Brussell, 2.4.2020

COM(2020) 138 final

2020/0054(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Raġunijiet u objettivi tal-proposta

L-effetti diretti u indiretti tat-tifqigħa tal-COVID-19 qed ikomplu jiżdiedu fl-Istati Membri kollha. Is-sitwazzjoni attwali hija bla preċedent u f’dawn iċ-ċirkustanzi tirrikjedi li jiġu applikati miżuri eċċezzjonali adattati għas-sitwazzjoni.

L-ewwel pakkett ta’ miżuri propost mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Marzu 2020 introduċa għadd ta’ bidliet importanti li jippermettu reazzjoni aktar effettiva fis-sitwazzjoni attwali. Sadanittant, l-effetti fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna komplew isiru dejjem aktar serji. Għaldaqstant huwa neċessarju – bħala parti mit-tieni sett ta’ miżuri – li mmorru lil hinn minn dak li huwa diġà possibbli u nagħtu flessibilità addizzjonali eċċezzjonali b’reazzjoni għas-sitwazzjoni attwali bla preċedent, u dan wassal għall-attivazzjoni tal-klawżola liberatorja ġenerali skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ kollu mill-Fondi jkun jista’ jiġi mobilizzat biex jiġu indirizzati l-effetti tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna, bħala miżura temporanja u eċċezzjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli li jenħtieġ li japplikaw f’ċirkustanzi regolari, huwa neċessarju li tkun permessa l-possibbiltà temporanja ta’ kofinanzjament ta’ 100 % mill-baġit tal-UE għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ politika ta’ koeżjoni, kif ukoll possibbiltajiet addizzjonali ta’ trasferiment bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond ta’ Koeżjoni, u bejn il-kategoriji ta’ reġjuni. Barra minn hekk, ġie propost li l-Istati Membri jiġu eżentati mill-ħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika, biex ikun jista’ jsir ridirezzjonar tar-riżorsi lejn iż-żoni l-aktar milquta mill-kriżi attwali. Din id-deroga tippermetti li r-riżorsi kollha disponibbli mill-FEŻR, mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-FSE jiġu mobilizzati biex jingħelbu l-isfidi bla preċedent li l-Istati Membri qed iħabbtu wiċċhom magħhom minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. L-Istati Membri u r-reġjuni se jkunu jistgħu jimmobilizzaw aktar riżorsi biex jiskalaw u jestendu l-iskemi tal-qgħad parzjali, biex jappoġġjaw il-kapital operatorju tal-SMEs u għal nefqa immedjata fis-settur tal-kura tas-saħħa.

Barra minn hekk, sabiex jiġi eliminat il-piż amministrattiv, li mhuwiex neċessarju fiċ-ċirkustanzi attwali, minn fuq l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali u Ewropej li jirriżulta mill-modifika tal-programmi, huwa neċessarju wkoll li ma jiġux emendati l-Ftehimiet ta’ Sħubija u li tiġi posposta l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni fl-2020, kif ukoll l-iskadenza għar-rapporti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom. Barra minn hekk, se jiġu simplifikati ċerti rekwiżiti proċedurali marbuta mal-awditi u mal-istrumenti finanzjarji. Minħabba l-limiti attwali biex jitwettaq xogħol ta’ awditjar neċessarju, fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE, tal-FEMS u tal-Fond ta’ Koeżjoni, jenħtieġ li tiġi prevista b’mod espliċitu l-possibbiltà li jintuża metodu mhux statistiku ta’ teħid ta’ kampjuni. Sabiex ikun jista’ jsir aġġustament mill-ġdid malajr tal-istrumenti finanzjarji biex ikun hemm reazzjoni effettiva għat-tifqigħa tal-COVID-19, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa aktar ir-rieżami u l-aġġornament tal-valutazzjoni ex ante u d-dokumenti ta’ prova li juru li l-appoġġ li ngħata ntuża għall-iskop maħsub tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-possibbiltajiet għall-appoġġ għall-kapital operatorju permezz tal-istrumenti finanzjarji jiġu estiżi għall-FAEŻR.

Fl-aħħar nett, ġie propost li jiġi permess li l-FEŻR jappoġġja lill-impriżi f’diffikultajiet minħabba dawn iċ-ċirkustanzi speċifiċi, u b’hekk tiġi żgurata l-konsistenza mal-approċċ meħud skont il-Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u mar-regoli biex tingħata għajnuna de minimis.

It-tifqigħa tal-COVID-19 aktarx se jkollha impatt serju wkoll fuq l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa. Għaldaqstant, l-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jikkunsidraw li jaġġustaw l-operazzjonijiet (pereżempju riżultati, limitu ta’ żmien għal eżekuzzjoni, eċċ.) f’konformità mar-regoli nazzjonali tagħhom fejn meħtieġ u ġġustifikat, b’mod li jitnaqqas l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fuq il-programmi. L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu jqisu wkoll il-possibbiltà li jagħżlu operazzjonijiet ġodda jew li jniedu sejħiet ġodda jew addizzjonali jekk dan ikun meħtieġ.

