Brussell, 14.1.2020

COM(2020) 22 final

2020/0006(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fit-2 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni Ewropea adottat il-proposta tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss li jkopri l-perjodu 2021-2027 1 . Il-proposta kienet tirrifletti ż-żieda fl-ambizzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-attivitajiet relatati mal-klima u pproponiet li 25 % tan-nefqa tkun fuq attivitajiet bħal dawn, li jammontaw għal EUR 320 biljun, li għandhom jiġu mobilizzati permezz tal-baġit tal-UE.

Aktar tard, fid-29 u fit-30 ta’ Mejju 2018, il-Kummissjoni adottat il-proposti leġiżlattivi tagħha li jirregolaw l-użu tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni għall-istess perjodu. Wieħed mill-objettivi ewlenin li se jixprunaw l-investimenti tal-UE fl-2021-2027 se jkun “Ewropa aktar ħadra, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment aħdar u blu, ekonomija ċirkolari, adattament klimatiku u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji” 2 li jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi. Skont il-proposta tal-Kummissjoni, sehem sinifikanti mill-finanzjament ta’ koeżjoni se jiffoka fuq din il-prijorità. Se jkun essenzjali li dak is-sehem jiġi kkonfermat fil-proċess leġiżlattiv li jinsab għaddej.

Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew, fejn stabbilixxiet il-pjan direzzjonali tagħha lejn politika ġdida ta’ tkabbir għall-Ewropa. Il-politika ta’ tkabbir hija bbażata fuq objettivi klimatiċi u ambjentali ambizzjużi u fuq proċessi parteċipattivi li jlaqqgħu flimkien liċ-ċittadini, il-bliet u r-reġjuni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u favur il-protezzjoni ambjentali. F’konformità mal-objettiv li tinkiseb in-newtralità klimatika tal-UE sal-2050 b’mod effettiv u ġust, il-Patt Ekoloġiku Ewropew ippropona Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta, inkluż Fond għal Tranżizzjoni Ġusta biex ħadd ma jitħalla lura. Dawk l-aktar vulnerabbli huma l-aktar esposti għall-effetti ħżiena tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali. Fl-istess ħin, il-ġestjoni tat-tranżizzjoni se twassal għal bidliet strutturali sinifikanti. Iċ-ċittadini u l-ħaddiema se jiġu affettwati b’modi differenti u mhux l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet kollha se jibdew it-tranżizzjoni mill-istess punt tat-tluq jew għandhom l-istess kapaċità ta’ rispons.

Kif spjegat aktar fid-dettall fil-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa Sostenibbli 3 , il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jiffoka fuq dawk ir-reġjuni u s-setturi li huma l-aktar milquta mit-tranżizzjoni minħabba li jiddependu fuq il-fjuwils fossili, inklużi l-faħam, il-pit u x-shale bituminuż jew il-proċessi industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra. Xi setturi se jkunu qed inaqqsu, bi tnaqqis irriversibbli fl-output ekonomiku u fil-livelli tal-impjieg għall-attivitajiet ekonomiċi b’emissjonijiet għoljin ħafna ta’ gassijiet serra, jew abbażi tal-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils fossili, b’mod partikolari l-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż. Setturi oħra b’emissjonijiet għoljin ħafna ta’ gassijiet serra, li għalihom jistgħu jinstabu alternattivi teknoloġiċi għall-proċessi b’użu intensiv tal-karbonju sabiex iżommu l-output ekonomiku u jżidu l-impjiegi. B’mod ġenerali, l-infrastruttura tal-faħam hija preżenti f’108 reġjuni Ewropej u kważi 237 000 persuna huma impjegati f’attivitajiet relatati mal-faħam, filwaqt li kważi 10 000 persuna huma impjegati f’attivitajiet ta’ estrazzjoni tal-pit u madwar 6 000 huma impjegati fl-industrija tax-shale bituminuż. L-industrija tax-shale bituminuż teħtieġ attenzjoni partikolari minħabba l-emissjonijiet għoljin ħafna tad-diossidu tal-karbonju relatati ma’ dan il-fjuwil. Għadd kbir ta’ impjiegi indiretti addizzjonali jiddependu wkoll fuq il-katina tal-valur tal-fjuwils fossili u l-proċessi industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra.

Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jiżdied mal-kontribuzzjoni sostanzjali tal-baġit tal-UE permezz tal-istrumenti kollha direttament rilevanti għat-tranżizzjoni, b’mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) u l-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”).

Il-Mekkaniżmu se jkun jikkonsisti fi tliet pilastri: (1) Fond għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat taħt ġestjoni kondiviża, (2) skema ddedikata taħt InvestEU, u (3) faċilità ta’ self tas-settur pubbliku mal-Grupp tal-BEI biex jiġu mmobilizzati investimenti addizzjonali għar-reġjuni kkonċernati. il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jintuża’ primarjament għall-għotjiet; l-iskema ddedikata taħt InvestEU se tippopola l-investimenti privati, u s-sħubija mal-BEI se tiġġenera l-finanzjament pubbliku.

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jiffoka fuq id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji l-aktar milquta mit-tranżizzjoni klimatika u fuq it-taħriġ mill-ġdid u l-inklużjoni tal-ħaddiema tagħhom u dawk fihom li qed ifittxu impjieg. L-eliġibbiltà tal-investimenti taħt iż-żewġ pilasti l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun usa’ biex jappoġġaw attivitajiet relatati mat-tranżizzjoni tal-enerġija. L-iskema ddedikata taħt l-InvestEU se tkopri proġetti għall-infrastruttura tal-enerġija u t-trasport, inkluża l-infrastruttura tal-gass u t-tisħin distrettwali, kif ukoll il-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni. Skont il-faċilità ta’ self pubbliku mal-BEI, l-awtoritajiet pubbliċi se jkunu jistgħu jimplimentaw miżuri biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Il-proġetti se jvarjaw mill-infrastruttura tal-enerġija u t-trasport, san-netwerks ta’ tisħin distrettwali, u l-miżuri tal-effiċjenza klimatika inkluża r-rinnovazzjoni tal-bini.

Se jinfetħu riżorsi pubbliċi u privati addizzjonali permezz ta’ qafas regolatorju konsistenti, b’mod partikolari regoli settorjali dwar l-għajnuna mill-Istat, li se joħolqu opportunitajiet biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ fondi nazzjonali għal proġetti konsistenti ma’ għanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta. L-appoġġ konsultattiv u l-assistenza teknika għar-reġjuni se jkunu wkoll parti integrali mill-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta.

Fid-dawl tal-aħħar xjenza disponibbli u tal-ħtieġa li tissaħħaħ l-azzjoni klimatika globali, il-Kunsill Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2019 approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi u laqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bil-proposta li jsir investiment ta’ EUR 100 biljun permezz tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta sabiex jgħin biex jinkisbu dawn l-objettivi. Ir-riżorsi tal-Mekkaniżmu inkluż il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jiġu pprovduti biex jappoġġaw l-impenji tal-Istati Membri biex sal-2050 jinkiseb l-objettiv ta’ Unjoni newtrali għall-klima.

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun għodda ewlenija ta’ sostenn għat-territorji l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u jevita li tiżdied id-disparità bejn ir-reġjuni. Għaldaqstant se jiġi stabbilit fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, li hija l-istrument ewlieni tal-politika tal-UE biex jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali u biex jiġi indirizzat it-tibdil strutturali fir-reġjuni tal-Ewropa – il-kondiviżjoni tal-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni fil-kuntest speċifiku tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Il-Fond se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati. Dan se jiżgura l-involviment fl-istrateġija ta’ tranżizzjoni u jipprovdi l-għodod u l-istrutturi għal qafas ta’ ġestjoni effiċjenti.

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jipprovdi sostenn lill-Istati Membri kollha. Id-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji tiegħu se tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri li jiffinanzjaw l-investimenti meħtieġa biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.

Il-metodu ta’ allokazzjoni se jqis għalhekk l-iskala tal-isfida tat-tranżizzjoni tar-reġjuni b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra (permezz tal-emissjonijiet CO2 industrijali korrispondenti), l-isfidi soċjali fid-dawl tat-telf potenzjali ta’ impjiegi fl-industrija, fl-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite u fil-produzzjoni tal-pit u x-shale bituminuż. Il-metodu se jqis ukoll il-livell ta’ żvilupp ekonomiku tal-Istati Membri u l-kapaċità ta’ investiment relatata.

L-Istati Membri se jissupplimentaw l-allokazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tagħhom mir-riżorsi li għandhom taħt il-FEŻR u l-FSE+ permezz ta’ mekkaniżmu ta’ trasferiment speċifiku u definittiv. L-Istati Membri se jipprovdu wkoll riżorsi nazzjonali biex jissupplimentaw ir-riżorsi tal-Unjoni. Il-livell ta’ kofinanzjament tal-Unjoni se jiġi stabbilit skont il-kategorija tar-reġjun fejn jinsabu t-territorji identifikati. Minħabba li t-trasferimenti tar-riżorsi mill-FEŻR u mill-FSE+ meħuda flimkien se jikkorrispondu għal tal-inqas darba u nofs (1,5) u mhux aktar minn tliet (3) darbiet l-allokazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u filwaqt li jitqies il-kofinanzjament nazzjonali il-kapaċità kumplessiva tal-finanzjament ta’ dan il-fond se taqbeż it-EUR 30 biljun u tista’ tilħaq il-EUR 50 biljun. Sabiex jiġi żgurat l-impatt kontinwu tal-politika ta’ koeżjoni bħala tali, l-ebda Stat Membru ma jeħtieġ jipprovdi aktar minn 20 % tal-allokazzjoni inizjali tiegħu tal-FEŻR u tal-FSE+ (ikkalkulat għal kull Fond) bħala sostenn komplementari ttrasferit lill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.

L-ipprogrammar tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

Il-proċess ta’ programmazzjoni, inkluża l-identifikazzjoni tat-territorji għall-intervent u l-azzjonijiet korrispondenti se jiġu miftiehma fi djalogu bejn il-Kummissjoni u kull Istat Membru. Dan se jitmexxa mill-proċess tas-Semestru Ewropew. Dawn it-territorji jridu jkunu dawk l-aktar milquta ħażin abbażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b’mod partikolari rigward l-ammont ta’ impjiegi li mistennija jintilfu u t-trasformazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni tal-faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta’ gassijiet serra.

Filwaqt li titqies l-analiżi tal-Kummissjoni f’dak l-eżerċizzju, l-Istati Membri se jħejju pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, li jipprovdu deskrizzjoni ġenerali tal-proċess ta’ transizzjoni sal-2030, b’mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima u t-transizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u li jidentifikaw sussegwentement l-aktar territorji milquta, li jeħtieġ jirċievu sostenn. Għal kull wieħed minn dawn it-territorji, il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta se jistipulaw l-isfidi soċjali, ekonomiċi u ambjentali u jagħtu dettalji dwar il-ħtiġijiet għad-diversifikazzjoni ekonomika, it-taħriġ mill-ġdid u r-riabilitazzjoni ambjentali kif xieraq.

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, is-sostenn li jingħata jrid jkun ikkonċentrat. Għalhekk it-territorji identifikati se jkunu jikkorrispondu għal reġjuni tal-livell NUTS 3 jew jistgħu jkunu partijiet minnha.

