti;

jew

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija twassal għal bidla strutturali f’politiki rilevanti;

kif ukoll

- l-implimentazzjoni tal-miżuri previsti hija mistennija li jkollha impatt fit-tul.

Klassifikazzjoni

A – Sa punt għoli

B – Sa punt moderat

C – Sa punt baxx

2.4 Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi b’mod effettiv għat-tisħiħ tal-potenzjal ta’ tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali tal-Istat Membru, inaqqas l-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u jikkontribwixxi biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- Il-pjan ta’ rkupru u ta’ reżiljenza fih miżuri li għandhom l-għan li jindirizzaw id-dgħufijiet tal-ekonomija tal-Istati Membri u li jagħtu spinta lill-potenzjal ta’ tkabbir tal-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat, li jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u jtaffu l-effetti negattivi tal-kriżi, filwaqt li jevitaw impatti negattivi ta’ dawk il-miżuri fuq il-klima u l-ambjent.

u

- il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mmirat biex inaqqas il-vulnerabbiltà tal-ekonomija tal-Istat Membru għax-xokkijiet,

jew

- il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mmirat biex iżid il-kapaċità tal-istrutturi ekonomiċi u/jew soċjali tal-Istat Membru sabiex jaġġustaw għax-xokkijiet u jirreżistu għalihom

u

il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa mistenni li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Klassifikazzjoni

A – Impatt għoli mistenni fuq il-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza ekonomika u soċjali, u fuq il-koeżjoni

B – Impatt medju mistenni fuq il-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza ekonomika u soċjali, u fuq il-koeżjoni

C – Impatt baxx mistenni fuq il-potenzjal tat-tkabbir u r-reżiljenza ekonomika u soċjali, u fuq il-koeżjoni

2.5 Il-ġustifikazzjoni mogħtija mill-Istat Membru dwar l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza hija raġonevoli u plawżibbli u hija proporzjonata mal-impatt mistenni fuq l-ekonomija u l-impjiegi;

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-ispiża totali stmata tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa xieraq (“raġonevoli”);

u

- l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-ispiża totali stmata tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa konformi man-natura u mat-tip tar-riformi u l-investimenti previsti (“plawżibbli”).

 

u

- l-Istat Membru pprovda biżżejjed informazzjoni u evidenza li l-ammont tal-ispiża totali stmata tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza li għandu jiġi ffinanzjat skont l-istrument mhuwiex kopert minn finanzjament eżistenti jew ippjanat tal-Unjoni.

u

- l-ammont tal-ispiża totali stmata tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza huwa proporzjonat għall-impatt mistenni tal-miżuri previsti inklużi fil-pjan fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat.

Klassifikazzjoni

A – Sa punt għoli

B – Sa punt medju

C – Sa punt baxx

2.6. Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza fih miżuri għall-implimentazzjoni ta’ riformi u proġetti ta’ investiment pubbliku li jirrappreżentaw azzjonijiet koerenti.

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jinkludi miżuri li jikkontribwixxu biex isaħħu l-effetti ta’ xulxin.

Klassifikazzjoni

A – Sa punt għoli

B – Sa punt medju

C – Sa punt baxx

2.7 L-arranġamenti proposti mill-Istati Membri kkonċernati huma mistennija jiżguraw implimentazzjoni effettiva tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza, inklużi l-istadji importanti u l-miri proposti, u l-indikaturi relatati

Il-Kummissjoni għandha tqis l-elementi li ġejjin għall-valutazzjoni skont dan il-kriterju:

Ambitu

- struttura fl-Istat Membru tingħata r-responsabblità għal: (i) l-implimentazzjoni tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza; (ii) il-monitoraġġ tal-progress lejn l-istadji importanti u l-miri; u (iii) ir-rappurtar;

u

- l-istadji importanti u l-miri proposti huma ċari u realistiċi; u l-indikaturi proposti huma rilevanti, aċċettabbli u robusti;

u

- l-arranġamenti kumplessivi, proposti mill-Istati Membri f’termini tal-organizzazzjoni (inkluża dispożizzjoni biex tkun żgurata allokazzjoni suffiċjenti tal-persunal) tal-implimentazzjoni tar-riforma u l-investiment, huma kredibbli.