Jista’ jkun hemm każijiet fejn ċirkustanzi li jirriżultaw mit-tifqigħa tal-COVID-19 jikkwalifikaw bħala każ ta’ forza maġġuri skont id-dritt nazzjonali u għaldaqstant jikkostitwixxu ġustifikazzjoni valida għall-inkapaċità ta’ konformità ma’ obbligu. Il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li tintuża l-flessibbiltà kollha neċessarja biex jiġi indirizzat in-nuqqas min-naħa tal-benefiċjarji li jissodisfaw l-obbligi fil-ħin minħabba raġunijiet relatati mat-tifqigħa tal-COVID-19 (pereżempju, in-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-persunal). Bl-istess mod, il-Kummissjoni se turi l-istess flessibbiltà fil-valutazzjoni tal-konformità tal-Istati Membri mal-obbligi tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri u r-reġjuni jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ mill-Fondi, jenħtieġ li jkunu jistgħu jsiru aġġustamenti limitati tal-ammont massimu tal-kontribuzzjoni mill-Fondi għal kull prijorità u kategorija ta’ reġjuni meta jiġi stabbilit l-ammont tal-bilanċ finali li jkun irid jitħallas lill-programmi operazzjonali.

Dawn il-miżuri huma komplementari u addizzjonali għall-modifiki leġiżlattivi proposti fit-13 ta’ Marzu 2020. Dawn jirriżultaw mill-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri permezz tat-Task Force tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus fejn diġà ġew indirizzati aktar minn 200 mistoqsija.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-proposta hija konsistenti mal-qafas legali ġenerali stabbilit għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ESI) u hija limitata għal emenda fil-mira tar-Regolament (UE) 1303/2013 u tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013. Il-proposta tikkomplementa l-proposta tal-Kummissjoni COM(2020) 113 tat-13 ta’ Marzu 2020 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati l-investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19 (l-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus) kif ukoll il-miżuri l-oħra kollha li għandhom l-għan li jindirizzaw is-sitwazzjoni bla preċedent li għaddejjin minnha.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija limitata għal emendi fil-mira tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u tar-Regolament (UE) 1301/2013 u hija konsistenti ma’ politiki oħra tal-Unjoni.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 177, 178 u 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Tipprevedi l-possibbiltajiet għal rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % u flessibbiltà finanzjarja taħt l-għan tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi bejn il-FEŻR, il-FSE, u l-Fond ta’ Koeżjoni, u bejn il-kategoriji ta’ reġjuni. Tiċċara l-eliġibbiltà tan-nefqa affettwata mill-miżuri fis-seħħ b’reazzjoni għall-kriżi tas-saħħa pubblika. Fl-aħħar nett, tnaqqas xi rekwiżiti għall-Istati Membri fejn dawn joħolqu piżijiet amministrattivi li jkunu jistgħu jdewmu l-implimentazzjoni tal-miżuri b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19. Dawn il-bidliet eċċezzjonali għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għar-regoli li jenħtieġ li japplikaw f’ċirkustanzi regolari.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-proposta għandha l-għan li tippermetti derogi minn ċerti limitazzjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Unjoni li huma applikabbli bħalissa sabiex tkun permessa l-akbar flessibbiltà possibbli biex jiġu mobilizzati riżorsi tal-investiment eżistenti biex jiġu indirizzati l-effetti diretti u indiretti li jirriżultaw mill-kriżi tas-saħħa pubblika bla preċedent fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19.

Proporzjonalità

Il-proposta hija bidla limitata u mmirata li ma tmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq l-objettiv li jingħataw flessibbiltà addizzjonali u ċertezza tad-dritt biex jiġu mobilizzati l-investimenti b’reazzjoni għall-kriżijiet mifruxa tas-saħħa pubblika li jaffettwaw il-potenzjal tat-tkabbir tar-reġjuni u tal-impriżi u l-benesseri tal-pubbliku ġenerali.

Għażla tal-istrument

Regolament huwa l-istrument xieraq biex jiġu introdotti flessibbiltajiet addizzjonali meħtieġa biex jiġu indirizzati dawn iċ-ċirkustanzi bla preċedent.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Evalwazzjonijiet ex post/kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Mhux applikabbli

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Ma sarux konsultazzjonijiet ma’ partijiet ikkonċernati esterni. Madankollu, il-proposta ssegwi konsultazzjonijiet estensivi mal-Istati Membri u mal-Parlament Ewropew tul dawn l-aħħar ġimgħat, u tqis aktar minn 200 mistoqsija ta’ kjarifika u għal pariri li rċevew l-awtoritajiet nazzjonali dwar it-trattament tagħhom tal-miżuri ta’ rispons għall-kriżi permezz tat-Task Force tal-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus.