Is-sostenn mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun ibbażat fuq il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta u pprogrammat skont prijorità waħda jew aktar, jew fi programmi appoġġati wkoll mill-FEŻR, l-FSE+ jew il-Fond ta’ Koeżjoni jew fi programm apposta tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. Il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta se jkunu parti mill-programmi u se jiġu adottati mill-istess deċiżjoni tal-Kummissjoni bħall-programm. L-appoġġ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun jiddependi mill-approvazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, li, b’mod partikolari, jeħtieġ li jinkludu deskrizzjoni tal-impenn tal-Istat Membru fir-rigward tal-proċess ta’ tranżizzjoni konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima tagħhom u mal-għan tal-UE dwar in-newtralità klimatika sal-2050. Jeħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta jipprovdu wkoll ġustifikazzjoni għar-riżorsi komplementari ttrasferiti tal-FEŻR u l-FSE+ kif ukoll kwalunkwe sostenn għal investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs jekk ikun meħtieġ. L-approvazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta se tippermetti sostenn mhux biss mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, iżda wkoll mill-iskema ddedikata ta’ tranżizzjoni ġusta skont InvestEU (it-tieni pilastru tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta) u l-faċilità ta’ self tas-settur pubbliku, implimentata fi sħubija mal-BEI (it-tielet pilastru), li se tagħti appoġġ lill-investiment għat-territorji kkonċernati. Jeħtieġ li meta jkun meħtieġ il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta jiġu aġġornati u adottati mill-ġdid, l-aktar fil-każ ta’ aġġornament tal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima Bħalma jsir għall-programmi kollha tal-politika ta’ koeżjoni, il-programmi appoġġati mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkunu soġġetti għal rieżami ta’ nofs it-terminu. Fuq il-bażi tar-riżultati, ir-riżorsi tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jistgħu jiġu allokati mill-ġdid fl-Istat Membru fl-2025 bħala parti mir-rieżami ta’ nofs it-terminu. Ir-rieżami ta’ nofs it-terminu se jipprovdi wkoll l-opportunità li jiġi allokat finanzjament għas-snin 2026 u 2027, li se jitqiegħed apparti fil-bidu tal-perjodu li jmiss.

It-territorji li jirċievu sostenn mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jibbenefikaw ukoll minn faċilità ta’ assistenza teknika apposta. L-għan ta’ din il-faċilità se jkun li jitfassal pakkett ta’ miżuri apposta fuq il-firxa kollha ta’ appoġġ disponibbli mill-Kummissjoni, mill-BEI u minn organizzazzjonijiet internazzjonali oħra b’mod sempliċi u integrat. Diġà fl-2020, il-Kummissjoni se tassisti lill-Istati Membri fit-tħejjijiet tal-pjanijiet territorjali tagħhom ta’ tranżizzjoni ġusta. Barra minn hekk, iċ-Ċentru ta’ Konsulenza InvestEU inkluż Jaspers (inizjattiva konġunta bejn il-Kummissjoni u l-BEI għall-iżvilupp ta’ proġetti taħt il-Fondi Strutturali) se jipprovdi appoġġ għat-tħejjija tar-riżerva ta’ proġetti. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni se tistabbilixxi Pjattaforma ta’ Tranżizzjoni Ġusta sabiex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati biex b’hekk tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni tal-faħam fi tranżizzjoni.

Il-komplementarjetà mal-iskema ta’ tranżizzjoni ġusta InvestEU u l-faċilità ta’ self tas-settur pubbliku mal-BEI

Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jinkludi qafas ta’ governanza b’saħħtu iċċentrat fuq il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni.

F’dan il-kuntest l-appoġġ ipprovdut permezz tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun issupplimentat minn skema ta’ tranżizzjoni ġusta dedikata taħt l-InvestEU. Din se tappoġġa ambitu usa’ ta’ investimenti, b’mod partikolari billi tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni permezz ta’ appoġġ għal attivitajiet b’livell baxx ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, bħal investimenti rinnovabbli u skemi ta’ effiċjenza enerġetika. Din l-iskema se tkun tista’ wkoll tuża finanzjament għall-infrastruttura tal-enerġija u tat-trasport, inklużi l-infrastruttura tal-gass u t-tisħin distrettwali, iżda wkoll il-proġetti ta’ dekarbonizzazzjoni, id-diversifikazzjoni ekonomika tar-reġjuni u tal-infrastruttura soċjali. Barra minn hekk, faċilità ġdida ta’ self għas-settur pubbliku stabbilita flimkien mal-BEI se tipprovdi finanzjament issussidjat lill-awtoritajiet lokali għall-benefiċċju tar-reġjuni kkonċernati. Is-sostenn tal-UE jista’ jieħu l-forma fost l-oħrajn ta’ sussidju tar-rata ta’ interess jew sovvenzjoni ta’ investiment, iffinanzjati mill-baġit tal-UE, li se jkunu integrati ma’ self mogħti mill-BEI lill-awtoritajiet pubbliċi muniċipali, reġjonali u oħrajn.

Iż-żewġ pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jkollhom ambitu ġeografiku usa’ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta nnifsu, u sa jappoġġaw mhux biss l-investiment tal-proġetti fit-territorji ta’ tranżizzjoni, iżda wkoll dawk lil hinn minn dawk it-territorji, sakemm dawn il-proġetti jkunu essenzjali għat-tranżizzjoni fit-territorji ta’ tranżizzjoni ġusta.

Din il-proposta tipprevedi data ta’ applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021 u hija ppreżentata għal Unjoni ta’ 27 Stat Membru, f’konformità man-notifika mir-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom abbażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea li waslet għand il-Kunsill Ewropew fid-29 ta’ Marzu 2017.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

L-azzjoni tal-UE hija ġġustifikata bil-paragrafu 1 tal-Artikolu 174 TFUE: “L-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B’mod partikolari, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti”.

Sabiex ikun previst it-twaqqif tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, jeħtieġ li l-proposta tiġi bbażata fuq l-Artikolu 175 TFUE, li jistieden espliċitament lill-Unjoni biex tappoġġa l-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 bl-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali, il-BEI u l-Istrumenti Finanzjarji eżistenti l-oħra.

Il-paragrafu 3 tal-Artikolu 175 TFUE jipprovdi wkoll li “jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra tal-Unjoni, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni”.

Sussidjarjetà u proporzjonalità

F’konformità mal-Artikolu 4(2) TFUE, l-Unjoni għandha kompetenza kondiviża mal-Istati Membri fil-qasam tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif ukoll f’ċerti aspetti tal-politika soċjali. Hija għandha wkoll il-kompetenza li twettaq azzjonijiet biex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali kif ukoll tal-industrija (l-Artikolu 6 TFUE).

L-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta taħt ġestjoni kondiviża hija bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Skont il-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni tiddelega l-programmazzjoni strateġika u l-kompiti ta’ implimentazzjoni lill-Istati Membri u lir-reġjuni tal-UE. Għaldaqstant l-azzjoni tal-Unjoni hija llimitata għal dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni kif stabbiliti fit-Trattati.

Il-ġestjoni kondiviża għandha l-għan li tiżgura li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun viċin iċ-ċittadini u li l-azzjoni fil-livell tal-UE tkun ġustifikata fid-dawl tal-possibilitajiet u l-ispeċifiċitajiet fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-ġestjoni kondiviża tressaq lill-Ewropa aktar viċin iċ-ċittadini tagħha u tgħaqqad il-ħtiġijiet lokali mal-għanijiet Ewropej. Barra minn hekk, dan ikabbar l-involviment fl-objettivi tal-UE, peress li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkondividu s-setgħa u r-responsabbiltà tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jikkofinanzjaw il-programmi b’mod konġunt.

Għażla tal-istrument

Il-politika ta’ koeżjoni hija l-qafas xieraq għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, peress li huwa l-politika ewlenija tal-UE li tindirizza l-bidliet strutturali fir-reġjuni tal-Ewropa. Hija tipprovdi appoġġ finanzjarju għal investimenti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma li jikkontribwixxu għall-impjiegi u t-tkabbir, bi sħubija mal-atturi fuq il-post.

Tipprevedi wkoll approċċ integrat ibbażat fuq il-post li jiżgura sinerġiji u koerenza bejn l-investimenti appoġġati mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u dawk appoġġati mill-programmi ta’ politika ta’ koeżjoni ġenerali. Dan se jaċċellera l-iżvilupp ekonomiku u r-rikonverżjoni tar-reġjuni kkonċernati.

Barra minn hekk, jiżgura l-involviment tal-Istati Membri u tar-reġjuni. Dan huwa kritiku fil-kuntest tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, li jeħtieġ li jkun ankrat fi strateġiji ta’ tranżizzjoni territorjali mfassla apposta, li jinkludu b’mod komprensiv l-għadd kbir ta’ sfidi soċjali, ambjentali u ekonomiċi li tiġġenera t-tranżizzjoni.

Taħt il-politika ta’ koeżjoni, l-aħjar strument huwa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja kif stipulat fl-Artikolu 175, il-paragrafu 3, tat-Trattat.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX-POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

   Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F’Mejju u Ġunju 2018, il-Kummissjoni adottat il-proposti tagħha għall-baġit fit-tul ta’ wara l-2020 u l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi u fondi. Bħala parti integrali minn dan il-proċess, il-Kummissjoni mexxiet sensiela ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li jkopru oqsma ewlenin ta’ nfiq biex tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet interessati kollha dwar kif tagħmel l-aħjar użu minn kull euro tal-baġit tal-UE.

Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-baġit fit-tul tal-UE fil-qasam tal-koeżjoni saret mill-10 ta’ Jannar 2018 sad-9 ta’ Marzu 2018 u rċeviet 4 395 tweġiba. Mir-rispondenti kollha, 85 % ikkunsidraw it-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u ċirkolari, u kkonfermaw li l-protezzjoni ambjentali u r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima huma sfida importanti. Madankollu, 42 % biss ta’ dawk li wieġbu qiesu li din l-isfida hija indirizzata b’mod adegwat mill-programmi/fondi attwali 4 .

Fil-kuntest tan-negozjati dwar il-baġit fit-tul għal wara l-2020, fir-rapport interim tiegħu tas-7 ta’ Novembru 2018, il-Parlament Ewropew sejjaħ għall-introduzzjoni ta’ allokazzjoni speċifika (EUR 4,8 biljun) għal “Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija” ġdid biex jindirizza l-impatti soċjali, soċjoekonomiċi u ambjentali fuq il-ħaddiema u l-komunitajiet li jintlaqtu ħażin mit-tranżizzjoni minħabba dipendenza fuq il-faħam u l-karbonju.

Din is-sejħa tenniha l-Kumitat tar-Reġjuni, li ħareġ opinjoni 5  dwar il-bidla strutturali soċjoekonomika fir-reġjuni karboniferi fl-Ewropa, li titlob għall-provvediment ta’ fondi addizzjonali biex jgħinu jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni karboniferi. L-opinjoni ssuġġeriet f’dan ir-rigward li jiġu allokati EUR 4,8 biljun għal “Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tal-Enerġija” ġdid, imfassal biex itaffi l-impatt soċjali, soċjoekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni f’dawn ir-reġjuni.

