23.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9936 — IMABARI SHIPBUILDING/JFE/IHI/JAPAN MARINE UNITED CORPORATION)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 398/13)

1.   

Fil-11 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Imabari Shipbuilding Co., Ltd (“Imabari Shipbuilding”, il-Ġappun),

Japan Marine United Corporation (“JMU”, il-Ġappun), ikkontrollata bi sħab minn JFE Holdings, Inc. (“JFE”, il-Ġappun) u IHI Corporation (“IHI”, il-Ġappun).

Imabari Shipbuilding takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ JMU.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Imabari Shipbuilding: l-iżvilupp, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u t-tiswija ta’ firxa wiesgħa ta’ bastimenti kummerċjali, inklużi bastimenti tal-merkanzija bl-ingrossa, bastimenti tal-containers, bastimenti tal-karozzi, bastimenti tal-LNG, tankers u laneċ;

JMU: l-iżvilupp, id-disinn, il-kostruzzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ bastimenti kummerċjali u militari, inklużi bastimenti tal-merkanzija bl-ingrossa, bastimenti tal-containers, bastimenti tal-karozzi, bastimenti tal-LNG, tankers, laneċ u bastimenti ta’ appoġġ lil hinn mill-kosta;

JFE: kumpanija azzjonarja b’interessi fl-azzar, l-inġinerija u l-kummerċ ta’ materja prima, makkinarju, elettronika, proprjetà immobbli u ikel; kif ukoll

IHI: manifattur tal-industrija tqila b’attivitajiet (i) f’riżorsi, enerġija u ambjent, (ii) f’infrastruttura soċjali u faċilitajiet offshore, (iii) f’sistemi industrijali u makkinarju għal skopijiet ġenerali, u (iv) f’magni tal-ajruplani, spazju u difiża.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9936 — IMABARI SHIPBUILDING/JFE/IHI/JAPAN MARINE UNITED CORPORATION

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-Għaqdiet”).