Ġbir u użu tal-għarfien espert

Mhux applikabbli

Valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt biex jitħejjew il-proposti għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013. Dawn il-bidliet limitati u mmirati ma jeħtiġux valutazzjoni tal-impatt separata.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Mhux applikabbli

Drittijiet fundamentali

Mhux applikabbli

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013. It-tqassim annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jibqgħu l-istess.

Il-proposta se tiffaċilita aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi u tirriżulta fi frontloading tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-impatt tal-modifika proposta dwar l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-2020 u tqis kemm l-implimentazzjoni tal-baġit kif ukoll it-tbassir tal-Istati Membri.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rapportar

L-implimentazzjoni tal-miżuri se tkun issorveljata u rapportata skont il-qafas tal-mekkaniżmi ta’ rapportar ġenerali stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

Dokumenti ta’ spjegazzjoni (għad-direttivi)

Mhux applikabbli

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Ġie propost li r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) jiġi emendat biex jiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu emendi għall-programmi operazzjonali biex jippermettu li tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament tal-UE ta’ 100 % għall-programm operazzjonali rilevanti għas-sena ta’ kontabbiltà 2020-2021 (l-Artikolu 25a(1)). Il-Kummissjoni se tivvaluta u fuq din il-bażi tista’ tipproponi estensjoni ta’ din il-miżura.

Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi żgurat li, għal emendi għall-programmi operazzjonali wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-possibbiltà li jiġu trasferiti allokazzjonijiet għas-sena 2020 bejn il-FEŻR u l-FSE kif ukoll il-Fond ta’ Koeżjoni taħt l-Investiment għall-mira tat-Tkabbir u l-Impjiegi tkun permessa mingħajr limitazzjonijiet (l-Artikolu 25a(2)). Jenħtieġ li r-riżorsi taħt il-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, l-allokazzjonijiet addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll l-appoġġ għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ma jiġux affettwati minn dawn it-trasferimenti.

Sabiex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet tal-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi speċifiċi attwali, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jitolbu trasferiment mill-allokazzjonijiet tagħhom għas-sena 2020 bejn il-kategoriji ta’ reġjuni. Sabiex jiżguraw kontinwità fl-enfasi fuq ir-reġjuni anqas żviluppati, jenħtieġ li l-Istati Membri l-ewwel jeżaminaw possibbiltajiet oħra għat-trasferiment tal-fondi qabel ma jikkunsidraw trasferimenti mill-baġit għar-reġjuni anqas żviluppati minħabba l-implikazzjonijiet negattivi potenzjali ta’ dawn it-trasferimenti għall-investimenti essenzjali fir-reġjun ta’ oriġini jew għat-tlestija tal-operazzjonijiet magħżula qabel it-talba għat-trasferiment (l-Artikolu 25a(3) u (4)). Għall-emendi għall-programmi operazzjonali sottomessi wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika ma japplikawx (l-Artikolu 25a(5)).

Barra minn hekk, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-reazzjonijiet neċessarji għat-tifqigħa tal-COVID-19 u jnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jenħtieġ li jiġu ssimplifikati ċerti rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni u l-awditi tal-programmi. B’mod partikulari, jenħtieġ li l-Ftehimiet ta’ Sħubija ma jibqgħux jiġu emendati (l-Artikolu 25a(6)), jenħtieġ li l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni tiġi posposta (l-Artikolu 25a(8)), u jenħtieġ ukoll li l-estensjoni tal-possibbiltà li l-Fondi u l-FEMS jużaw metodu mhux statistiku ta’ teħid ta’ kampjuni tiġi prevista b’mod espliċitu (l-Artikolu 25a(12)). Barra minn hekk, hemm previsti modalitajiet speċifiċi għall-invokazzjoni ta’ forza maġġuri fil-kuntest tad-diżimpenn (l-Artikolu 25a(8)).

L-eliġibbiltà tan-nefqa hija wkoll eċċezzjonalment permessa għall-operazzjonijiet kompluti jew implimentati bis-sħiħ u li jrawmu l-kapaċità tar-reazzjoni għall-kriżijiet fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 (l-Artikolu 25a(7)). Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintgħażlu anke qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emenda neċessarja għall-programmi.

Barra minn hekk, meta l-aġġustamenti jkunu neċessarji fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji biex ikun hemm reazzjoni effettiva għal kriżi tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa r-rieżami u l-aġġornament tal-valutazzjoni ex ante u d-dokumenti ta’ prova li juru li l-appoġġ li ngħata ntuża għall-iskop maħsub tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu estiżi l-possibbiltajiet għall-appoġġ għall-kapital operatorju skont il-FAEŻR (l-Artikolu 25a(10) u (11)).