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill Ewropew enfasizza d-determinazzjoni tiegħu li l-UE tkompli tkun minn ta’ quddiem fi tranżizzjoni ekoloġika soċjalment ekwa u ġusta fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. Il-Kunsill Ewropew approva wkoll, permezz tal-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ Diċembru 2019, l-objettiv li tinkiseb UE newtrali għall-klima sal-2050, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Barra minn hekk, huwa approva l-prinċipju li jiġi pprovdut appoġġ imfassal apposta għar-reġjuni u s-setturi l-aktar milquta mit-tranżizzjoni permezz ta’ Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta.

Valutazzjoni tal-impatt

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni 6 ġiet akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt 7 . Il-valutazzjoni tal-impatt ivvalidat is-sistema ta’ twettiq proposta għal dawn il-Fondi, li huma rregolati fil-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi 8 u li se jirregola wkoll l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ara l-Kapitolu 4).

Il-valutazzjoni tal-impatt eżaminat ukoll l-isfidi li jridu jiġu indirizzati mill-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss u mill-politika ta’ koeżjoni. Hija kkonfermat il-ħtieġa, b’mod konsistenti mar-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika, li jingħata appoġġ lil tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, permezz ta’ objettiv speċifiku ta’ politika u mekkaniżmu ta’ konċentrazzjoni tematika korrispondenti (ara l-Kapitoli 2.2 u 3.2).

Għalhekk l-objettiv tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta huwa ġustifikat, peress li għandu l-għan li jiggarantixxi tranżizzjoni ġusta tal-enerġija billi jtaffi l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali li timplika t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima. Għal dan il-għan, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jappoġġa t-trasformazzjoni tal-proċessi industrijali meħtieġa biex it-tranżizzjoni tal-enerġija tirnexxi, se jippromwovi d-diversifikazzjoni ekonomika tal-aktar territorji milquta, b’konsistenza mal-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-impatt dwar il-ħtieġa li tiġi appoġġata t-trasformazzjoni industrijali intelliġenti (ara l-Kapitolu 2.2).

Id-distribuzzjoni mhux uniformi tal-effetti tat-tranżizzjoni tal-enerġija kienu indikati wkoll fil-valutazzjoni tal-impatt (ara l-kapitolu 3.3). B’mod partikolari, hija enfasizzat l-isfidi li jaffaċċaw ir-reġjuni l-aktar milquta minħabba d-dipendenza tagħhom fuq il-produzzjoni tal-fjuwil solidu u s-sehem għoli ta’ fjuwils solidi fit-taħlita tagħhom tal-ġenerazzjoni tal-elettriku. Din il-valutazzjoni tiġġustifika l-konċentrazzjoni proposta tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta fit-territorji l-aktar milquta ħażin u d-distribuzzjoni proposta tal-allokazzjonijiet nazzjonali.

L-elementi tal-analiżijiet u tal-valutazzjoni tal-impatt ta’ hawn fuq jappoġġaw l-objettivi u l-karatteristiċi ewlenin tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta. Ma saritx valutazzjoni tal-impatt indipendenti, peress li kienet iddewwem l-adozzjoni tal-proposta leġiżlattiva bil-periklu li jintilef il-pass tan-negozjati li jinsabu għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

Tagħlimiet mill-implimentazzjoni ta’ inizjattivi ta’ tranżizzjoni magħżula

Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-objettiv tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jindirizzaw l-impatt tat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u għalhekk jindirizzaw is-sitwazzjoni tal-attivitajiet tal-estrazzjoni tal-fjuwil fossili solidu (il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż) iżda wkoll it-trasformazzjoni tal-proċessi industrijali intensivi fl-enerġija meħtieġa minn din it-tranżizzjoni, fir-rigward tal-impatti soċjali u ekonomiċi tagħhom, fit-territorji kkonċernati.

F’dan ir-rigward, diġà ttieħdu azzjonijiet fil-kuntest tal-inizjattivi tar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni u tal-azzjoni pilota għar-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali. Għalkemm il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jsegwi għanijiet usa’ u jipprovdi approċċ aktar integrat, se jislet ukoll tagħlimiet minn dawn l-inizjattivi u se jibni fuq il-metodi ta’ ħidma u l-istrutturi fejn rilevanti, għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta.

L-ewwel nett, fil-kuntest tal-inizjattiva tar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni, il-politika ta’ koeżjoni qed tappoġġa t-tranżizzjoni f’21 reġjun pilota (minn Jannar 2020) b’ekonomiji li jiddependu ħafna fuq il-faħam. Il-bidliet strutturali huma indirizzati permezz ta’ approċċ olistiku li jinkludi d-dimensjonijiet ekonomiċi, industrijali, teknoloġiċi u soċjali tal-proċess ta’ trasformazzjoni, bl-involviment ta’ atturi lokali, inklużi s-sħab soċjali, l-industrija u organizzazzjonijiet mhux governattivi u fi sħubija mill-qrib magħhom.

Id-djalogu bejn diversi partijiet ikkonċernati u l-kondiviżjoni tal-għarfien urew li huma essenzjali biex jiġu żgurati l-progress kollettiv, it-trasparenza u l-mobilizzazzjoni tal-aktar mezzi effettivi biex jiġu indirizzati l-impatti soċjoekonomiċi tat-tranżizzjoni.

L-appoġġ huwa ffukat fuq it-trasformazzjoni ekonomika f’konformità ma’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (eż. appoġġ lill-SMEs, inkubaturi imprenditorjali, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni tal-industrija u r-riċerkaturi), it-taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiema li tradizzjonalment huma impjegati f’setturi relatati mal-faħam u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u sorsi alternattivi tal-enerġija rinnovabbli.

Is-suċċess tal-inizjattiva jiddependi fuq l-involviment tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-atturi lokali kkonċernati, inklużi s-sħab soċjali. Dan huwa ingranat minn rekwiżiti nazzjonali ta’ kofinanzjament taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll l-involviment ta’ sħab fl-istrateġija tal-iżvilupp.

It-tieni, b’mod simili, biex ir-reġjuni tal-UE jiġu megħjuna jiġġestixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli b’livell baxx ta’ karbonju, u biex tiġi ġestita l-bidla industrijali kkawżata mit-tranżizzjoni dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima ġie offrut appoġġ speċifiku biex jagħti spinta lill-innovazzjoni, jitneħħew l-ostakli għall-investiment, u biex iċ-ċittadini jiġu mgħammra bil-ħiliet xierqa. L-azzjoni pilota għar-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali tipprovdi appoġġ mill-esperti tal-Kummissjoni kif ukoll assistenza teknika mill-FEŻR. Intgħażlu 12-il reġjun għas-sostenn tal-UE .

4.IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-Kummissjoni tfittex li ssegwi l-prijoritajiet tagħha kif stabbiliti fil-linji gwida politiċi bħala parti mill-ambizzjoni usa’ għall-baġit tal-UE. F’dak il-kuntest il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta ambizzjuż huwa prijorità. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ppreżentat din il-proposta leġiżlattiva kmieni ħafna fil-mandat tagħha li hija komplementari mal-proposti eżistenti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss u tieħu prijorità. Il-proposta se tikkontribwixxi għan-negozjati dwar il-QFP li jmiss u mistennija li tiġi integrata fil-qafas ta’ qbil ġenerali dwar il-QFP li jmiss.

Ir-riżorsi baġitarji għall-JTF jeħtieġ li jkunu EUR 7,5 biljun (bi prezzijiet tal-2018) bil-possibbiltà li, jekk ikun xieraq, dan il-livell ta’ ambizzjoni jiżdied aktar tard.

5.ELEMENTI OĦRA

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-qafas legali jikkonsisti fi proposta apposta għal Regolament li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-emendi konsegwenzjali meħtieġa għall-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni biex il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jiġi inkorporat bħala Fond ġdid skont ir-Regolament, flimkien mal-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FSE+. It-twettiq u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkunu rregolati mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

Il-proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tiffoka fuq il-karatteristiċi li ġejjin:

·jiġi stabbilit ir-ratione materiae tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta;

·tiġi stabbilita definizzjoni tal-objettiv speċifiku korrispondenti li għandu jintuża għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta taħt prijorità jew programm apposta fl-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta’ koeżjoni;

·jiġu stipulati l-kopertura ġeografika u l-metodoloġija dwar l-allokazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji għall-JTF;

·jiġi definit il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-JTF;

·jiġi speċifikat il-kontenut tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, inkluża l-ħtieġa li l-Istati Membri jidentifikaw dawk it-territorji li huma l-aktar milquta mit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u fejn l-appoġġ mill-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun ikkonċentrat;

·jiġi stabbilit qafas li jkejjel il-kisbiet tiegħu permezz ta’ indikaturi korrispondenti u mekkaniżmu biex jiġi aġġustat l-appoġġ f’każ li l-miri ma jintlaħqux.

2020/0006 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 9 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 10 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Il-qafas regolatorju li jirregola l-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027, fil-kuntest tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, jikkontribwixxi għat-twettiq tal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti billi jikkonċentra l-finanzjament tal-Unjoni fuq objettivi ekoloġiċi. Dan ir-Regolament jimplimenta waħda mill-prijoritajiet stipulati fil-Komunikazzjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (“il-Patt Ekoloġiku Ewropew”) 11 u huwa parti mill-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli 12 li jipprovdi finanzjament iddedikat taħt il-Mekkaniżmu ta’ Tranżizzjoni Ġusta fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni biex jiġu indirizzati l-ispejjeż ekonomiċi u soċjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika u newtrali għall-klima, fejn kwalunkwe bilanċ tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra jiġi kkumpensat minn assorbimenti ekwivalenti.

(2)It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u l-ekonomija ċirkolari tikkostitwixxi wieħed mill-objettivi ta’ politika l-aktar importanti għall-Unjoni. Fit-12 ta’ Diċembru 2019, il-Kunsill Ewropew approva l-objettiv li sal-2050 tinkiseb Unjoni newtrali għall-klima, f’konformità mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi. Filwaqt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali se tkun ta’ benefiċċju għal kulħadd fuq terminu twil u tipprovdi opportunitajiet u sfidi għal kulħadd fuq terminu medju, mhux ir-reġjuni u l-Istati Membri kollha se jibdew it-tranżizzjoni tagħhom mill-istess punt jew għandhom l-istess kapaċità ta’ rispons. Xi wħud huma aktar avvanzati minn oħrajn, filwaqt li t-tranżizzjoni tinvolvi impatt soċjali u ekonomiku usa’ għal dawk ir-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili - speċjalment il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż - jew fuq industriji b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra. Sitwazzjoni bħal din mhux biss toħloq ir-riskju ta’ tranżizzjoni b’pass varjabbli fl-Unjoni fir-rigward tal-azzjoni klimatika, iżda wkoll ta’ disparitajiet dejjem akbar bejn ir-reġjuni, li huwa ta’ detriment għall-objettivi ta’ koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali.

(3)Sabiex tirnexxi, it-tranżizzjoni trid tkun ġusta u soċjalment aċċettabbli għal kulħadd. Għalhekk, kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri jridu jqisu l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali tagħha sa mill-bidu nett, u jużaw l-istrumenti kollha possibbli biex itaffu l-konsegwenzi negattivi. Il-baġit tal-Unjoni għandu rwol importanti f’dan ir-rigward.

(4)Kif stipulat fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u fil-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli, Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta jkun jissupplimenta l-azzjonijiet l-oħra skont il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss għall-perjodu mill-2021 sal-2027. Dan ikun jikkontribwixxi biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi ta’ tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tal-Unjoni billi jgħaqqad flimkien l-infiq tal-baġit tal-Unjoni fuq l-objettivi klimatiċi ma’ dawk soċjali fil-livell reġjonali.