Klassifikazzjoni

A – Arranġamenti adegwati għall-implimentazzjoni effettiva

B – Arranġamenti minimi għall-implimentazzjoni effettiva

C – Arranġamenti mhux suffiċjenti għall-implimentazzjoni effettiva

3. Determinazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-istrument baġitarju għall-irkupru u r-reżiljenza

F’konformità mal-Artikolu 17(3), il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-kontribuzzjoni finanzjarja filwaqt li tqis l-importanza u l-koerenza tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza propost mill-Istat Membru kkonċernat, kif ivvalutat skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17(3). Għal dak il-għan, hija għandha tapplika l-kriterji li ġejjin:

(a)fejn il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jkun ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 10, jew ogħla minnha, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru kkonċernat għandha tkun ugwali għall-ammont totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima msemmija fl-Artikolu 10;

(b)fejn il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jkun konformi b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), u l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jkun inqas mill-kontribuzzjoni finanzjarja massima għal dak l-Istat Membru msemmi fl-Artikolu 10, il-kontribuzzjoni finanzjarja allokata lill-Istat Membru għandha tkun ugwali għall-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza;

(c)fejn il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza ma jikkonformax b’mod sodisfaċenti mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 16(3), l-ebda kontribuzzjoni finanzjarja ma għandha tiġi allokata lill-Istat Membru kkonċernat.

Għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan is-subparagrafu, il-formuli li ġejjin għandhom japplikaw:

għal (a) hawn fuq:

għal (b) hawn fuq:

fejn:

i tirreferi għall-Istat Membru kkonċernat

MFC hija l-kontribuzzjoni finanzjarja massima għall-Istat Membru kkonċernat

C huwa l-ammont tal-ispejjeż totali stmati tal-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza

Bħala riżultat tal-proċess ta’ valutazzjoni, u filwaqt li jitqiesu l-klassifikazzjonijiet:

Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza jikkonforma b’mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:

Jekk il-klassifikazzjoni finali għall-kriterji 2.1 sa 2.7 tinkludi punteġġi b’:

- A għall-kriterji 2.1 u 2.2;

u għall-kriterji l-oħrajn:

- kollha A,

jew

- maġġoranza ta’ A fuq B u l-ebda C,

Il-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza ma jikkonformax b’mod sodisfaċenti mal-kriterji tal-valutazzjoni:

Jekk il-klassifikazzjoni finali għall-kriterji 2.1 sa 2.7 tinkludi punteġġi b’:

- mhux A fil-kriterji 2.1 u 2.2;

u għall-kriterji l-oħrajn:

- maġġoranza ta’ B fuq A

jew

- mill-inqas C waħda

ANNESS III

Indikaturi

Il-kisba tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4 għandha titkejjel abbażi tal-indikaturi li ġejjin, maqsumin skont l-Istat Membru u skont il-qasam ta’ intervent.

L-indikaturi għandhom jintużaw skont id-data u l-informazzjoni disponibbli, inkluża data kwantitattiva u/jew kwalitattiva.

   Indikaturi tal-output:

(a)l-għadd ta’ pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza kif approvat fl-att ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni;

(b)il-kontribuzzjoni finanzjarja kumplessiva allokata għall-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza;

   Indikaturi tar-riżultati: 

(c)l-għadd ta’ pjanijiet tal-irkupru u tar-reżiljenza implimentati; 

Indikaturi tal-impatt stabbiliti minn dan ir-Regolament

(d)L-għanijiet stabbiliti fil-pjan tal-irkupru u tar-reżiljenza, li nkisbu, fost l-oħrajn, minħabba l-appoġġ finanzjarju kumplessiv (inkluż, fejn xieraq, l-appoġġ għal self) riċevuti taħt il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza stabbilita b’dan ir-Regolament;

L-evalwazzjoni ex post imsemmija fl-Artikolu 25 għandha ssir mill-Kummissjoni wkoll bil-għan li jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-appoġġ finanzjarju kumplessiv (inkluż, fejn xieraq, l-appoġġ għal self) mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-implimentazzjoni tal-miżuri rilevanti fl-Istat Membru kkonċernat bil-ħsieb li jissaħħu l-irkupru, ir-reżiljenza, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-koeżjoni.