Barra minn hekk, ġie propost ukoll li jkun hemm flessibbiltà addizzjonali fi tmiem il-programmi biex jiġi żgurat li r-riżorsi disponibbli jintużaw sal-massimu possibbli (l-Artikolu 1(3)).

Fl-aħħar nett, ġie propost li r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 jiġi emendat biex jiġi permess li l-FEŻR jappoġġja lill-impriżi f’diffikultajiet f’dawn iċ-ċirkustanzi speċifiċi, u b’hekk tiġi żgurata l-konsistenza mal-approċċ meħud skont il-Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u mar-regoli biex tingħata għajnuna de minimis (l-Artikolu 2).

2020/0054 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 177, 178 u 322(1)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 1 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 2 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)L-Istati Membri ġew affettwati mill-konsegwenzi tal-kriżi tat-tifqigħa tal-COVID-19 b’mod bla preċedent. Il-kriżi tfixkel it-tkabbir fl-Istati Membri, li min-naħa tiegħu jiggrava n-nuqqas serju ta’ likwidità minħabba ż-żieda f’daqqa u importanti fl-investimenti pubbliċi meħtieġa fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tagħhom u f’setturi oħra tal-ekonomiji tagħhom. Dan ħoloq sitwazzjoni eċċezzjonali li jeħtieġ li tiġi indirizzata b’miżuri speċifiċi.

(2)Sabiex jirreaġixxu għall-impatt tal-kriżi, ir-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1301/2013 diġà ġew emendati biex jippermettu aktar flessibbiltà fl-implimentazzjoni tal-programmi appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE”) u l-Fond ta’ Koeżjoni (“il-Fondi”) u mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”). Sabiex jikkontribwixxi għal reazzjoni effettiva għall-kriżi attwali, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-FEŻR ġie estiż b’mod konsiderevoli.

(3)Madankollu, l-effetti negattivi serji fuq l-ekonomiji u s-soċjetajiet tal-UE qed isiru agħar. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-Istati Membri jingħataw flessibbiltà addizzjonali eċċezzjonali biex ikunu jistgħu jirreaġixxu għal din il-kriżi bla preċedent billi jtejbu l-possibbiltà li jimmobilizzaw l-appoġġ kollu mhux utilizzat mill-Fondi.

(4)Bil-ħsieb li jnaqqsu l-piż minn fuq il-baġits pubbliċi b’reazzjoni għas-sitwazzjoni ta’ kriżi, jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw il-possibbiltà eċċezzjonali li jitolbu li tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għall-programmi ta’ politika ta’ koeżjoni għas-sena ta’ kontabbiltà 2020-2021, f’konformità mal-approprjazzjonijiet tal-baġit u soġġetta għall-fondi disponibbli. Abbażi ta’ valutazzjoni tal-applikazzjoni ta’ din ir-rata ta’ kofinanzjament eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista’ tipproponi estensjoni ta’ din il-miżura.

(5)Sabiex l-Istati Membri jingħataw aktar flessibbiltà biex jirriallokaw ir-riżorsi bil-ħsieb li jingħata rispons imfassal apposta għall-kriżi tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li jiġu introdotti jew imtejba l-possibbiltajiet għal trasferimenti finanzjarji taħt l-Investiment għall-mira tat-Tkabbir u l-Impjiegi bejn l-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-possibbiltajiet ta’ trasferiment bejn il-kategoriji ta’ reġjuni wkoll jiżdiedu eċċezzjonalment għall-Istati Membri minħabba l-impatt mifrux tal-kriżi tas-saħħa pubblika, filwaqt li jiġu rispettati l-objettivi tat-Trattat għall-politika ta’ koeżjoni. Jenħtieġ li r-riżorsi taħt il-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, l-allokazzjonijiet addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi kif ukoll l-appoġġ għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u l-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn ma jiġux affettwati minn dawn it-trasferimenti. 

(6)Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw ir-riżorsi disponibbli biex jirreaġixxu għat-tifqigħa tal-COVID-19 u filwaqt li jqisu li, minħabba l-istadju avvanzat tal-implimentazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, ir-riallokazzjoni tar-riżorsi tista’ tikkonċerna biss ir-riżorsi disponibbli għall-programmazzjoni għas-sena 2020, huwa ġġustifikat li l-Istati Membri jiġu eċċezzjonalment eżentati mill-ħtieġa li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni.