(5)Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (ust Transition Fund, “JTF”) li huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta implimentat skont il-politika ta’ koeżjoni. L-għan tal-JTF huwa li jtaffi l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa l-aktar territorji affettwati u l-aktar ħaddiema kkonċernati. F’konformità mal-objettiv speċifiku tal-JTF, jeħtieġ li l-azzjonijiet appoġġati mill-JTF jikkontribwixxu direttament biex itaffu l-impatt tat-tranżizzjoni billi jiffinanzjaw id-diversifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tal-ekonomija lokali u billi jtaffu r-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi. Dan huwa rifless fl-għan speċifiku tal-JTF, li huwa stabbilit fl-istess livell u elenkat flimkien mal-objettivi tal-politika stipulati fl-Artikolu [4] tar-Regolament UE [RDK ġdid].

(6)Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi, l-impenn rigward l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ambizzjoni akbar tal-Unjoni kif propost fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi kontribut ewlieni biex l-azzjonijiet klimatiċi jiġu integrati. Ir-riżorsi mill-pakkett proprju tal-JTF huma addizzjonali u jiżdiedu mal-investimenti li huma meħtieġa biex tintlaħaq il-mira ġenerali ta’ 25 % tan-nefqa tal-baġit tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-objettivi dwar il-klima. Ir-riżorsi ttrasferiti mill-FEŻR u l-FSE+ se jikkontribwixxu kompletament biex tintlaħaq din il-mira.

(7)Jeħtieġ li r-riżorsi mill-JTF jissupplimentaw ir-riżorsi disponibbli taħt il-politika ta’ koeżjoni.

(8)It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn attivitajiet industrijali b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra li se jiġu eliminati b’mod gradwali jew li għandhom bżonn jadattaw għal tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jagħmlu dan. Għaldaqstant il-JTF jeħtieġ li jkopri l-Istati Membri kollha, iżda d-distribuzzjoni tal-mezzi finanzjarji jeħtieġ li tirrifletti l-kapaċità tal-Istati Membri biex jiffinanzjaw l-investimenti neċessarji biex ilaħħqu mat-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika.

(9)Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal- Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, abbażi ta’ kriterji oġġettivi.

(10)Dan ir-Regolament jidentifika t-tipi ta’ investimenti li għalihom in-nefqa tista’ tiġi appoġġata mill-JTF. Jeħtieġ li l-attivitajiet kollha li jirċievu sostenn ikollhom segwitu b’rispett sħiħ tal-prijoritajiet klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni. Jeħtieġ li l-lista ta’ investimenti tinkludi dawk li jappoġġaw l-ekonomiji lokali u li jkunu sostenibbli fit-tul, filwaqt li jitqiesu l-objettivi kollha tal-Patt Ekoloġiku. Jeħtieġ li l-proġetti ffinanzjati jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija li hija newtrali għall-klima u ċirkolari. Għas-setturi li qed inaqqsu, bħall-produzzjoni tal-enerġija bbażata fuq il-faħam, il-linjite, il-pit u x-shale bituminuż jew fuq l-attivitajiet ta’ estrazzjoni ta’ dawn il-fjuwils fossili solidi, l-appoġġ jeħtieġ li jkun marbut mat-tneħħija gradwali tal-attività u t-tnaqqis korrispondenti fil-livell tal-impjiegi. Rigward it-trasformazzjoni tas-setturi b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra, jeħtieġ li l-appoġġ jippromwovi attivitajiet ġodda permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda, proċessi jew prodotti ġodda, u sal-2050 iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet, f’konformità mal-objettivi klimatiċi tal-UE 2030 u n-newtralità klimatika 13 , filwaqt li jinżammu u jiżdiedu l-impjiegi u tiġi evitata d-degradazzjoni ambjentali. Jeħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lil attivitajiet li jsaħħu l-innovazzjoni u r-riċerka f’teknoloġiji avvanzati u sostenibbli, kif ukoll fl-oqsma tad-diġitalizzazzjoni u l-konnettività, dment li tali miżuri jgħinu biex jittaffew l-effetti sekondarji negattivi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u newtrali għall-klima u jikkontribwixxu għaliha.

(11)Sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini li huma l-jeħtieġ li l-JTF ikopri wkoll it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema milquta, bil-għan li jgħinhom jadattaw għal opportunitajiet ġodda ta’ impjieg, kif ukoll jipprovdi għajnuna lil dawk li qed ifittxu impjieg fit-tiftix ta’ opportunitajiet ġodda ta’impjieg kif ukoll l-inklużjoni attiva tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(12)Sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni ekonomika tat-territorji milquta mit-tranżizzjoni, jeħtieġ li l-JTF jipprovdi appoġġ għal investimenti produttivi fl-SMEs. Investiment produttiv jeħtieġ li jkun jinftiehem bħala investiment f’kapital fiss jew f’assi immaterjali ta’ intrapriżi bil-ħsieb li jiġu prodotti oġġetti u servizzi u b’hekk jikkontribwixxu għall-formazzjoni ta’ kapital gross u għall-impjiegi. Għal intrapriżi li mhumiex SMEs, jeħtieġ li l-investimenti produttivi jiġu appoġġati biss jekk ikunu meħtieġa biex itaffu t-telf ta’ impjiegi li jirriżulta mit-tranżizzjoni, billi joħolqu jew jipproteġu għadd sinifikanti ta’ impjiegi u ma jwasslux għal rilokazzjoni jew jirriżultaw minnha. Jeħtieġ li jitħallew isiru investimenti f’faċilitajiet industrijali eżistenti, inklużi dawk koperti mill-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, jekk jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u jmorru sew taħt il-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 u jekk jirriżultaw fil-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi. Kull investiment bħal dan jeħtieġ li jiġi ġġustifikat skont il-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta rilevanti. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern u l-politika ta’ koeżjoni, l-appoġġ lill-impriżi li joperaw jeħtieġ li jkun konformi mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif stipulat fl-Artikoli 107 u 108 TFUE u, b’mod partikolari, l-appoġġ għal investimenti produttivi minn intrapriżi għajr l-SMEs jeħtieġ li jkunu limitati għal intrapriżi li jinsabu f’żoni nnominati bħala żoni megħjuna għall-finijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE.

(13)Sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà għall-ipprogrammar tar-riżorsi tal-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, jeħtieġ li jkun possibbli li jitħejja programm JTF awtonomu jew li jiġu pprogrammati riżorsi JTF fi prijorità speċifika waħda jew aktar fi programm appoġġat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), mill-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”) jew mill-Fond ta’ Koeżjoni. Skont l-Artikolu 21a tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi tal-JTF għandhom jissaħħu b’finanzjament komplementari mill-FEŻR u l-FSE +. L-ammonti rispettivi ttrasferiti mill-FEŻR u mill-FSE + jeħtieġ li jkunu konsistenti mat-tip ta’ operazzjonijiet stipulati fil-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.

(14)Jeħtieġ li l-appoġġ tal-JTF ikun jiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva ta’ proċess ta’ tranżizzjoni f’territorju speċifiku sabiex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima. F’dan ir-rigward, jeħtieġ li l-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, iħejju pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, li jagħtu dettalji dwar il-proċess ta’ tranżizzjoni, b’mod konsistenti mal-Pjanijiet Nazzjonali tagħhom dwar l-Enerġija u l-Klima. Għal dan il-għan, jeħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta’ Tranżizzjoni Ġusta sabiex tibni fuq il-pjattaforma eżistenti għar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni biex tippermetti li jsiru skambji bilaterali u multilaterali dwar l-esperjenza fit-tagħlimiet miksuba u fl-aħjar prattiki fis-setturi kollha affettwati.

(15)Jeħtieġ li l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni jidentifikaw it-territorji l-aktar milquta ħażin, fejn l-appoġġ tal-JTF jeħtieġ li jkun ikkonċentrat u jiddeskrivu azzjonijiet speċifiċi li jridu jittieħdu biex tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima, b’mod partikolari fir-rigward tal-konverżjoni jew l-għeluq ta’ faċilitajiet li jinvolvu l-produzzjoni ta’ fjuwils fossili jew attivitajiet b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra. Jeħtieġ li dawn it-territorji jiġu ddefiniti b’mod preċiż u jkunu jikkorrispondu mar-reġjuni tan-NUTS livell 3 jew ikunu partijiet minnha. Jeħtieġ li l-pjanijiet jiddeskrivu fid-dettall l-isfidi u l-ħtiġijiet ta’ dawn it-territorji u jidentifikaw it-tip ta’ operazzjonijiet meħtieġa b’mod li jiġi żgurat l-iżvilupp koerenti ta’ attivitajiet ekonomiċi reżiljenti għat-tibdil fil-klima li jkunu wkoll konsistenti mat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika u mal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku. Huma biss l-investimenti skont il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni li jeħtieġ jirċievu appoġġ finanzjarju mill-JTF. Jeħtieġ li l-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzji ġusta jkunu parti mill-programmi (appoġġati mill-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni jew il-JTF) li huma approvati mill-Kummissjoni.

(16)Sabiex tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-użu tar-riżorsi tal-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, tkun tista’ tapplika korrezzjonijiet finanzjarji f’każ ta’ insuffiċjenza serja tal-miri stabbiliti għall-objettiv speċifiku tal-JTF.

(17)Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jeħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-elementi li jinsabu fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-indikaturi komuni tal-output u tar-riżultat. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet 15 . B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri; dawn l-esperti sistematikament għandhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(18)Sabiex jiġi stabbilit qafas finanzjarju xieraq għall-JTF, jeħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tistipula t-tqassim annwali tal-allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru f’konformità mal-Anness I.

(19)L-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġu appoġġati territorji li jkunu qed jiffaċċjaw trasformazzjoni ekonomika u soċjali fit-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija newtrali għall-klima, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri individwalment. Ir-raġunijiet ewlenin f’dan ir-rigward huma, minn naħa waħda, id-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tat-territorji differenti u r-ritard ta’ dawk it-territorji li huma anqas favoriti, kif ukoll il-limitu fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tat-territorji u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa għal qafas ta’ implimentazzjoni koerenti li jkopri diversi fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (Just Transition Fund, “JTF”) biex jipprovdi appoġġ lit-territorji li qed jaffaċċaw sfidi soċjoekonomiċi serji li jirriżultaw mill-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija tal-UE newtrali għall-klima sal-2050.

2.Huwa jistabbilixxi l-objettiv speċifiku tal-JTF, il-kopertura ġeografika u r-riżorsi tiegħu, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tiegħu fir-rigward tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir imsemmija fil- [punt (a) tal-Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] kif ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ipprogrammar u l-indikaturi meħtieġa għall-monitoraġġ.

Artikolu 2
L-objettiv speċifiku

F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [4 (1)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], il-JTF għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku uniku li “jippermetti lir-reġjuni u n-nies jindirizzaw l-impatti soċjali u ekonomiċi tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima”.

Artikolu 3
Il-kopertura ġeografika u r-riżorsi għall-JTF skont il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir

1.Il-JTF għandu jappoġġa l-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Istati Membri kollha.

2.Ir-riżorsi għall-JTF taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir disponibbli għall-impenn baġitarju għall-perjodu 2021-2027 għandhom ikunu ta’ EUR 7,5 biljun fil-prezzijiet tal-2018, li jistgħu jiżdiedu, skont il-każ, b’riżorsi addizzjonali allokati fil-baġit tal-Unjoni, u b’riżorsi oħra skont l-att bażiku applikabbli.

Għall-finijiet tal-ipprogrammar u l-inklużjoni sussegwenti tagħhom fil-baġit tal-Unjoni, l-ammonti msemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jiġu indiċjati bir-rata ta’ 2 % fis-sena.

Mill-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu 0,35% għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

3.Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni li jistipula t-tqassim annwali tar-riżorsi, inkluż ir-riżorsi kollha addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, skont l-Istat Membru f’konformità mal-metodoloġija stabbilita fl-Anness I.

4.Permezz ta’ deroga mill-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], ir-riżorsi kollha addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, allokati lill-JTF fil-baġit tal-Unjoni jew li huma pprovduti minn riżorsi oħra ma għandhomx jeħtieġu appoġġ kumplimentari mill-FEŻR jew mill-FSE+.

Artikolu 4
Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

1.Il-JTF għandu jappoġġa biss attivitajiet li huma direttament marbuta mal-objettiv speċifiku tiegħu kif stipulat fl-Artikolu 2 u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7.

2.F’konformità mal-paragrafu 1, il-JTF għandu jappoġġa esklussivament l-attivitajiet li ġejjin:

(a)investimenti produttivi fl-SMEs, inklużi negozji ġodda, li jwasslu għal diversifikazzjoni u rikonverżjoni ekonomiċi;

(b)investimenti fil-ħolqien ta’ ditti ġodda, inkluż permezz ta’ inkubaturi tan-negozju u servizzi ta’ konsulenza;

(c)investimenti f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni u t-trawwim ta’ trasferiment ta’ teknoloġiji avvanzati;

(d)investimenti fl-użu ta’ teknoloġija u infrastrutturi għal enerġija nadifa u affordabbli, fi tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra, fl-effiċjenza enerġetika u fl-enerġija rinnovabbli;

(e)investimenti fid-diġitalizzazzjoni u l-konnettività diġitali;

(f)investimenti fir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni ta’ siti, restawr ta’ art u proġetti ta’ adattament;

(g)investimenti fit-titjib tal-ekonomija ċirkolari, inkluż permezz tal-prevenzjoni, it-tnaqqis, l-effiċjenza fir-riżorsi, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart;

(h)it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema;

(i)għajnuna fit-tiftix għal min ikun qed ifittex impjieg;

(j)l-inklużjoni attiva ta’ min ikun qed ifittxu impjieg;

(k)assistenza teknika.

Barra minn hekk, il-JTF jista’ jappoġġa, f’żoni magħżula bħala żoni megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) TFUE, investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs, sakemm dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (h) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.

Il-JTF jista’ jappoġġa investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-investimenti jkunu ġew approvati bħala parti mill-pjan ta’ tranżizzjoni territorjali bbażat fuq l-informazzjoni meħtieġa skont il-punt (i) tal-Artikolu 7(2). Dawn l-investimenti għandhom ikunu eliġibbli biss meta jkunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta.

Artikolu 5
L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

Il-JTF ma għandux jgħin:

(a)id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;

(c)impriżi f’diffikultà, kif definiti fl-Artikolu 2(18) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 16 ;

(d)investiment relatat mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħażin jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili;

(e)investiment fl-infrastruttura tal-broadband f’żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta’ kategorija ekwivalenti.

Artikolu 6
Il-programmazzjoni tar-riżorsi tal-JTF

1.Ir-riżorsi tal-JTF għandhom jiġu pprogrammati għall-kategoriji tar-reġjuni fejn jinsabu t-territorji kkonċernati, fuq il-bażi tal-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta stabbiliti skont l-Artikolu 7 u approvati mill-Kummissjoni bħala parti minn programm jew emenda ta’ programm. Ir-riżorsi programmati għandhom jieħdu l-forma ta’ programm speċifiku wieħed jew aktar jew ta’ prijorità waħda jew aktar fil-kuntest ta’ programm.

Il-Kummissjoni għandha tapprova programm biss fejn l-identifikazzjoni tat-territorji l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta’ tranżizzjoni, inklużi fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta rilevanti, tkun debitament iġġustifikata u l-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta rilevanti jkun konsistenti mal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima tal-Istat Membru kkonċernat.

2.Il-prijorità jew prijoritajiet tal-JTF għandhom jinkludu r-riżorsi tal-JTF li jikkonsistu mill-allokazzjoni sħiħa jew parzjali tal-JTF għall-Istati Membri u r-riżorsi trasferiti skont l-Artikolu [21a] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid]. It-total tar-riżorsi tal-FEŻR u l-FSE+ ittrasferit lill-prijorità tal-JTF għandu jkun mill-inqas ugwali għal darba u nofs l-ammont ta’ sostenn mill-JTF għal dik il-prijorità iżda ma għandux jaqbeż tliet darbiet dak l-ammont.

Artikolu 7
Il-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta

1.L-Istati Membri għanhom iħejju, flimkien mal-awtoritajiet rilevanti tat-territorji kkonċernati, pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta wieħed jew aktar li jkopru territorju wieħed effettwat jew aktar li jikkorrispondu għal-livell 3 tal-klassifika komuni tal-unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni "NUTS livell 3") kif stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014 17 jew partijiet minnu, f’konformità mal-mudell stipulat fl-Anness II. Dawn it-territorji għandhom ikunu dawk l-aktar milquta ħażin fuq il-bażi tal-impatti ekonomiċi u soċjali li jirriżultaw mit-tranżizzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-telf mistenni ta’ impjiegi fil-produzzjoni u l-użu tal-fjuwil fossili u l-ħtiġijiet ta’ trasformazzjoni tal-proċessi ta’ produzzjoni ta’ faċilitajiet industrijali bl-ogħla intensità ta’ gassijiet serra.

2.Pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni fil-livell nazzjonali lejn ekonomija newtrali għall-klima, inkluż skeda ta’ żmien għall-passi ewlenin ta’ tranżizzjoni li jkunu konsistenti mal-aktar verżjoni reċenti tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u l-Klima (“NECP”);

(b)ġustifikazzjoni għall-identifikazzjoni tat-territorji bħala l-aktar milquta ħażin mill-proċess ta’ tranżizzjoni imsemmija fil-punt (a) u li għandhom jiġu appoġġati mill-JTF, skont il-paragrafu 1;

(c)valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni ffaċċjati mit-territorji milquta l-aktar ħażin, inkluż l-impatt soċjali, ekonomiku u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, li tidentifika l-għadd potenzjali ta’ impjiegi milquta u t-telf ta’ impjiegi, il-ħtiġijiet u l-objettivi ta’ żvilupp li jridu jinkisbu sal-2030 marbuta mat-trasformazzjoni jew l-għeluq ta’ attivitajiet b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra f’dawn it-territorji;

(d)deskrizzjoni tal-kontribut mistenni tal-appoġġ tal-JTF biex jiġu indirizzati l-impatti soċjali, ekonomiċi u ambjentali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima;

(e)valutazzjoni tal-konsistenza tiegħu ma’ strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra;

(f)deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ governanza li jikkonsistu fl-arranġamenti ta’ sħubija, il-miżuri ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni ppjanati u l-korpi responsabbli;

(g)deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni;

(h)fejn jingħata appoġġ lil investimenti produttivi lil intrapriżi li mhumiex SMEs, lista eżawrjenti ta’ dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali appoġġ permezz ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment;

(i)fejn jingħata appoġġ lill-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, lista eżawrjenti ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għal tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jmorru ħafna taħt l-parametri referenzjarji rilevanti stabbiliti għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi;

(j)is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ programmi u pilastri oħra tal-Unjoni tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet identifikati tal-iżvilupp.

3.It-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta għandhom jinvolvu lill-imsieħba rilevanti f’konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid].

4.Il-pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid], mal-istrateġiji tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti rilevanti, l-NECPs u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Meta r-reviżjoni tal-Pjan Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tkun tirrikjedi reviżjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, din ir-reviżjoni għandha titwettaq bħala parti mill-eżerċizzju ta’ rieżami ta’ terminu medju b’konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) [RDK ġdid].

Artikolu 8
L-indikaturi

1.Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultat, kif stipulat fl-Anness III u, fejn debitament ġustifikat fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta, l-indikaturi tal-output u tar-riżultat speċifiċi għal programm għandhom jiġu stabbiliti skont [il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12(1)], [il-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3)] u [l-punt (b) tal-Artikolu 37(2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid].

2.Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Il-miri ma għandhomx jiġu riveduti wara li t-talba għal emenda tal-programm ippreżentata skont l-Artikolu [14 (2)] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] tkun ġiet approvata mill-Kummissjoni.

3.Fejn prijorità JTF tappoġġa l-attivitajiet imsemmija fil-punti (h), (i) jew (j) tal-Artikolu 4(2), id-data tal-indikaturi għall-parteċipanti għandha tiġi trażmessa biss meta tkun disponibbli d-data kollha dwar dak il-parteċipant, meħtieġa f’konformità mal-Anness III.

4.Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 biex temenda l-Anness III sabiex isiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-lista tal-indikaturi li għandhom jintużaw.

Artikolu 9
Il-korrezzjonijiet finanzjarji

Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-eżami tar-rapport tal-prestazzjoni finali tal-programm, li ma nkisibx mill-inqas 65 % tal-mira stabbilita għal indikatur ta’ output jew riżultat wieħed jew aktar għar-riżorsi tal-JTF, hija tista’ tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu [98] tar-Regolament (UE) [RDK ġdid] billi tnaqqas is-sostenn mill-JTF għall-prijorità kkonċernata b’mod proporzjonali għall-kisbiet.

Artikolu 10
L-eżerċizzju tad-delega

1.Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 8(4) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kull att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikolu 8(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 11
Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta/tal-inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

L-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika bil-kundizzjoni li jiġu approvati l-proposti tal-QFP

1.3.Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda:

X azzjoni ġdid 

 azzjoni ġdida b’segwitu għal proġett pilota/azzjoni preparatorja 18  

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti 

 fużjoni jew direzzjoni mill-ġdid ta’ azzjoni waħda jew aktar lejn azzjoni oħra/ġdida 

1.4.Raġunijiet għall-proposta/għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil, inkluża kronoloġija dettaljata għat-tnedija tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

It-tieni nofs tal-2020 - Adozzjoni tar-Regolament

B’seħħ mill-2020 - It-tħejjija ta’ pjanijiet territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta fl-Istati Membri

Matul l-2021 - L-adozzjoni tal-programm u l-bidu tal-implimentazzjoni

1.4.2.Il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, eż. il-gwadann mill-koordinazzjoni, iċ-ċertezza tad-dritt, effettività akbar jew il-komplementarjetajiet). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni’ huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li altrimenti kien jinħoloq mill-Istati Membri individwalment.

L-azzjoni tal-UE għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta hija ġġustifikata fuq il-bażi tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 174 TFUE li jgħid li għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi gravi u permanenti.