(7)Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonċentraw fuq ir-reazzjoni neċessarja għat-tifqigħa tal-COVID-19 u biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jenħtieġ li jiġu ssimplifikati ċerti rekwiżiti proċedurali marbuta mal-implimentazzjoni u l-awditi tal-programmi. B’mod partikulari, jenħtieġ li l-Ftehimiet ta’ Sħubija ma jibqgħux jiġu emendati sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni la biex jirriflettu l-bidliet preċedenti fil-programmi operazzjonali u lanqas biex jintroduċu bidliet oħra. Jenħtieġ li tiġi posposta l-iskadenza għas-sottomissjoni tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni għas-sena 2019, l-istess kif jenħtieġ li jsir għat-trażmissjoni tas-sommarju ta’ rapport tal-Kummissjoni bbażat fuq dawk ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni. Rigward il-Fondi u l-FEMS, jenħtieġ ukoll li jiġi previst b’mod espliċitu li tingħata possibbiltà estiża biex l-awtoritajiet tal-awditjar jużaw metodu mhux statistiku ta’ teħid ta’ kampjuni fir-rigward tas-sena ta’ kontabbiltà 2019-2020.

(8)Huwa xieraq ukoll li jiġi speċifikat li l-eliġibbiltà tan-nefqa tkun eċċezzjonalment permessa għall-operazzjonijiet kompluti jew implimentati bis-sħiħ u li jrawmu l-kapaċità tar-reazzjoni għall-kriżijiet fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintgħażlu anke qabel ma l-Kummissjoni tapprova l-emenda neċessarja għall-programmi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu previsti modalitajiet speċifiċi għall-invokazzjoni ta’ forza maġġuri fil-kuntest tad-diżimpenn.

(9)Barra minn hekk, sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u d-dewmien fl-implimentazzjoni fejn it-tibdil fl-istrumenti finanzjarji huwa neċessarju biex ikun hemm reazzjoni effettiva għal kriżi tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li sa tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni ma jkunux meħtieġa aktar ir-rieżami u l-aġġornament tal-valutazzjoni ex ante u l-pjanijiet aġġornati ta’ direzzjoni tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti bħala parti mid-dokumenti ta’ prova li juru li l-appoġġ li ngħata ntuża għall-iskop maħsub tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu estiżi l-possibbiltajiet għall-appoġġ għall-kapital operatorju permezz tal-istrumenti finanzjarji taħt il-FAEŻR.

(10)Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu użu sħiħ mill-appoġġ mill-Fondi jew mill-FEMS, jenħtieġ li tingħata flessibbiltà addizzjonali għall-kalkolu tal-pagament tal-bilanċ finali fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni.

(11)Sabiex jiġu ffaċilitati t-trasferimenti awtorizzati skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-kundizzjoni stipulata fl-Artikolu 30(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju rigward l-użu tal-approprjazzjonijiet għall-istess objettiv ma tapplikax fir-rigward ta’ trasferimenti proposti skont dan ir-Regolament.

(12)Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-approċċ meħud skont il-Qafas Temporanju għal Miżuri ta’ Għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 u l-għajnuna de minimis minn naħa u l-kundizzjonijiet biex jingħata appoġġ lill-impriżi f’diffikultà skont il-FEŻR min-naħa l-oħra, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 jiġi emendat biex jippermetti li dawn l-impriżi jingħataw appoġġ f’dawn iċ-ċirkustanzi speċifiċi.

(13)Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jkun hemm reazzjoni għall-impatt tal-kriżi tas-saħħa pubblika billi jiġu introdotti miżuri ta’ flessibbiltà fil-qasam tal-għoti ta’ appoġġ mill-Fondi ESI, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni proposta, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(14)Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 jiġu emendati skont dan.

(15)Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni relatata mat-tifqigħa tal-COVID-19, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(16)Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-urġenza biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa pubblika assoċjata magħha, jitqies neċessarju li tintuża l-eċċezzjoni għall-perjodu ta’ tmien ġimgħat imsemmi fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, li huwa anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1303/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)jiżdied dan il-Kapitolu ġdid fit-Titolu II tat-Tieni Parti: 

“KAPITOLU V

Miżuri eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi ESI b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19”;

“Artikolu [25a]
Miżuri eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi ESI b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19

1.B’deroga mill-Artikolu 60(1) u l-ewwel u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 120(3), fuq talba tal-Istat Membru, tista’ tiġi applikata rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagament matul is-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2020 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021, għal ass ta’ prijorità wieħed jew aktar fi programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE jew mill-Fond ta’ Koeżjoni.

It-talbiet għal modifika tar-rata ta’ kofinanzjament għandha ssir permezz tal-proċedura għall-emenda ta’ programmi ppreżentata fl-Artikolu 30 u għandha tkun akkumpanjata mill-programm(i) rivedut(i). Ir-rata ta’ kofinanzjament ta’ 100 % għandha tapplika biss jekk il-Kummissjoni tapprova l-emenda tal-programm korrispondenti mhux aktar tard mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni finali għal pagament interim f’konformità mal-Artikolu 135(2) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

Qabel ma tiġi sottomessa l-ewwel applikazzjoni għal pagament għas-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2021, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw it-tabella msemmija fl-Artikolu 96(2)(d)(ii), li tikkonferma r-rata ta’ kofinanzjament li kienet applikabbli matul is-sena ta’ kontabbiltà li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2020 għall-prijoritajiet ikkonċernati miż-żieda temporanja għal 100 %.