It-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima tippreżenta sfida lill-Istati Membri kollha. Dan se jkun partikolarment eżiġenti fuq dawk l-Istati Membri li jiddependu ħafna mill-fjuwils fossili jew minn industriji b’emissjonijiet għoljin ta’ gassijiet serra li se jiġu eliminati b’mod gradwali jew milquta b’mod sever mit-tranżizzjoni u li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji biex jadattaw bil-għan li jiksbu n-newtralità klimatika. Il-JTF jgħin biex tingħeleb l-isfida li toffri t-tranżizzjoni u jespandi l-kapaċità fiskali tal-Istati Membri biex iwettqu l-investimenti u l-azzjonijiet neċessarji.

1.4.3.Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

Diġà ttieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni, taħt ir-reġjuni karboniferi f’inizjattivi ta’ tranżizzjoni u azzjoni pilota għar-reġjuni fi tranżizzjoni industrijali biex jippromwovu t-tranżizzjoni tal-enerġija u l-klima. Għalkemm il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta jfittex għanijiet akbar u jipprovdi approċċ aktar integrat, jistgħu jinsiltu tagħlimiet b’mod utli minn dawn l-inizjattivi għall-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-Fond.

L-ewwel nett, l-inizjattiva tar-reġjuni karboniferi fi tranżizzjoni qed tappoġġa t-tranżizzjoni f’21reġjun pilota b’ekonomiji li huma dipendenti ħafna fuq il-faħam. Il-bidliet strutturali huma indirizzati permezz ta’ approċċ olistiku li jinkludi d-dimensjonijiet ekonomiċi, industrijali, teknoloġiċi u soċjali tal-proċess ta’ trasformazzjoni, bl-involviment tal-atturi lokali u fi sħubija mill-qrib magħhom.

L-appoġġ huwa ffukat fuq it-trasformazzjoni ekonomika f’konformità ma’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (eż. appoġġ lill-SMEs, inkubaturi imprenditorjali, l-innovazzjoni u l-kooperazzjoni tal-industrija u r-riċerkaturi), it-taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiema li tradizzjonalment huma impjegati f’setturi relatati mal-faħam u l-promozzjoni tal-effiċjenza enerġetika u sorsi alternattivi tal-enerġija rinnovabbli.

Is-suċċess tal-inizjattiva jiddependi fuq l-involviment tal-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati. Dan huwa ingranat minn rekwiżiti nazzjonali ta’ kofinanzjament taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll l-involviment ta’ sħab fl-istrateġija tal-iżvilupp.

B’mod simili, biex ir-reġjuni tal-UE jiġu megħjuna jiġġestixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli b’livell baxx ta’ karbonju, ġie offrut appoġġ speċifiku biex tingħata spinta lill-innovazzjoni, jitneħħew l-ostakli għall-investiment, u biex iċ-ċittadini jiġu mgħammra bil-ħiliet xierqa u biex tiġi ġestita l-bidla industrijali kkawżata mit-tranżizzjoni dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima. L-azzjoni pilota tipprovdi appoġġ minn esperti tal-Kummissjoni kif ukoll assistenza teknika mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Intgħażlu 12-il reġjun għas-sostenn tal-UE.

1.4.4.Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti xierqa oħra

It-twettiq u l-implimentazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jiġu rregolati mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni li jirregola wkoll, fost l-oħrajn , il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew Plus. Għalhekk, il-komplementarjetà u s-sinerġiji ma’ dawn il-fondi se jkunu estremament b’saħħithom, inkluż permezz ta’ trasferimenti dedikati miż-żewġ fondi tal-politika ta’ koeżjoni. Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta se jkun ukoll ikkoordinat mill-qrib ma’ pilastri oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta. Il-Fond huwa mistenni li jagħti riżultati fil-qafas tal-Patt Ekoloġiku Ġdid Ewropew u tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa Sostenibbli. Se jkollu wkoll rabtiet b’saħħithom mal-inizjattivi taħt il-punt 1.4.3.

1.5.Durata u impatt finanzjarju

X durata limitata

   fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

X    L-impatt finanzjarju mill-2021 sal-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-impenji u mill-2021 sal-perjodu wara l-2027 għall-approprjazzjonijiet tal-pagamenti.

 durata mhux limitata

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu mill-SSSS sal-SSSS,

segwit minn tħaddim fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 19

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

   mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi

X Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

lil pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

lil organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

lill-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

lill-korpi msemmija fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

lil korpi tal-liġi pubblika;

lil korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku sakemm dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

lil korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

   lil persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat iżjed minn mod wieħed ta’ ġestjoni, ipprovdi d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Is-sistema ta’ monitoraġġ u r-regoli ta’ rappurtar se jkunu rregolati mir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) u se jkunu identiċi għal dawk applikabbli għas-seba’ fondi ta’ ġestjoni kondiviża l-oħra taħt l-RDK.

Ir-regoli tal-RDK jibnu fuq l-aħjar prattiki tal-perjodu 2014-2020 u se jkomplu jkunu bbażati fuq sistema ta’ ġestjoni kondiviża. Il-kumitati ta’ monitoraġġ stabbiliti għal kull programm se jingħataw rwol aktar prominenti fis-superviżjoni tal-prestazzjoni tal-programm u l-fatturi kollha li jinfluwenzaw l-implimentazzjoni. Għat-trasparenza, se jkun mitlub li d-dokumenti ppreżentati lill-kumitati ta’ monitoraġġ ikunu disponibbli pubblikament. Il-laqgħat annwali ta’ rieżami bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkomplementaw is-sistema. Se japplika r-rekwiżit għal rapport finali dwar il-prestazzjoni.

Id-definizzjoni ta’ indikaturi applikabbli b’mod komuni se tikkontribwixxi għad-disponibbiltà ta’ informazzjoni ta’ monitoraġġ li tista’ tiġi aggregata fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-indikaturi huma stabbiliti separatament għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta iżda f’qafas koerenti mal-indikaturi proposti għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

Id-data elettronika tippermetti t-taħlit ta’ simplifikazzjoni u trasparenza. Fil-perjodu 2014-2020, kien rekwiżit li tiġi stabbilita sistema ta’ skambju elettroniku ta’ data bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni kif ukoll bejn l-awtoritajiet differenti tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Ir-Regolament attwali jibni fuq dan u jiżviluppa aktar ċerti aspetti f’termini ta’ ġbir ta’ data. Id-data kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-progress fl-implimentazzjoni inklużi r-riżultati u l-prestazzjoni tal-programmi issa se tiġi trażmessa b’mod elettroniku.

2.2.Sistema/i ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, il-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, il-modalitajiet ta’ pagament u l-istrateġija ta’ kontroll proposta

Is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll se tkun irregolata mill-RDK u se tkun identika għal dawk applikabbli għas-seba’ fondi ta’ ġestjoni maqsuma l-oħra taħt l-RDK.

Minħabba r-riżultati pożittivi mir-rati ta’ żbalji mnaqqsa rrappurtati mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (u l-inċertezza li tirriżulta mill-fatt li ma kienx hemm fis-seħħ ċiklu sħiħ ta’ implimentazzjoni tal-programmi, għalhekk ma jistgħux jinsiltu konklużjonijiet definittivi dwar l-aspetti kollha tagħha) huwa meħtieġ li jinżammu fis-seħħ il-prinċipji fundamentali eżistenti tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u r-regoli ta’ ġestjoni finanzjarja introdotti għall-perjodu 2014-2020.

Madankollu, huwa meħtieġ ukoll li jiġi rikonoxxut id-dewmien biex jingħata bidu għall-implimentazzjoni tal-2014-2020 u l-piż amministrattiv xi drabi mhux meħtieġ li introduċew uħud mir-rekwiżiti. Għalhekk qed jiġi propost li l-kompiti u r-responsabbiltajiet ta’ diversi korpi fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jiġu stipulati b’mod aktar ċar, l-aktar fir-rigward tal-għażla ta’ operazzjonijiet u ta’ rekwiżiti li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Id-dettalji u r-regoli sekondarji kollha stabbiliti minn qabel fil-leġiżlazzjoni sekondarja huma inklużi fit-test leġiżlattiv biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà. Ma hemm l-ebda rekwiżit biex jitwettaq il-proċess ta’ deżinjazzjoni; id-dispożizzjonijiet jippromwovu r-riport tas-sistemi eżistenti. Qed jiġi propost livell ogħla ta’ simplifikazzjoni għal programmi b’sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li tiffunzjona tajjeb u bi prestazzjoni tajba. Ir-rekwiżiti huma ċċarati wkoll fir-rigward ta’ verifiki ta’ ġestjoni bbażati fuq ir-riskju, arranġamenti ta’ awditjar uniku, kif ukoll fil-qasam ta’ rekwiżiti minimi għal programmi iżgħar fejn jista’ jkun meħtieġ li jintużaw metodi ta’ teħid ta’ kampjuni mhux statistiċi.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema/i ta’ kontroll intern stabbilita/i biex jiġu mmitigati

Il-bidliet u l-għażliet ta’ simplifikazzjoni kkunsidrati mill-proposta tal-Kummissjoni għal wara l-2020 jqisu d-diversi rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri għat-tħejjija tal-leġiżlazzjoni għal wara l-2020, b’mod partikolari dawk li jitolbu li jiġi kkunsidrat mill-ġdid it-tfassil tal-mekkaniżmu eżekuttiv għall-Fondi (Rakkomandazzjoni 1 tal-awditu 2015/AUD/0195) filwaqt li jitqiesu s-suġġerimenti tal-Grupp ta’ Livell Għoli.

Rati għolja ta’ żbalji fil-passat kienu ta’ spiss marbuta ma’ nuqqas ta’ ċertezza legali u interpretazzjonijiet differenti tal-istess normi li jirregolaw, bħal fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Il-Kummissjoni tintroduċi diversi aspetti fil-proposta l-ġdida tal-RDK, bħal verifiki tal-ġestjoni bbażati fuq ir-riskju, strateġija tal-awditjar ibbażata fuq ir-riskju, regoli dwar il-ħtieġa proporzjonata għal kampjunar statistiku u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-proporzjonalità tal-kontrolli u d-dipendenza fuq is-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

L-Annessi dettaljati dwar l-aspetti rilevanti tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll għandhom l-għan li jipprovdu ċertezza legali mingħajr il-ħtieġa ta’ atti leġiżlattivi sekondarji sussegwenti jew noti ta’ gwida twal li normalment isegwu l-adozzjoni tal-RDK.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“ispejjeż tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-pagament u fl-għeluq)

Il-mekkaniżmu ta’ implimentazzjoni attwali f’ġestjoni kondiviża huwa xi drabi kkritikat, inkluż mill-Qorti tal-Awdituri, għaliex huwa wisq kumpless u suxxettibbli għall-iżbalji bi spejjeż għoljin fil-livelli kollha ta’ kontroll. Il-Kummissjoni kkunsidrat dawn l-elementi kritiċi kollha bir-reqqa bil-għan li ssib bilanċ tajjeb bejn ir-responsabbiltà, is-simplifikazzjoni u l-prestazzjoni.

Is-simplifikazzjoni ġiet introdotta biex ma jkunx hemm ir-riskju ta’ duplikazzjoni tal-kontrolli mwettqa fuq il-benefiċjarji fil-livelli differenti, u ta’ duplikazzjoni bejn il-funzjonijiet differenti tal-istruttura ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Pereżempju, għal wara l-2020, l-Awtoritajiet taċ-Ċertifikazzjoni (li bħalissa huma aktar minn 210) jeħtieġ li jiġu sostitwiti b’funzjoni kontabilistika li fil-futur ma tkunx tista’ tidduplika il-kontrolli. Barra minn hekk, qed tiġi proposta s-simplifikazzjoni tal-attivitajiet tal-awditjar billi jitnaqqas l-awditjar tal-operazzjonijiet li jsiru fil-livell tal-benefiċjarji. Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar arranġamenti proporzjonati msaħħa huma tabilħaqq previsti, filwaqt li jitqies il-funzjonament effettiv fil-passat (rekord ta’ ħidma) tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll ta’ programm.