2.B’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19, fuq talba tal-Istati Membri, ir-riżorsi disponibbli għall-ipprogrammar għas-sena 2020 għall-Investiment għall-mira tat-Tkabbir u l-Impjiegi jistgħu jiġu trasferiti bejn il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni, huma x’inhuma l-persentaġġi msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 92(1).

Għall-fini ta’ dawn it-trasferimenti, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92(4) ma għandhomx japplikaw.

It-trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw ir-riżorsi allokati għall-YEI f’konformità mal-Artikolu 92(5) u għall-għajnuna għal dawk l-aktar fil-bżonn taħt l-Investiment għall-mira tat-Tkabbir u l-Impjiegi f’konformità mal-Artikolu 92(7).

Ir-riżorsi trasferiti bejn il-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni taħt dan il-paragrafu għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli tal-Fond li fih jiġu jiġu trasferiti r-riżorsi.

3.B’deroga mill-Artikolu 93(1) u flimkien mal-possibbiltà prevista fl-Artikolu 93(2), fuq talba tal-Istati Membri, ir-riżorsi disponibbli għall-ipprogrammar għas-sena 2020 jistgħu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji ta’ reġjuni b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19.

4.It-talbiet għal trasferimenti skont il-paragrafi 2 u 3 għandhom isiru permezz tal-proċedura għall-emenda ta’ programmi ppreżentata fl-Artikolu 30, għandhom ikunu debitament ġustifikati u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i) li jidentifika(w) l-ammonti trasferiti għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni, fejn dan ikun rilevanti.

5.B’deroga mill-Artikolu 18 u mir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, l-allokazzjonijiet finanzjarji ppreżentati fit-talbiet sottomessi għal emendi ta’ programmi jew fit-trasferimenti notifikati skont l-Artikolu 30(5), fi [id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] jew wara, għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti dwar konċentrazzjoni tematika kif stabbilit f’dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

6.B’deroga mil-Artikolu 16, minn [id-data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], il-Ftehimiet ta’ Sħubija ma għandhomx jiġu emendati u l-emendi ta’ programmi ma għandhomx jinkludu l-emenda tal-Ftehimiet ta’ Sħubija.

B’deroga mill-Artikoli 26(1), 27(1), 30(1) u 30(2), minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] il-konsistenza tal-programmi u tal-implimentazzjoni tagħhom mal-Ftehim ta’ Sħubija ma għandhiex tiġi verifikata.

7.Għall-operazzjonijiet li jrawmu l-kapaċitajiet ta’ reazzjoni għall-kriżijiet fil-kuntest tat-tifqigħa tal-COVID-19 kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 65(10), l-Artikolu 65(6) ma għandux japplika.

B’deroga mill-Artikolu 125(3)(b), dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintgħażlu għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-FSE qabel l-approvazzjoni tal-programm emendat.

8.Għall-finijiet tal-Artikolu 87(1)(b), fejn it-tifqigħa tal-COVID-19 tiġi invokata bħala raġuni ta’ forza maġġuri, informazzjoni dwar l-ammonti li għalihom ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni ta’ pagament għandha tingħata fuq livell aggregat għal kull prijorità għall-operazzjonijiet tal-kostijiet eliġibbli totali ta’ inqas minn EUR 1 000 000.

9.Ir-rapport annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm imsemmi fl-Artikolu 50(1) għas-sena 2019 għandu jiġi sottomess sat-30 ta’ Settembru 2020 għall-Fondi ESI kollha, b’deroga mill-iskadenzi ppreżentati fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. It-trażmissjoni fl-2020 tas-sommarju ta’ rapport imħejji mill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 53(1), jista’ jiġi pospost skont dan.

10.B’deroga mill-Artikolu 37(2)(g), ma hu se jkun rikjest l-ebda rieżami jew aġġornament tal-valutazzjonijiet ex ante fejn ikunu meħtieġa bidliet fl-istrumenti finanzjarji biex ikun hemm reazzjoni effettiva għat-tifqigħa tal-COVID-19.

11.Meta l-istrumenti finanzjarji jagħtu appoġġ fil-forma ta’ kapital operattiv lill-SMEs skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 37(4) [imdaħħal bl-emenda CRII], ma għandhomx ikunu rikjesti pjanijiet ta’ direzzjoni tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti u evidenza li tippermetti l-verifika li l-appoġġ li jkun ngħata permezz tal-istrumenti finanzjarji jkun intuża għall-iskop maħsub tiegħu bħala parti mid-dokumenti ta’ prova.