F’termini tal-livell ta’ assigurazzjoni fil-mira, fl-istadju tal-proposti leġiżlattivi l-għan hu li r-rata ta’ errur tinżamm taħt il-limitu ta’ materjalità ta’ 2 %. Livell limitu ta’ materjalità differenti jista’ jiġi diskuss biss każ b’każ fid-dawl tad-dibattitu leġiżlattiv, speċjalment meta l-Awtorità Leġiżlattiva ma tapprovax (għalkollox) is-simplifikazzjonijiet tal-programm proposti u/jew tillimita l-kontrolli, u b’hekk tħalli konsegwenzi fuq ir-rata ta’ żball mistennija.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, eż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-Kummissjoni tkompli tħares lejn it-tisħiħ ulterjuri tal-miżuri kollha stabbiliti mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet wara l-2020.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni se jkollhom jużaw miżuri u proċeduri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi, b’mod speċifiku billi jqisu r-riskji identifikati ta’ frodi.

Il-koeżjoni elettronika u s-sistemi interattivi tal-IT se jibqgħu rekwiżiti ewlenin għall-futur. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni se jkunu jistgħu jirriportaw l-irregolaritajiet u l-proċessi u s-sistemi ta’ prevenzjoni tal-frodi li jkunu daħħlu fis-seħħ.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i ta’ nfiq ġdid propost

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Type of
nefqa

Kontribuzzjoni

Numru

Diff/Mhux diff 20 .

mill-pajjiżi tal-EFTA 21

mill-pajjiżi kandidati 22

minn pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

03.Ir-riżorsi naturali u l-ambjent


XX.XX Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF)

Differenzjata

LE

LE

LE

LE

3.2.Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

Miljuni ta’ EUR fil-prezzijiet tal-2018 (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

03.

Riżorsi naturali u ambjent

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

XX.XX Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF)

Impenji

(1)

1,036.000

1,047.000

1,059.000

1,071.000

1,083.000

1,095.000

1,109.000

7,500.000

Pagamenti

(2)

43.051

48.460

436.016

539.405

944.231

1,221.051

1,194.277

3,073.509

7,500.000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 23  

Impenji = Pagamenti

(3)

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

1+3

1,036.000

1,047.000

1,059.000

1,071.000

1,083.000

1,095.000

1,109.000

7,500.000

Pagamenti

=2+3

43.051

48.460

436.016

539.405

944.231

1,221.051

1,194.277

3,073.509

7,500.000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Din it-taqsima jeħtieġ li timtela bl-użu tad-“data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva , li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.



Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

23,100

Nefqa amministrattiva oħra

TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Impenji totali = Pagamenti totali)

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

23,100

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

1,039.300

1,050.300

1,062.300

1,074.300

1,086.300

1,098.300

1,112.300

7,523.100

Pagamenti

46.351

51.760

439.316

542.705

947.531

1,224.351

1,197.577

3,076.809

7,523.100

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

HEADING 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

23,100

Nefqa amministrattiva oħra

Subtotal HEADING 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

23,100

Outside HEADING 7 24
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Other expenditure
ta’ natura amministrattiva

Subtotal
Barra mill-INTESTATURA 7
of the multiannual financial framework

TOTAL

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

3,300

23,100

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal infiq ieħor ta’ natura amministrattiva se jiġu ssodisfati b’approprjazzjonijiet mid-DĠ li diġà jkunu assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew kienu ġew skjerati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun neċessarju, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ maniġerjali skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.



3.2.2.1.Rekwiżiti stmati tar-riżorsi umani

   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti ta’ ingaġġ full time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

• Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni

22

22

22

22

22

22

22

Delegazzjonijiet

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti ta’ ingaġġ Full Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED  25

Intestatura 7

Iffinazjat mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali:

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjat mill-pakkett tal-programm  26

- fil-Kwartieri Ġenerali:

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

22

22

22

22

22

22

22

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li diġà jkun ġie riassenjat fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

·Li jikkontribwixxu għall-analiżi, in-negozjar, il-modifika u/jew it-tħejjija għal proposti ta’ approvazzjoni għal programmi u/jew proġetti fl-Istati Membri.

·Li jikkontribwixxu għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi/tal-proġetti approvati.

·Li jiżguraw il-konformità mar-regoli li jmexxu l-programmi.

Persunal estern

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ partijiet terzi

Il-proposta/l-inizjattiva:

X    ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

   tipprevedi l-kofinanzjament minn partijiet terzi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

X    Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika, jekk id-dħul huwa assenjat għal linji tan-nefqa    

Miljuni ta’ EUR (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

L-impatt tal-proposta/tal-inizjattiva 27

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu ………….

Għad-dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Kummenti oħra (eż. il-metodu/il-formula li ntużaw għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kull informazzjoni oħra).

(1)    COM(2018) 322 final.
(2)    COM(2018) 375 – l-Artiklu 4.
(3)    COM(2020) 21, 14.1.2020.
(4)    Il-konsultazzjoni pubblika dwar il-fondi tal-UE fil-qasam tal-koeżjoni    
https://ec.europa.eu/info/consultations/public-consultation-eu-funds-area-cohesion_mt
(5)    Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, Opinjoni dwar il-Bidla strutturali soċjoekonomika fir-reġjuni karboniferi fl-Ewropa, sessjoni plenarja Nru 136, 7-9 ta’ Ottubru 2019, ECON-VI/041.
(6)    COM(2018) 372 final.
(7)    SWD(2018) 282 final.
(8)    COM(2018) 375 final.
(9)    ĠU C , , p. .
(10)    ĠU C , , p. .
(11)    COM(2019) 640 final, 11.12.2019
(12)    COM(2020) 21, 14.1.2020.
(13)    Kif stipulat fi “Pjaneta Nadifa għal kulħadd: Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment (COM (2018) 773 final).
(14)    Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
(15)    ĠU L 123, 12.5.2016, p.13.
(16)    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(17)    Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).
(18)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(19)    Id-dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinstabu fuq is-sit BudgWeb: https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx  
(20)    Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(21)    EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(22)    Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(23)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(24)    Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b’sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.
(25)    AC= Aġent Kuntrattwali; AL = Persunal Lokali; END = Espert Nazzjonali Sekondat; INT = persunal tal-aġenziji; JPD = Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjonijiet.
(26)    Sottolimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (li qabel kienu l-linji “BA”).
(27)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li jitnaqqsu 20 % għall-kostijiet tal-ġbir.

Brussell, 14.1.2020

COM(2020) 22 final

ANNESSI

tal-

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta


ANNESS I

 

Metodu ta’ allokazzjoni għar-riżorsi tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

Għal kull Stat Membru, il-pakkett finanzjarju jiġi ddeteminat b’konformità mal-passi li ġejjin:

(a)    Il-kwota ta’ kull Stat Membru tiġi kkalkulata bħala s-somma ponderata tal-kwoti ddeterminati abbażi tal-kriterji li ġejjin, ponderati kif indikat:

(i)    l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn impjanti industrijali fir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 fejn l-intensità tal-karbonju, definita bħala l-proporzjon bejn l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn impjanti industrijali rrappurtati mill-Istati Membri b’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1 u l-valur miżjud gross tal-industrija, tkun aktar mid-doppju tal-medja tal-UE-27. Jekk f’xi Stat Membru, dan il-livell ma jinqabeż f’ebda reġjun ta’ livell NUTS 2, jitqiesu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-impjanti industrijali fir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 bl-ogħla intensità ta’ karbonju (ponderazzjoni ta’ 49 %),

(ii)    l-okkupazzjoni fis-setturi tal-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite (ponderazzjoni ta’ 25 %),

(iii)    l-okkupazzjoni fl-industrija fir-reġjuni ta’ livell NUTS 2 ikkunsidrati għall-finijiet tal-punt (i) (ponderazzjoni ta’ 25 %),

(iv)    il-produzzjoni tal-pit (ponderazzjoni ta’ 0,95 %),

(v)    il-produzzjoni tax-shale bituminuż (ponderazzjoni ta’ 0,05 %),

(b)    l-allokazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (a) huma aġġustati biex jiġi żgurat li ebda Stat Membru ma jirċievi ammont li jaqbeż iż-EUR 2 biljuni. L-ammonti ta’ kull Stat Membru li jeċċedu ż-EUR 2 biljuni jerġgħu jitqassmu proporzjonalment lill-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha. Il-kwoti tal-Istati Membri huma għaldaqstant ikkalkulati mill-ġdid;

(c)    Il-kwoti tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (b) huma aġġustati negattivament jew pożittivament b’koeffiċjent ta’ darba u nofs (1,5) tad-differenza li biha l-ING per capita ta’ dak l-Istat Membru (imkejjel f’paritajiet tal-kapaċità tal-akkwist) għall-perjodu 2015-2017 jaqbeż jew jaqa’ taħt il-medja tal-ING per capita tal-Istati Membri tal-UE-27 (medja espressa bħala 100%);

Dan l-aġġustament ma japplikax għall-Istati Membri li għalihom l-allokazzjoni tkun ġiet limitata b’konformità mal-punt (b).

(d)    l-allokazzjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-punt (c) huma aġġustati biex jiżguraw li l-allokazzjoni aħħarija mill-JTF tirriżulta f’intensità ta’ għajnuna per capita (imkejla abbażi tal-popolazzjoni kollha tal-Istat Membru) ta’ mill-inqas EUR 6 fuq il-perjodu kollu.

L-ammonti biex jiġi żgurat il-minimu tal-intensità tal-għajnuna jitnaqqsu proporzjonalment mill-allokazzjonijiet tal-Istati Membri l-oħra kollha, ħlief għal dawk li għalihom l-allokazzjoni tkun ġiet limitata b’konformità mal-punt (b).

L-allokazzjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta hija addizzjonali għall-allokazzjoni li tirriżulta mill-paragrafi minn 1 sa 16 tal-Anness XXII tal-[proposta dwar RDK ġdid] u mhijiex inkluża fil-bażi tal-allokazzjoni li għaliha jiġu applikati l-punti minn 10 sa 15 tal-Anness XXII tal-[proposta dwar RDK ġdid].



ANNESS II

Mudell għall-pjaniJIET territorjali ta’ tranżizzjoni ĠUSTA

1.Ħarsa ġenerali lejn il-proċess ta’ tranżizzjoni u l-identifikazzjoni tal-aktar territorji milquta b’mod negattiv fl-Istat Membru

Il-kaxxa tat-test [12000]

Referenza: Artikolu 7(2)(a)

1.1. Deskrizzjoni tal-proċess ta’ tranżizzjoni mistenni lejn ekonomija newtrali għall-klima, f’konformità mal-objettivi tal-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima u pjanijiet oħra ta’ tranżizzjoni eżistenti bi skeda ta’ żmien għall-waqfien jew it-tnaqqis tal-attivitajiet bħall-estrazzjoni tal-faħam u tal-linjite jew il-produzzjoni tal-elettriku bil-faħam

Referenza: Artikolu 7(2)(b)

1.2. L-identifikazzjoni tat-territorji li mistennija jkunu l-aktar milquta b’mod negattiv u ġustifikazzjoni ta’ din l-għażla bl-istima korrispondenti tal-impatti ekonomiċi u fuq l-impjiegi abbażi fuq id-deskrizzjoni tat-Taqsima 1.1

2.Valutazzjoni tal-isfidi ta’ tranżizzjoni, għal kull territorju identifikat:

2.1. Valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, soċjali u territorjali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima

Referenza: Artikolu 7(2)(c)

Il-kaxxa tat-test [12000]

L-identifikazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u s-setturi industrijali milquta, li tiddistingwi:

- setturi li sejrin lura, li huma mistennija jieqfu jew inaqqsu b’mod sinifikanti l-attivitajiet tagħhom relatati mat-tranżizzjoni, inkluża skeda ta’ żmien korrispondenti;

- it-trasformazzjoni tas-setturi, li mistennija jgħaddu minn trasformazzjoni tal-attivitajiet, il-proċessi u l-outputs tagħhom.

Għal kull wieħed miż-żewġ setturi:

- it-telf mistenni ta’ impjiegi u l-ħtiġijiet ta’ kwalifikazzjoni mill-ġdid, filwaqt li jitqiesu l-previżjonijiet tal-ħiliet;

- il-potenzjal ta’ diversifikazzjoni ekonomika u l-opportunitajiet ta’ żvilupp;

2.2. Il-ħtiġijiet u l-objettivi tal-iżvilupp sal-2030 bil-ħsieb li tinkiseb in-newtralità klimatika

Referenza: Artikolu 7(2)(d)

Il-kaxxa tat-test [6000]

- Il-ħtiġijiet tal-iżvilupp li jindirizza l-isfidi tat-tranżizzjoni;

- L-objettivi u r-riżultati mistennija permezz tal-implimentazzjoni tal-prijorità tal-JTF. 

2.3. Il-konsistenza ma’ strateġiji u pjanijiet nazzjonali, reġjonali jew territorjali oħra

Referenza: Artikolu 7(2)(e)

Il-kaxxa tat-test [6000]

- Strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti;

- Strateġiji territorjali msemmija fl-Artikolu 23 tar-Regolament UE [RDK ġdid];

- Pjanijiet ta’ żvilupp reġjonali jew nazzjonali oħra. 

2.4. Tipi ta’ operazzjonijiet previsti

Il-kaxxa tat-test [12000]

Referenza: Artikolu 7(2)(g)

- tipi ta’ operazzjonijiet previsti u l-kontribut mistenni tagħhom biex jittaffa l-impatt tat-tranżizzjoni klimatika;

Referenza: Artikolu 7(2)(h)

Għandha timtela biss jekk jingħata sostenn lil investimenti produttivi minbarra l-SMEs:

- lista eżawrjenti ta’ dawn l-operazzjonijiet u intrapriżi u għal kull waħda minnhom ġustifikazzjoni tan-neċessità ta’ tali sostenn permezz ta’ analiżi tal-lakuni li turi li t-telf mistenni ta’ impjiegi jaqbeż l-għadd mistenni ta’ impjiegi maħluqa fin-nuqqas tal-investiment



Referenza: Artikolu 7(2)(i);

Għandha timtela biss jekk jingħata sostenn lil investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE:

- lista eżawrjenti ta’ operazzjonijiet li għandhom jirċievu sostenn u ġustifikazzjoni li dawn jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima u jwasslu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li jaslu sa taħt il-parametri referenzjarji rilevanti użati għall-allokazzjoni bla ħlas skont id-Direttiva 2003/87/KE u sakemm ikunu meħtieġa għall-protezzjoni ta’ għadd sinifikanti ta’ impjiegi

Referenza: Artikolu 7(2)(j)

- is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-operazzjonijiet previsti ma’ programmi oħra taħt mira Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (sostenn għall-proċess ta’ tranżizzjoni), strumenti oħra ta’ finanzjament (il-Fond ta’ Modernizzazzjoni għan-Negozjar tal-Emissjonijiet) u l-pilastri l-oħra tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta (skema dedikata taħt InvestEU u il-faċilità ta’ self tas-settur pubbliku mal-Bank Ewropew tal-Investiment) biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ investiment identifikati

2.5. Indikaturi ta’ output jew riżultati speċifiċi għal programm

Referenza: Artikolu 8(1)

Għandha timtela biss jekk ikunu previsti indikaturi speċifiċi għal programm:

- ġustifikazzjoni għall-ħtieġa ta’ indikaturi speċifiċi għal programm ta’ output jew riżultati bbażati fuq it-tipi ta’ operazzjonijiet previsti

Tabella 1. Indikaturi tal-output

Objettiv speċifiku

ID [5]

Indikatur [255]

Unità tal-kejl

Stadju importanti (2024)

Mira (2029)

Tabella 2. Indikaturi tar-riżultati

Objettiv speċifiku

ID [5]

Indikatur [255]

Unità tal-kejl

Xenarju bażi jew valur referenzjarju

Sena ta’ referenza

Mira (2029)

Sors tad-data [200]

Kummenti (200)

3.Mekkaniżmi ta’ governanza

Referenza: Artikolu 7(2)(f)

Il-kaxxa tat-test [5000]

3.1. Sħubija

- Arranġamenti għall-involviment ta’ sħab fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta;

- L-eżitu tal-konsultazzjoni pubblika.

3.2. Monitoraġġ u evalwazzjoni 

- Miżuri ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni ppjanati, inklużi indikaturi li jkejlu l-kapaċità tal-pjan li jilħaq l-objettivi tiegħu

3.3. Korp/korpi ta’ koordinazzjoni u ta’ monitoraġġ

Korp jew korpi responsabbli għall-koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan u r-rwol tagħhom

ANNESS III

INDIKATURI komuni tal-output tal-POLITIKA REĠJONALI (“RCO”) u l-Indikaturi komuni tar-riżultat tal-POLITIKA REĠJONALI (“RCR”) għall-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 2

Outputs

Riżultati

RCO01 - Impriżi appoġġati (li minnhom mikro, żgħar, medji, kbar)
RCO 02 - Impriżi li jirċievu għotjiet

RCO 03 - Impriżi appoġġati minn strumenti finanzjarji
RCO 04 - Impriżi b’appoġġ mhux finanzjarju

RCO 05 - Negozji ġodda appoġġati


RCO 10 - Impriżi li jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka

RCO 120 – L-impriżi b’appoġġ biex jiksbu t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE

RCR01 - Impjiegi maħluqa f’entitajiet appoġġati
RCR 02 - Investimenti privati li jissupplimentaw l-ammont ta’ sostenn pubbliku (li minnhom: għotjiet, strum
enti finanzjarji)
RCR 03 – SMEs li jintroduċu innovazzjoni ta’ prodotti jew proċessi

RCR 04 - SMEs li jintroduċu innovazzjoni fil-kummerċjalizzazzjoni jew fil-metodi ta’ organizzazzjoni

RCR 05 - SMEs li jagħmlu innovazzjoni interna

RCR 06 - Applikazzjoniji
et għal privattivi ppreżentati lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi
RCR 29 – Stima tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE f’impriżi appoġġati


RCO 13 - Servizzi u prodotti diġitali żviluppati għall-impriżi

RCR 11 - Utenti ta’ servizzi u applikazzjonijiet diġitali pubbliċi ġodda
RCR 12 - Utenti ta’ prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn impriżi

RCO 15 - Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa


RCR 17 - Impriżi li jibqgħu jeżistu fis-suq wara tliet (3) snin
RCR 18 - SMEs li jkunu qed jużaw servizzi ta’ inkubatur sena wara l-ħolqien tal-inkubatur

RCO 101 – SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet

RCR 97 – Apprendistati appoġġati fl-SMEs

RCR 98 - Persunal tal-SMEs li jikkompletaw Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali Kontinwat (CVET) (skont it-tip ta’ ħila: teknika, ġestjoni, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)

RCO 22 - Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCR 31 - Produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)
RCR 32 – Enerġija rinnovabbli: Il-kapaċità konnessa mal-grilja (operazzjonali)

RCO 34 - Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

RCR 46 - Għadd ta’ nies servuti minn faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi żgħar ta’ mmaniġġar tal-iskart
RCR 47 - Skart riċiklat

RCR 48 - Skart riċiklat użat bħala materja prima

RCR 49 - Skart irkuprat

RCO 38 - Daqs taż-żona ta’ art riabilitata appoġġata
RCO 39 - Sistemi ins
tallati għall-monitoraġġ tat-tniġġis fl-arja

RCR 50 - Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja

RCR 52 - Art riabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, attivitajiet ekonomiċi jew tal-komunità

għall-parteċipanti 3 , 4 :

RCO 200 - persuni qiegħda, inkluż dawk qiegħda fit-tul,

RCO 201 - persuni qiegħda fit-tul,

RCO 202 - persuni inattivi,

RCO 203 - persuni impjegati, inkluż dawk li jaħdmu għal rashom,

RCO 204 - persuni iżgħar minn 30 sena,

RCO 205 - persuni akbar minn 54 sena,

RCO 206 - persuni b’edukazzjoni sekondarja baxxa jew inqas (ISCED 0-2),

RCO 207 - persuni b’edukazzjoni sekondarja għolja (ISCED 3) jew edukazzjoni postsekondarja (ISCED 4),

RCO 208 - persuni b’edukazzjoni terzjarja (ISCED minn 5 sa 8),

RCO 209 - numru totali ta’ parteċipanti 5  

għall-parteċipanti 6 :

RCR 200 - parteċipanti li qed ifittxu xogħol fi tmiem l-impjieg,

RCR 201 - parteċipanti li qed jirċievu edukazzjoni jew taħriġ fi tmiem l-impjieg,

RCR 202 - parteċipanti li kisbu kwalifika fi tmiem l-impjieg,

RCR 203 - parteċipanti li sabu xogħol, inkluż xogħol għal rashom, fi tmiem l-impjieg.

(1)    Ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/689/KEE u 96/61/KE (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).
(2)     Għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni, l-indikaturi huma raġġruppati għall-faċilità tat-tqabbil mal-indikaturi inklużi fir-regolamenti l-oħra spċifiċi għall-fond tal-politika ta’ koeżjoni.
(3) L-indikaturi kollha tal-output u tar-riżultati relatati mal-parteċipanti għandhom jiġu rrapportati.
(4)

 Id-data personali kollha għandha titqassam skont is-sess (maskil/femminil – mhux binarja). Meta ċerti riżultati ma jkunux possibbli, ma jkunx meħtieġ li d-data tinġabar u tiġi rrappurtata għal dawk l-indikaturi tar-riżultati. Meta d-data tinġabar mir-reġistri, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mad-definizzjonijiet maqbula b’mod komuni u jistgħu jużaw definizzjonijiet nazzjonali.

(5) Li jrid jiġi kkalkulat awtomatikament abbażi tal-indikaturi komuni tal-outputs relatati mal-istatus tal-impjieg.
(6) Id-data kollha għandha titqassam skont is-sess. Meta ċerti riżultati ma jkunux possibbli, ma jkunx meħtieġ li d-data tinġabar u tiġi rrappurtata għal dawk l-indikaturi tar-riżultati. Meta d-data tinġabar mir-reġistri, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jikkonformaw mad-definizzjonijiet maqbula b’mod komuni u jistgħu jużaw definizzjonijiet nazzjonali.