B’deroga mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013, dan l-appoġġ jista’ jingħata wkoll mill-FAEŻR skont miżuri msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji. Din in-nefqa eliġibbli ma għandhiex taqbeż EUR 200 000.

12.Għall-finijiet tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 127(1), it-tifqigħa tal-COVID-19 għandha tikkostitwixxi każ debitament ġustifikat li l-awtoritajiet tal-awditjar jistgħu jinvokaw abbażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom biex jużaw metodu mhux statistiku ta’ teħid ta’ kampjuni għas-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2019 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2020.

13.Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 30(1)(f) tar-Regolament Finanzjarju, il-kundizzjoni tal-approprjazzjonijiet li jkunu għall-istess objettiv ma għandhomx japplikaw fir-rigward tat-trasferimenti skont il-paragrafi 2 u 3.”;

(2)fl-Artikolu 130, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

“3.    B’deroga mill-paragrafu 2, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS permezz ta’ pagamenti tal-bilanċ finali għal kull prijorità għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni fl-aħħar sena ta’ kontabbiltà ma għandhiex taqbeż, b’aktar minn 10 %, il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS għal kull Fond u għal kull kategorija ta’ reġjuni kif stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.

Il-kontribuzzjoni mill-Fondi jew il-FEMS permezz ta’ pagamenti tal-bilanċ finali fl-aħħar sena ta’ kontabbiltà ma għandhiex taqbeż in-nefqa pubblika eliġibbli ddikjarata u l-kontribuzzjoni minn kull Fond u kategorija ta’ reġjuni għal kull programm operazzjonali kif stipulat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.”.

Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1301/2013

Il-punt (d) tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1301/2013 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Impriżi f’diffikultà kif definiti fir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat; l-impriżi li jirċievu appoġġ li jikkonforma mal-Qafas Temporanju tal-għajnuna mill-Istat 3 jew mar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 4 , (UE) Nru 1408/2013 5 u (UE) Nru 717/2014 6 ma għandhomx jitqiesu bħala impriżi f’diffikultà għall-finijiet ta’ dan il-punt.”.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 rigward miżuri speċifiċi biex tingħata flessibbiltà eċċezzjonali għall-użu tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej b’reazzjoni għat-tifqigħa tal-COVID-19

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB 7  

4 Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni

13 Politika Reġjonali u Urbana

1.3.Natura tal-proposta/tal-inizjattiva

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 8  

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 Il-proposta/l-inizjattiva hija dwar azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida 

1.4.Objettiv(i)

1.4.1.L-objettiv(i) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

Mhux applikabbli

1.4.2.Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi u l-attività/l-attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

Objettiv speċifiku Nru

Mhux applikabbli

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/ikkonċernati

Mhux applikabbli

1.4.3.Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/l-inizjattiva jeħtieġ li jkollha fuq il-benefiċjarji/il-gruppi fil-mira.

Mhux applikabbli

1.4.4.Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.

Mhux applikabbli

1.5.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.5.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu ssodisfat(i) fuq terminu qasir jew twil

Mhux applikabbli

1.5.2.Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Mhux applikabbli

1.5.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Mhux applikabbli

1.5.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

Mhux applikabbli

1.6.Durata u impatt finanzjarju

 Proposta/inizjattiva ta’ durata limitata

   Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn 1/7/2020 sa 30/6/2021

   Impatt finanzjarju fl-2020 - 2025

 Proposta/inizjattiva ta’ durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 9

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lill-pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

lill-korpi tal-liġi pubblika;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lill-korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod ta’ ġestjoni wieħed, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Mhux applikabbli

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Mhux applikabbli

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Riskju/Riskji identifikat(i)

Mhux applikabbli

2.2.2.Tagħrif dwar is-sistema ta’ kontroll intern li ġiet stabbilita

Mhux applikabbli

2.2.3.Stima tal-kostijiet u tal-benefiċċji tal-kontrolli u valutazzjoni tal-livell mistenni ta’ riskju ta’ errur

Mhux applikabbli

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Mhux applikabbli

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/Intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/ljinji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwati

·Linji baġitarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff/Mhux diff. 10

mill-pajjiżi tal-EFTA 11

mill-pajjiżi kandidati 12

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1b Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv:

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni

4 Impjiegi, affarijiet soċjali u inklużjoni

13 Politika Reġjonali u Urbana

Diff.

LE

LE

LE

LE

·Linji baġitarji ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru
[Intestatura………………………...……………]

Diff./Mhux diff.

mill-pajjiżi tal-EFTA

mill-pajjiżi kandidati

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

[XX.YY.YY.YY]

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

Il-modifika proposta ma timplika l-ebda tibdil fil-limiti massimi annwali tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għal impenji u pagamenti skont l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1311/2013.

It-tqassim annwali totali tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni jibqa’ l-istess.

Il-proposta tirriżulta fi frontloading tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament għas-sena ta’ kontabbiltà li tibda fl-1 ta’ Lulju 2020 u li tintemm fit-30 ta’ Ġunju 2021, kif stmat hawn taħt.

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa



miljuni ta’ EUR fi prezzijiet attwali (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

Numru

1b

Tkabbir Intelliġenti u Inklużiv

DĠ: EMPL, REGIO

2020

2021

2022

2023

2024

2025

TOTAL

•Approprjazzjonijiet operazzjonali

1b: Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni

Impenji

(1)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000





Pagamenti

 

(2)

8 500,000

6 100,000

0,000

-7 300,000

-7 300,000

0,000

0,000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi 13  

Mhux applikabbli

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
għad-DĠ EMPL, REGIO

Impenji

=1+1a +3

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=2+2a

+3

8 500,000

6 100,000

0,000

-7 300,000

-7 300,000

0,000

0,000



 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

(5)

8 500,000

6 100,000

0,000

-7 300,000

-7 300,000

0,000

0,000

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 1b
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Impenji

=4+ 6

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

0,000

Pagamenti

=5+ 6

8 500,000

6 100,000

0,000

-7 300,000

-7 300,000

0,000

0,000



Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iżjed minn intestatura waħda:

 TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali

Impenji

(4)

Pagamenti

(5)

•TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi

(6)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 4
tal-qafas finanzjarju pluriennali
(Ammont ta’ referenza)

Impenji

=4+ 6

Pagamenti

=5+ 6



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Nefqa amministrattiva”

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

DĠ: <…….>

• Riżorsi Umani

• Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tad-DĠ <….>

Approprjazzjonijiet

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 14

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
taħt l-INTESTATURI 1 sa 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali 

Impenji

Pagamenti

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali eżistenti (ebda tibdil):

Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzonijiet deċimali)

Indika l-objettivi u l-outputs

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

OUTPUTS

Tip 15

Kost medju

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru

Kost

Nru totali

Kost totali

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 1 16

- Output

- Output

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 1

OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2 ...

- Output

Subtotal tal-objettiv speċifiku Nru 2

KOST TOTALI

3.2.3.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.Sommarju

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N 17

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

TOTAL

INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal tal-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

’Il barra mill-INTESTATURA 5 18
of the multiannual financial framework

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
’il barra mill-INTESTATURA 5
tal-qafas finanzjarju pluriennali

TOTAL

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkunu ġew riassenjati fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.    

3.2.3.2.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għall-full-time

Sena
N

Sena
N+1

Sena N+2

Sena N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

•Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni)

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet)

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta)

10 01 05 01 (Riċerka diretta)

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full time: FTE) 19

XX 01 02 01 (AC, END INT mill-“pakkett globali”)

XX 01 02 02 (AC, AL, END, INT u JED fid-delegazzjonijiet)

XX 01 04 yy  20

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

XX 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka indiretta)

10 01 05 02 (AC, END, INT - Riċerka diretta)

Linji baġitarji oħrajn (speċifika)

TOTAL

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu baġitarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Persunal estern

3.2.4.Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

   Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

   Il-proposta/l-inizjattiva se tkun tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega liema riprogrammazzjoni hija meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega x’inhu meħtieġ, filwaqt li tispeċifika l-intestaturi u l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

3.2.5.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

fuq ir-riżorsi proprji

fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta’ EUR (aġġustati ’l fuq għal tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja attwali

Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 21

Sena
N

Sena
N+1

Sena
N+2

Sena
N+3

Daħħal is-snin kollha li hemm bżonn biex turi d-durata tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu ………….

Għad-dħul “assenjat” mixxellanju, speċifika l-linja/l-linji baġitarja/baġitarji tan-nefqa affettwata/affettwati.

Speċifika l-metodu biex jiġi kkalkolat l-impatt fuq id-dħul.

(1)    ĠU C , , p. .
(2)    ĠU C , , p. .
(3)    ĠU C 91 I, 20.3.2020, p. 1.
(4)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1).
(5)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1408/2013 tat-18 ta’ Diċembru 2013 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tal-agrikoltura (ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9).
(6)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45).
(7)    ABM: ġestjoni bbażata fuq l-attività; ABB: ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività.
(8)    Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(9)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_mt.html
(10)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(11)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(12)    Pajjiżi kandidati u, meta jkun applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(13)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(14)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(15)    L-outputs huma prodotti u servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ km ta’ toroq mibnija, eċċ.).
(16)    Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi…”
(17)    Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/tal-inizjattiva.
(18)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa li jappoġġaw l-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(19)    C = Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END= Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenzija; JED = Esperti Subalterni fid-Delegazzjonijiet.
(20)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(21)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-kostijiet tal-ġbir.